TalGilju 2017 Feast Program

Page 1


Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju Mqabba - Malta

Festa 2017

WERREJ 3-15 17 19 27 45 47 48 53 55 61 63 65 67 75 79 83 86 87 91 103 105 111 113 115 119 121 125 127 129 135 137 141 143 147 149 151 153 157 158 181 183 193 197 199 203 208 215 221 224

Messaġġi - Festa 2017 Kumitat Amministrattiv 2015-2017 Għaqda tal-Armar Madonna tal-Ġilju Kummissjoni Banda Madonna tal-Ġilju Programm Vokali u Strumentali 2017 Poeżija: Mro. Andrew Calleja - 25 sena Surmast Direttur Apprezzament: Christian Ghigo Poeżija: Christian - Ġilju Jfewwaħ Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju Attività Piroteknika Kummissjoni Radju Tal-ĠiljuFM 95.4 Kummissjoni Sports Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju Kummissjoni Nisa Madonna tal-Ġilju Junior Club Il-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni Poeżija: Ġilji tas-Saltna t’Alla Messaġġi mill-Ħbieb tagħna fl-Italja Paniġierku Festa Madonna tal-Ġilju 2016 Ħsibijiet ta’ Riflessjoni: L-Immakulata Programm ta’ Ċelebrazzjonijiet - Festa 2017 Il-50 Edizzjoni tal-Fuljett ‘Il-Fjur’ Ir-Rikostruzzjoni tal-Każin tal-Ġilju Żjara ta’ Delegazzjoni minn Affile Mro. Andrew Calleja: 25 Sena Surmast Direttur Preżentazzjonijiet lis-Soċjetà - Festa 2016 Preżentazzjonijiet mis-Soċjetà - Festa 2016 Mro. Edwin Pace: 10 Snin ta’ Impenn L-Inawgurazzjoni ta’ ‘Ġnien il-Madonna tal-Ġilju’ Messaġġ mill-President tal-Għaqda Każini tal-Banda Apprezzament: Sunny Aquilina Anniversarji u Tifkiriet 2017 Ritratti mill-Passat Il-Ġemellaġġ bejn Ascoli Piceno u l-Imqabba L-Għoti ta’ ‘Ġieħ l-Imqabba 2016’ Ringrazzjament Il-Kwadru tal-Immakulata Kunċizzjoni Poeżija: Id-9 ta’ April 1942 75 Sena Minn Jum ta’ Kefrija: Id-9 ta’ April 1942 Profil: Dr. Charles Farrugia Ġrajjiet u Riflessjonijiet: Marbutin mad-Deheriet f’Fatima Charles, Waldemar & Anthony: Three Anzacs From Malta Carlo Diacono: 75 Anniversarju minn Mewtu Ħames Mitt Sena mir-Riforma ta’ Martin Luteru Mill-Memorji ta’ Ġużeppi Farrugia Ġanni Darmanin Il-Ġilju fid-Divina Commedia Snajja u Professjonijiet Imqabbin mill-Imgħoddi Min Irreklama f’din il-Pubblikazzjoni

.

.

Prepress & Printing - Best Print Co. Ltd., Qrendi Tel: 21680789, 21649012 bestprint@maltanet.net © Copyright, Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju - Mqabba 201 7 . ISBN: 978-99957-866-3-2

.

.

‘Palazz il-Ġilju’, Pjazza tal-Knisja, Mqabba - Malta MQB 1012 info@talgilju.com www.talgilju.com Il-kontenut f ’din il-pubblikazzjoni mhux neċessarjament jirrifletti l-fehma tal-Bord Editorjali

Il-faċċata ta’ quddiem: Arranġament minn Joseph Zammit li juri dettall mill-vara tal-Madonna tal-Ġilju xogħol Ġanni Darmanin fl-1876

Ritratti ta’ wara: 75 Anniversarju mit-tiġrif tal-koppla u l-ħsara fil-pittura tal-Altar tal-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-attakk tad-9 t’April 1942

Bord Editorjali Teddy Farrugia Michael Ghigo Charles Farrugia Riklamar Benny Briffa Gigliola Briffa Tonio Facciol Glenn Muscat Julian Falzon Lilian Bonnici Mario Cachia Qari tal-Provi Martina Frendo Raisa Mifsud Denise Mifsud Marvin Sciberras Disinn u Issettjar Fernando Dingli


MESSAĠĠ MILL-PRESIDENT Esperjenza ġdida – Il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju f’Settembru . . . . . Kienu diversi kummenti li waslu għandi u għand il-membri l-oħra talKumitat Amministrattiv, iżda wara diversi laqgħat u diskussjonijiet l-aħjar għażla b’kuxjenza nadifa hija li l-festa din is-sena tiġi ċċelebrata bejn issbatax u l-erbgħa u għoxrin ta’ Settembru. Ippruvajna nilħqu kompromess mas-Soċjetà l-oħra għas-sbatax ta’ Settembru iżda bl-ebda mod ma riedu li naslu għal ftehim. Il-festa ma ġietx trasferita b’kapriċċ, kif interpretawa huma, iżda b’neċessità. M’hijiex faċli li tibdel imma issa rridu naħdmu lkoll flimkien mingħajr ma nħallu xejn li jifridna, sabiex jerġa’ jkollna festa oħra kbira u denja f’ġieħ Ommna Marija Immakulata tal-Ġilju. Ir-rutina li konna mdorrija biha trid tinbidel. Is-sajf issa mhux għall-mistrieħ iżda għax-xogħol. Matul il-festa tas-sena l-oħra kellna fostna delegazzjoni minn Affile mmexxija mis-Sindku Ercole Viri. F’dan il-pajjiż li jinsab viċin Ruma jiffessteġġjaw ukoll ad unur il-Madonna tal-Ġilju, kull l-ewwel Ħadd t’Awwissu. Fost l-impenji li kellhom, ħadu sehem fil-Quddiesa Solenni ta’ Jum il-Festa. Kellhom ukoll laqgħa kemm mal-kumitat amministrattiv u l-fratellanza, kif ukoll mas-Sindku u l-kunsilliera Mqabbin. Din is-sena fost l-anniversarji li qed niċċelebraw għandna l-ħamsa u għoxrin sena minn meta fl-1992 Mro. Andrew Calleja ġie maħtur surmast direttur tal-banda Madonna tal-Ġilju, li bl-ebda tlaqliq, nista’ ngħid li qatt ma ħares lura, iżda dejjem ħadem b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni Banda u l-Kumitat Amministrattiv għall-ġid tal-istess banda. Dan se jiġi mfakkar filProgramm Mużikali li jsir fil-ġimgħa tal-festa, propju nhar it-Tlieta dsatax ta’ Settembru fit-tmienja ta’ filgħaxija taħt il-Patroċinju tal-Ministru għallkultura, ġustizzja u gvern lokali Dr. Owen Bonniċi. B’hekk nirringrazzja lil Mro. Andrew Calleja għal dak kollu li għamel b’risq il-banda tagħna. Nawguralu mill-qalb għal aktar suċċessi. F’Awwissu jiskadi t-terminu tal-Kumitat Amministrattiv, għalhekk irid jinħatar kumitat ġdid li jrid imexxi s-Soċjetà għas-sentejn li ġejjin. Minħabba l-fatt li l-festa se tiġi ċċelebrata f’Settembru, dan il-proċess tal-għażla ser isir lejn l-aħħar t’Ottubru wara li jgħaddi kollox u nirritornaw għar-rutina normali. B’hekk nixtieq nagħmel appell għal aktar żgħażagħ sabiex juru aktar interess u jersqu u japplikaw bħala membri fil-kumitat. Għandna bżonn aktar demm ġdid żgħażugħ. Jien nixtieq li jekk nerġa’ ningħata l-fiduċja, jkun l-aħħar terminu tiegħi fit-tmun tas-Soċjetà. Nixtieq li qabel inħalli din il-kariga, ċertu piżijiet li dħalna għalihom, jiena u membri oħra, jkunu traddew lura, sabiex min jieħu dawn il-karigi, ma jkollux iġorr piż żejjed li nkun responsabbli għalieh jien. Hekk kif jitlesta s-sular tal-bar, il-qofol tarrikostruzzjoni tal-każin ikun kważi milħuq u jekk il-Bambin irid, ikun imiss li nibdew niddekoraw is-swali tal-ewwel sular. Hija r-responsabilità tagħna li l-ħolma tal-lum tkun ir-realtà ta’ wliedna. Nixtieq insellem ukoll lil Carmel Zahra, President tas-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V , Nenu, kif konna nsibuh, li ma reġax ħareġ għall-Kumitat minħabba raġunijiet personali. Hu kien strumentali waqt id-diskussjonijiet li saru sabiex naqqasna ċertu tensjoni waqt iż-żewġ festi ġewwa l-Imqabba. Konna kważi missejna l-qiegħ. Mentri llum qed niċċelebraw festi li tassew jagħmlulna ġieħ. Nenu, flimkien ma’ martu, ġew mistiedna ġewwa l-każin tagħna għal bibita ċkejkna fejn ukoll ippreżentajnielu memento bħala tifkira. Inħeġġeġ lil kulħadd sabiex jingħaqad magħna fl-attivitajiet li qegħdin isiru matul dan iż-żmien. Nattendu bi ħġarna għal funzjonijiet tal-Knisja speċjalment għall-quddiesa Solenni ta’ Jum il-Festa. Inħeġġeġ ukoll lis-soċji u l-partitarji biex ikunu ġenerużi, kemm fl-għotjiet tagħhom u kif ukoll meta jkun hemm bżonn daqqa t’id, sabiex l-piż jinqasam bejn kulħadd. Nagħlaq dan il-messaġġ tiegħi billi nirringrazzja mill-qalb f’ismi u f’isem il-Kumitat Amministrattiv lil dawk kollha li jaħdmu matul is-sena b’risq ilfesta u s-Soċjetà tant għal qalbna. Nifirħu u nferrħu mingħajr ma noffendu. Viva l-Madonna tal-Ġilju!

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

Teddy Farrugia

“Inħeġġeġ lil kulħadd sabiex jingħaqad magħna fl-attivitajiet li qegħdin isiru matul dan iż-żmien. Nattendu bi ħġarna għal funzjonijiet talKnisja speċjalment għall-quddiesa Solenni ta’ Jum ilFesta. ”

3


MESSAĠĠ MIS-SINDKU

Julio: 9984 9299 • Charlie 9989 5112

Għeżież Soċji u Partitarji, Din is-sena l-programm tal-festa qed jasal għandkom aktar tard mis-soltu, billi l-festa ad unur il-Madonna tal-Ġilju, li normalment tiġi ċċelebrata fit-tielet Ħadd ta’ Ġunju, ġiet posposta għall-24 ta’ Settembru 2017. Suġġett illi fir-raħal tagħna għamel żmien fuq fomm kulħadd, għaliex kif jiġri spiss, meta tittieħed deċiżjoni, mhux neċessarjament issib l-appoġġ ta’ kulħadd minnufih. Kienet deċiżjoni illi ttieħdet wara li tħabbret id-data tal-elezzjoni ġenerali u li ċertament ittieħdet flaħjar interess tal-festa. Jiena nista’ nifhem illi jsiru bosta preparamenti matul is-sena bi tħejjija għall-ġimgħa tal-festa, u għalhekk l-anqas ħaġa li jkunu jixtiequ l-volontieri direttament involuti tkun dik illi s-sagrifiċċji kollha li jsiru ma jħallux il-frott mixtieq għaliex l-atmosfera fil-jiem ta’ tħejjija għall-festa ma tkunx dik ideali. L-aħbar illi l-festa għal din is-sena ser titmexxa tahieli l-President tasSoċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju permezz ta’ telefonata, u għalkemm kienet sorpriża, fhimt id-deċiżjoni li ttieħdet propju għaliex anki jiena u l-għarus tiegħi ħadna d-deċiżjoni li mmexxu d-data tat-tieġ tagħna meta tħabbret l-elezzjoni. L-akbar sorpriża pero kienet id-data magħżula, għaliex koinċidentalment, it-tieġ tagħna xorta waħda ser jaħbat mal-ħruġ tal-vara min-niċċa. Għalkemm tieġ iġib miegħu ħafna preparamenti, nista’ nassigurakom illi minix ser nittraskura l-preparamenti għall-festa. Filfatt diġà bdejna bid-diskussjonijiet mal-pulizija u mal-gwardjani lokali bil-għan li nikkontrollaw aħjar it-traffiku filjiem tal-festi. Minn sena għall-oħra, is-soċjetajiet mużikali fil-lokal jagħmlu sforz biex jissuperaw lilhom infushom. Dan jixhduh l-ammont kbir ta’ persuni illi fil-jiem tal-festa, minn sena għall-oħra, jagħżlu li jżuru l-Imqabba, l-aktar f’lejliet il-festa, fejn jiġu jsegwu l-ispettaklu ta’ nar tal-ajru u tal-art li jħejju d-dilettanti tagħna. Dilettanti illi laħqu livelli professjonali, tant illi kisbu diversi unuri matul is-snin. Minn sena għall-oħra, il-festi tal-Imqabba jibqgħu l-għażla naturali ta’ bosta Maltin, Għawdxin u turisti, tant li qed ikollna diskussjonijiet bil-għan li nikkontrollaw blaktar mod effiċjenti it-traffiku fil-jiem tal-festi. Diskussjonijiet bħal dawn jirrikjedu kollaborazzjoni sħiħa bejn is-soċjetajiet mużikali, il-Kunsill Lokali, il-pulizija u l-gwardjani lokali, u għalhekk jieħdu fit-tul. Nittamaw biss illi flimkien insibu soluzzjoni dejjiema, li ma toħloqx wisq inkonvenjent lir-residenti tal-lokal, u li tkun tista’ tibqa’ tiġi mplimentata matul is-snin li ġejjin. Matul is-snin li ġejjin, ċertament illi ser ikun qed jitgawda wkoll il-proġett tarristrutturazzjoni tal-każin. Fil-jiem li għaddew kelli ċ-ċans ninnota l-avvanzi kbar illi saru fis-sede tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju. Niftakar qisu lbieraħ kif dan il-proġett ambizzjuż, illi beda bir-restawr tal-faċċata tal-każin, evolva u l-każin twaqqa’ u nbena mill-ġdid. L-ispejjeż biex proġett bħal dan jinbeda, jitkompla u jitlesta huma kbar, iżda grazzi għall-ġenerożità tas-soċji u l-partitarji, li huma tant imħeġġin biex jaraw dan il-proġett komplut, saru passi kbar ’il quddiem. Fl-Imqabba għandna x-xorti li għandna żewġ każini maestużi li jsebbħu l-pjazza tal-lokal. Bħala Imqabbija nħossni tassew kburija meta nara lill-barranin jew lill-Maltin bħalna li joqogħdu fi rħula jew bliet oħrajn, jieħdu r-ritratti tal-każini tal-baned tagħna. Illum nistgħu ngħidu li sar l-investiment meħtieġ biex dawn l-imkejjen jibqgħu jattiraw lir-residenti tal-lokal u lil dawk li jiġu jżuruna. Jiena nappella biex kull min jidħol fil-każini tar-raħal tagħna, jibża’ għal dak li jsib, japprezza x-xogħol kbir illi sar u jirrispetta s-sagrifiċċji li wasslu għar-riżultat odjern. Ma nistax nagħlaq dan il-messaġġ mingħajr ma nifraħ lill-membri tas-sezzjoni żgħażagħ għax-xogħol illi jagħmlu minn sena għall-oħra. Din is-sena kelli ċ-ċans illi napprezza l-wirja li ttellgħat fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa bl-isem Mater Dolorosa: Ex Tenebræ Ad Lucem, fejn ġew imfakkrin id-duluri tal-Madonna fl-isfond ta’ temi kontemporanji bħall-faqar u l-inklużjoni soċjali. Bħas-snin li għaddew, l-innovazzjoni wasslet biex il-proġett tas-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju jirċievi l-finanzjament mill-Kunsill Malti għall-Arti. Għal dawn il-fondi jkun hemm kompetizzjoni kbira, u l-fatt li minn sena għall-oħra jintgħażlu l-proġetti tażżgħażagħ Imqabbin juri kemm qed jagħmlu xogħolhom bis-serjetà u huwa xhieda tal-livell professjonali li laħqu. Ma nixtieqx intawwal wisq, għalhekk nagħlaq dan il-messaġġ billi nieħu l-opportunità sabiex f’ismi, f’isem il-familja tiegħi u f’isem sħabi l-kunsilliera, nawgura lis-soċji u lill-partitarji kollha l-Festa t-Tajba. Nittamaw li anki din is-sena jkollna festa mill-isbaħ li tagħti ġieħ lill-Madonna tal-Ġilju, u għalhekk inħeġġiġkom biex filwaqt li tgawdu l-attivitajiet esterni, tipparteċipaw ukoll f’dawk interni. L-awgurju tiegħi, bħal tas-snin li għaddew, huwa biex din il-festa sservina sabiex ningħaqdu aktar bejnietna bħala Imqabbin u m’Ommna Marija li tħarisna mis-sema.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

Dr. Charlene Zammit

“ Fil-jiem li għaddew kelli ċ-ċans ninnota l-avvanzi kbar illi saru fis-sede tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju. Niftakar qisu lbieraħ kif dan il-proġett ambizzjuż, illi beda bir-restawr tal-faċċata tal-każin, evolva u l-każin twaqqa’ u nbena mill-ġdid. ” 5


MESSAĠĠ MILL-KAPPILLAN

Dun John P. Curmi

Marija: Kewkba tal-Baħar Qegħdin fi żmien is-sajf. Qegħdin fi żmien il-baħar. U l-baħar sabiħ speċjalment meta jkun kalm u nadif. Iżda nafu lkoll li l-baħar żaqqu ratba u rasu iebsa. Ipaxxik fil-bnazzi u fil-kalma, imma jaf iwerwrek u jbeżżgħek meta jiswied, jitqalleb u juri l-qilla tiegħu. Din hi l-esperjenza ta’ ħafna sajjieda u nies tal-baħar li daquh kemm fil-kalma u kemm filqilla tiegħu. U meta l-baħar ried bħal donnu jibla’ lil kull min kien fuqu u werwer saħansitra lil kull min jiftaħar bil-mestier tiegħu, ħafna fuq il-baħar daru lejn Marija u sejħulha bit-titlu sabiħ Marija Kewkba talBaħar u talbuha tidħol għalihom u tkun għalihom bħall-kewkba li turi t-triq u tħarishom. Il-ħajja tagħna tixbaħ sew lill-baħar – daqqa kalma u serena u daqqa feroċi li tkiddek u bħal donnha ddur kontrik. Il-mard, l-inkwiet, ilproblemi u l-għejja kapaċi bħall-baħar sewdieni u kollu mewġ, jaslu biex jibilgħuna u bħal donnhom ikunu jridu jniżżluna fil-qiegħ sabiex ma nitilgħux fil-wiċċ aktar! Iżda hawn tidħol Marija, Omm Alla u Ommna l-bnedmin. Irridu ninvokawha b’fiduċja bħala l-Kewkba tal-Baħar tagħna. Hi tifhimna għax hi wkoll għaddiet mit-tribulazzjonijiet tal-ħajja: Marija Kewkba tal-Baħar itlob għalina. Hi l-omm tagħna lkoll li kapaċi tieqaf taħt issalib u s-slaleb tagħna u tgħinna, tfarraġna sabiex ma negħrqux. Marija tkun f’dawn il-mumenti l-Kewkba li turina t-triq lejn Ġesù. Marija fittempesti taqbadna minn idejna u jekk bżonn anke terfagħna. Tkun hi t-tama tagħna, il-ħarriesa tagħna. Inti u tħares lejn il-Madonna meqjuma taħt it-titlu tal-Ġilju, itlobha bil-qalb sabiex tkun Kewkba tal-Baħar tiegħek; mhux tiegħek biss, imma ta’ min ukoll bħalek, għaddej mit-tempesti tal-ħajja. Marija, Kewkba tal-baħar itlob għalina. Minn qalbi nixtieq li jkollna festa qaddisa li tressaqna lejn Ġesù u lejn Marija. Il-festa t-tajba lil kulħadd.

Rendikont Festa Madonna tal-Ġilju 2016 Dħul Bilanċ sena 2015 Ġabra Ħruġ min-niċċa u dħul tal-vara Ġabra bl-envelopes Ġabra mill-Knisja fil-quddies tal-Ħadd Kaxxa quddiem il-vara Ħruġ Orkestra Permess tal-Mużika Organista u vuċijiet Kampanari Kappisti u Salib Fratelli Fjuri Saċerdoti, qrar, purċissjoni, priedki Abbatini Donazzjoni għar-restawr tal-pedestrall tar-relikwa

€ 443 € 580 € 1,960 € 480 € 52 € 3,515 € 1,362 € 60 € 180 € 150 € 65 € 160 € 198 € 430 € 60 € 300 € 2,965

“ Inti u tħares lejn il-Madonna meqjuma taħt it-titlu tal-Ġilju, itlobha bil-qalb sabiex tkun Kewkba tal-Baħar tiegħek; mhux tiegħek biss, imma ta’ min ukoll bħalek, għaddej mit-tempesti tal-ħajja. ”

Bilanċ € 550

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

7


MESSAĠĠ MIS-SEGRETARJU BOV MOBILE

Għeżież Soċji, Partitarji, Benefatturi u Ammiraturi tas-Soċjetà,

everyday banking made easy With Bank of Valletta you can conveniently manage your financial transactions and banking needs wherever you are, whenever you want.

BOV Mobile allows you to easily pay anyone from your mobile phone. DOWNLOAD YOUR FREE APP FROM

Android is a registered trademark of Google Inc.

Terms and conditions apply.

2131 2020 I bov.com Issued by Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130

eChannels A5 landscape.indd 4

15/05/2017 12:37:52

E-mail: danielfarrugia08@gmail.com Prop. Daniel Farrugia

FREE DELIVERY Opening Hours:

Monday to Friday: 7.00 a.m. - 7.00 p.m. Saturday: 7.00 a.m. - 1.00 p.m.

• Electrical Fittings

• Plumbing Fittings

• Drain Pipes and Fittings

• Cement

• Tile Adhesive and Grouting

• Membrane

• Plastering materials

• Geysers

• Plastic and Fibre Tanks

• LED Bulbs

• Range of Power and Hand Tools • Crystallite and Stainless Steel Sinks and Mixers • Various types of Ladders • Energy Saver Lamps (SPECIAL OFFER) • Key Cutting including Security Keys • Safety Wear and Safety Shoes • Outdoor and indoor Paint

Michael Ghigo B. Ed (Hons)

Minħabba ċ-ċirkostanzi li wasslulna sabiex għal din is-sena l-Festa tiġi trasferita għall-aħħar Ħadd ta’ Settembru fost l-oħrajn kien jeħtieġ li wħud mill-messaġġi jkollhom jerġgħu jsiru mill-ġdid. Hekk pruvajt nagħmel jien pero meta għal darba, tnejn qrajt dak li kont esprimejt xhur ilu, fil-fond ta’ qalbi ħassejt li għandi nissekonda dak li ktibt u nħalli l-artiklu tiegħi bażikament kif kien, għajr li nemenda ftit fejn japplika. Bl-għajnuna t’Alla u tal-Madonna wasalna sabiex niċċelebraw Festa oħra! Fost diversi doveri, hemm dak li nippubblikaw dan il-ktejjeb li apparti li jservi ta’ tifkira tal-Festa, jservi wkoll bħala vetrina tas-Soċjetà, hekk li fih insibu diversi rapporti dwar il-ħidma li diversi friegħi fi ħdan is-Soċjetà jkunu wettqu tul it-tnax–il xahar li għaddew. Nistqarr li kultant, ma napprezzawx biżżejjed ix-xogħol li jkun twettaq u dan forsi għaliex aħna li nkunu nvoluti, l-progress ma narawhx daqs li kieku josservah xi ħadd “minn barra” iżda din is-sena, forsi dan mhux daqshekk il-fatt, għax b’sodisfazzjon ngħid li kienet sena ta’ ħidma kbira, speċjalment mil-latt manwali fis-sede tas-Soċjetà. Kull Sotto-Kumitat fi ħdan is-Soċjetà xammar il-kmiem, ta is-sehem tiegħu u kkollabora bis-sħiħ fil-koordinament meħtieġ sabiex stajna naslu fejn wasalna! ‘Believe you can and you’re halfway there’... kemm il-darba nsostni dan mal-istudenti tiegħi, speċjalment meta joqrob xi eżami... u hekk insostni ma’ sħabi fi ħdan il-Kumitat! Fis-sena 2010 flimkien dħalna għal proġett mill-aktar ambizzjuż. Ħattejna l-binja tal-każin l-antik, ħaffirna sotterran tul il-medda kollha u bnejna Każin ġdid mill-qiegħ! U dan f’anqas minn sena, tant li fis-sena Ċentinarja użajna l-binja l-ġdida! Ma kienitx deċiżjoni faċli u affaċjajna sfida wara l-oħra, iżda konna determinati u wasalna fejn wasalna, forsi mhux dejjem bl-istess ritmu, iżda issa, għallgrazzja t’Alla u tal-Madonna, meta nħarsu lura, konvinti li ħadna l-aħjar deċiżjonijiet hekk kif illum, kull metru kwadru tas-sede tagħna għandu l-użu tiegħu! L-esperjenzi pożittivi li għaddejna minnhom tul l-aħħar tnax-il xahar jagħtuna tagħlima għall-futur. Meta jkun hemm l-għaqda u tinżamm komunikazzjoni ħajja bejn il-membri, naslu! Irridu nibqgħu nemmnu fil-potenzjal tagħna u ma nħallu lil ħadd u xejn jidħol bejnietna! Ilkoll emminna fil-kapaċitajiet varji tagħna u kull problema li affaċjajna, dawwarniha fi sfida li rnexxielna negħlbu! Ma nkunx realistiku jekk ngħid li kollox hu ward u żahar, jew li ma fadalx ostakli x’negħlbu, imma jekk nibqgħu nuru l-istess entużjażmu u determinazzjoni, żgur kapaċi naslu fejn nixtiequ. M’hix l-intenzjoni tiegħi li nsemmi persuni, pero żgur li nkun qiegħed nonqos jekk kollettivament ma nirringrazzjax lil kull min b’xi mod jew ieħor ipparteċipa f’dak kollu li sar tul is-snin sa minn meta mbarkajna fuq dan il-proġett! Min kien mill-bidu, min ingħaqad magħna mat-triq, min żarma u min għadu nvolut: minkejja kollox, ilkoll, bilkontribut ta’ kulħadd, konna protagonisti f’dan il-proġett. Jekk Alla jrid, inħarsu ’l quddiem sabiex fis-snin li ġejjin inkomplu gradwalment naraw il-Każin tagħna jiġi mgħammar minn fuq s’isfel, attrezzat għaż-żminijiet tal-lum! B’dan f’moħħna rridu nħarsu ’l quddiem! Jeħtieġ li aktar soċji u partitarji jagħmlu l-pass li jmiss: dak li jkunu parti mill-amministrazzjoni tal-Każin.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

“Niftakru dejjem f’dak li missirijietna naqqxu b’mod dejjiemi mal-faċċata tal-Każin: is-simboli tal-Għaqda, is-Saħħa u l-Kuraġġ; il-motto li jrid dejjem jidderiġina f’kull pass li nagħmlu, tul il-jiem kollha tas-sena!” 9


DELIVERING LANDMARK DEVELOPMENTS AND CRITICAL INFRASTRUCTURE FOR OVER 30 YEARS

www.polidano-group.com info@polidano-group.com

F’Awwissu li għadda uffiċċjalment intemm it-terminu ta’ dan il-Kumitat. Minħabba ċ-ċirkostanzi li ġew fuqna mingħajr mistenni li ġiegħluna nittrasferixxu l-Festa għal Settembru, fil-Laqgħa Ġenerali t’Awwissu ġie approvat li l-Kumitat preżenti ser ikompli l-ħidma tiegħu sal-aħħar ta’ Ottubru, bil-ħatra tal-Kumitat għas-snin 2017/2019 issir matul ix-xahar ta’ Novembru 2017. Il-Kumitat Amministrattiv il-ġdid għandu r-rwol li jqarreb lis-Soċjetà lejn ċelebrazzjoni partikolari: dik tal-75 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Ewwel Banda fl-Imqabba: avveniment li b’mertu ħerqana li niċċelebraw tul is-sena 2020, fejn jekk Alla jrid inkunu qed infakkru wkoll l-25 sena mill-inawgurazzjoni tal-Planċier Meravilja u l-Bandalora Artistika. Personalment inħoss li hemm bżonn ta’ “demm ġdid” fi ħdan il-Kumitat, li aktar persuni jersqu lejn is-Soċjetà u jkunu ta’ servizz fit-tmexxija għaliex aħna li issa ilna snin nidderieġu din is-Soċjetà, bħall-għasafar tal-passa u b’hekk huwa ż-żmien propizju li nagħtu aktar każ tal-importanza tal-kontinwità fi ħdan is-Soċjetà. Bl-umiltà kollha, meta nitfa ħarsti lura, nħoss sodisfazzjon għal dak li rnexxielna niksbu, pero biex nassiguraw li nħallu warajna dan kollu, jeħtieġ li fl-imminenti jixirfu persuni ġodda li lesti li jkomplu minn fejn wasalna aħna. Diment li Alla jagħtina s-saħħa, aħna nibqgħu nagħtu l-kontribut tagħna, iżda huwa l-waqt li ftit ftit nibdew inwellu r-responsabbiltà tagħna u nrawwmu l-esperjenza f’persuni t’età iżgħar, li bid-dinamiżmu tagħhom, ikebbsu entużjażmu ġdid fi ħdan is-Soċjetà. Nemmen li din l-injezzjoni hemm il-ħtieġa tagħha sabiex nassiguraw il-kontinwità tas-Soċjetà b’mod li tibqà tevolvi u taddatta ruħha skont iż-żmien. M’hemm bżonn l-ebda kwalifika partikolari biex dak li jkun japplika u jservi fil-Kumitat Amministrattiv, ħlief li tkun persuna ta’ integrità, b’valuri u prinċipji sodi u li b’mod ġenwin għandha għal qalbha l-Festa tal-Madonna tal-Ġilju! Sinċerament nittama li dan l-appell tiegħi jiġi kkunsidrat għall-ġid futur tas-Soċjetà li tinsab fejn tinsab, grazzi għal-legat li ħallew lilna dawk kollha li bħalna servew qabilna! Intant, pubblikament bħala Segretarju, nixtieq li nirringrazzja lill-Korp tal-Pulizija, immexxi mil-eks Supretendent tad-Distrett, is-Sur Sandro Gatt, li minn dawn il-paġni, formalment nifirħulu għall-ħatra tiegħu t’ Assistent Kummissarju u nawgurawlu fil-grad il-ġdid tiegħu. B’kollaborazzjoni mal-Ispetturi Madam Charlotte Curmi u Melvin Camilleri flimkien mas-Surġent Malcom Pace inħolqot klima ta’ kollaborazzjoni li tikkontribwixxi sabiex iż-żewġ Festi Mqabbin jimxu b’ċertu trankwillità u b’mod seren. Nirringrazzja lisSindku tal-Imqabba, Dr. Charlene Zammit, kif ukoll lill-Kunsilliera kollha, lill-Kappillan tal-Parroċċa, Fr. John Curmi u lill-uffiċjali tas-Soċjetà Santa Marija. B’mod speċjali nħoss li nkun qiegħed nonqos jekk ma nesprimix il-gratitudni tiegħi lil eks-President, is-Sur Carmel Zahra, li tul is-snin li ilni nafu dejjem sibtu bħala persuna raġonevoli fid-diskussjonijiet bejn iż-żewġ Każini u li minn hemm u minn hawn, b’xi mod dejjem wasalna għal xi forma ta’ kompromess. Ħajr ukoll lil Dr. Noel Camilleri u s-Sur J.C. Azzopardi, President u Segretarju rispettivament tal-Għaqda Każini tal-Banda. Magħhom ilkoll inżomm kuntatt dirett matul is-sena u grazzi għad-disponibilità u l-kollaborazzjoni tagħhom, jiffaċilitaw it-tmexxija amministrattiva tiegħi f’oqsma varji. Finalment minn qiegħ qalbi nirringrazzja lill-President, il-Kaxxier u l-membri kollha tal-Kumitat Amministrattiv li tant u tant jikkoperaw miegħi f’kull fażi tat-tmexxija. L-istess radd il-ħajr inwasslu lis-sotto kumitati kollha fi ħdan din is-Soċjetà, li katina waħda, insostnu u nirsistu sabiex ta’ kull sena norganizzaw Festa dinjituża li tagħmel unur lilna lkoll: Soċji, Partitarji, Benefatturi u Ammiraturi tas-Soċjetà. Fuq kollox, intom li ħaqqkom l-aqwa apprezzament għaliex huwa intom li ssawwru din is-Soċjetà. Intom li tiftħulna meta nħabbtulkom, tisimgħuna meta nkellmukom, twasslu s-suġġerimenti u tressqu ’l quddiem il-proposti tagħkom flimkien ma’ kritika kostruttiva sabiex issaħħu l-operat u l-organiżżazzjoni fi ħdan is-Soċjetà. Mingħajr l-involviment tagħkom, is-Soċjetà ma tkunx dik li hi llum! Huwa intom: Soċji, Partitarji, Benefatturi u Ammiraturi tas-Soċjetà - li bl-involviment tagħkom, iżżommu s-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju ħajja s-sena kollha! Nagħlaq dan il-messaġġ billi, filwaqt li ntenni l-gratitudni tiegħi għall-fiduċja li dejjem kellkom fija u r-rispett li dejjem ġejt muri, nrodd dan kollu bil-wegħda li nibqa’ nagħmel l-almu tiegħi sabiex flimkien inwasslu s-Soċjetà tagħna pass ieħor ’l quddiem. Il-progress isir meta kulħadd jagħmel l-isforz tiegħu flistess direzzjoni u nikkonkludi billi ngħid li dak li twettaq din is-sena huwa eżempju ċar ta’ dan! Niftakru dejjem f’dak li missirijietna naqqxu b’mod dejjiemi mal-faċċata tal-Każin: is-simboli tal-Għaqda, is-Saħħa u l-Kuraġġ; il-motto li jrid dejjem jidderiġina f’kull pass li nagħmlu, tul il-jiem kollha tas-sena! Iżda fuq kollox, l-akbar ringrazzjament idur lejn Alla l-Imbierek li tana l-grazzja li naslu s’hawn u lejn Ommna Marija Immakulata, meqjuma hawn fl-Imqabba taħt it-titlu singulari minn ‘Tal-Ġilju’ u nitolbuhom iħarsuna minn kull xkiel, iżommuna magħqudin u jagħtuna d-dehen li nagħrfu mmexxu s-Soċjetà b’responsabbiltà, serjetà u għaqal għall-futur. Filwaqt li nawgura l-Festa t-tajba lil kulħadd, nappella sabiex inkunu ġenerużi fl-għotjiet tagħna b’risq il-Festa u li nipparteċipaw fl-attivitajiet imħejjija.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

11


MESSAĠĠ MILL-KAXXIER

Tar-Robba l/o Kirkop KKP 9090, Malta Tel: 2168 3558, 2168 5332 Fax: 2164 2834 John Ghigo : 9949 3311 Jurtin Ghigo : 9945 7162 E-mail: johnghig@maltanet.net Web: www.tarrobbarecycling.com

For all types of original, second hand and imitation autoparts with the best prices found locally!!!

• Ìarr tal-Konkos • Blokki tal-Franka • Blokki tas-Sejjie˙

• Torba • Bricks

Ta’ kull sena f’dawn il-ġranet in-nies tal-Ġilju, jibdew iħossu qalbhom tħabbat iżjed bil-qawwi u jfittxu jgħoddu l-jiem li jkun għad fadal għal dak il-jum li fih niċċelebraw il-festa tal-patruna tagħna, dik tal-Madonna tal-Ġilju. Esperjenza li nġarrbu darba biss matul is-sena, iżda li għaliha naħdmu bis-sħiħ is-sena kollha. Matul din l-aħħar sena l-Kumitat Amministrattiv, flimkien ma’ numru ta’ Soċji dedikati, stinka sabiex il-pjan terran ikun refurbished. Sakemm qiegħed nikteb dan l-artiklu, x-xogħol miexi ġmielu u nittamaw li salfesta jkun lest. Bħala parti minn din il-ħidma, kien il-fatt li l-Kumitat reġa’ żamm il-Bottegin tal-Każin f’idejh. Dan għamlu sabiex jekk ikun hemm bżonn, jinżamm magħluq għal numru ta’ ġimgħat sabiex isir ix-xogħol u ma jkollniex diżgwid mal-Barman. Biss nistgħu ngħidu li l-ġranet li nżamm magħluq kienu relattivament ftit. Hawnekk nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li offrew ħinhom biex setgħu jkunu t’għajnuna wara l-bar. Minbarra li lkoll għamlu xogħolhom bl-akbar dedikazzjoni, għenu wkoll sabiex il-Kumitat ikollu riżorsa oħra ta’ dħul ta’ flus, li hi ferm meħtieġa sabiex intaffu xi ftit mill-ispejjeż kbar li għandna. Aktar u aktar meta l-iskema ta’ self biex jitlesta dan il-proġett, li nedejna f’Awissu ma kelliex ir-riżultat mixtieq. Aktar tagħrif dwar dan il-proġett issibuh fl-artiklu dwar ir-Rikostruzzjoni tal-Każin. Ma jonqosx li nsemmi wkoll li bl-għajnuna ta’ fondi li s-Soċjetà akkwistat mill-Unjoni Ewropeja u mingħand il-Gvern, wara li tgħaddi l-Festa, ser jitkompla l-proġett tas-sala multiviżiva, biex b’hekk sa l-aħħar tas-sena jkollna iżjed min-nofs ir-refurbishment tal-Każin lest. Hawnekk nirringrazzja lis-sotto kumitat tar-Rikostruzzjoni tal-Każin għax-xogħol imprezzabbli li għamel sabiex is-Soċjetà jkollha sede ferm sabiħa u funzjonabbli għaż-żmienijiet tal-lum. B’rabta mal-festa tas-sena l-oħra, is-Soċjetà reġgħet żiedet unur ieħor prestiġġjuż mal-kullana t’unuri li rebħet matul iż-żmien. Qiegħed nirreferi għall-Unur tal-Artiġġjanat, li s-Soċjetà rebħet l-aktar prodott innovattiv minn grupp ta’ artiġjani ta’ xogħol fl-injam u l-metall, mudellar u skultura, li żżanżan waqt il-marċ tal-Ħamis. Bix-xieraq li nawgura wkoll lill-Għaqda tal-Armar għal dan is-suċċess, li tagħmilna lkoll kburin. Irridu nżommu quddiem għajnejna li l-ħajja tas-Soċjetà tagħna ddur kollha kemm hi mal-festa. Is-sena l-oħra kellna festa sabiħa ħafna u dan kollu huwa frott il-ħidma kontinwa tal-Kummissjonijiet fi ħdan is-Soċjetà. Is-sena ta’ xogħol siewi li għamlu l-Għaqda tan-Nar, is-Sezzjoni Nisa u s-Sezzjoni Żgħażagħ żgur li ser tidher fil-Festa minħabba li lkoll stinkaw sabiex jerġa’ jkollna festa mill-aqwa minn kull lat. Is-suċċess tal-festa jiddependi mill-ġenerożità tas-soċji, l-partitarji u l-benefatturi tagħna, li dejjem sibnihom kull meta kellna bżonn, kemm għall-għajnuna finanzjarja u kif ukoll għal dik materjali. Għalhekk inħeġġukom sabiex fil-jiem tal-festa, kemm fil-ġbir li jsir bieb bieb, kif ukoll mill-arbular li jagħmlu l-membri tal-Kumitat, tkunu ġenerużi. Intom is-sostenituri ta’ din is-Soċjetà, għandkom tħossukom kburin bil-festa li tiġi organizzata kull sena. Nagħlaq billi nieħu l-okkażżjoni sabiex nawgura l-festa t-tajba lis-soċji, partitarji u benefatturi ta’ din is-Soċjetà, kif ukoll lill-Imqabbin kollha, l-aktar lil dawk li minħabba xi mard ma jkunux jistgħu jaqsmu magħna, l-ferħ li ġġib magħha din il-Festa.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

Benny Briffa

“Is-suċċess tal-festa jiddependi mill-ġenerożità tas-soċji, l-partitarji u l-benefatturi tagħna, li dejjem sibnihom kull meta kellna bżonn, kemm għall-għajnuna finanzjarja u kif ukoll għal dik materjali.”

13


MESSAĠĠ MIS-SURMAST DIRETTUR

Mro. Andrew Calleja F.V.C.M., A.L.C.M.

REBORN SNACK BAR 58, Crossroads, Marsa (in front of BOV)

Tel: 27036073

Għaddiet sena oħra, u bl-għajnuna t’Alla u tal-Madonna ninsabu fuq l-għatba ta’ festa oħra: festa li għalija personali din is-sena għandha sinifikat speċjali. Kien propju 25 sena ilu li ġejt maħtur surmast direttur ta’ din il-banda. Trid u ma tridx bilfors ikollok tħares lura! Anniversarju bħal dan iġiegħlek tirrifletti u filwaqt li tapprezza l-ħajja, tirrealizza kemm l-istess ħajja hija qasira u l-bżonn li kull wieħed u waħda minna nagħmlu l-aħjar użu mill-ħin li jogħġbu jsellifna l-Mulej! Il-mużika hija waħda mill-aktar modi li biha l-bniedem jikkomunika. Hija lingwa u anke jekk persuna ma tkun qatt studjat l-mużika, meta mużiċist jew grupp ta’ mużiċisti jinterpretaw silta mużikali, il-persuna li tkun qed tisma’ tkun tista’ tifhem u tassoċja ruħha ma’ dak li tkun qed tisma’! F’dan il-messaġġ tiegħi għall-okkażjoni tal-festa 2017 nixtieq li nħeġġeġ lill-ġenituri tattfal, sabiex minn età tenera jibdew jesponu lil uliedhom għall-mużika. Diversi studji juru t-terapija assoċjata mal-mużika! Mhux biss, imma meta persuna titgħallem u eventwalment tkun kapaċi tinterpreta silta mużikali fuq strument partikolari, hu x’inhu, il-proċess jgħin immensament sabiex il-persuna tiżviluppa l-ħiliet tagħha ferm aħjar! Nistqarr li nħossni kuntent li jien surmast ta’ banda fi ħdan soċjetà li tagħraf dan u li minkejja ċ-ċokon u l-limitazzjonijiet tagħha, tul is-snin għamlet li setgħet sabiex tagħti prijorità lill-qasam mużikali fi ħdanha! Hi soċjetà dehen ta’ isimha għax x’jiswa li tissejjaħ soċjetà mużikali, jekk il-banda ma tingħatax prijorità? Illum il-ġurnata għandna faċilitajiet mill-aqwa għat-tagħlim mużikali u t-tfal tagħna jistgħu jgawdu minn ambjent addattat għat-tagħlim. Mhux biss, iżda l-mod kif qed jiġi mwassal it-tagħlim kif ukoll l-attenzjoni individwali li tingħata hija intenzjonata sabiex noħorġu l-aħjar minn kull tifel u tifla li jibdew jitgħallmu l-mużika. Dan apparti li s-Soċjetà tul is-snin investiet fi strumentatura addattata biex tkun f’pożizzjoni li tista’ tissodisfa x-xewqa individwali ta’ kull alliev. Infakkar li t-tagħlim jiġi pprovdut kull nhar ta’ Sibt filgħodu u jsir arranġament personali sabiex nippruvaw nakkomodaw lil kulħadd skont il-ħtiġijiet u l-esiġenzi tiegħu. Finalment din is-sena ma nistax nikkonkludi kitbieti mingħajr ma nrodd ħajr lil dawk kollha li tul dan il-kwart ta’ seklu ħdimt magħhom fi ħdan din is-soċjetà. Inkun qed niżbalja jekk nażżarda nipprova b’xi mod insemmi xi ismijiet. Minflok, b’mod ġenerali nixtieq inrodd ħajr lil dawk kollha li tul dawn il-25 sena kienu ta’ kontribut fil-qadi ta’ dmirijieti bħala surmast direttur ta’ din l-ewwel banda Mqabbija. Li kont fdat bit-treġija tal-Banda Madonna tal-Ġilju għal 25 sena mhux mertu tiegħi, imma bis-saħħa talbandisti tal-post li tul is-snin ipprovdew is-servizz tagħhom. Magħhom il-Kummissjoni Banda li flimkien mal-Kumitat Amministrattiv, tul is-snin kienu dejjem warajja u appoġġjaw l-inizjattivi tiegħi. Nirringrazzjahom tal-ispazju li dejjem tawni, li semgħuni, kkalkulawni u fejn kien possibbli implimentaw il-konsiderazzjonijiet tiegħi. Tul dawn is-snin fraħna flimkien imma wkoll ġarrabna mumenti ta’ dieqa, speċjalment bit-telfa ta’ persuni li kienu ta’ sostenn għas-soċjetà, qrib il-banda u devoti kbar talMadonna tal-Ġilju. Minn hawn niftakru fihom fit-talb tagħna. Finalment, ma nistax personalment ma nroddx ħajr lill-id il-leminija tiegħi fit-treġija tal-banda, Maestro Edwin Pace li f’idejh hi fdata t-tmexxija tat-tagħlim mużikali, kif ukoll liż-żewġ Surmastrijiet Onorarji Mqabbin: Mro. Joseph Tonna u Mro. Julio Tanti, li dejjem kienu warajja u disposti għal dak li minn żmien għal żmien kien hemm bżonn. Nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd u nikkonkludi bil-messaġġ li bdejt bih: ħajru t-tfal tagħkom jersqu aktar lejn il-mużika għax kif qal Martin Luther King “Wara l-kelma t’Alla, l-arti nobbli tal-mużika hija l-akbar teżor fid-dinja”.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

“F’dan il-messaġġ tiegħi għall-okkażjoni tal-festa 2017 nixtieq li nħeġġeġ lill-ġenituri tat-tfal, sabiex minn età tenera jibdew jesponu lil uliedhom għall-mużika. ”

15


CREDIT CARDS

Kumitat Amministrattiv 2015-2017

I BELIEVE IN A WORLD OF OPPORTUNITIES CLASSIC

GOLD

Quddiem mix-xellug: Michael Ghigo, Teddy Farrugia, Benny Briffa, Marvin Sciberras. Wara mix-xellug: Robert Aquilina, Charlie Grech, John Barbara, Gigliola Micallef, Alan Barbara, Fernando Dingli, Tonio Facciol. Nieqes mir-ritratt: Claudio Farrugia

Surmastrijiet Onorarji Julio Tanti A. Mus. L.C.M. Joseph Tonna A. Mus. L.C.M.

Presidenti Onorarji Benny Baldacchino Charles Farrugia Salvu Magro Charles Polidano Joseph Tanti

Membri Onorarji Julio Barbara John Mary Ciantar Joseph Farrugia Annunziato Mifsud

Segretarju Michael Ghigo

President Teddy Farrugia

Teżorier Benny Briffa

Assistent Segretarju Fernando Dingli

Viċi President Claudio Farrugia

Assistent Teżoriera Gigliola Micallef

Direttur tal-Każin Tonio Facciol

Membri Robert Aquilina, Alan Barbara, John Barbara, Charles Grech

Relazzjonijiet Pubbliċi Marvin Sciberras

Rettur tal-Fratellanza Joe Gauci Surmast Direttur Delegat Għaqda Każini tal-Banda Mro. Andrew Calleja FVCM, ALCM Christopher Briffa Chairperson Kumm. Nisa Julie Abdilla I want the freedom that comes with owning a Credit Card. I want an easy and secure method of payment to shop locally, abroad and online. My Credit Card from Banif Bank gives me a world of opportunities!

f l Banif Bank (Malta) plc Terms and conditions apply. All credit cards are subjects to the Bank’s lending criteria. The Bank reserves the right to amend or withdraw the product from the market at any time, at its sole and absolute discretion and without any prior notice. Banif Bank (Malta) plc is a credit institution licensed to undertake the business of banking by the MFSA in terms of the Banking Act 1994 and is a member of the Depositor Compensation Scheme established under the Depositor Compensation Scheme Regulations (Legal notice 383 of 2015). Registered in Malta C41030 - 203, Level 2, Rue D’Argens, Gzira GZR 1368, Malta.

Chairperson Sezzjoni Żgħażagħ Joseph Zammit Delegata Junior Club Anna Grech

Għalliem tal-Alljievi Mro. Edwin Pace

Chairperson Kumm. Banda Chairperson Għaqda tal-Armar Walter Farrugia John Barbara Licencee Għaqda tan-Nar Benny Dingli

Chairman Kummissjoni Radju Tonio Facciol Delegat Kummissjoni Sport Joe Farrugia

Konsulenti Legali Konsulent Finanzjarju Dr. Michael Sciriha B.A. (Hons.) (Econ.), M.A. (Econ.), LL.D. Malcolm Bondin B. Com., B. Accty. (Hons.), F.I.A., C.P.A. Dr. Lucio Sciriha LL.B. LL.D. M.A. Fin Serv

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

17


GħAQDA TAL-ARMAR .

Madonna tal-Gilju 2 0 1 6

J o h n

-

b A R b A R A

2 0 1 7 -

c h A i R M A n

Kif jibda joqrob nofs Marzu, dawk li jkunu inkarigati mill-ġbir tal-artikli relatati ma’ dan il-ktieb, jibdew jiġru wara n-nies li jkunu involuti direttament ma’ diversi sezzjonijiet fi ħdan is-Soċjetà. Propju għalija li nkun inkarigat mix-xogħol li jkun għaddej flimħażen tagħna, ikun daqxejn diffiċli li nikkonkludi sa fejn ser jasal ix-xogħol li jkun għaddej. Wara li nġabar kollox fis-sajf ta’ qabel, iltqajna u rajna fejn konna tajjeb u fejn stajna ntejbu kemm bħala livell, kif ukoll bħala tqassim ta’ xogħol. Bla dubju, is-sena l-oħra esperimentajna li ninqasmu f’żewġ gruppi. Għalkemm ma kienitx daqshekk faċli biex inżommu l-livell tax-xogħol, deher li diversi xogħlijiet li saru, intlaqgħu b’mod verament pożittiv. Hekk reġa’ sar din is-sena għalkemm ma dħalniex għall-istess ammont ta’ xogħol. Bdejna bir-restawr ta’ żewġ pedestalli taz-zuntier. Dawn sarilhom ilbrix u nbidlu xi gwarniċi wkoll. Għal fuq dawn ilpedestalli nħadem l-ornament kollu ġdid, għax hekk kien jixraq. Tista’ tgħid li permezz taż-żebgħa li sar

Iċ-Chairperson tal-Għaqda tal-Armar is-Sur John Barbara, flimkien mas-Sinjura tiegħu Annie, isegwu l-Programm Vokali u Strumentali mill-Banda Madonna tal-Ġilju fil-ġimgħa tal-Festa 2016.

Ritratt tal-okkażjoni meħud wara l-inawgurazzjoni tal-ewwel fażi tat-trofew artistiku waqt il-marċ tal-Ħamis tal-Festa 2016, li fih jidhru wħud minn dawk involuti flimkien ma’ kontributur ewlieni, is-Sur Charles Polidano.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

19


Il-brijju li nħoloq waqt il-marċ tal-Ħamis waqt l-inawgurazzjoni tal-istess proġett fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba.

fuqhom u l-mod kif qiegħed l-ornament, id-dehra kważi nbidlet għal kollox. Bdejna wkoll xogħol fuq iż-żewġ pedestalli ta’ barra z-zuntier li fuqhom jintramaw l-istatwi ta’ Sant’ Anna u San Ġwakkin. Dawn ukoll qiegħed isir xogħol estensiv fuqhom, kemm bħala struttura, bdil ta’ gwarniċi u kif ukoll bdil ta’ kull ornament li kien hemm. Jidher żgur li dan ix-xogħol, sfortunatament mhux ser jilħaq jitlesta. Hija ħasra li wara tant xogħol mhux ser jirnexxilna ngawdu dawn il-pedestalli din is-sena. Niżgurakom li bil-livell li qegħdin jiġu modifikati, dawn iż-żewġ pedestalli ser jagħtu mbottatura oħra ’l fuq għal sena oħra f’dak li hu livell ta’ kwalità. Qasam ieħor li ħdimna fuqu għal sena sħiħa bla ma qatt waqafna, huwa t-tkomplija fuq ix-xogħol tat-trofej il-ġodda. Kif kien mistenni s-sena l-oħra, dan il-proġett għamel impatt kbir fil-qasam tal-armar. Għalkemm minn sena għall-oħra domna sakemm ħriġna l-ewwel wieħed, is-sodisfazzjon kemm għalina li konna nvoluti direttament fix-xogħol u kemm għan-nies li ġew dakinhar tal-inawgurazzjoni, kien kbir. Sinċerament rajt nies bid-dmugħ f’għajnejhom bil-ferħ. In-nies li qatt ma kienu rawh qabel ma basrux dan il-livell. Irrid nirringrazzja wkoll lin-nies li kienu involuti fl-organizzazzjoni tal-inawgurazzjoni li ħadmu volontarjament fuq 3D mapping b’sistema li ntużat għall-ewwel darba f’raħalna u x-xogħol fuqha sar min-nies tas-Soċjetà tagħna. Qegħdin naħdmu bis-sħiħ biex inqarrbu d-disgħa l-oħra li baqa’. Għalkemm mhux faċli, imma sal-lum li qiegħed nikteb dan l-artiklu, il-ħsieb huwa li noħorġuhom għall-inqas bi struttura talinjam. Hemm il-possibiltà li jkollna ammont ta’ skultura li tkun lesta wkoll. Inħadmu wkoll diversi puttini għal fuqhom. Kollox

Tlieta oħra minn sett ta’ tmien bandalori artistiċi għad-dawra tal-Pjazza li jirraffiguraw Nisa mill-Antik Testment. Pittura ta’ Manuel Farrugia, sfumatura minn Josef Camilleri filwaqt li l-ħjata kollha saret mill-membri tal-Kummissjoni Nisa.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

21



Tel: 21680200 Mob: 79680200 opening hours

17, Triq Dun Guzepp Zammit, Zurrieq

Mondays Closed Tuesdays - Fridays: 9:00am - 1.30pm 5:00pm till late Saturdays: 9:00am - 1.30pm 4:00pm till late Sundays: 4:00pm till late

FREE delivery Terms and conditions apply

Special Offer

1.5 Litre Coca Cola with every €25 spent

www.dees-pizzeria.com

irid il-ħin tiegħu imma dan il-proġett ħadilna ħafna riżorsi ta’ nies determinati li jwasslu dal-prodott sal-aħħar. Kien ilu l-ħsieb li nerġgħu nagħtu idea ta’ ċertu xogħol relatat mal-Planċier Meravilja. Ilħsieb li jinbidlu l-anġli bil-kandelabri b’kollox, ilna nippreparaw għalih. Kien propju s-sena l-oħra fejn b’mod ta’ prova waqqafna l-anġlu mibdul ma’ biċċa arti oħra ġdida: tliet anġli minflok wieħed f’kull post biex iżommu l-kandilabru. Dan inħadem totalment flinjam. Għalhekk, għal din is-sena ser inżanżnu sett ta’ tnejn mill-anġli tat-trufijiet ta’ mad-dawra. Għal din is-sena ser nużaw il-kandilabru l-antik għaliex kif jidher ix-xogħol fuqu, mhux faċli li jitlesta. Din kienet sfida oħra ġdida li dħalna għaliha u rridu nwettquha biex fil-festa tagħna, dan il-Planċier Meravilja jkun verament monument artistiku ġo raħalna. Xogħol ieħor ta’ drapp li ser nikkonkluduh din is-sena huwa t-tkomplija tas-sett tal-bandalori tal-pjazza, fejn kien jonqosna waħda bil-pittura u sfumar. Dan is-sett bandalori, dejjem jekk it-temp jippermetti, nistgħu ngawduhom u napprezzaw s-sbuħija tagħhom. Kien propju f’nofs Marzu, fejn l-Għaqda tal-Armar tagħna ġiet mogħtija l-premju tal-aqwa xogħol artiġjanali minn grupp t’artiġjani. “Ġieħ l-Artiġjanat Malti 2016” ġiet organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ fi ħdan il-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar. Dan ifisser li l-membri tal-grupp li naħdmu f’dan il-qasam ta’ xogħol, jinsab f’livell li jħabbatha mal-aqwa artisti ta’ pajjiżna. Grazzi lil min kien u għadu involut f’dan il-qasam fejn għollejna mhux biss isem is-Soċjetà, iżda anke isem raħalna, fejn sa ftit żmien ilu lanqas biss konna noħolmu li għad xi darba naslu s’hawn. Fuq nota differenti, fejn jidħol armar antik li huwa propjetà tas-Soċjetà, din is-sena qegħdin infakkru l-100 sena minn meta ġiet inawgurata l-istatwa ta’ Malta Rebbieħa, u kif ukoll il-95 sena mill-inawgurazzjoni tal-Vara l-Kbira. Dawn l-opri artistiċi, b’xorti tajba għadhom sal-lum il-ġurnata jitgawdew f’postijiet prominenti fil-jiem tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju, u kienu fost l-ewwel armar li s-Soċjetà ħadmet wara li twaqqfet fl-1911. Għaddiet sena oħra ta’ ħidma f’dan il-qasam u bla dubju b’mod verament sinċier irrid nirringrazzja lil kull min jaħdem b’mod volontarju għax b’hekk naslu f’dan is-suċċess għax dan ix-xogħol isir mill-qalb u bla ebda kundizzjoni. Hawn forsi nħeġġeġ lil dawk li jistgħu jgħinuna narmaw u nżarmaw. Aktar ma nkunu nies, ix-xogħol ta’ barra jinqasam aħjar, u anqas issir ħsara. Grazzi lil kulħadd u nħeġġeġ biex nagħtu sehemna għax ilfesta minn sena għall-oħra qiegħda dejjem tikber. Viva l-Madonna tal-Ġilju

Dr. Simone Inguanez, uffiċċjal responsabbli mid-djalogu kulturali fil-komunità tal-Kunsill Malti għall-Arti, tiffirma l-ktieb tal-viżitaturi akkumpanjata mill-President tas-Soċjetà s-Sur Teddy Farrugia flimkien maċ-Chairperson tal-Għaqda tal-Armar, is-Sur John Barbara.

L-ikla annwali tal-għada tal-Milied organizzata mill-Għaqda tal-Armar għall-membri u partitarji.

Iċ-Chairperson tal-Għaqda tal-Armar is-Sur John Barbara flimkien ma’ Keith Buhagiar u Christian Cassar, jirċievu l-premju fl-ewwel post tal-“Ġieħ l-Artiġjanat Malti 2016” mill-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Negozji Zgħar l-Avukat Chris Cardona.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

25


KUMMISSJONI BANDA .

Unistyler

Madonna tal-Gilju

Hair Salon

2 0 1 6

• Blowdries • Straightening • Latest Cuts • Brazilian Treatments • Latest Colour Techniques • Well experienced in Real Hair Extensions • Up Styles 18 years of experience Attended Rome Hair School - Italy

MICHAEL GHIGO

-

2 0 1 7

B.ED. (HONS)

- ARKIVISTA

Nota mill-Kummissjoni Banda:

Main sponsor of the Best Male Model of the World Malta 2016

Triq il-Katakombi, Mqabba by Maria Zahra | 99460519

Opening Hours: Mon -Tue - Thu - Fri: 4.00pm - 7.30pm Sat: 8.00am - 1.00pm Wed: Closed

Għajr għal xi dettalji żgħar marbuta ma’ dati tat-trasferiment tal-Festa, b’konsegwenza tal-Elezzjoni Ġenerali, ħallejna dan ir-rapport fl-istat oriġinali tiegħu, speċjalment fejn jirrigwarda l-introduzzjoni. Dan b’tifkira għal-memorja ta’ seħibna Christian Ghigo li daħal fl-eternità f’Dar il-Missier nhar l-10 ta’ Mejju 2017. Minflok, ħsibna li kollettivament niktbu apprezzament dedikat lilu f’paġni separati (irreferi għal-paġna 48) sabiex jibqa’ tifkira dejjiema ta’ dan iż-Żagħżugħ, li minkejja l-ħajja qasira tiegħu f’din l-art, ta ħafna u daqstant ħalla warajh! Bħal kull sena f’dan iż-żmien, il-Kummissjoni Banda tiddedika waħda mil-laqgħat regolari tagħha sabiex flimkien inħejju rapport tal-ħidma talBanda. Nanalizzaw il-minuti tal-laqgħat li nkunu għamilna u nirreferu għad-diversi ċirkolari interni li jkunu nkitbu matul it-tnax -il xahar li għaddew sabiex b’mod kronoloġiku nelenkaw ħidmet ilKummissjoni Banda u nevalwaw il-progress talBanda tagħna. Qegħdin infasslu dan ir-rapport hekk kif ninsabu f’nofs April. Madwar il-mejda qegħdin l-membri kollha tal-Kummissjoni, għajr seħibna Christian Ghigo. Chris bħalissa għaddej minn żmien diffiċli u jinsab rikoverat l-isptar. Christian, apparti li hu bandist attiv, ipparteċipa f’bosta mill-inizjattivi li ser nelenkaw tul dan ir-rapport. Inħeġġukom tingħaqdu magħna fit-talb tagħkom sabiex ilMulej jagħtih il-fejqan. Nitolbu l-Ommna Marija

Kummissjoni Banda 2015-2017: Ritratt ippubblikat b’tifkira dejjiema ta’ seħibna Christian Ghigo (Bil-wieqfa:l-ewwel fuq ix-xellug) flimkien mal-membri l-oħra tal-Kummissjoni: Raoul Cassar u Redianne Zammit Ghigo. Quddiem: Bjorn Farrugia, Walter Farrugia (Chairperson), John Cassar u Michael Ghigo.

Misraħ il-Fidwa, Mqabba (ħdejn il-bandli)

Tel: 2164 7381

All you need in one stop shop

Free delivery Great choices on delicatessen, beverages, wines, detergents, etc.

Il-Banda Madonna tal-Ġilju, taħt il-bakketta tas-Surmast Direttur Mro. Andrew Calleja, waqt il-Programm Annwali tal-Festa 2016 fuq il-Planċier Meravija ikkumplimentat bil-Bandalora Artistika, segwita minn mijiet ta’ ammiraturi li ta’ kull sena jżommu l-appuntament annwali tagħhom għall-Programm tat-Tlieta.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

27


Il-Banda Madonna tal-Ġilju fl-inawgurazzjoni tal-“Fiera l-Kbira” ġewwa Montekristo Estates: Lulju 2016.

Massed Band bejn iż-żewġ Soċjetajiet Mużikali Mqabbin waqt l-attività “Festa Ravjul” imtella’ mill-Kunsill Lokali: Ottubru 2016.

Il-Youth Ensamble Band fi ħdan l-Iskola tal-Mużika Madonna tal-Ġilju waqt l-attività organizzata mill-Aġenzija Żgħażagħ: Diċembru 2016.

Il-Festa Liturġika ta’ Marija Immakulata Kunċizzjoni 2016: Jum li jfakkar il-fondazzjoni ta’ din l-Ewwel Banda Imqabbija nhar id-9 ta’ Diċembru 1945.

28

tintervjeni u tfittex iġġibu lura magħna! Christian huwa persuna b’qalb “tad-deheb”. In-nuqqas tiegħu qiegħed jinħass ħafna u ilkoll kemm aħna ħsiebna u talbna dejjem fih! Intant, nistgħu ngħidu li t-tnax -il xahar li għaddew kienu mill-aktar impenjattivi. Apparti l-fatt li matulhom l-Banda tagħna kellha rekord ta’ servizzi, matul dan il-perjodu saret ħidma intensiva f’dik li hi organizzazzjoni, kif ukoll issokta l-proċess tat-tagħlim fi ħdan l-Iskola Mużikali. Għall-Kummissjoni Banda, l-qofol ta’ ħidmietha bir-raġun kollu jintlaħaq fiċ-ċelebrazzjoni tal-Festa ad unur il-Madonna tal-Ġilju: Padruna tagħna u li għaliha hija propju msemmija l-Banda! Tajna bidu għall-Festa 2016 Ħadd qabel il-Festa, meta ipparteċipjana f’attività organizzata mil-Junior Club ġewwa l-Multipurpose Hall tal-Każin. Dak in-nhar kien jum sinifikanti għall-Banda l-għaliex varajna l-Kamra tal-Banda u ġaladarba tiġi inkorporata filproġett sħiħ tat-tieni sular, żgur li jkollna l-faċilitajiet kollha rikjesti sabiex mhux biss norganizzaw aħjar l-amministrazzjoni tal-Banda, iżda fuq kollox, insaħħu l-proċess tat-tagħlim mużikali u l-provi regolari tul is-sena. Intant, l-għada t-Tnejn, ilBanda għamlet l-aħħar prova tagħha bi tħejjija għal-Programm Annwali fuq l-Planċier Meravilja. It-Tlieta, 14 ta’ Ġunju 2016 sebħet ġurnata millisbaħ! Għal kuntrarju tal-jum preċedenti, meta r-riħ bilkemm tana ċ-ċans li nagħmlu l-aħħar tħejjijiet, l-għodwa minn filgħodu wriet! Taħt il-Patronċinju tal-Kappillan tal-Imqabba Dun John P. Curmi, l-Banda esegwiet programm varju, bit-tema prinċipali tkun t-tifkira tal-140 sena mill-miġja tal-Vara artistika u devota tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba. Tul il-programm kellna d-debutt mal-Banda tagħna, tat-tenur Alan Sciberras u l-kantanta Destiny Chukunyere. Ipparteċipat ukoll il-mezzo soprano żagħżugħa Federica Falzon u l-kantanta Marisa D’Amato u kif ukoll rajna s-sehem tal-1st Ħamrun Scouts Group. Għat-tieni sena konsekuttiva kellna l-opportunità li nilqgħu fostna l-kantanta u attriċi ta’ fama internazzjonali b’dixxendenza Imqabbija, Kerry Ingram. Il-qofol tal-Programm intlaħaq bis-Son et Lumiere ‘140 sena taħt Ħarset Marija’ arranġament mużikali tas-Surmast Direttur Mro. Andrew Calleja b’lirika tas-Sur Johan Debattista, fejn flimkien mas-Sinjorina Sara Baldacchino u s-Sur Michael Sciortino, irrelataw is-sinifikat ta’ dan l-anniversarju fil-ħajja tal-lum! Nistgħu ngħidu bla tlaqliq li kien esperiment mużiko-letterarju li rnexxa u li ntlaqa’ ferm tajjeb mill-udjenza numeruża li attendiet għal dan il-programm. B’rabta mal-istess anniversarju fi tmiem il-programm, ġiet varata uffiċjalment id-diska imnedija għall-okkażjoni ‘O Madonna tal-Ġilju Ħanina’ interpretata mill-mezzo soprano u kantanta Federica Falzon, bil-mużika

Festa 2017

tas-Sur Elton Zarb, b’lirika tal-mibki s-Sur Sunny Aquilina. Il-programm, li kien ikkumplimentat b’diversi features multi-viżivi bi produzzjoni talKummissjoni Radio, kellu l-preżentazzjoni ta’ Dr. Charles Farrugia u s-Sinjura Marouska Cauchi Debattista. Żgur iżda li l-Bandisti tal-Post kienu l-protagonisti tas-serata, hekk kif apparti d-diversi partijiet li kellhom sehem dirett fihom b’partijiet obbligatorji, kien biss bis-saħħa talinvolviment tagħhom tul ix-xhur ta’ qabel bi tħejjijiet neċessarji sabiex seta’ jkun hemm build up tant effettiv għal dan l-avveniment, li bla tlaqliq nistgħu ngħidu li jkun tant mistenni minn bosta dilettanti u ammiraturi tal-Baned Maltin. Bħala Kummissjoni Banda nixtiequ li permezz ta’ dan ir-rapport pubblikament inwasslu r-radd ta’ ħajr tagħna lil grupp wiesgħa ta’ persuni li b’diversi modi jagħtu s-sehem tagħhom fl-organizzazzjoni meħtieġa. Grazzi għall-koordinament u l-konsultazzjoni wiesgħa u kostanti bejn diversi oqsma, tinħoloq sinerġija fejn grupp varji jaħdmu għal għan wieħed komuni. Jekk Alla jrid, fl-okkażjoni tal-Festa ta’ din is-sena, għandna imħejji programm ieħor varjat, b’xejra differenti kif mistenni! Bħal dejjem intennu l-appell tagħna lilkom soċji, partitarji, benefatturi u ammiraturi talBanda Madonna tal-Ġilju, sabiex iżżommu l-appuntament annwali tagħkom mal-Banda tagħna għat-Tlieta, 19 ta’ Settembru fit-8.00pm (aktar dettalji f’paġna 45) fejn hemm imħejjija serata qasira imma pjaċevoli li tikkumplimenta sew mal-Festa tant għażiża tagħna! Nittamaw li t-temp jerġa’ jkun ħanin magħna sabiex għal sena oħra nittrasformaw il-pjazza ewlenija tar-raħal f’amfiteatru, ikkumplimentat b’armar artistiku u drapp rikk u nkomplu nistabbilixxu l-Jum tatTlieta bħala ‘Jum il-Banda’ denju ta’ dan l-isem u li l-Banda tkun ta’ kontribut sabiex issaħħaħ l-opinjoni pubblika li l-Festa tal-Madonna talĠilju hija waħda mill-Festi ewlenin li s-soltu tiftaħ l-istaġun Festiv, imma li din is-sena, jekk Alla jrid, ser tiġi ċċelebrata lejn tmiemu! Intant, sehem il-Banda kompla fil-marċ grandjuż tal-Ġimgħa filwaqt li f’Jum il-Festa, il-Banda ipparteċipat fil-marċ tradizzjonali ta’ nofsinhar u kif inhi l-konswetudni, għalqet il-Festa ad unur il-Padruna tagħha bis-solitu marċ tal-aħħar. Immedjatament wara l-Festa, Proġett ta’ kollaborazzjoni bejn is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, Mqabba u s-Soċjetà Mużikali San Ġużepp, Ħamrun bħala parti mill-implimentazzjoni tal-proposta marbuta mal-Ħames Skema mnedija mill-Aġenzija Żgħażagħ, fejn bejn Settembru u Novembru 2016 saru erbà ‘lectures’ b’forma ta’ ‘workshops’ interattivi li kienu l-qofol tal-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ skejjel tal-Banda.

. Madonna tal-Gilju Mqabba

29



Il-Banda Madonna tal-Ġilju ġewwa l-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu: Lulju 2016. Is-Sinjura Josette Falzon, li se tiddebutta għall-ewwel darba mal-Banda Madonna tal-Ġilju fil-Festa 2017 flimkien mal-Għalliem tagħha, Mro. Edwin Pace.

l-Banda kellha s-servizz fl-ewwel Ħadd ta’ Lulju , f’Jum il-Festa ta’ Sant Andrija f’Ħal-Luqa filwaqt li għall-ewwel darba ħadet sehem fl-inawgurazzjoni tal-Fiera l-Kbira organizzata f’Montekristo Estates b’servizz li sar il-Ħamis 7 ta’ Lulju. Ġimgħa wara mbagħad, eżattament l-Erbgħa 13 ta’ Lulju, għattieni sena konsekuttiva l-Banda reġgħet ġiet mistiedna tipprovdi s-servizz tagħha ġewwa l-Belt Kapitali, b’marċ brijjuż fl-okkażjoni tal-Festa talMadonna tal-Karmnu. Fuq xeħta soċjali, fl-20 ta’ Lulju 2016 il-Kummissjoni Banda ħadet ħsieb li torganizza s-solitu Ftira Night fil-park ta’ Għar Lapsi, fejn f’atmosfera ferriħija, l-allievi u l-bandisti tal-post, flimkien mal-qraba u ħbieb tagħhom, qattajna lejla divertenti flimkien. L-impenji mużikali ssoktaw f’Awwissu f’lejliet il-Festa ta’ San Leonardu f’Ħal-Kirkop u f’Settembru f’Ħaż-Żabbar għal jum ilFesta tal-Madonna tal-Grazzji. Immedjatament wara dawn l-impenji, l-Kummissjoni Banda xammret l-kmiem u flimkien ma’ sħabna l-bandisti tal-post, tajna bidu għat-tħejjijiet intensivi bi preparazzjoni għall-Programm Mużikali ikkummissjonat millKunsill Lokali ‘Ġieħ l-Imqabba 2016’ li din is-sena kien imiss lilna li nipparteċipaw. Dan ukoll kien programm, li bħas-snin preċedenti kien suċċess u laħaq l-aspettattivi tiegħu. Flimkien mal-Banda ħadet sehem ukoll il-kantanta Imqabbija, Christal Magro Bugeja. Hawn intennu l-gratitudni tagħna lisSindku u l-Kunsilliera kollha li baqgħu jemmnu fittalenti mużikali li jħaddnu ż-żewġ Baned Imqabbin li b’mod alternat, jagħtu spazju lil-Bandisti tal-lokal li jesegwixxu t-talenti tagħhom quddiem udjenzi mdaqqsa: opportunità li ċertament tgħin fl-iżvilupp mużikali tagħhom! Din is-serata nżammet is-Sibt 22 ta’ Ottubru filwaqt li l-għada l-Ħadd il-Bandisti tal-Post tagħna, ngħaqdu mal-bandisti tal-Banda Re Ġorġ V u flimkien għal sena oħra fformajna ‘mass-

Attività sajfija f’Għar Lapsi organizzata mill-Kummissjoni Banda għall-allievi u l-bandisti, familjari u ħbieb. Lulju 2016.

Kerry Ingram akkumpanjata min-nannu tagħha, s-Sur Charles Grech, soċju attiv u ammiratur kbir tal-Banda tagħna, waqt laqgħa ta’ kortesija li Dr. Owen Bonnici, Ministru tal-Kultura, għoġbu jagħmel sabiex jirrikonoxxi t-talent ta’ din il-kantanta u attriċi ta’ fama internazzjonali b’dixxendenza Imqabbija.

“Ġieħ l-Imqabba 2016’”. Matul din is-serata akkumpanjat l-Banda il-kantanta Imqabbija s-Sinjura Chrystal Magro Bugeja kif ukoll il-Kor tat-Tfal tal-Iskola Primarja tal-Imqabba, imexxi mis-Sur Andrew Zarb.

32

Il-Banda Madonna tal-Ġilju f’lejliet il-Festa ta’ San Leonardu f’Ħal-Kirkop: Awwissu 2016.

band’ waqt l-attività ‘Festa Ravjul’ organizzata millKunsill, bħala parti mill-attivitajiet abbinati ma’ ‘Jum l-Imqabba 2016’. Il-Kunċerti regolari ta’ bejnietna komplew immedjatament wara dawn l-impenji, din iddarba b’ħarsitna iddur fuq il-Kunċert tal-Milied u Programm ta’ Mużika b’laqta Marjana, adatta flokkażjoni tal-inawgurazzjoni ta’ Ġnien il-Madonna tal-Ġilju. Ġimgħa wara ġimgħa, dawn resquna għaxxahar ta’ Diċembru fejn matulu kellna diversi impenji. Bdejna bis-sehem tal-Ensemble taż-Żgħażagħ waqt il-Christmas Market organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ ġewwa l-‘Youth Village’ f’Santa Venera. IlĦamis 8 ta’ Diċembru, il-Jum Liturġiku tal-Festa talImmakulata Kunċizzjoni, t-temp xejn ma kien ħanin magħna u sfortunatament l-inawgurazzjoni talġnien il-Madonna tal-Ġilju kellha tiġi trasferita għalĦadd 18 ta’ Diċembru, fejn għal darba oħra, t-temp ma kienx jippermetti li jsir il-Programm ippjanat u kellna nikkuntentaw biċ-ċerimonja simbolika tal-inawgurazjoni biss! Mhux l-istess jista’ jingħad iżda għall-Festa Liturġika ta’ Marija Immakulata flImqabba, ċċelebrata l-Ħadd 11 ta’ Diċembru, fejn ittemp ippermetta li toħroġ il-purċissjoni bl-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju mat-toroq tar-raħal u kif inhi l-konswetudni, wara l-Barka Sagramentali, l-Banda Madonna tal-Ġilju tipparteċipa f’din il-Festa għażiża bi programm qasir fil-Pjazza ta’ quddiem il-Każin,

Mariah Mifsud, allieva fuq il-klarinett, tingħata għarfien għall-impenn tagħha fl-istudju mużikali f’Jum iċ-Ċelebrazzjoni organizzat mill-Iskola Primarja tal-Imqabba.

Festa 2017

. Madonna tal-Gilju Mqabba

Il-Banda Madonna tal-Ġilju f’nhar il-Festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar: Settembru 2016.

Dan sabiex tikkommemora ‘Jum il-Fondazzjoni’ tagħha, propju fil-Festa Liturġika tal-Kunċizzjoni tas-sena 1945! L-impenn li kien imiss kien is-solitu ‘Christmas Concert’ ġewwa l-Kappella ta’ San Bażilju: kunċert li issa daħal sew fil-kalendarju mużikali talBanda tagħna u li min sena għal sena, minkejja li l-Kummissjoni Banda tesiġi li jinżamm kollu kemm hu marbut maċ-ċelebrazzjoni tat-twelid ta’ Ġesù Bambin, ikun varju, mexxej u fl-istess waqt informattiv! Ta’ sodisfazzjon kbir għalina kienet ittra li dehret fuq il-gazzetti mingħand persuna li għoġobha tattendi għal dan il-kunċert wara li rat avviż fuq il-media u li stqarret li verament ħadet pjaċir b’dak esegwit tul din l-attività Natalizja! Flimkien mal-Banda ħadet sehem ukoll is-Soprano Doreen Camilleri. L-impenji tagħna f’Diċembru issoktaw mbagħad permezz ta’ kunċert mużikali konġunt bejn il-Banda tagħna u l-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun ġewwa Dar San Pawl immexxija mis-Sorijiet ‘Little Sisters of the Poor’. Dan bħala tmiem il-proġett mniedi fl-iskema tal-Aġenzija Żgħażagħ li dwarha ser nelenkaw aktar ’l quddiem fl-istess rapport. Finalment imbagħad il-Ħamis 29

Programm ta’ Mużika Sagra u Funebri fil-Kappella ta’ San Bażilju bħala preludju għall-inawgurazzjoni tal-wirja “Mater Dolorosa ex Tenebrae Ad Lucem” imtella’ mis-Sezzjoni Żgħażagħ sabiex tikkommemora l-20 sena mill-ftuħ tal-ewwel wirja li qatt saret fl-Imqabba għal żmien ir-Randan Imqaddes.

33


Triq San BaΩilju, Mqabba (Wara l-Knisja)

Nispeçjalizzaw f’kull kwalità ta’ g˙a©ina, ravjul, pastizzi, eçç... Dawn l-affarijiet issibhom kemm imsajrin kif ukoll tal-friΩa. Ikollna wkoll soft drinks, ©elati, sigaretti, eçç...

Tel: 2164 7233

Naççettaw ordnijiet g˙all-parties.

For your Wedding Flowers, Holy Communion, Head Dresses, Engagement Parties, Funerals, Bouquets for feasts, Wedding Invitations, Souvenirs, Tulle & Accessories for all occasions

Cassar Florist (taz-zizzu)

Triq ÌuΩeppi Mattew Callus, Ûurrieq (near Aida Hall)

Tel: 2164 0501 / 9946 7457 / 9989 7385

ta’ Diċembru, fuq inizjattiva tas-Surmast Direttur Mro. Andrew Calleja, ħadna sehem f’attività oħra filantropika, din id-darba fl-Istitut tat-tfal San Ġużepp f’Ħaz-Żabbar, immexxi mis-Sorijiet Dumnikani. Hawn ukoll ħadet sehem mal-Banda, s-Soprano Żabbarija, Doreen Camilleri. Nistgħu ngħidu li temmejna s-sena fuq nota verament pożittiva hekk kif din kienet attività li għaqditna lkoll flimkien sabiex inferrħu lil ħaddieħor u fraħna aħna wkoll li bit-talenti mużikali tagħna, rnexxielna nagħmlu dan! Wara waqfa qasira tul Jannar, fi Frar bdejna t-tħejjijiet tagħna għall-Kunċert ta’ Mużika Sagra u Funebri abbinat mal-inawgurazzjoni tal-Wirja ‘Mater Dolorsa: Ex Tenebrae Ad Lucem’ organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà. Taħt ilpatronċinju tal-President Emeritus ta’ Malta, Dr. Ugo Mifsud Bonnici, l-Banda magħmulha minn element qawwi ta’ Bandisti tal-Post, esegwiet programm ta’ mużika addattata għall-okkażjoni. Mal-Banda ipparteċipat il-kantanta Marthese Tanti filwaqt li l-preżentazzjoni kienet fdata f’idejn is-Sur Michael Sciortino. Fl-istess waqt, b’mod separat, issoktaw it-tħejjijiet sew b’mod individwali kif ukoll kollettiv għall-Kunċert talGħid, li bħal dak tal-Milied, issa stabbilixxa ruħu sew fil-kalendarju mużikali tal-Banda. Dan ukoll kien ta’ suċċess kbir u laħaq l-aspettattivi, anzi, nistgħu ngħidu li konna ferm inkuraġġiti blattendenza dejjem tikber: tant li l-Multi Purpose Hall kienet litteralment ippakjata! Ta’ dan inroddu ħajr lil kull min bil-preżenza tiegħu ta s-sapport lill-allievi u bandisti żgħażagħ tagħna! Dan jimlina bl-entużjażmu li nħarsu ’l quddiem sabiex nkomplu nibnu fuq dak miksub tul is-snin! F’April il-Kummissjoni Banda żammet l-appuntament tagħha mat-tfal li jattendu l-iskola primarja tar-raħal b’sessjoni interattiva ta’ Music Appreciation li reġgħet intlaqgħet tant tajjeb, u dan grazzi għall-impenn taż-żewġ Surmastrijiet li f’idejhom hu fdat il-proċess kollu tat-tagħlim mużikali. Ħajr lill-Kap tal-Iskola, isSur Wilfred Cassar, li flimkien mal-Assistent Kap u l-istaff tagħhom, ikkoordinaw din l-attività bissehem dirett tal-istudenti li kienu parteċipattivi tul diversi siltiet li ġew interpretati minn bosta allievi u bandisti, fil-maġġoranza tagħhom, tal-istess età tagħhom. U la qegħdin insemmu l-Kap tal-Iskola, nixtiequ pubblikament nuru l-apprezzament tagħna għall-inizjattiva tiegħu li jagħti għarfien lill-istudenti tal-iskola li jkunu qed jimpenjaw ruħhom fl-Iskejjel Mużikali taż-żewġ Baned Imqabbin waqt “Jum iċ-Ċelebrazzjoni” organizzat mill-Iskola Primarja. F’Diċembru ta’ din is-sena, waħda mill-allievi fi ħdan il-Banda tagħna, Mariah Mifsud, ingħatat dan l-għarfien.

Christmas Concert 2016 organizzat ġewwa l-Kappella ta’ San Bażilju bis-sehem tal-allievi fi ħdan li skola tal-Mużika tal-Banda Madonna tal-Ġilju. Mal-Banda ħadet sehem ukoll is-soprano Doreen Camilleri.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

35


Il-Festa 2016 kellha sinifikat speċjali, għaliex fostna kellna delegazzjoni Taljana minn Affile, provinċja ta’ Ruma, li bħalna jiċċelebraw il-Festa ad unur il-Madonna tal-Ġilju, li kienet immexxija mis-Sindku Ercole Viri, martu s-Sinjura Antonella Abbafati u binthom Giada, l-Assessur Santa Alesi u żewġha Banedetto De Santis, kif ukoll is-Segretarju tal-Kunsill Pietro La Torre u s-Sinjura Leaonarda Lorito. Filfatt, il-programm mużikali ta’ lejliet il-Festa 2016 esegwiet mill-Banda La Vittoria tal-Mellieħa fuq l-Planċier Meravilja, bil-preżentazzjoni tas-Sur Edwin Gatt, ittella’ taħt il-patroċinju distinti tas-Sindku Viri.

Tal-Bazzi

Joseph & Julian Farrugia Ìarr ta’ ©ebel, ramel u torba, Ωrar u xog˙ol bil-gafef u tractor, ˙sad u ˙art 12, Warda tal-Ìilju, Triq in-Nazzarenu, Mqabba mob: 9988 7021 mob: 9987 7175 tel: 2168 3409

Apparti dawn l-attivitajiet, il-Kummissjoni Banda ipparteċipat f’diversi laqgħat u seminars organizzati mill-Għaqda Każini tal-Banda fosthom dak għall-Arkivisti, fejn il-Banda tagħna kienet irrapreżentata mill-Bandisti Bjorn Farrugia u Manuel Briffa. Dan is-seminar kien utli mmens, hekk kif ser nelenkaw f’dan l-istess rapport, minn wara l-Festa tas-sena l-oħra l-hawn, propju l-proġett ewlieni li mbarkajna fuqu kien l-arkivjar tal-mużika li l-Banda tipposjedi. Kif jgħidu, ż-żmien ma jistenna ’l ħadd, u forsi din is-sena b’mod partikolari, probabbli għax konna tant mehdija b’attività wara l-oħra, waqt li qed inħejju dan ir-rapport, ninsabu biss ftit ġimgħat il-bogħod miċ-ċelebrazzjoni tal-Festa tagħna, fejn ma jistax jonqos li l-fokus kollu tagħna issa huwa fuq l-aħħar tħejjijiet għall-Programm tat-Tlieta tal-Festa. Is-soltu niftħu s-servizz barra mir-raħal b’marċ brijjuż f’Ħal-Tarxien, fuq kummissjoni tal-Għaqda Mużikali Maria Annunzjata. Din is-sena l-Banda tagħna ma kienitx f’pożizzjoni li tipprovdi dan is-servizz minħabba t-trasferiment tal-Festa talLunzjata. Kollox kompla għan-normal, tant li matul dan l-istaġun, onorajna s-servizzi f’jum il-Festa ta’ Sant Andrija f’Ħal-Luqa, fuq kummissjoni talBanda Sant Andrija, ġewwa l-Belt Valletta il-Ġimgħa 14 ta’ Lulju, fuq stedina tal-Kumitat Festi Esterni Madonna tal-Karmnu u għall-ewwel darba fil-Festa ta’ Kristu Re, b’marċ brijjuż it-Tlieta 25 ta’ Lulju fuq stedina tas-Soċjetà Filarmonika G.M Fra Antoine De Paule, li bi pjaċir ser inkunu qed nirreċiprokaw is-servizz li għall-ewwel darba, l-Banda Kristu Re ser tipprovdi fl-okkażjoni tal-Festa tagħna, it-Tnejn 18 ta’ Settembru. Intemmu s-servizz barra r-raħal imbagħad bl-appuntament annwali tagħna f’nhar il-

Il-Mro. Edwin Pace, li f’idejh huwa fdat it-tagħlim tal-allievi u l-kontinwazzjoni tal-prattika fuq l-istrument tal-bandisti żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà, jidderieġi l-Banda fil-ftuħ tal-Festa 2016 waqt attività b’tema Marjana ġewwa l-Multipurpose Hall fil-binja l-ġdida tal-Każin.

Festa tal-Madonna tal-Grazzji, fuq kummissjoni talBanda Maria Mater Gratiae, jekk Alla jrid il-Ħadd 10 ta’ Settembru. Kontra qalbna din is-sena kellna nirribattu s-Servizz f’lejliet il-Festa ta’ San Leonardu f’Ħal-Kirkop u minn dawn il-paġni nixtiequ li pubblikament nirringrazzjaw lil-Amministrazzjoni tal-Għaqda San Leonardu tal-kooperazzjoni u d-disponibilità tagħhom tul is-snin u nħarasu ‘l quddiem li l-ħbiberija bejn iż-żewġ Baned tibqa’ tipprevali tul s-snin! Kontra qalbna ukoll kellna nirrifjutaw diversi stediniet oħra li sarulna għallfesti diversi, inkluż servizzi fil-gżira Għawdxija. Dan għaliex hija l-policy tal-Kummissjoni Banda li kemm jista’ jkun nillimitaw is-servizzi barra r-raħal sabiex nagħtu prijorità lid-diversi impenji interni li jkollna matul is-sena, li nemmnu li jikkontribwixxu bis-sħiħ fl-operat tal-Banda tagħna. Min hawn, filwaqt li nirringrazzjaw lid-diversi Soċjetajiet li wrew fiduċja fil-Banda tagħna, pubblikament niskużaw ruħna li m’aċċetajniex l-istedina. Ngħaddu issa għall-analiżi ta’ ħidma oħra mwettqa mill-Kummissjoni Banda. Bla dubju ta’ xejn l-akbar impenn kien l-organizzazzjoni talarkivju mużikali. Immedjatament wara l-Festa, l-Kummissjoni Banda imbarkat fuq il-proċess li

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

37


Waqtiet mis-servizz filantropiku li organizzajna nhar l-Ħamis 29 ta’ Diċembru fl-Istitut San Ġużepp, immexxi mis-Sorijiet Dumnikani f’Ħaż-Żabbar. Kienet attività li għaqditna lkoll flimkien sabiex inferrħu l-ħaddieħor u fraħna aħna ukoll!

titrasferixxi l-mużika kollha, li tammonta għal qrib l-elf silta mużikali, għall-kamra l-ġdida talBanda, li kif elenkat aktar qabel, ġiet inawgurata fil-Festa li għaddiet. Nistgħu ngħidu li dan kien proċess rigoruż ferm u li ħa ħafna u ħafna ħin. Wara diversi pariri ta’ nies esperti fil-qasam, ingħata bidu għall-iffumigar tad-dokumenti sabiex nassiguraw li dawn jiġu ppreservati fillok il-ġdid, ħielsa minn kull elementi li jistgħu jikkawżawlhom ħsara fil-futur. Fl-istess waqt, ġiet aġġornata l-lista tal-mużika fil-pussess talbanda u twessgħet il-firxa tat-tagħrif abbinati ma’ kull silta. Saru boroż ġodda għas-siltiet filwaqt li kull silta ġiet identifikata b’tikketta speċifika li tagħmilha ferm aktar prattika li tiġi merfugħa u misjuba meta jkun hemm referenza għaliha. Dan kien proċess li ħa ħafna mill-enerġija talKummissjoni tul ix-xhur li għaddew. Minkejja dan pero, ma naqas xejn mir-ritmu tat-tagħlim mużikali u l-preparazzjoni anċillari l-oħra kollha marbuta mat-tagħlim mużikali, fosthom, l-implimentazzjoni tal-proposta imressqa millBanda tagħna fil-proġett ta’ kollaborazzjoni bejn l-iskejjel tal-Mużika fi ħdan il-Banda tagħna u dik tal-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun. Dan bħala parti mill-ħames skema imnedija mill-Aġenzija Żgħażagħ, b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Każini tal-Banda. Nistgħu ngħidu li kienet inizjattiva suċċess mill-bidu sat-tmiem; attività li ħalliet frott kbir u li bla dubju nħarsu ’l quddiem sabiex jekk nerġgħu ningħataw l-opportunità, nissoktaw fejn ħallejna! Ħasra li għal raġunijiet mhux ċari, l-proposta tagħna għas-sitt skema ma ġietx aġġudikata pożittivament, forsi għax konna proattivi fil-proposta tagħna u min aġġudikana ma ħarisx l-bogħod daqs kemm ħarisna aħna! Jiddispjaċik meta taqsam il-proposta tiegħek ma’ persuni kompetenti u kollha jagħtuk raġun f’dak propost, anzi jtennu li fil-futur, ilproposta tagħna għad tkun miżura obbligatorja, imbagħad, min suppost għandu viżjoni aktar ċara ta’ fejn jixtieq li jara l-Baned Maltin u Għawdxin fil-futur, idgħajjef il-proposta tagħna! Pero din ma qatatilniex qalbna, anzi saħħitna u determinati li minkejja l-limitazzjonijiet ta’ fondi f’idejna, nagħmlu li nistgħu sabiex ma nnaqqsu xejn minn dak ippjanat sabiex nkomplu Konklużjoni tal-proġett ta’ kollaborazzjoni bejn il-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun u l-Banda Madonna tal-Ġilju, hekk kif kien il-ħsieb komuni tad-diriġenti taż-żewġ Baned li finalment nagħlqu l-ewwel fażi ta’ din il-kollaborazzjoni b’attività filantropika u li sseddaq il-valur tal-altruwiżmu fil-parteċipanti żgħażagħ, fejn grazzi għat-talenti mużikali tagħhom, ferrħu lir-residenti fid-dar tal-anzjani permezz ta’ Kunċert tal-Milied konġunt bejn il-Bandisti Żgħażagħ taż-żewġ Baned. Dan sar fid-Dar tal-Anzjani “San Pawl” immexxija mis-Sorijiet tal-“Little Sisters of the Poor” il-Ħamrun.

38

Festa 2017

Music Appreciation ġewwa s-sala prinċipali tal-Iskola Primarja tal-Imqabba bil-għan li tressaq l-arti mużikali eqreb lejn it-tfal tar-raħal ħalli minn età ċkejkna jkollhom l-opportunità li jagħtu valur lill-mużika fil-ħajja tagħhom. April 2017.

nipprovdu t-tagħlim mużikali lill-allievi tagħna, inkluż il-kontinwazzjoni tal-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ skejjel mużikali. Hawn ma nistgħux ma nirringrazzjawx pubblikament lid-diriġenti talBanda San Ġużepp tal-Ħamrun, s-Surmast Justin Martin u l-Assistent Tancred Grech li flimkien massurmast Direttur tal-Banda tagħna, Mro. Andrew Calleja u l-Għalliem, Mro. Edwin Pace, kkoordinaw id-diversi workshops li saru u sawwru l-attivitajiet. B’mod partikolari pubblikament nirringrazzjaw lisSur Anthony Attard li kien disponibbli tul il-proċess kollu. Intennu l-apprezzament tagħna lill-Agenzija Żgħażagħ għal din l-opportunità li fetħet orizzonti ġodda lill-allievi u bandisti żgħażagħ taż-żewġ Soċjetajiet Mużikali. F’dan l-istadju tar-rapport hu propizju li nwasslu l-appell tagħna lilkom il-qarrejja sabiex tħeġġu lil uliedkom jibdew jitgħallmu strument mużikali. Ittagħlim tal-mużika huwa għajn ta’ ġid għat-tfal. Ibedhom mill-perikli li sfortunatament id-dinja tal-lum tinsab mhedda bihom, fosthom l-esklużjoni soċjali, fejn it-tendenza llum hija li sa mit-tfulija, wliedna qegħdin ftit ftit jinqatgħu mir-realtà talħajja u aktar kemm jilħqu l-adoloxxenza tagħhom,

. Madonna tal-Gilju Mqabba

aktar qed jidħlu f’dinja virtwali, jikkomunikaw biss permezz tat-teknoloġija u “jibżgħu” jixirfu l-barra mil-qoxra protettiva tagħhom. Għall-kuntrarju, l-mużika tagħti l-opportnità lil dak li jkun li jimraħ lil hinn minnu nnifsu u jkun kapaċi jikkomunika aħjar! Hu fatt ippruvat li min ikun espost għall-mużika jtejjeb l-abbiltajiet akkademiċi tiegħu, apparti li jsir persuna aħjar, aktar kompleta u kapaċi jikkomunika aktar b’mod soċjali. Dan apparti li llum, it-tagħlim mużikali huwa rikonoxxut bħala tagħlim informali u li jiġi akkreditat meta student jilħaq l-età tassekondarja u jitniżżel fiċ-ċertifikat li jingħata. Mhux biss, imma l-imprendituri jevalwaw b’mod pożittiv jekk waqt intervista joħroġ li l-persuna quddiemhom għandha kapaċitajiet mużikali għax jagħrfu li hija persuna aktar kompleta, u li permezz tat-talenti mużikali tagħha kapaċi tintegra u taħdem aħjar ma’ ta’ madwarha! Konxji minn dan kollu, ilKumissjoni Banda tagħmel dak kollu possibbli biex tipprovdi ambjent san għal dawk kollha li jsegwu kors mużikali fi ħdan l-iskola mużikali Madonna tal-Ġilju. Tinkoraġġixxi l-ġenituri jipparteċipaw filproċess tat-tagħlim t’uliedhom filwaqt li tagħmel ħilitha sabiex tipprovdi l-istrument mixtieq millallievi meta eventwalment jilħqu l-livell li jibdew it-taħriġ prattiku tagħhom. Każ tipiku huwa l-fatt li din is-sena bi pjaċir ser nilqgħu fostna bandista partikolari ġdida, s-Sinjura Josette Falzon, li hi omm żewġ t-tfal, Mireya, li hija bandista regolari tal-Banda: iddoqq s-Saxphone Alto u l-Keyboards u Yana, li tinsab fi stadju avvanzat fuq il-prattika tal-Quartino. Josette, kienet issegwi b’mod dirett ilproċess tat-tagħlim t’uliedha, u finalment għamlet il-pass li hi stess tibda titgħallem strument mużikali, tant li din is-sena ser tiddebutta mal-Banda tagħna bl-Althorn. Minn hawn, filwaqt li nifirħulha ta’ dan, nirringrazzjawha tal-impenn tagħha għax kif jgħidu: “il-kelma tqanqal imma l-eżempju jkaxkar” u blinizjattiva tagħha żgur li hi mudell għall-ġenituri oħra, li nemmnu li ’l quddiem jaslu jieħdu l-pass li huma wkoll isegwu l-passi t’uliedhom u magħhom jitgħallmu strument mużikali. Tajjeb li nirrimarkaw, li Josette m’hijiex l-unika omm bandista fi ħdan ilBanda tagħna. Hemm ukoll l-aħwa Doris Tesi u Redianne Zammit Ghigo li wkoll huma ommijiet u għandhom uliedhom idoqqu jew jitgħallmu strument mużikali. Hawn nixtiequ li pubblikament intennu l-apprezzament tagħna lill-ġenituri u l-kustodji tattfal kollha li jattendu t-tagħlim mużikali, li Sibt wara Sibt jakkumpanjaw lill-uliedhom u jkunu qribhom tul il-kors tat-tagħlim tagħhom. Dan ikompli jżid il-fiduċja fl-istituzzjoni mużikali tagħna, għaliex meta tul il-proċess kollu għandek l-involviment talġenituri, għandek aktar serħan l-moħħ li t-tagħlim huwa kontinwament taħt is-sorveljanza ta’ persuni adulti, maturi u responsabbli. Għaldaqstant, inħeġġu 39


Seminar għal-Bandisti bit-tema “Sehem il-Bandisti tal-Post fis-suċċess miksub mill-Banda” segwit minn ikla ta’ nofsinhar. Novembru 2016.

lil dawk kollha li għandhom ħajra jitgħallmu strument mużikali, sabiex javviċinaw xi membri tal-Kumissjoni Banda jew jimlew l-applikazzjoni li tinsab f’paġna 40 u jiġu biha darba s-Sibt filgħodu l-Każin (l-ewwel sular) mit-8am l-quddiem. Għal dawk li għal xi raġuni ma jkunux jistgħu jattendu s-Sibtijiet, il-Kumissjoni Banda tikkonsidra ssib ġranet oħra alternattivi. U la qegħdin nitkellmu fuq it-tagħlim, ma nistgħux ma ntennux l-gratitudni bla qies tagħna lil Mro. Edwin Pace, persuna ta’ integreta u onesta kbira, li b’tant dedikazzjoni f’idejh hu fdat il-proċess tat-tagħlim bażiku tat-teorija u l-prattika fuq diversi strumenti. Din is-sena hija partikolari għas-Surmast Pace, hekk kif din taħbat l-għaxar sena mill-ħatra tiegħu bħala għalliem fi ħdan l-iskola mużikali tagħna. Tul dan id-diċenju, kienu bosta l-bandisti li tħarrġu minn taħt idejh u li għall-grazzja t’Alla qed ingawdu frott ħidmietu bil-parteċipazzjoni attiva tagħhom mhux biss fil-provi regolari ta’ kull ġimgħa iżda wkoll bis-sehem dirett tagħhom fid-diversi servizzi, fosthom programmi, li l-Banda tagħna tesegwixxi tul is-sena kollha! Minn qalbna, filwaqt li ntennu r-radd ta’ ħajr tagħna, nawgurawlu aktar

ħidma ta’ fejda fi ħdan l-iskola mużikali tagħna. U la semmejna anniversarju, hu bix-xieraq li nfakkru l-25 sena minn meta Mro. Andrew Calleja ġie maħtur Surmast Direttur tal-Banda Madonna talĠilju. Tul dan il-kwart ta’ seklu l-Banda għamlet progress kbir minn kull att. Taħt is-Surmast Calleja rajna progress notevoli f’diversi oqsma. Kien hu l-moħħ wara l-introduzzjoni taż-żewġ home concerts dak tal-Milied u dak tal-Għid il-Kbir u li bis-saħħa tagħhom infetħu aktar opportunitajiet għall-allievi u bandisti żgħażagħ. Kienet fuq inizjattiva tiegħu li mexxa l-quddiem l-idea li ż-żewġ Baned tal-lokal jingħataw spazju mill-Kunsill Lokali sabiex itellgħu programm b’mod alternat kull sena ġewwa s-Sala tal-Iskola: dan sabiex nesponu dejjem aktar t-talent lokali u nrawmu l-fiduċja tat-tfal fihom infushom. Tul is-snin ta l-kontribut tiegħu fit-tagħlim mużikali, speċjalment fuq speċjalizzazzjoni ta’ strumenti tarramm kif ukoll, sawwar l-ewwel klassijiet tat-teorija bażika bi tħejjija għall-eżamijiet ta’ universitajiet barranin. Dan apparti l-mijiet t’arranġamenti mużikali li għamel għall-Banda u d-diversi xogħolijiet mużikali li kkompona, b’uħud minnhom speċifikament għall-okkażjonijiet partikolari. Nifirħulu wkoll li tul din is-sena irnexxilu jikseb b’suċċess id-Diploma A.L.C.M fil-kompożizzjoni (Associate Diploma of the Londong College of Music). M’għandniex kliem biex nirringrazzjawh tassapport kontinwu, id-determinazzjoni u l-kuraġġ, u li bil-karattru partikolari tiegħu, jirnexxielu jġib tbissima fuqna lkoll, imqar fl-aktar mumenti delikati, fejn forsi t-tensjoni, frott il-ħerqa tagħna li nkunu ppreparati sal-anqas dettal għall-attività li nkunu qed naħdmu fuqha, tkun qed tirkibna xi ftit il-pressjoni! Grazzi mill-qalb għażiż Surmast u nawgurawlek kull suċċess fil-karriera mużikali tiegħek! J’Alla jkunu tant aktar s-snin li narawk involut fi ħdan il-Banda tagħna li tul dan il-kwart ta’ seklu ħallejt timbru hekk pożittiv fuq l-istorja tagħha! L-istat progressiv li tinsab fih l-Banda tagħna, llum hu frott ħidmiet dawk kollha li ġew qabilna, li tul it-72 sena ta’ storja tal-Banda, taw il-kontribut tagħhom. Mhux l-għan tagħna llum li nsemmu ismijiet partikolari iżda żgur inkunu qed nonqsu jekk ma niftakrux fil-memorja tal-mibki s-Surmast Fundatur, Mro. Joseph Darmanin li żergħa din iżżerriegħa fl-1945. Hu ħalla legat żewġ Surmastijiet Imqabbin, Maestro Gulio Tanti u Maestro Joseph Tonna, u li bejniethom mexxew il-Banda għal aktar minn 28 sena. Preżentement, minkejja l-età venerabli tagħhom għadhom jagħtu l-kontribut lillBanda. Min hawn insellmulhom u ntennu r-radd ta’ ħajr tagħna lejn is-servizz provdut: grati ferm u minn qalbna nixtiqulhom kull saħħa u sliem!

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

41


L-aħħar ringrazzjament tagħna jmur għallKumitat Amministrattiv, speċjalment lillPresident Teddy Farrugia u l-Kaxxier Benny Briffa, li kontinwament jakkumpanjaw lill-Banda f’kull servizz li jkollha barra mir-raħal. Ħajr lid-diversi fergħat fi ħdan is-Soċjetà li jkunu ta’ sostenn minn żmien għal żmien. Ħajr ukoll lis-Sinjuri Salvu Galea u Raymond Cachia li jieħdu ħsieb l-istandard talBanda u issa ukoll liż-żagħżugħ Daniel Farrugia, li tul l-aħħar sena ingħaqad ma’ dan it-tim u qed ikun ta’ kontribut kontinwu f’dak li għandu x’jaqsam mal-Banda. Iżda żgur li l-akbar ringrazzjament imur lejn il-Bandisti tal-Post li bis-saħħa tagħhom seta jinkiteb dan l-artiklu. X’sinifikat ikollha l-Banda jekk ma jkolliex l-Bandisti tagħha? IlBanda hi li hi bis-saħħa ta’ kull wieħed u waħda mill-bandisti tal-post, li b’mod regolari jattendu għall-provi u jonoraw is-servizz mużikali, sew ġewwa l-Imqabba kif ukoll barra r-raħal. Hekk kif ripettittivament espress lilhom fid-diversi komunikazzjoni interna: “mingħajrkom m’aħna xejn!”. Finalment, nieħdu l-opportunità sabiex filwaqt li nġeddu l-istedina tagħna għallProgramm tat-Tlieta 19 ta’ Settembru fuq l-Planċier Meravilja, inħeġġukom tħajru n-nies li tafu sabiex minn wara l-Festa, jibdew jitgħallmu strument mużikali mal-Banda tagħna! Nieħdu l-opportunità sabiex nawguraw lilkom ilkoll ilFesta t-tajba. Din is-sena ser intemmu dan irrapport b’versi sabiex infakkru l-memorja tas-Sur Sunny Aquilina li ħalliena f’Novembru li għadda (Apprezzament f’paġni 137), meħuda mill-aktar kitba riċenti tiegħu għas-Soċjetà: il-kanzunetta O Madonna tal-Ġilju Ħanina, bil-mużika tas-Sur Elton Zarb u interpretata mill-mezzo Soprano Federica Falzon.

Għandna l-Banda li ġġib l-istess isem Tal-Madonna tal-Ġilju, għażiż; Aħna l-membri din l-għaqdan sostnuha Hija tagħmel unur lill-pajjiż. O Madonna tal-Ġilju ħanina Inti Ommna nsellmulek b’dal-kliem Nitolbuk, dejjem lejk aħna nduru; Inħobbuk, Int tħarisna f’kull żmien. Minn qiegħ qlubna għalik din l-imħabba Hekk maħbuba u meqjuma fl-Imqabba.

April 2017: Il-Kunċert tal-Għid, li ta’ kull sena qed iżid mhux biss fil-popolarità, iżda ukoll fil-livell, grazzi għall-isforz kollettiv taż-żewġ Surmastrijiet, il-parteċipazzjoni tas-Surmastrijiet Onorarji u fuq kollox, bil-kollaborazzjoni tal-Allievi u l-Bandisti u l-ġenituri tagħhom.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

43


Panel Beating

Fl-okkażjoni tal-Festa ad unur il-Madonna tal-Ġilju Iċċelebrata fl-Imqabba Il-Banda li ġġib isimHa tippreżenta

Spray Painting

Lawrence Grixti

DemSweet Garage

Sejba Road, Mob: 9945 5636 Mqabba Tel: 2164 2992 demsweetgarage@gmail.com

Il-Programm Annwali tagħha fuq l-Planċier Meravilja Nhar it-Tlieta 19 ta’ Settembru fit-8.00 ta’ filgħaxija Is-Serata ser tkun taħt il-Patroċinju Tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali L-Onorevoli Dr. Owen Bonnici Il-Banda Madonna tal-Ġilju tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Andrew Calleja F.V.C.M., A.L.C.M.

Din is-sena qed infakkru l-25 Sena Anniversarju mill-ħatra tiegħu bħala Direttur tal-Banda Innu lill-Madonna tal-Ġilju

Joseph Darmanin

Lir-Raħal Twelidi – Innu tal-Imqabba

Anthony Camilleri

Ave Maria

Kompożizzjoni Oriġinali Tas-Surmast Direttur Andrew Calleja

Madagascar

Hans Zimmer

African Symphony

Van McCoy

Giubileo D’Argento

Carlo Diacono

Papa Pacifico

Armando Fragna

Bil-melodija prinċipali interpretata mit-tlett aħwa Michael Ghigo, Doris Tesi u Redianne Zammit Ghigo fuq it-Trombone

The Best of Dire Straits - Money for Nothing - Sultan of Swing - Walk of Life

Bis-sehem tal-Acoustic Duo Xarulù

F’Siegħet il-Ħruxija B’tifkira mill-75 Anniversarju mill-attakk mill-ajru fuq l-Imqabba u t-tiġrif tal-kappellun tal-Kunċizzjoni. Silta meħudha mil-Kantata 225 Sena mit-twaqqif tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba (1772-1997)

Kompożizzjoni ta’ Mro. Andrew Calleja, Lirika tas-Sur Sunny Aquilina B’Narrazzjoni mis-Sur Michael Sciortino u bis-sehem tat-Tenur Joseph Aquilina O Sole Mio

Eduardo di Capua

Nessun Dorma

Dawn iż-żewġ siltiet ser ikunu nterpretati mit-Tenur Joseph Aquilina

Grand Paris

Giacomo Puccini

Bis-sehem tal-Acoustic Duo Xarulù

The Voice

Brendan Graham

Innu Banda Madonna tal-Ġilju

Joseph Darmanin

Takkumpanja l-Banda s-Sinjorina Deborah Pace fuq il-Vjolin

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub ikun postu sat-7.45 ta’ filgħaxija - Kulħadd huwa mistieden. Jippreżentaw is-Serata s-Sur Joseph Zammit u s-Sinjura Marouska Cauchi Debattista. Dan il-Kunċert Vokali u Strumentali ser ikun imżewwaq b’tagħrif multiviżiv marbut mad-diversi anniversarji li qed jiġu mfakkar matul din is-sena.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

45


MRO. ANDREW CALLEJA 25 Sena Surmast Direttur Chev. Carmel Bianchi KGO, OBSS

Kwart ta’ seklu ilek tħabbat “Tal-Ġilju” tagħha surmast b’ħerqa kbira tmexxi l-banda rispett tgawdi w ħafna stmat. B’serjetà fuq il-leġiju il-bakketta żżomm f’idejk attent ħafna tidderieġi wisq titpaxxa tħares lejk. Nitpaxxew bi ġmiel ta’ noti illi minnek miktubin idewquna l-armonija meta jkunu mirqumin. Tassew bnina l-pinna tiegħek minnha joħroġ noti sbieħ u ssawwarhom f’ġmiel ta’ marċi li jogħġbuna lkoll qatigħ. X’akkwist kbir għamlu “Tal-Ġilju” meta surmast dawn ħatruk sew għaqlin id-deriġenti ma żbaljawx illi għażluk!

Kull fejn tmur tifħir jagħmlulek ma’ kulħadd taħdem id f’id pront toffri l-għajnuna tiegħek basta jkun dejjem ta’ ġid.

Int mudell li juri l-ħila twettaq xogħlok b’serjetà w għax dil-banda wisq għal qalbek lejha turi lealtà.

Surmast Andrew kif qatt nistgħu ma nurux lejk rispett kbir mhux biss lilek nawgurawlek imma wkoll nagħtuk tifħir.

Ma nixbgħux lilek infaħħru int kapaċi f’dat-talent apprezzata l-ħidma tiegħek żgur li bik kulħadd kuntent.

O Madonna sbejħa tagħna f’ġieħ l-imħabba li nħobbuk lis-Surmast Andrew Calleja kompli seddaq nitolbuk.

F’dan ir-raħal magħruf sewwa bik “Tal-Ġilju” wisq kburin dħuli ħafna w ta’ kariżma maħbub sew mal-Imqabbin.

Għomor twil u mimli saħħa aħna lkoll nixtiqulek. B’dan il-ġest t’approvazzjoni inqumu ħa nċapċpulek.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

47


APPREZZAMENT : CHRISTIAN GHIGO Bandist u Membru tal-Kummissjoni Banda Miktub minn sħabek bandisti u bħalek membri tal-Kummissjoni Banda Madonna tal-Ġilju.

Mhux faċli li ddur madwar mejda sabiex tfassal punti ta’ apprezzament lejn wieħed minn sħabek li filli qiegħed miegħek u filli tfittxu u ma ssibux! Nistqarru li għaddew ġimgħat sħaħ qabel ma sibna l-kuraġġ li nagħmlu dan. Minn wara l-mewt ta’ seħibna Christian, ħtiġilna niltaqgħu kemm -il darba bħala Kummissjoni Banda. Dejjem bdejna b’talba għal ruħu iżda aktar minn hekk, għax konvinti li Christian jinsab fi ħdan il-Mulej u qrib Ommna Marija li tant kien iħobb, nitolbu lilu jagħtina l-kuraġġ u jgħinna nieħdu l-aħjar deċiżjonijiet għall-ġid tal-Banda tagħna! Iżda dejjem ipposponejna t-tfassil ta’ dan l-apprezzament għaliex hekk kif inkunu ser nibdew, nemozzjonaw ruħna u naġġornaw . . . . imma l-ħajja trid tkompli u llum iltqajna speċifikament għal dan il-għan u hekk, bl-umiltà u l-limitazzjonijiet tagħna, nixtiequ nwasslu dan l-apprezzament sabiex jibqa’ legat għal dan iż-Żagħżugħ ta’ qalb kbira u li għandu jservi bħala mudell għaż-żgħażagħ tal-lum u għal dawk li telgħin. Christian ingħaqad bħala alliev mal-Banda tagħna fl2010 fl-età ta’ 14 –il sena. Ħa t-tagħlim tiegħu minn taħt idejn Mro. Edwin Pace, li sa mill-bidu nett tal-proċess tat-tagħlim tiegħu, mill-ewwel intebaħ li kien ġuvni li jipprometti. Kien jiġi mill-Fgura fejn kien joqgħod u jmur lura b’tal-linja. Dak iż-żmien, t-tagħlim kien jingħata fil-basement garage ta’ seħibna Christopher Briffa, hekk kif il-każin kien qiegħd jiġi mibni mill-ġdid. Ma kienx jitlef lezzjoni, u Sibt wara Sibt, lura għaddar, jitla’ l-pjazza sabiex jittawwal ix-xogħol li kien qed isir fil-każin. Kien strumentali fit-twaqqif tal “Youth Ensamble” lejn l-aħħar tas-sena 2012: inizjattiva varata propju mill-ewwel skema tal-Aġenzija Żgħażagħ intenzjonata għal allievi u bandisti żgħażagħ: bid-debut tagħha jkun propju fis-sala Sir Temi Zammit filUniversità ta’ Malta f’Jannar 2013. Ħareġ idoqq s-Saxphone Alto mal-Banda fl-okkażjoni tal-Festa 2013 u minn hemm ma ħarisx lura bħala bandist. Kien jieħu interess kbir f’dak kollu li għandu x’jaqsam mal-Banda 48

Festa 2017

u mal-ewwel okkażjoni li kellu, applika sabiex jissieħeb fil-Kummissjoni sabiex ikun ta’ kontribut akbar. Kien jattendi għall-kunċerti regolari ta’ kull ġimgħa, apparti li baqa’ jattendi għal-lezzjonijiet kull nhar ta’ Sibt filgħodu. Ma kienx ifalli laqgħa waħda tal-Kummissjoni u dejjem kien jiġi ippreparat b’ideat ġodda u s-suġġerimenti tiegħu kienu jkunu meqjusa tant li aħna konna nduru lejh f’kull deċiżjoni li nieħdu. Imbagħad, meta jasal xi servizz, arah li jkun minn tal-ewwel li jasal: pulitissimu, ippreparat sa snienu u jmidd idejh f’dak kollu li jkun hemm bżonn. Imma d-destin ried mod ieħor! F’April ta’ tliet snin ilu, waqt li kien kunċert bi tħejjija għall-Festi marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa ħassu xi ftit ma jiflaħx. Wara testijiet li sarulu ħtieġlu jitla’ l-Ingilterra. Ġie lura f’Lulju iżda f’Awwissu reġa’ tela’. Kien żmien diffiċli għalina lkoll, u ma ġiex kunċert jew servizz li ma konniex nibdew b’talba għalih. Niftakar lis-Surmast Calleja, jiġbor lill-bandisti talpost fis-servizz ta’ Ħaż-Żabbar, minuti qabel il-ħruġ tal-Istatwa tant devota tal-Madonna tal-Grazzja, u jħeġġiġna fil-fond ta’ qalbna, ngħidu talba għallbżonnijiet tiegħu. Is-Surmast Calleja nnifsu, ftit jiem wara, kien saħansitra mar iżuru l-isptar ġewwa l-Ingilterra: xi ħaġa li Christian u l-ġenituri tiegħu tant kienu apprezzaw! Għall-grazzja t’Alla u blgħajnuna tal-Madonna, l-affarijiet dehru li kienu marru għall-aħjar, tant li hekk kif reġa’ irritorna lura f’Ottubru 2014, deher ħa lura saħħtu u kompla fejn ħalla. Il-Festa tas-sena l-oħra u l-kumplament talistaġun festiv żgur jibqa’ ttimbrat f’moħħna bħala l-isbaħ memorja ta’ seħibna Christian. Ma nistgħu ninsew qatt l-entużjażmu u l-inizjattiva tiegħu f’kull okkażjoni. Kif nistgħu ninsew l-organizzazzjoni tal-Ftira Night f’Għar Lapsi bħal-lum sena.....kemm

. Madonna tal-Gilju Mqabba

ħdimna, iċċajtajna u qbadna ma’ xulxin..... u kemm konna sodisfatti hekk kif fi tmiem l-attività ħadd donnu ma ried jitlaq tant kemm kulħadd ħa pjaċir! Illum, sena wara bilfors li nħossu ċertu dieqa f’qalba għaliex il-vojt li ħalla Christian mhux faċli jimtelà! Għadda s-Sajf u bdejna t-tħejjijiet għalprogramm ikkummissjonat mill-Kunsill Lokali “Ġieħ l-Imqabba 2016” u bl-istess żelu, determinat li jkun ta’ kontribut f’kull aspett mużikali. Appena għadda dan il-programm, kien parteċipattiv fittħejjijiet marbuta mad-diversi impenji li kellna tul ix-xahar ta’ Diċembru. Imma s’hemm kellu jasal għaliex, minn Jannar ’l quddiem, Christian ħassu ma jiflaħx, kellu jirtira ftit sakemm eventwalment daħal l-isptar u ħalliena sbieħ l-Erbgħa 10 ta’ Mejju. Ilkoll kemm aħna qatt ma ħallejnih waħdu, u b’mod regolari, xi ħadd minna kien imur jittawwallu. Minkejja t-tbatija kollha li kien għaddej minnha, d-diskors dejjem kien ikun fuq il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju u l-Banda li ġġib isimHa. Christian kellu imħabba speċjali lejn Ommna Marija Immakulata minn tal-Ġilju! Kien persuna umli, ikellem lil kulħadd, rispettabli fil-konfront ta’ kulħadd, mimli manjieri u fuq kollox, dejjem bi tbissima fuq wiċċu! Bir-raġun kollu Fr. Antoine Apap, fl-omelija li nisiġlu fil-quddiesa presente cadavere, qabblu mal-Anġlu biswit ix-xbieha tal-Madonna tal-Ġilju, bil-Ġiljuwa f’idu: simbolu tal-purità! Xhieda ta’ dan kienet l-aħħar tislima li ngħatatlu l-Ġimgħa 12 ta’ Mejju. M’għandniex kliem biex niddeskrivu l-mijiet ta’ nies li attendew! Il-preżenza tagħhom kienet l-omaġġ tagħhom għal dan iżżagħżugħ ta’ kariżma kbira! L-ammont ta’ fjuri fuq qabru esprima s-sentiment komuni ta’ kull min kellu x-xorti li jafu tul il-ħajja tant qasira tiegħu! Bħala 49


you deserve to enjoy life

Kummissjoni Banda qbilna li l-preludju u l-final mużikali għall-korteo jkun bil-marcia funebre Via Dolorosa ta’ Mro. Ray Sciberras. Apparti li dan il-marċ funebru kien ferm għal qalb Christian; t-titlu tiegħu jirrifletti dak li għadda minnu tul l-aħħar xhur qabel ħalliena! Illum Christian m’għadux magħna! Għaddew ix-xhur u għadna nfittxu s-sabar imma ċerti li hu qed jikkonslana missmewwiet . . . . qiegħd jinterċedi għalina mall-Ħallieq . . . . qiegħed igawdi l-Ommna Marija Immakulata Kunċizzjoni . . . . ser jara l-Festa ad unur tagħHa fi ħdanHa . . . . qiegħd igawdiHa għall-eternità . . . . ċerti li għandna difensur fil-Ġenna . . . . imma minkejja l-fidi tagħna li tippermettilna nkomplu nħarsu ’l quddiem, il-firda hija kiefra wisq meta ġġarrabha tant mill-qrib! Jibqa’ biss it-tifkiriet! IsSaxophone Alto tiegħu, li l-ġenituri ġentilment irregalaw lillBanda, flimkien mal-Keyboard u l-leġijju li kellu, li qed jintużaw b’mod regolari mill-għalliem tal-allievi, Mro. Edwin Pace, sabiex Sibt wara Sibt l-melodiji jfakkaruna fih. Il-beritta tiegħu flimkien mal-uniformi tal-Banda tpoġġew f’post prominenti fil-vetrina talkamra tal-Banda li flimkien mar-ritratt tiegħu, jibqgħu memorja ħajja ta’ dan iż-żagħżugħ li minkejja li ħalliena f’età tant tenera, b’emilu ħalla legat li ser jibqa’: valuri sodi li jekk nosservawhom; il-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna, tkun kemxejn aħjar u kollettivament nikkontribwixxu għal dinja aħjar madwarna! Finalment, aħna, għan-nom ta’ sħabna l-Bandisti tal-Post kollha, immexxija mis-Surmast Direttur Andrew Calleja, assistit mill-Għalliem talAllievi u l-Bandisti, Mro. Edwin Pace, f’isem il-President u l-membri talKumitat Amministrattiv, flimkien mac-Chairperson u l-membri tal-Kumitat Sezzjoni Żgħażagħ, li tagħha Christian kien ukoll membru attiv, flimkien mal-Licencee u l-manifatturi fi ħdan l-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju u d-diversi fergħat li jikkostitwixxu s-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, maqgħudin flimkien, inġeddu l-kondoljanzi sinċieri tagħna lil missieru Joe u l-ommu Rita, u l-kumplament tal-familja kollha. Lil sħabu u l-kollegi tax-xogħol tiegħu, li bħalna tant jimmisjawh. Chris ser jibqa’ f’qalbna għal dejjem! Ismu jingħaqad ma’ tant oħrajn u l-kwiekeb fis-sema ta’ kull lejl ifakkruna fihom!

MOIRA MAGRO

Tied Insurance Intermediary Triq Manwel Sciberras, Qrendi QRD1681 T: M: E: :

+356 2164 7694 +356 7921 1175 insurance@moiramagro.com www.facebook.com/moiramagrotii

Moira Magro is an enrolled Tied Insurance Intermediary under the Insurance Intermediaries Act, 2006 for Mapfre Middlesea plc (MMS) and MAPFRE MSV Life plc. MMS is authorised by the Malta Financial Services Authority (MFSA) to carry on both Long Term and General Business under the Insurance Business Act, 1998. MAPFRE MSV Life plc is authorised by the MFSA to carry on Long Term Business under the Insurance Business Act, 1998. All entities are regulated by the MFSA.

Sa ma nerġgħu niltaqgħu ħabib . . . . Michael, Raoul, John, Bjorn, Walter u Redianne inselmulek!!

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

51


you deserve to enjoy life

Kummissjoni Banda qbilna li l-preludju u l-final mużikali għall-korteo jkun bil-marcia funebre Via Dolorosa ta’ Mro. Ray Sciberras. Apparti li dan il-marċ funebru kien ferm għal qalb Christian; t-titlu tiegħu jirrifletti dak li għadda minnu tul l-aħħar xhur qabel ħalliena! Illum Christian m’għadux magħna! Għaddew ix-xhur u għadna nfittxu s-sabar imma ċerti li hu qed jikkonslana missmewwiet . . . . qiegħd jinterċedi għalina mall-Ħallieq . . . . qiegħed igawdi l-Ommna Marija Immakulata Kunċizzjoni . . . . ser jara l-Festa ad unur tagħHa fi ħdanHa . . . . qiegħd igawdiHa għall-eternità . . . . ċerti li għandna difensur fil-Ġenna . . . . imma minkejja l-fidi tagħna li tippermettilna nkomplu nħarsu ’l quddiem, il-firda hija kiefra wisq meta ġġarrabha tant mill-qrib! Jibqa’ biss it-tifkiriet! IsSaxophone Alto tiegħu, li l-ġenituri ġentilment irregalaw lillBanda, flimkien mal-Keyboard u l-leġijju li kellu, li qed jintużaw b’mod regolari mill-għalliem tal-allievi, Mro. Edwin Pace, sabiex Sibt wara Sibt l-melodiji jfakkaruna fih. Il-beritta tiegħu flimkien mal-uniformi tal-Banda tpoġġew f’post prominenti fil-vetrina talkamra tal-Banda li flimkien mar-ritratt tiegħu, jibqgħu memorja ħajja ta’ dan iż-żagħżugħ li minkejja li ħalliena f’età tant tenera, b’emilu ħalla legat li ser jibqa’: valuri sodi li jekk nosservawhom; il-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna, tkun kemxejn aħjar u kollettivament nikkontribwixxu għal dinja aħjar madwarna! Finalment, aħna, għan-nom ta’ sħabna l-Bandisti tal-Post kollha, immexxija mis-Surmast Direttur Andrew Calleja, assistit mill-Għalliem talAllievi u l-Bandisti, Mro. Edwin Pace, f’isem il-President u l-membri talKumitat Amministrattiv, flimkien mac-Chairperson u l-membri tal-Kumitat Sezzjoni Żgħażagħ, li tagħha Christian kien ukoll membru attiv, flimkien mal-Licencee u l-manifatturi fi ħdan l-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju u d-diversi fergħat li jikkostitwixxu s-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, maqgħudin flimkien, inġeddu l-kondoljanzi sinċieri tagħna lil missieru Joe u l-ommu Rita, u l-kumplament tal-familja kollha. Lil sħabu u l-kollegi tax-xogħol tiegħu, li bħalna tant jimmisjawh. Chris ser jibqa’ f’qalbna għal dejjem! Ismu jingħaqad ma’ tant oħrajn u l-kwiekeb fis-sema ta’ kull lejl ifakkruna fihom!

MOIRA MAGRO

Tied Insurance Intermediary Triq Manwel Sciberras, Qrendi QRD1681 T: M: E: :

+356 2164 7694 +356 7921 1175 insurance@moiramagro.com www.facebook.com/moiramagrotii

Moira Magro is an enrolled Tied Insurance Intermediary under the Insurance Intermediaries Act, 2006 for Mapfre Middlesea plc (MMS) and MAPFRE MSV Life plc. MMS is authorised by the Malta Financial Services Authority (MFSA) to carry on both Long Term and General Business under the Insurance Business Act, 1998. MAPFRE MSV Life plc is authorised by the MFSA to carry on Long Term Business under the Insurance Business Act, 1998. All entities are regulated by the MFSA.

Sa ma nerġgħu niltaqgħu ħabib . . . . Michael, Raoul, John, Bjorn, Walter u Redianne inselmulek!!

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

51


Ġilju jfewwah bil-kemm lehaq fetah sew b’sbuħitu tant seraq il-qlub fittixt kliem forsi bih nista’ nfisser, dak li naf sabiex jiġi miktub. F’dak il-ġuf Ommu Rita laqagħtu sew ħabbitu għalkemm ma tafux fiha fforma, itnissel, itkabbar wisq ħabbitu għalkemm ma ratux. Joe Missieru li tant saqqieh b’għozza b’ilma tajjeb, sew safi u bnin bihom redgħu għeruqtu xxuxxati b’tant imħabba li tkattret mas-snin. Dan il-ġilju malajr ipprometta u suritu` dlonk ġibdet il-għajn dak is-seher mill-ewwel ispikka fost il-fjur, fost il-ward , fost l’oħrajn. Bit-talenti li bihom gie mogħni dan il-ġilju hekk wera qatiegħ illi f’qalbu hemm dik ix-xi ħaġa illi biha din sew ser thenniħ.

Ġ I L J U

Din il-arti kompliet tiffjorixxi f’ħakka t’għajn huwa wera x’hemm fih issa Christian bis-saxaphone f’idu ma’ dil-banda ddebbuta bis-sħiħ. Sen’ elfejn u tlettatx wisq speċjali għal dal-ġilju ferventi w ħerqan għall-festa tal-Madonna tal-Ġilju l-uniformi żanżanha kien dan. L’interess kiber sew f’dan il-qasam b’ruħu w ġismu, kien wisq dedikat għax dal-ġilju tant wera ħilietu tal-banda dan laħquħ delgat.

Covers for cars, boats, trucks, jeeps & dutch canopies, awnings, umbrellas, hasira, etc.

U x’memorji dal-ġilju jqanqlilna meta l-beraħ t’Ghar Lapsi nimlew dik it-togħma tal-ftira imħawwra... kif qatt nistgħu lil Christian ninsew? Iżda nsett darba poġġa f’dal-ġilju fih iddakkar il-mard wisq krudil nixfa fih li bħal donnha ħakmitu biex għeruqtu idbiel u sar tqil. Tistgħu taħsbu fuq dal-povru ġilju interventi kemm saru mill-kbar qlub imnikkta u ddiżappuntati bħali kbew malli semgħu bl-aħbar.

F’dik is-sattra ta’ leja Marjana f’dak ix- xahar għaliha ddedikat fl-għaxar jum minn tal-ħlewwa ta’ Mejju l-aħħar nifs Christian jieħu hi rat. Dak il-ħin b’demgha ġġelben f’għajnejha l’anġlu talbet biex minn ħdejha jmur ħalli jwasslu ħdejn dak Alla l-għoli biex jistrieħ f’post għal kwiet u sigur. Dak il-ġilju li kien f’idejn l’anġlu f’idejn Christian mill-ewwel poġġieh sabiex meta jittajjar għall-ġenna lill-Madonna li tant ħabb jagħtieh. Ilsna nħallu u ferħu il-qniepen hekk kif ruħu fil-ogħla smewwiet il-Madonna tal-Ġilju laqgħatu u ma’ binha imlewh bil-barkiet. U sakemm aħna għandna hawn isfel b’ wiċċna mnikket u mxarrab bid-dmugħ pjan itfassal biex l-Imqabba kollha kif kien xieraq issellem dir-ruħ.

Fost id-doni li bihom ġie mżejjen ma naqsitx illi fih issib post tafu daqsi jekk mhux aktar minni kemm il-banda lil Christian tat gost. Hekk f’għeluq l-erbatax mis-snin tiegħu meta l-menti kienu għadhom ħfief dan il-ġilju b’tant ħeġġa w imħabba ma’ dil-banda hu beda b’alliev.

Għalxejn kienu kull sforz li sarulu biex dal-ġilju jerġa’ jieħu r-ruħ mir-rutina, mill-ħajja tas-soltu ħafn’ ostakli mpedewh u waqqfuh.

J F E W W A Ħ

Sa minn kmieni iz-zuntier imtelgħa jistennewh kemm nies qagħdu fil-bieb bl’għaqdiet kollha imxerrda mar-raħal b’familjari, bi qraba u ħbieb. Ftit niftakru bħal dan ix-xenarju knisja fgata, ppakkjata bin-nies, kollha ġew biex lil Christian isellmu talb għar-ruħu permezz tal-quddies. Din il-banda li tant hi għal qalbu, partitarju li ftit bħalu rat servizz tat sabiex fl-aħħar vjaġġ tiegħu lil dal-ġilju hi tkun onorat. Jibqa’ ħaj dan il-ġilju li jfewwah f’tant memorji u f’kemm tifkiriet b’tant eżempji li lilna għallmuna napprezzawh f’ kull għemil, f’ kull ħiliet. Strieħ fis-sliem mel’għażiż Christian tagħna fik mudell qed naraw tul is-snin inti kont, inti għadek u tibqa’ l’għaxqa w l-għożża taghna l-Imqabbin. O Madonna tal-Ġilju għażiża b’dawn il-versi qed niġi fit-tmiem busu waħda lil Christian għalina ħa jistrieħ sew fil-paċi, fis-sliem. Saviour (Silvio) Bianchi 12 ta’ Mejju 2017 Jum id-difna ta’ Christian Ghigo

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

53


www.ess.com.mt

T: 21 255 777 / 888

info@ess.com.mt www.megaman.cc | info@megaman.cc

Madonna tal-Gilju 2 0 1 6 B E n n Y

-

d I n g L I

2 0 1 7 -

L I C E n S E E

Electrical Supplies & Services Ltd ESS Building, San Gwakkin Road, Mriehel, BKR3000

RANGE OF CHEESE

RANGE OF HAM

MILK

CONFECTIONERY

Is-Sur Benny Dingli, Licencee Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju, jiġi ppreżentat b’tifkira t’apprezzament lejn id-disponibilità tiegħu li fil-bidu tas-sena 2016 offra li jerġa’ jieħu t-tmexxija tal-Post tan-Nar.

THE CONVENIENCE SHOPS, MALTA

MEGAMAN® LuxMeter

• Perfect alternatives for traditional incandescent and halogen lamps • Linear dimming from 100% to 10% • Long life of up to 25,000 hours • Powerful light output • No UV and IR radiation • Instant start

TOMATOS

CIABATTA CIABATTA CIABATTA SEMOLA WITH SUNDRIED BROWN CIABATTA OLIVE

MEGAMAN® LED lamps deliver a warm glow, beautiful light performance and huge energy savings, making them ideal for nearly every applications at homes, hotels, restaurants, displays and more.

CIABATTA WHITE ONION BAGUETTE SMALL ONION BAGUETTE LARGE DEMI BAGUETTE

1 mal0t0% ese

għaqda tan-nar .

Iż-żmien jgħaddi u għall-grazzja t’Alla erġajt ninsab hawn naqsam magħkom dak li għaddejna minnu matul din l-aħħar sena u aktar, kif ukoll il-ħsibijet għal li ġej,f’dak li għandu x’jaqsam mal-għaqda tanNar Madonna tal-Ġilju. Sena li bħal kull waħda ta’ qabilha kienet impenjattiva ferm u ma naqsitx milli toffri sitwazzjonijiet pjaċevoli kif ukoll oħrajn ta’ sfida kbira, biex ma nsemmux dawk ta’ dieqa. Biss dik hi l-ħajja u aktar ma niltaqa’ ma’ ċirkustanzi iebsa, aktar nikkonvinċi ruħi kemm f’dak li nagħmlu, dejjem irridu naħsbu f’ta’ warajna biex inħallulhom wirt aħjar minn dak li ħadna minn ta’ qabilna. B’hekk ikunu jistgħu jkomplu jibnu u jgħollu ’l fuq l-isem glorjuż tas-Soċjetà tagħna. Bħalma jaf kulħadd, din is-sena nqalaw ċirkustanzi mhux tas-soltu, biss aħna m’aħniex baħrin tal-bnazzi biss u f’kull ċirkustanza għamilna ħilitna biex noħorġu bl-unuri. Għalkemm din issena il-festa ser inkunu qed niċċelebrawha aktar tard mis-soltu, il-maġġoranza l-kbira tax-xogħol pirotekniku kien lest għall-festa f’Ġunju. Iċċirkustanzi kienu li kienu u ma kienx faċli li naslu għad-deċiżjoni li ħadna. Ngħid għalija fil-bidu kont ftit xettiku dwar il-fatt li l-festa tiġi posposta, biss, aktar ma bdejna ngħarblu u nidħlu fil-fond, iddeċiżjoni bdiet tiċċara aktar u wieħed faċilment seta’ jintebaħ li festa f’Ġunju kienet ser tirriżulta f’festa moħlija. Ir-rankatura għall-festa kienet tinħass sew li ma baqgħetx li kienet u dan ma kienx jgħodd

biss għar-raħal tagħna. Għaldaqstant kellna naslu għad-deċiżjoni għaqlija li nimxu għal Settembru, deċiżjoni li forsi niggżet xi ftit il-qalb, biss kienet moħmija tajba mill-moħħ ta’ dawk li jaħdmu, kif ukoll tal-partitarji li attendew għas-seduti ġenerali starordinjarji li saru għal dan il-għan. Nistqarr magħkom li għalkemm għamilt perjodu twil ħafna nmexxi l-post tan-nar, qabel ma kont waqaft, biex imbagħad erġajt ħadt it-treġija is-sena l-oħra, din is-sena kienet tixbaħ l-ewwel sena tiegħi, b’kull jum li jgħaddi, dejjem b’xi skoperta ġdida. Il-bidla mhix għażla imma bżonn, biss, qabel ma wieħed ibiddel, irid jaċċerta ruħu li t-triq ’l quddiem hija waħda li tassigura ħidma aktar sigura u blaħjar użu tal-faċilitajiet possibli. Aktar ma jgħaddi żmien, il-finanzjamet għax-xogħol li naħarqu filfesta qiegħed dejjem jibbies, anke meta tikkunsidra li l-programm ċkien xi ftit min dak li konna mdorrija bih fil-passat, għaldaqstant il-licencee jrid jassigura li l-qoffa titqassam fuq dak kollu li tirrikjedi l-festa. Dan il-punt ma fhimtux jien biss, iżda sħabi kollha, għaliex ilkoll naqbblu li fil-fabbrika tagħna għandna naħdmu bħala tim wieħed u mhux min mejjet għal qatra u min hu mejjet fis-sakra. Punt ieħor li dejjem qiegħed ninsisiti fuqu, aktar minn qatt qabel, hu li l-post tan-nar għandu jkun post trankwill, fejn wieħed jeżerċita d-delizzju tiegħu skont ix-xogħol assenjat lilu u l-kapaċitajiet tiegħu. Bi pjaċir kbir inħoss li aktar ma jgħaddi żmien dan l-għan qiegħed dejjem jsir realtà. Mhux

Parti mill-folla li segwiet l-ispettaklu tan-nar tal-art f’lejliet il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2016.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

55


Wara waqfa ta’ disa’ snin l-Għaqda tan-nar reġgħet ħadet sehem fil-Festival tan-Nar tal-Art fil-Floriana f’April 2017.

l-ewwel darba li matul din is-sena waqafna minn xogħlna u sibna ħin għal xi ikla bejnietna. M’hinix qiegħed ngħid li qatt ma jkollna xi diskursata jew argument anke f’xi waqtiet daqxejn sħan, biss kollox tal-mument u dejjem b’għan wieħed, ta’ kif u x’ser naħdmu, xejn personali u ġaladarba jinstab kompromess, nibqgħu mexjin ’l quddiem. L-aktar ħaġa diffieċli li kelli nikkumbatti hija biex nikkalma l-iljun feroċi fil-qalb ta’ żgħażagħ membri tagħna li kull jum li jgħaddi jkunu jixtiequ jagħmlu aktar, biss hawnekk tidħol l-esperjenza li iġġiegħlek tħares aktar ’l bogħod u b’responsabilità, billi ma tqisx dak il-mument biss. Kelli wkoll, f’xi waqtiet, nikkumbatti biex nibdel xi prattiċi skaduti li kienu bbażati fuq ideat antikwati, għaliex illum xejn m’għadu sigriet u min ifittex isib l-għajnuna tal-professjonisti, sabiex ix-xogħol ikun aħajr minn qatt qabel. Għallkemm il-finanzi huma ta’ uġiegħ ta’ ras kbira, xorta waħda din is-sena warrabna ammont ta’ flus mill-ħidma tagħna għal xogħol li għamilna għal barra mir-raħal, liemasomma ġiet investita f’makkinarju ġdid. Il-makkinarju jiswa flus kbar u barra minn hekk, minn sena għal oħra jkun meħtieġ li tmantnieħ sabiex jibqa’ f’kundizzjoni tajba. Ħsibna wkoll sabiex, wara nuqqas ta’ numru ta’ snin, nerġgħu ninstallaw sistema ta’ sigurtà. Minn dan il-għadd nixtieq nirringrazzja minn qalbi lisSur Joseph Zammit, kif ukoll lis-Sur Alfred Xuereb li ħadmu senza interessi fuq il-modifikazzjonijiet neċessarji sabiex l-imsemmi makkinarju stajna nagħmlu użu minnu mill-ewwel. Qabel tmiem din issena għandna ppjanat ukoll xi xogħol fuq il-loġistika tal-post tan-nar sabiex ikun aktar organizzat u kollox ikun merfugħ f’postu. Il-ħajja tagħna ġewwa l-post tan-nar matul din is-sena kienet waħda impenjattiva ferm. Il-piż ma kienx zgħir, għaliex il-programm li kellna ppjanant għall-festa 2017 kien jirrikjedi ammont qawwi ta’ xogħol. Ftit li xejn fallejna milli nitilgħu l-post tannar sabiex inkomplu b’ħidmietna. Il-post tan-nar qatt ma waqaf mit-Tnejn sal-Ħadd, ġranet ta’ festi u xogħol, kesħa u sħana, minn sebħ il-jum sa filgħaxija 56

dejjem induru maċ-ċirkustanzi sabiex skont is-sena nagħmlu dak meħtieġ bl-anqas riskji għal saħħitna. Ix-xogħol mexa tajjeb f’koordinazzjoni kontinwa bejnietna, wieħed jgħin lill-ieħor. Mill-provi li ħraqna matul is-sena, kif ukoll mix-xogħol li ħriġna għal festi oħra, jidher li għandna biex nieħdu pjaċir fil-festa ta’ din is-sena jekk Alla jrid. Wara waqfa ta’ disà snin, din is-sena erġajna ħadna sehem fil-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art li sar nhar id-29 t’April, fejn irbaħna t-tieni edizzjoni tiegħu, lura fl-2008 fejn hemmek konna ġibna l-unur għall-ewwel darba f’raħalna. Is-sehem tagħna din is-sena ma kienx li nikkompetu għar-rebħ iżda li bil-kapaċità tagħna naqtgħu figura tajba filwaqt li jkollna sors ieħor ta’ dħul. U filfatt hekk ġara għaliex tellajna xi nar tal-art oriġinali u mekkanizzati li ħadmu kif pjanat u intogħġbu mill-ġurija, tant li filpunteġġ finali ħallejna warajna kompetituri oħra li telgħu għat-tellieqa armati sa snienhom. Wara din l-attività kien imiss li nhar is-Sibt 6 ta’ Mejju naħrqu xogħol ta’ nar tal-ajru kif ukoll tal-art għall-Festa Nar 2017, li din is-sena saret ġewwa l-Qrendi. Hawnekk ukoll qtajna figura tajba ħafna, kemm bil-murtali li ħraqna, dawk tal-beraq u tal-kulur, kif ukoll finnar tal-art. Wara dawn il-festivals, kien issa jmiss li nagħtu bidu għall-ħruq ta’ ammont kbir ta’ nar tal-ajru u dak tal-art fil-festi li għoġobhom jordnaw xogħol pirotekniku mingħandna. Dawn kienu ilfesta tal-Kunċizzjoni fil-Ħamrun, tal-Karmnu filFgura, San Ġużepp fil-Kalkara, Kristu Re f’Raħal Ġdid, l-Madonna ta’ Pompei f’Marsaxlokk, Santa Marija fl-Imġarr, Marija Bambina fl-Isla u l-Mellieħa. Bħalma wieħed jista’ jinnota ix-xogħol barra dak tal-festa huwa konsiderevoli. Hawnekk nixtieq ngħaddi messaġġ lill-partitarji. Illum il-ġurnata ħadd ma jista’ jgħid li m’aħniex nagħmlu ħilitna sabiex naraw xogħol ta’ kwalità għall-festa tant għażiża tagħna, biss, il-ġbir minn raħalna naqas. Ma nistgħux nippretendu li nagħmlu l-mirakli u tajjeb li wieħed iżomm f’moħħu li mill-ġbir li nagħmlu, ma niġbrux aktar minn 10% ta’ dak meħtieġ sabiex nagħmlu programm meqjus għall-festa, aħseb u ara kif nistgħu mmorru passejn aktar ’l bogħod. Barra minn hekk, ma jonqosx l-ilsien ħażin li jqasqas u jrewwaħ diċeriji li ma jwasslu għal imkien. Fuq spallejja għandi responsabilità, dik li jekk jista’ jkun il-festa ma tkun nieqsa minn xejn u għalhekk ma nistax nittollera li nitilfu okkażjonjiet fejn isSoċjetà taqla’ l-flus. Nixtieq kieku naslu f’punt fejn xogħolna jkun biss għar-raħal, biss, wisq nibża’ li din hija ħolma. Jekk biss tikkunsidra li żżur il-festi fejn ħraqna ix-xogħol tagħna, tkun diġa biċċa xogħol ta’ mpenn kbir u sagrifiċċju liema bħalu, aħseb u ara meta tikkunsidra li aħna rridu mmorru aktar min darba f’kull lokalità għall-ispejjeż tagħna personali sabiex inġorru, narmaw, naħarqu u nżarmaw! Għaldaqstant meta wieħed ikollu bżonn ta’ kjarifika, tiddejqu xejn tmorru f’ras il-għajn u tistaqsuni dak

Festa 2017

li tixtiequ tkunu tafu. Kulħadd jista’ jgħid li jixtieq b’ħalqu, iżda huwa importanti li jkun lest li jerfa’ r-responsabilità ta’ dak li jgħid u ma jirrepetix gideb ta’ ħaddieħor għaliex ħadd m’hu ser jaħsillek wiċċek sabiex tidher aħjar minnhu! Minn hawnekk nappella mhux biss sabiex dak li jkun jikkontribwixxi aktar għan-nar, iżda irridu lkoll nagħmlu sforz akbar sabiex inkomplu ngħinu fittwettieq u t-tkomplija tal-proġett tal-każin tagħna. Wara kollox l-imħażen huma l-post fejn naħdmu, imma l-każin huwa darna u bħalma kulħadd qiegħed jara il-pjanijiet sbieħ u x-xogħol li twettaq, l-istorja ser terġa’ tirrepeti ruħha, fejn ser jerġa’ jkollna l-isbaħ palazz f’raħalna. Għall-festa ta’ din is-sena, sħabi u jien ħdimna kemm flaħna u ħejjejna programm li huwa aktar estensiv min dak tal-festa 2016, kemm f’dak li għandu x’jaqsam ma’ nar tal-ajru, kif ukoll tal-art. Fiżżewġ oqsma ħejjejna xogħol varjat ħafna li għandu jpaxxi lill-Imqabbin kollha, kif ukoll lid-dilettanti ta’ din l-arti piroteknika li jiġu bi ħġarhom iżuruna waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-festa tant għażiża tagħna. Minn naħa tiegħi nixtieq nirringrzaja minn qalbi lil dawk kollha li kienu ta’ sostenn finanzjarju kull darba li dorna fuqhom, lil dawk li bl-inġenji u b’ħidmiethom għenuna u ser jgħinuna matul il-ġimgħa tal-festa, kif ukoll matul is-sena kollha, s-sidien tal-għelieqi, li minnhom naħarqu x-xogħol tagħna, lill-Kumitat Amministrattiv tas-Soċjetà tagħna u fl-aħħar u mhux l-inqas lil sħabi kollha, li grazzi għas-sagrifiċċji bla qies tagħhom u tal-familjari tagħhom u l-ħidma piroteknika, ser inkunu nistgħu ngawdu festa oħra kompluta bħalma dejjem għamilna. B’hekk, nawgura li x-xogħol li tant ħdimna għalieh b’dedikazzjoni jmur tajjeb u mingħajr inċidenti. Il-ħsieb aħħari tiegħi jdur lejn Ommna tas-Sema, li matul il-jiem kollha ta’ ħajjitna u speċjalment f’dik ta’ ħidmietna fil-qasam pirotekntiku, jogħġobha tħarisna u tbiegħdna minn kull għawġ, Grazzi Madonna ta’ Mħabbtek Għalina.

Viva l-Madonna tal-Ġilju

Il-BBQ biswit il-post tan-nar żamm l-appuntament annwali tiegħu f’Settembru 2016.

Dilettanti tan-nar ta’ kull sena jiġu mistiedna għall-bibita mill-kumitat amministrattiv fil-bidu tas-sena bħala apprezzament tax-xogħol u s-sagrifiċċju li jwettqu b’risq l-Għaqda tan-Nar.

Waħda minn diversi ikliet li saru matul is-sena mid-dilettanti li jiffrekwentaw il-post tan-nar tal-Ġilju.

Filwaqt li nistiednukom biex tiġu żżuru l-imqabba Fil-jiem tal-Festa biex taraw ix-xogħol li ħejjejna Fl-okkażjoni tal-Festa tal-madonna tal-ġilju, l-għaqda tan-nar tirringrazzja lil alla tal-għajnuna li jagħtina u lill-madonna tal-ġilju li tħarisna matul is-sena kollha mill-perikli kbar li jġorr miegħu dan id-delizzju. nieħdu din l-okkażjoni biex nirringrazzjaw lil Familjari u qrabatna tal-paċenzja li jieħdu bina li minħabba d-delizzju tagħna jiċċaħdu għal żmien twil mill-ħin liberu tagħna Flimkien. nirringrazzjaw lil dawk il-beneFatturi kollha li joFFru xi Forma ta’ għajnuna matul is-sena, speċjalment dawk li jipprovdu t-trasport, l-għelieqi eċċ. lill-kumitat amminstrattiv, il-Fergħat kollha tas-soċjetà, lill-membri tal-korp tal-pulizija u lill-kleru tal-parroċċa, lilkom is-soċji, partitarji u l-beneFatturi. Fl-aħħar iżda mhux lanqas, nirringrazzja lis-sur joseph Camilleri tal-għaqda tan-nar sta marija tar-raħal tagħna, tal-koperazzjoni sħiħa li teżisti bejnietna bħala liCenCees. nixtieq il-Festa t-tajba lill-imqabbin kollha u lil dawk il-maltin u turisti li jiġu jżuruna. OMMNA MARIJA TAL-ĠILJU ĦARISNA U BGĦEDNA MINN KULL PERIKLU

. Madonna tal-Gilju Mqabba

57


For all your TRAVEL needs

Joseph Mizzi Aluminium works

FREE QUOTATIONS

Address Work shop & Office LQA040A Luqa industrial estate Luqa,MALTA.

Tel/fax : 00356-21807851 mob : 99445686 Email : mizalum@gmail.com

For aluminium products with competitive prices and professionally done with years of experience in aluminium works. We fabricate aluminium apertures like doors & windows with new profiles and a large range of colours . We cater for customer made structure as greenhouse,verandas,skylight,facades and more. Call for free quotation for :

Louvers fixed & adjustable Double glazed apertures (with Argon Gas) Showers & Partitions Insect screens & Roller nets Hinged , Sliding & Revolving apertures Maltese Balcony's , Stairs & Handrails Security Main Doors Arched apertures & Folding doors

We do also Soffit Ceilings in Mineral Fibre & Gypsum in various models

59


ATTIVITÀ PIROTEKNIKA Il-Ħadd 17 ta’ Settembru 2017 Ħruġ tal-Vara min Niċċa 8.00am

Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

12.00pm

Fit-tmiem iċ-ċelebrazzjoni ġewwa l-Knisja fejn bi ħġarna nassistu għall-ħruġ tal-Vara min-Niċċa, mat-tokki ta’ nofsinhar, bħala tislima lill-Padruna tagħna l-Madonna talĠilju, jkun hemm ħruq ta’ musketterija, salut, kaxxa nfernali u murtaletti.

9.00pm

Jum ta’ Tħejjija Lejlet il-Festa tal-MADONNA tal-ĠILJU 8.00am 12.00pm

8.00am

Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

12.00pm

Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

7.45pm

Isir ħruq ta’ kaxxa nfernali, murtali u murtaletti.

9.00pm

Waqt il-Marċ ikun hemm ħruq ta’ murtali, murtaletti, beraq pront, murtali tal-kulur.

Il-Ħamis 21 ta’ Settembru 2017 Jum ta’ Tħejjija 8.00am

Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

12.00pm

Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

7.45pm

Mal-barka sagramentali, jsir ħruq ta’ kaxxa nfernali, murtali u murtaletti.

9.30pm

Spettaklu Pirotekniku, b’diversi murtali tal-beraq bil-logħob, murtali tradizzjonali ta’ beraq pront u beraq tal-kuluri, flimkien ma’ diversi settijiet ta’ murtali tal-kulur.

11:00pm

Nassistu għal spettaklu ieħor ta’ nar talart oriġinali u mekkanizzat quddiem “Ġnien il-Madonna tal-Ġilju” fil-Bypass tal-Imqabba.

Il-Ħadd 24 ta’ Settembru 2017

Jum il-Festa tal-MADONNA tal-ĠILJU 8.00am

Ħruq ta’ murtali, kaxxa infernali u murtaletti.

12.00pm

Ħruq ta’ kaxxa nfernali, murtali u murtaletti.

6.30pm

Nassistu għall-ħruġ tal-purċissjoni blistatwa artistika tal-MADONNA tal-ĠILJU li jkun akkumpanjat minn ħruq ta’ salut. Wara li tindaqq l-Ave Maria, tinħaraq kaxxa nfernali segwita minn murtali billogħob.

8.30pm

Wara l-waqfa sabiex jindaqq l-Innu l-Kbir lil Ommna u Padruna tagħna l-MADONNA tal-ĠILJU nassistu għallħruq ta’ musketterija, murtali tal-beraq pront u murtali tal-kulur. Mad-dħul talVara, tinħaraq kaxxa nfernali tal-kulur, li tagħlaq il-Festi ta’ din is-sena.

9.30pm

Id-dilettanti tan-nar u qrabathom, flimkien mas-Soċji u l-partitarji, niltaqgħu fil-Knisja biex nirringrazzjaw lil Alla l-Imbierek u Ommna tal-Ġilju talgħajnuna li tawna matul is-sena kollha biex inwettqu dan il-programm kollu.

Il-Ġimgħa 22 ta’ Settembru 2017 8.00am

Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

12.00pm

Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

7.45pm

Mal-Barka Sagramentali, isir ħruq ta’ kaxxa nfernali, murtali u murtaletti.

9.00pm

Waqt il-marċ grandjuż tal-Ġimgħa mill-Banda Madonna tal-Ġilju nassistu għall-ħruq ta’ murtali tradizzjonali ta’ beraq pront u beraq tal-kuluri, murtali tal-kulur u kaxxa infernali.

11.30pm

Waqt it-tlugħ tal-istatwa ta’ Marija Immakulata fuq il-pedestall, ikun hemm ħruq ta’ Musketterija u tapit fi Triq il-Madonna tal-Ġilju.

Ħruq ta’ murtali u murtaletti. Mad-daqq tal-Ave Marija ssir ħruq ta’ musketterija, salut, murtali bil-logħob u murtaletti.

Waqt il-Marċ ikun hemm ħruq ta’ murtali, murtaletti, beraq pront, murtali tal-kulur.

Jum ta’ Tħejjija

Ħruq ta’ murtali, kaxxa infernali u murtaletti.

6.00pm

Murtali, murtaletti, beraq pront, murtali tal-kulur.

L-Erbgħa 20 ta’ Settembru 2017

9.00pm

Is-Sibt 23 ta’ Settembru 2017

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

61


“There is nothing more precious than time”

KUMMISJSOnI radJU .

Madonna tal-Gilju 2 0 1 6

-

2 0 1 7

gLEnn MUSCat

triq il-htajriet, mosta tel: +356 21 432 131 / +356 99 441 921

info@alencia.net www.alencia.net

Hekk kif għaddiet il-festa tas-sena 2016 il-Kumitat Amministrattiv, avviċina grupp ta’ żgħażagħ sabiex flimkien, bħal kull sena oħra, jaħdmu fuq iż-żewġ skedi li kien imiss li jixxandru fuq dan l-istazzjon. Hekk kif ġew magħżula dawn iz-żgħażagħ, millewwel beda x-xogħol fuq skeda numru 18. Bħal m’għamilna fis-sena preċedenti, wara li smajna diversi suġġerimenti tas-semmiegħa, żammejna l-ħsieb li din l-iskeda kellha tiffoka fuq aktar programmi ta’ diskuzzjoni u kif ukoll informazzjoni. Nistgħu ngħidu li mill-kummenti diversi ta’ nies u segwaċi ta’ dan l-uniku stazzjon Imqabbi, l-mira tagħna ntlaħqet u kif! F’Diċembru assistejna wkoll għall-maratona ta’ xandir kontinwu minn ġewwa l-pjazza ewlenija Mqabbija. Dan il-weekend kien imżewwaq b’diversi attivitajiet, fosthom il-‘Playstation Tournament’, ‘Hot Dog Stand’ u l-Ħadd kellna wkoll il-preżenza tal-Blood Donation Unit. B’hekk tul dan il-weekend ħsibna li ngħinu wkoll lil min hu inqas ixxurtjat minna. Bħalma ġara s-sena l-oħra, ntramat tinda akbar, li kienet tiflaħ għall-elementi kollha, fl-eventwalità li kellu jqum il-maltemp f’xi ħinijiet tal-maratona. Fis-snin preċedenti konna rajna lil Edwin Gatt u Emmanuel Briffa jiksru r-rekord tal-itwal maratona ta’ xandir kontinwu, fejn l-ammont ta’ siegħat kien dak ta 62 siegħa. Kif ukoll fis-snin ta’ wara assistejna għallksur ta’ dan ir-record mill-ġdid din id-darba minn Edwin Gatt akkumpanjat minn Jonas Simbeye fejn it-tul ta siegħat kienu ta’ 75 siegħa. Din is-sena saret maratona kontinwa ta’ xandir differenti fejn rajna diversi preżentaturi differenti. Kien hemm minnhom familjari magħkom is-semmiegħa u oħrajn li kienu ġodda, fejn kull preżentatur kellu l-ħin allokat għalieh biex din il-maratona setgħet tkun suċċess. Wara li fl-artiklu tas-sena l-oħra għednielkom kif il-fondi fl-iskema EUPA ġew approvati kollha u l-bini tal-’istudios’ il-ġodda kien wasal fl-aħħar tiegħu, matul is-sena li għaddiet ġie mixtri apparat ġdid għaldawn l-’istudios’ il-ġodda. It-tim tar-radju dejjem ħaseb li ‘studios’ ta’ dan il-livell jixirqilhom apparat tal-għola livell. Dan ser ikompli jgħina sabiex nilħqu l-għan prinċipali tagħna, li dejjem inkomplu ngħollu il-kwalità ta’ xandir li nwasslu lilkom is-semmiegħa tagħna, dejjem tkun l-aħjar u li l-iskeda dejjem tkun ta’ suċċess ikbar minn dik ta’ qabilha! Tajjeb ukoll li nsemmu kif dawn l-‘istudios’ ma jintużawx biss għal dawn iż-żewġ skedi fis-sena biss, pero il-viżwal kollhu li joħrog tul is-sena kif ukoll il-

features tal-festa jiġu mfassla u ifformulati ġewwa dawn l-istess studios. B’hekk it-tim tagħna dejjem ikun qed jassigura li dawn jaqdu l-funzjoni tagħhom tul is-sena kollha! Aħna dejjem nibqgħu ntennu li l-għan ewlieni tagħna hu li nwasslulkom prodott aħjar. B’hekk nitolbukom, sabiex kull min jixtieq jikseb esperjenza fuq dan ir-radju jew jixtieq jgħin matul is-sena, fittfassil u l-ippjanar, għandu javviċina lil xi membru mill-Kumitat Amministrattiv, hekk kif tgħaddi l-festa, sabiex jissieħeb magħna f’dan it-tim. Fil-fehma tagħna dan huwa pass għaqli sabiex inkomplu nkabbru l-familja tagħna. Infakkrukom li m’għandkomx għalfejn tkunu membri sabiex tagħtu l-għajnuna tagħkom, lil kwalunkwe kummmissjoni, tul is-sena kollha, minn festa għal oħra. Dan jista’ jkun il-pass għaqli tagħkom biex tibdew avventura ġdida. Infakkrukom issegwu l-iskeda numru 19, millĠimgħa 15 ta’ Settembru sal-Ħadd 24 ta’ Settembru. Fl-aħħar u mhux l-inqas, f’isem it-tim kollhu tar-radju Tal-Gilju FM 95.4, nawguraw l-Festa t-tajba lil kulħadd.

Ta’ kull sena apparti l-iskeda mbullata bi programmi diversi, ssir il-maratona ta’ xandir abbinata ma ġbir ta’ fondi b’risq il-kostruzzjoni tal-każin.

Ir-rebbieħa tal-Playstation Tournament li ġie organizzat waqt il-maratona ta’ xandir f’Diċembru 2016.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

63


Fantasy Flowers Your fantasy into reality

KUMMISSJOnI SPOrtS .

Madonna tal-Gilju 2 0 1 6

-

2 0 1 7

Aldo Ritchie Madonna ta’ Pinu, ri il arri iet, Mqabba MQB 1480, Malta tel: 2164 1032 Mob: 9946 5963 / 7960 2432 E mail fantasy owersmt@gmail.com

Geraldu Debattista One Day Tournament Jannar 2017

Il-każin hu t-tieni dar tagħna fejn inqattgħu l-ftit ħin liberu li l-ħajja tal-lum tippermettilna. Bosta minna nutilizzaw dan sabiex nipprattikaw xi sports favorit tagħna. Tul is-snin, is-Sede tas-Soċjetà kienet fulkru ta’ attività sportiva u ta’ żvog għal diversi soċji u partitarji sabiex jipprattikaw dak li jħobbu l-aktar. Il-proġett tar-rikostruzzjoni sfortunatament kellu konsegwenzi fuq din in-norma u fil-perjodu li l-każin ingħalaq biex jinħatt u jinbena mill-ġdid, mexa għal lok alternattiv, qisu bħal miet mewta naturali. Għaldaqstant, issa li qed naraw il-proġett tal-Bar Area joqrob lejn il-finalizzazzjoni tiegħu, nagħmlu appell lil dawk kollha li għandhom xi ideat jew suġġerimenti sabiex jersqu l-quddiem u jkellmu lil xi membru tal-Kummissjoni Sports jew tal-Kumitat Amministrattiv sabiex inxammru l-kmiem, induru madwar mejda u nerġgħu ngħaqdu l-partijiet flimkien, skond il-laqta sportiva ta’ gruppi diversi ħalli, filwaqt li nġeddu mil-ġdid l-atmosfera ta’ ħbieb li aħna, inżommu l-ħajja attiva tul il-ġimgħa kollha ġewwa l-Każin il-Ġdid tagħna. Mela ejjew, ħalli wara l-Festa, hekk kif tidħol il-ħarifa, nerġgħu nagħtu spinta lill-qasam sportiv fi ħdan is-Soċjetà! Il-Festa t-Tajba lil kulħadd!

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

65


SEZZJOnI ŻgħaŻagħ .

Madonna tal-Gilju 2 0 1 6

-

2 0 1 7

JOSEPH ZaMMIt - CHaIrPErSOn

Il-Logo uffiċjali l-ġdid tas-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, Mqabba, xogħol is-Sur Joseph Zammit, inawgurat nhar il-Ħadd, 16 ta’ Lulju 2017, propju fil-jum tal-okkażjoni li mmarka il-bidu tal-25 sena anniversarju mit-twaqqif tal-għaqda.

Tmienja; daqshekk kien in-numru ta’ żgħażagħ li sostna l-Kumitat tas-Sezzjoni Żgħażagħ għal din is-sena. Affettwana dan il-fattur? Inkun qed nigdeb jekk ngħid li le, biss, b’wiċċi minn quddiem ngħid li minflok li serva ta’ detriment, dan serva ta’ ħeġġa doppja b’ħarsa ottimista lejn il-futur mill-membri preżenti, u issa ngħid dan b’unur hekk kif minn tmienja, il-Kumitat il-ġdid jinsab iħaddan tmintax-il membru fi triqitna lejn l-anniversarju tant prestiġġjuż ta’ 25 sena mit-twaqqif tal-għaqda fl-2018; l-għaqda li tibqà l-ewwel u l-aqwa tan-natura tagħha f’raħalna. B’hekk, b’differenza mit-ton tas-soltu, xtaqt insemmi dan il-punt l-ewwel u qabel kollox hekk kif ir-realtà tal-lum trid tiġi rikonoxxuta bħala waħda ferm differenti minn dik tal-1993. Ringrazzjament mill-qalb huwa dovut lejn Darren Falzon, Julian Falzon, Julie Farrugia, Omar Farrugia, Christian Mifsud, Anthea Sacco u Julian Zammit li flimkien miegħi wasslu s-Sezzjoni għal dan il-mument storiku tagħha.

Packaging Materials and Machines Disposable Articles for Food Service Hygienic and Protective Wear DICK Professional Knives Pr i nce Al b e r t St re e t, Al b e r t Tow n , M a r s a M R S 1 0 4 5 Te l : 2 1 2 2 7 3 4 2 , 2 1 2 2 7 3 4 4 Fax: 2122 7345 M o b : 7 9 4 7 8 2 2 2

Il-Kumitat Sezzjoni Żgħażagħ 2017/2018. Mix-xellug: Darren Falzon, Christian Mifsud, Julian Zammit, Julie Farrugia, Joseph Zammit, Anthea Sacco, Julian Falzon u Omar Farrugia.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

67


B’ringrazzjament speċjali mis-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju Mqabba lejn il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat tal-għajnuna fit-treġija tal-iskemi

Small Initiatives Support 2016/ 2017: Mater Dolorosa

Voluntary Organisations Project 2017: The Maltese Band Club: From a Cultural Hub to a Non-Formal College

68

Festa 2017

Intant il-Kumitat preżenti kif estiż se jħaddan responsabbiltà ta’ żewġ festi hekk kif iċ-ċaqliq tal-festa minħabba ċirkostanzi barra mill-poter tagħna se jkun qed jassigura li dak kollu li kien hemm pjanat minn qabel jiġi ċċelebrat lil hinn minn klima politika. Madanakollu, it-trasferiment fid-data tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju ħoloq l-opportunità u l-eċċezzjoni ta’ formolazzjoni bikrija ta’ Kumitat ġdid tas-Sezzjoni Żgħażagħ filwaqt li t-treġija tal-Kumitat preżenti tkompli għaddejja saċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa f’Settembru. Fl-aħħar mill-aħħar, il-festa mhix prodott ta’ Ġunju jew Settembru, jew xi data fissa tul is-sena... Il-festa tibqà f’qalb il-partitarji li jiċċelebrawha u l-prova tal-imħabba lejn Ommna tidher fil-fatt li, rrelevanti minn qabel jew wara, xejn ma jżommna milli noħorġu x-xbiha tagħHA darbtejn fis-sena. Il-privileġġ jirbaħ fuq iċċirkostanza. Fuq nota differenti, tajjeb li nsemmu l-kalendarju t’attivitajiet li l-Kumitat wassal għallpubbliku tul is-sena li għaddiet. Min-naħa tagħna nkomplu nħeġġu l-parteċipazzjoni t’aktar soċji u partitarji f’dak kollu li norganizzaw, b’mod speċjali dawk żgħażagħ. Il-kritika faċilment issir, imma s-soluzzjoni hija frott katina waħda ta’ sapport. Kif xieraq, is-sena tal-Kumitat 2016/ 2017 bdiet bil-barka ta’ quddiesa kkonċelebrata minn Fr. John Curmi u l-ewwel pass immedjat ikkonsista fl-iskema imnedija mill-ġdid: ‘Il-Ftit, miż-Żgħażagħ għaż-Żgħażagħ’; għat-tielet sena konsekuttiva, skema xhieda tal-għaqal żagħżugħ minn ġewwa l-Kumitat kif ukoll minn fost ilmembri msieħba minn barra. Sena ilu, l-ewwel attivitajiet uffiċjali kkonsistew f’Boat Party u Afternoon Get-Together, intant dan il-Kumitat ħaseb biex minflok jorganizza Pool Party għall-partitarji ta’ kull età, f’atmosfera ferriħija sajfija. Ix-xahar ta’ Diċembru ra preżentazzjoni ta’ drama mxenqa u mfaħħra minn kulħadd, ir -reċita: ‘Il-Mejtin Ma Jħallsux Taxxi’ li propju ttellgħat nhar is-Sibt, 3 ta’ Diċembru 2016 ġewwa s-sala tal-iskola primarja tal-Imqabba; serata divertenti b’udjenza massima li għalqet is-sena b’togħma ta’ talent lokali u għatx għal sena oħra ta’ impenn. It-Tqassim tar-Rigali lkoll ħalla tbissima ġenwina fuq fomm it-tfal hekk kif it-tiżjin tal-

Il-kast li ħa sehem waqt ir-rappreżentazzjoni teatrali “Il-Mejtin ma Jħallsux Taxxi” li ttellgħat b’suċċess ġewwa s-Sala tal-Iskola Primarja tal-Imqabba f’Diċembru 2016.

Il-Pool Party organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ bħala konklużjoni tal-istaġun Sajfi.

Attivita’ ġdida kienet propju Workshop għaż-żgħażagħ membri bil-għan li jagħtu l-veduti tagħhom dwar it-tmexxija tal-Kumitat taż-Żgħażagħ.

Il-membru tal-Kumitat tas-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju, Omar Farrugia jiġi ppreżentat b’tifkira mis-Sindku tal-Imqabba Dr. Charlene Zammit f’isem il-Kunsill Lokali fl-okkażjoni tas-suċċess miksub fejn ingħata t-titlu ta’ “Best Male Model of the World – Malta”. Din il-preżentazzjoni saret waqt is-Serata ta’ Jum l-Imqabba 2016 li kienet bis-sehem tal-Banda Madonna tal-Ġilju.

. Madonna tal-Gilju Mqabba

69


FES

TA

MA T

ER

DO

LO

SA : EX

TEN

AE

ME

JTIN

6

RO

EBR

‘IL-

201

MA

’ JĦ

AL

LSU XT

AX X

A’

AD

LU CE M


Wieħed mill-Gatherings organizzati mis-Sezzjoni Żgħażagħ ġewwa l-Każin kull xahar.

Pastanight fil-Każin li hija waħda mill-ikliet li s-Sezzjoni Żgħażagħ torganizza b’mod regolari.

każin li dejjem ħadet ħsieb din l-istess għaqda ħalla waħda fuq il-kbar fi żmien sabiħ tal-Milied. L-ewwel attività tas-sena imbagħad kienet Pasta Night li saret nhar is-Sibt, 4 ta’ Frar 2017, qalb is-sular li jħaddan l-entratura tal-Każin, liema pass wara pass tinsab tikber u tissebbaħ skond il-pjanijiet oriġinali. Ix-xhur tal-bidu tas-sena kienu maħkuma mill-organizzazzjoni tat-tieni edizzjoni tal-wirja: Mater Dolorosa: Ex Tenebrae Ad Lucem; wirja ta’ xejra unika ta’ arti maħluqa minn dawl u dell, miġjuba għall-pubbliku minn talent lokali u b’fondi mill-iskema Small Initiatives Support kif amministrata mill-Kunsill Malti għas-Settur talVolontarjat, amalgamata ma’ eżebizzjoni estiża ta’ arti mirquma u maħruqa fl-injam mis-Sur Edwin Gatt, fejn minn hawn nixtiequ nirringrazzjawh mill-qalb tal-kontribut tiegħu. Bħalma sena ilu s-Sezzjoni Żgħażagħ tat wirja unika ta’ fresco li ma tistax terġa tiġi esperjenzata, hekk din is-

sena, mill-5 sal-15 ta’ April 2017, l-istess għaqda ppreżentat lill-pubbilku xi ħaġa li tmur lil hinn minn statwa jew pittura, minn ġrajja Bibblika jew dramm simboliku, tradizzjoni Maltija jew barranija; minflok, sebgħa duluri moderni li s-soċjetà tagħna qiegħda tesperjenza minn ġurnata għal oħra, magħżula bi ħsieb profond u mwassla b’messaġġi simboliċi – Vandaliżmu, Gwerra u Firda, Mard, Faqar, Diżonestà, Fastidju u Manipulazzjoni, Vjolenza u Nuqqas ta’ Fidi. Dan kollu seħħ fl-okkażjoni tal-għoxrin sena minn meta ttellgħet l-ewwel wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa fl-Imqabba, propju inawgurata taħt l-istess patroċinju onorarju tal-President Emeritu Dottor Ugo Mifsud Bonnici. Is-Sezzjoni Żgħażagħ għandha l-unur tgħid ukoll li kklasifikat fl-ewwel post fl-għoti ta’ fond ieħor amministrat mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat: The Voluntary Organisations Project Scheme. Aktar dettalji fuq dan il-proġett u

Alessio’s Old Cottage Triq il-Parroçça, Mqabba Tel: 2168 3292 Sub-Post Office

Óinijiet tal-ftu˙: Mit-Tnejn sas-Sibt: 6.30am - 12.00pm 5.00pm - 8.00pm Ódud u Festi: 6.30am - 12.00pm 72

Issibu dak kollu li te˙tie©u: Kartolini, affarijiet tal-iskola, rigali, Ωraben u ˙wejje© g˙al kull età, kif ukoll videos, CDs, cassettes, films, affarijiet ta’ Hi-Fi u ©ugarelli

Il-mibki membru żgħażugħ Christian Ghigo li ħalla din id-dinja nhar l-Erbgħa 10 ta’ Mejju 2017 fl-eta’ tenera ta’ 21 sena. F’dan ir-ritratt, dan iż-żgħażugħ li tant kien ferventi għall-Festa u s-Soċjetà tagħna, jidher qiegħed jipparteċipa waqt il-brijju f’waħda mill-attivitajiet organizzati ġewwa l-Każin bi tħejjija għall-Festa tal-Madonna tal-Ġilju.

kif intom ilkoll tistgħu tkunu parti minnu se jkunu qegħdin jiġu żvelati fil-ġimgħat li ġejjin u fuq paġina oħra ta’ dan ilprogramm stess. Tajjeb insemmu li b’dan il-programm t’attivitajiet, isSezzjoni Żgħażagħ ġabret somma rekord ta’ flus; iva, akbar mis-somma rekord tas-sena preċedenti; somma li se tiġi żvelata fil-kunċert tal-festa ta’ din is-sena stess. Fl-aħħar mill-aħħar ma nistax ma nsemmix il-kartolini tal-birthday li minn din is-sena ż-żgħażagħ tesserati tagħna qegħdin jirċievu flimkien ma’ rigal ċkejken fuq inizzjattiva ta’ dan il-Kumitat. Ir-rispons li rċevejna fuqhom kien wieħed ta’ gratitudni u sorpriża ġenwina – Grazzi! Kienet sena li rat l-akbar żewġ pubblikazzjonijiet talFjur fl-istorja tal-għaqda; edizzjonijiet li wasslu l-Fjur għallħamsin ħarġa tiegħu – Siġill ta’ ħidma superjuri u l-ewwel tattip tagħha ġewwa raħalna.... Żewġ Workshops għaż-żgħażagħ urew anki l-fatt li l-Kumitat huwa lest jisma ssuġġerimenti u joħloq inizzjattivi ġodda! It-tranżizzjoni bejn il-Kumitati seħħet riċentament u b’hekk nistgħu ngħidu li l-ħidma diġà għaddejja ġmielha. Propju filjum tal-okkażjoni li mmarka il-bidu tal-25 sena anniversarju mit-twaqqif tas-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, nhar il-Ħadd, 16 ta’ Lulju 2017, ġie żvelat il-Logo Uffiċjali l-ġdid tal-għaqda; wiċċ ġdid għall-għaqda, li se jwassalha mill-preżent għall-futur. Id-disinn tal-logo, xogħol artistiku tiegħi personali u rregalat mill-qalb lill-għaqda, huwa kontemporanju iżda b’self artistiku klassiku, juri ljun f’raffigurazzjoni dominanti fuq l-arma Mqabbija, f’kenn ta’ ġilju li għad kemm beda jwarrad, simbolu taż-żogħżija tagħna u tal-purità ta’ Ommna Marija. U issa li l-festa waslet, il-ħidma tkompli, is-sena iqsar u l-prestiġju ferm ikbar; ningħaqad ma’ sħabi t-tmintaxil membru fil-Kumitat il-ġdid biex nawgura festa issa tant mistennija u antiċipata lil kull min jgħożżha f’qalbu, u nagħlaq bħal dejjem bil-frażi onesta . . . .

Viva l-Madonna tal-Ġilju

Festa 2017

. Madonna tal-Gilju Mqabba

Mumenti waqt is-Serata ġewwa l-Knisja ta’ San Bażilju li nawgurat il-Wirja nnovattiva talĠimgħa l-Kbira ntitolata ‘Mater Dolorosa: Ex Tenebrae ad Lucem’ li s-Sezzjoni Żgħażagħ tellgħat fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa 2017.

73


Love of beauty is taste. The creation of beauty is art.

KUMMISJSOnI nISa .

Madonna tal-Gilju 2 0 1 6 JULIE

aBdILLa

-

2 0 1 7 -

CHaIrPESOn

“Optimism is the faith that leads to achievement.” Helen Keller

Mob: 9982 0269

... ta’ Skutu

Keller kienet mara li għexet flIstati Uniti fis-sekli 19 u 20 u li minkejja r-restrizzjonijiet fiżiċi li kellha fosthom nieqsa missmigħ u d-dawl, xorta waħda ma beżgħetx taħdem għal dak li hi kienet temmen fih fosthom l-ugwaljanza. Kwotazzjoni li Il-Kumitat tal-Kummissjoni Nisa Madonna tal-Ġilju 2016/2017. minkejja li għaddew għexieren Mix-xellug - Lilian Bonnici, Sharon Falzon, Kylie Caruana, Sarah Scicluna, Julie Abdilla (Chairperson), Romina Galea, Anna Grech, Gigliola Micallef, Beatrice Farrugia , Maria Muscat. ta’ snin minn fuqha xorta waħda għadha valida u tibqa’ valida għal dawk kollha li jispiraw u jimmiraw biex jimxu ’l quddiem. Kwotazzjoni li ta’ bilħaqq tfakkarni fil-Kummissjoni Nisa tal-Ġilju li b’ottimiżmu dejjem raw kif ser jimxu ’l quddiem sabiex joffru spalla lis-Socjetà in ġenerali. Ottimiżmu li f’dawn is-snin fejn qed nassistu għallproġett ta’ rikostruzzjoni tassede tas-socjetà qed tissarraf fi frott u kuraġġ sabiex nkomplu naraw l-istess ħolma ssir realtà. L-Ottimiżmu huwa fost ilmembri ta’ dan il-kumitat iżda liema ottimiżmu huwa grazzi għas-soċji u partitarji li jirrikorru għall-attivitajiet organizzati mill-istess kummissjoni. Fost l-attivitajiet tagħha, din ilkummissjoni tipprova tilħaq aspetti varji li fuqhom iserħu l-għanijiet stess tal-istess soċjetà. Uħud mill-inizzjattivi marbuta mal-attività ntitolata ‘Car Free Day: European Mobility Week’ mtellgħa fil-Pjazza tal-Imqabba f’Settembru 2016.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

75


Fost dawn insibu lejliet Marjani akkumpanjati bittalba tar-Rużarju quddiem ix-xbiha tal-Madonna tal-Ġilju fil-ġnien imsemmi għaliHa biswit il-ġibjun. Attività oħra fuq tema reliġjuza hija l-attività tasSebà Visti fil-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka fejn din is-sena żorna knejjes u kappelli fir-Rabat u l-Imdina. Apparti minn dan il-Kummissjoni Nisa tfittex ukoll li timxi maz-zminijiet u torganizza attivitajiet mixtieqa mill-membri tagħha u minn dawk li jattendu. Dawn l-attivitajiet jinkludu ikliet soċjali bħal m’huma l-Ftira Nights fl-iljieli Sajfin, mawriet kulturali ġewwa Għawdex, picnics fil-kampanja fost l-oħrajn. Appuntament annwali hija żjara lillImqabbin ġewwa r-residenza f’San Vincenz de Paule fl-okkazzjoni ta’ Jum il-Mara. B’din l-attività l-Kummissjoni Nisa tixtieq li tkun t’eżempju għal għaqdiet oħra sabiex jifirxu l-attivitajiet tagħhom fuq dimensjoni filantropika wkoll. Fil-ħajja li qed ngħixu sirna nisimgħu ħafna fuq l-kuxjenza ambjentali u l-Kummissjoni Nisa rat ukoll kif dan l-għarfien u kuxjenza testendiha fil-lokalità tar-raħal tagħna. Ghat-tieni sena konsekuttiva l-Kummissjoni Nisa ntgħażlet sabiex tkun waħda mill-organizazzjonijiet

BALDACCHINO BROS.

f’Malta li tippromwovi l-‘European Mobility Week’. Fost l-attivitajiet li saru matul dan il-jum wieħed isemmi tour b’double decker sal-Imdina, użu ta’ electric car ġewwa r-raħal u edukazzjoni fuq l-użu tar-roti bl-għajnuna tal-Mosta Cycling Club. Din ġiet milqugħa tajjeb ħafna u l-konkorrenza kienet waħda pożittiva. Dan ix-xogħol kollu li jitwettaq minn din ilKummissjoni u fergħat oħrajn fi ħdan din is-Soċjetà Mużikali huwa grazzi għall-kuraġġ li jintwera missoċji u partitarji li dejjem nsibuhom warajna kemm bl-attendenza tagħhom kif ukoll bis-sapport morali tagħhom. Iżda l-ikbar ringrazzjament tagħna jmur lil Dik li nirrikorru ghandHa fit-talb tagħna…lil Ommna taħt it-titlu Singulari tal-Ġilju li tagħha ahna lkoll devoti.

Grazzi Madonna tal-Ġilju ta’ Mħabbtek Għalina!

Għal kull tip ta’ bini irrikorru għand Ġilju u Dennis Baldacchino jew ċemplu fuq 99865128 L-aħwa Baldacchino jixtiequ jawguraw il-Festa t-Tajba lill-Imqabbin kollha

tower ironmongery FASTENERS

INTERIOR & EXTERIOR PAINT

POWER TOOLS

POWER TOOLS

RESIN OUTDOOR FITITNGS

POWER TOOLS

ELECTRICAL SUPPLIES

SECURITY LOCKS

LED BULBS & TUBES

AIR TOOLS

LOCKS

WOOD TREATMENT

SUN SHADING

Tower Street, Żurrieq, ZRQ 2360

Tel: 2164 0196 • E-mail: towiro@maltanet.net

HAND TOOLS

HAND TOOLS

Attiviatjiet varji organizzati mill-Kummissjoni Nisa matul is-sena bil-għan li jinġabru fondi b’risq il-Festa u kif ukoll jgħaqqdu flimkien lill-Partitarji Nisa.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

77


J U n I O r C L .U B

Madonna tal-Gilju 2 0 1 6 a n n a

-

g r E C H

2 0 1 7 -

d E L E g a t a

Ninsab onorata li għal sena oħra ingħatajt l-opportunità sabiex nagħti rendikont tal-ħidma u l-attivitajiet li wettaqna tul din l-aħħar sena. Ninsabu fid-disà sena u jekk inħarsu ftit lura naraw li din issezzjoni qed tkun utli ferm għas-Soċjetà. Ħafna millattivitajiet li wettaqna kienu bil-kollaborazzjoni tal-ġenituri stess u għalhekk minn dawn il-paġni nirringrazzjawhom mill-qalb tal-paċenzja u talkontribut tagħhom. Mingħajr din l-għajnuna diversi attivitajiet ma jkunux possibbli li jsiru. Il-Kummissjoni Nisa, li tieħu ħsieb il-Junior Club tagħti spazju u importanza kbira lil dan il-Klabb kif jixraq lit-tfal tagħna, li huma l-futur tas-Soċjetà. Għal sena oħra r-irwol tiegħi huwa li nikkoordina l-attivitajiet flimkien ma’ membri oħra talKummissjoni Nisa. Din is-sena li għaddiet ħejjejna programm sħiħ t’attivitajiet u għalkemm f’ċertu okkazjonijiet konna diżappuntati bl-attendenza, nistgħu iħossuna sodisfatti li l-maġġoranza ta’ dak li kien imħejji kien ta’ suċċess. Bħala delegata talJunior Club flimkien ma’ sħabi oħra tal-Kummissjoni Nisa dejjem ippruvajna nolqtu l-gosti ta’ kulħadd, u l-attivitajiet ivarjaw minn dawk kulturali għal dawk sportivi u edukattivi. Kienu ħafna l-attivitajiet li ġew organizzati tul din l-aħħar sena amministrattiva li tibda propju immedjatament kif jiġu fi tmiemhom iċ-ċelebrazzjonijiet ad Unur il-Madonna tal-Ġilju. Fost dawn ta’ min isemmi attivitajiet sajfin bħallPool Party. Il-parteċipazzjoni tat-tfal kienet ukoll integrali waqt il-Car Free Day li l-Kummissjoni Nisa organizzat f’Settembru 2016. Waqt din l-attività kellhom iċ-ċans iqajjmu kuxjenza akbar dwar il-ħarsien tal-ambjent. Bil-mod il-mod jibda’ joqrob żmien li huwa tant favorit mat-tfal: iż-żmien tal-Milied. Il-Festin annwali jkun wieħed mistenni ferm fejn fost ħafna sorpriżi mħejjijin, jingħatawlhom rigali millisbaħ. Attività innovattiva li saret aktar kmieni din is-sena kienet żjara fil-villaġġ tal-Karnival ġewwa l-Marsa bil-kollaborazzjoni tal-Kumpanija ‘Toto Carnival’. It-tfal kellhom l-opportunità li jsegwu l-proċessi ta’ ħidma fuq il-karrijiet tal-Karnival. Attività oħra relatata kienet il-Party tal-Karnival ġewwa l-Każin. L-involviment tat-tfal kien wieħed evidenti

Membri tal-Kummissjoni Nisa flimkien ma’ uħud mit-tfal li pparteċipaw waqt l-attivita Car Free Day: European Mobility Week.

It-tfal tas-Soċjetà waqt l-attivita’ b’tema Marjana li tiġi organizzata ta’ kull sena fl-ewwel jum tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju.

Jake Bonnici u Joanna Zahra, li servew ta’ compares waqt l-attività Marjana tal-Festa 2016.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

79


fil-Wirija Mater Dolorosa: Ex Tenebrae ad Lucem, li s-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju tellgħet fl-okkażjoni tat-tifkira tal-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesù’ Kristu. Sezzjoni minn din il-Wirja kienet tikkonsisti propju minn tpinġijiet, xogħol dawn l-istess tfal membri. Bil-‘Play, Learn & Fun’ ingħalaq staġun ieħor mimli attivitajiet għat-tfal tal-Junior Club, iżda nixtieq infakkar li fadal l-involviment tat-tfal tagħna waqt il-festa tal-Madonna tal-Ġilju. Propju l-Ħadd 17 ta’ Settembru ser issir attività bit-tfal tal-Junior Club waqt ir-riċeviment annwali li torganizza s-Soċjetà kull sena. Din is-sena ser issir rappreżentazzjoni li tfakkar l-ewwel Ċentinarju mid-dehriet t’Ommna Marija ġewwa Fatima. Nagħlaq dan l-artiklu billi nirringrazzja lil sħabi tal-Kummissjoni Nisa tal-għajnuna u l-fiduċja li dejjem jagħtuni biex inkomplu nmexxu l-Junior Club il-quddiem. Grazzi kbira wkoll tmur għall-ġenituri tal-appoġġ u l-kooperazzjoni kontinwa tagħhom u nittama li din il-kollaborazzjoni tibqa’ fis-snin li ġejjin. M’għandi xejn xi nżid ħlief li nawguralkom il-festa t-tajba lit-tfal kollha, speċjalment dawk membri filJunior Club u nħeġġiġhom jattendu u jipparteċipaw għall-attivitajiet kollha li hemm ippreparati għall-Festa ta’ Ommna Marija minn tal-Ġilju.

Il-Festin tal-Milied li tant ikun mistenni mill-membri tal-Junior Club.

Grazzi Madonna ta’ Mħabbtek Għalina

Żjara fil-Villaġġ tal-Karnival, fejn it-tfal tal-Junior Club kellhom l-opportunità jsegwu l-proċessi tal-bini tal-karrijiet grotteski. Attività bil-kollaborazzjoni ta’ Toto Carnival Company.

Ġurnata fil-Pool tinżel tajjeb ferm mat-tfal tal-Junior Club waqt il-vaganzi Sajfin.

Tfal jieħdu sehem waqt attivitajiet edukattivi u divertenti fl-istess ħin waqt il-Play Learn and Fun organizzati kull nhar ta’ Sibt.

L-udjenza li mliet is-sala waqt il-Festin tal-Milied 2016.

Festin ieħor, din id-darba dak Karnivalesk fejn it-tfal tal-Junior Club jiddevertu flimkien bil-kostumi sbieħ li tant jieħdu gost jilbsu.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

81


Joanne’s Unisex Hairstylist Hair by

Joanne

Joe Gauci MSc. (Aberd), BSc. (Hons) (Manch), R.G.N., Dip. Mgt/Adm.

Triq il-Mit˙na exactly corner with Triq ix-Xriek

Offering all the professional service for your hairstyles Opening hours Monday

Closed

Tuesday To Friday 9.00am - 2.00pm 3.00pm - 6.00pm saTurday

JIKTEB IR-RETTUR TAL-FRATELLANZA Tal-Immakulata Kunċizzjoni

Open all day till 7pm

For an appointment call on 7920 1390

RepaiRs on all tYpes of caRs • tuRbo fitting • full caR seRvicing • pRe test foR vRt • Replacement of petRol engine to diesel • batteRies

Għal darb’oħra wasal iż-żmien tant mistenni għalina d-devoti tal-Madonna, taħt it-titlu tal-Ġilju, waħda mill-festi prinċipali ġewwa l-Imqabba. Bħal dejjem, il-festa tinvolvi ħafna ħidma u xogħol minn diversi persuni, li lkoll jagħtu s-sehem tagħhom biex b’dedikazzjoni u b’mod volontarju tiġi organizzata festa hekk għażiża. Għalhekk, nistgħu ngħidu li l-ħidma lejn il-festa hija waħda li tgħaqqad, sabiex diversi persuni, ta’ fehmiet u oppinjonijiet differenti jingħaqdu għal għan wieħed – li jkollna festa kbira u sabiħa għad unur il-Madonna tal-Ġilju. Fil-ħin li qiegħed jinkiteb dan il-messaġġ, ilpreparamenti għall-festa diġa laħqu l-aqwa tagħhom minn armar fit-toroq, għall-banda, armar tal-Knisja u diversi affarijiet oħra. Dawn il-preparamenti ma jistgħux isiru mingħajr l-involviment kontinwu talmembri tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, kif ukoll tal-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni. Huma ħafna dawk li llum il-ġurnata jenfasizzaw li biex tirnexxi jrid ikun hemm riflessjoni fuq dak li nkunu għamilna jew ser nagħmlu. Din ir-riflessjoni tgħin mhux biss biex nagħmlu evalwazzjoni talfesti li ġew organizzati fis-snin ta’ qabel iżda anke sabiex nippjanaw aħjar għall-festi li ġejjin. Wieħed irid jistaqsi jekk l-aspett materjali tal-festa, bħalma huwa, ngħidu aħna it-tiżjin fit-toroq, huwiex biżżejjed biex ikollok festa komlputa. It-tweġiba għal din il-mistoqsija għandha tkun le, għaliex il-bażi fundamentali tal-organizzazjoni tal-festa hija fija nnifisha, l-fidi, bl-element ta’ devozzjoni u spiritwalità. Jekk id-devozzjoni lejn dak li nemmnu fih tintilef, l-organizzazzjoni tal-festa tispiċċa waħda bla valur bl-aspetti kollha li jdawwruha jkunu materjali. Hawn ukoll, wieħed irid jiddistingwi bejn spiritwalità u reliġjon. Waqt li l-ispiritwalità hija xi

Ir-Rettur tal-Fratellanza s-Sur Joe Gauci u l-President tas-Soċjetà s-Sur Teddy Farrugia flimkien mal-Kappillan tal-Parroċċa il-W.R. Dun John Curmi fil-ħin tal-ħruġ tal-Purċissjoni Solenni f’Jum il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2016.

ħaġa li teħodna lil hinn mill-aspetti materjali taddinja u tal-ħajja, ir-reliġjon hija xi ħaġa li lilna, bħala Kristjani tressaqna lejn Alla. Hekk kif fil-ħajja tal-lum il-Knisja Kattolika saret taffaċċja sfidi ġodda, bħala membri ta’ din il-Knisja dawn l-isfidi jkunu sfidi għalina lkoll. Fi żminijiet bħal dawn, fejn għal darb’oħra qegħdin norganizzaw festa ad unur dak li nemmnu fih, għandna nieħdu l-opportunità biex mhux biss nifirħu u niċċelebraw flimkien tul l-attivitajiet tal-festa, iżda wkoll nieħdu dan iż-żmien bħala għodda biex nieqfu u nirriflettu fuq jekk aħna hux verament qegħdin ngħixu u nesprimu l-isipirtwalità u r-reliġjon tagħna. Filwaqt li dan il-proċess ta’ riflessjoni huwa wieħed individwali u m’huwiex wieħed faċli, nemmen li jekk il-festa tiġi bbażata biss fuq l-element tradizzjonali u materjali, l-iskop ewlieni tagħha, li huwa ċ-ċelebrazzjoni reliġjuża, m’huwiex

Christian Mifsud

Owner

1, Sejba Road, Mqabba ZRQ 09 Tel: 21 640684 • Mob: 79 444 420

Ritratt tal-okkażjoni fejn ir-reffiegħa jidhru skjerati biex iġorru l-Vara Artistika u Devota tal-Madonna tal-Ġilju mumenti qabel il-ħruġ tal-Purċissjoni Solenni.

Il-Vara tal-Madonna tal-Ġilju hekk kif waslet quddiem is-Sede tas-Soċjetà, nhar il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni 2016. Din il-Festa kkonkludiet iċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-140 anniversarju mill-miġja tal-istess Vara ġewwa l-Imqabba li ġie mfakkar tul is-sena 2016.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

83


qiegħed jiġi milħuq. Nemmen li l-proċess sabiex wieħed jaddatta l-organizzazzjoni tal-festa biex jiġi milħuq l-għan ewlieni u reliġjuż tagħha, fil-kuntest taż-żminjiet li dejjem qegħdin jinbidlu, m’huwiex wieħed faċli u għad hemm ħafna xi jsir. L-enfasi tiegħi għal dawn iż-żminijiet hija allura sabiex filwaqt li nieħdu pjaċir biċ-ċelebrazzjonijiet esterni tal-festa, li jistgħu jkunu okkażjoni t’għaqda fihom infushom, għandna nipparteċipaw ukoll bi ħġarna għall-funzjonijiet ġewwa l-knisja. Dan il-fattur jista’ jkun wieħed li jagħtina l-għajnuna meħtieġa sabiex il-festa tilħaq l-għan ewlieni tagħha, biex b’mod spiritwali, u bi spirtu t’imħabba u paċi tiġi ċċelebrata l-festa tant għażiża għalina. Fost dawn l-aspetti, l-Fratellanza tista’ tkun mezz ieħor kif nilħqu dan il-għan. Kull min b’xi mod jew ieħor għandu sehem fl-organizzazjoni taċċelebrazzjonijiet reliġjużi kif ukoll dawk esterni, għandu jaħdem b’intelliġenza u b’għaqal lejn dawk ta’ madwaru, kemm jekk huma fratelli, membri tal-kumitat, voluntiera u oħrajn b’ideat differenti. Matul din is-sena komplejna wkoll bit-tiswija f’dak li għandu x’jaqsam mal-armar tal-knisja, u nistgħu nħabbru li ser inżanżnu r-restawr tal-pedestall tarrelikwa għall-festa ta’ din is-sena. Tajjeb li nsemmu li l-Festa m’hija xejn mingħajr is-sapport u l-involviment kontinwu tal-voluntiera kollha li jagħtu s-sehem tagħhom tul is-sena kollha fl-organizzajoni tal-festa. Dan l-involviment u l-aspett tal-volontarjat jilħaq il-quċċata tiegħu filjiem tal-festa. Barra s-sehem tagħha fil-ġimgħa talfesta, l-Fratellanza wkoll kompliet bil-ħidma tagħha tul is-sena. Fost dawn insibu l-parteċipazzjoni u l-impejni li l-Fratellanza jkollha ta’ kull sena fiċċelebrazzjonijiet li jsiru fil-Parroċċa tagħna tul issena kollha. L-appell tiegħi, bħal kull sena, huwa sabiex il-festa tkun waħda glorjuża bbażata fuq il-fidi bi sforz minn kull parti sabiex is-sinifikat reliġjuż tagħha jintlaħaq verament. Waqt li nifhem li ċ-ċelebrazzjonjiet esterni jirrikjedu ħafna ħin u xogħol, napella lil kulħadd sabiex jagħmel ħiltu kollha biex jinstab ħin u jkun hemm attendenza wkoll għall-funzjonijiet reliġjużi. Bħal dejjem b’mod partikolari, nagħmel enfasi fuq il-Quddiesa kantata solenni bil-Paniġierku. Dan fiddawl tal-anniversarju Marjan li l-Knisja Kattolika qiegħda tfakkar tul din is-sena: l-ewwel ċentinarju mid-dehriet t’Ommna Marija lil Lucia, Francesco u Giacinta ġewwa Cova da Iria, Fatima fil-Portugal. Nixtieq nagħlaq billi nsellem u nirringrazzja lil kull membru tal-Fratellanza li ta sehmu b’xi mod flattivitajiet tal-Fratellanza tul l-aħħar sena kif ukoll lil dawk kollha li ħadmu bis-sħiħ lejn l-organizzazzjoni ta’ din il-festa. Tislima speċjali tmur ukoll lejn dawk kollha li jinsabu morda jew għaddew min esperjenza ta’ mard, sabiex isibu l-kuraġġ. Fl-aħħar nett, nawgura l-festa t-tajba lill-Imqabbin kollha, u nħeġġeġ biex ningħaqdu lkoll flimkien b’sens t’għaqda u rispett.

L-Istandard tal-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni merfugħ mill-Fratelli waqt il-Purċissjoni tal-Festa ta’ Santa Marija 2016.

Membri tal-Fratellanza jieħdu sehem waqt il-Quddiesa b’suffraġju tal-erwieħ tal-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni li ssir ta’ kull sena fix-xahar ta’ Novembru.

Il-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni tieħu sehem fl-attivitajiet kollha organizzati mill-Parroċċa. F’dan ir-ritratt naraw il-Fratellanza waqt il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju.

Il-Fratelli jidhru miġbura madwar il-presbiterju waqt iċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika fi tmiem il-Purċissjoni tal-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

85


ĠILJI TAS-SALTNA T’ALLA Meta tħares sewwa sewwa lejn il-ġilji fil-widien, Kollhom bjuda, jarmu d-dija, donnhom ċinji f’lag fiddien,

MESSAĠĠI MILL-ĦBIEB TAGĦNA FL-ITALJA NOTA EDITORJALI: It-traduzzjonijiet mit-Taljan saru minn Dott. Gerald Bugeja.

u fis-skiet tiflihom sewwa u tgħarbilhom sew f’għajnejk, tilmaħ l-isbaħ minjatura qiegħda tkellmek ħdejn riġlejk. Tara fihom lewn is-safa, b’ħafna tjieba w umiltà, tara fihom lewn it-tama b’ħafna mħabba w fedeltà,

Mill-Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Feliċita Martri Fejn il-Festa Prinċipali hi dik tal-Madonna tal-Ġilju - Affile Il-ġenerazzjonijiet kollha jsejħuli hienja (Luqa, 1,48)

tara fihom lewn is-sema qed jinfirex fuq ħaddejk,

Għeżież, Din hija affermazzjoni li biha l-poplu jdur lejn il-Madonna talĠilju billi jsejħulha ‘ħienja’. Waqt li nibqgħu ngħixu t-tradizzjonijiet ta’ missirijietna, nħossu lill-Madonna ħajja u taħdem fostna, tant li ġġiegħlna nimtlew bl-entużjażmu kull darba li tidher quddiem il-ħarsa tagħna, għaliex Marija hija minsuġa b’mod partikolari mal-misteru talfidwa bħala omm ta’ Ġesù Salvatur. Nafu li minn ħafna sekli l-hawn tiġi użata l-kelma ‘Madonna’ bħala isem speċjali li bih kulħadd kien jirreferi għall-Madonna tal-Ġilju. Dan it-titlu juri r-rabta t’imħabba li hemm bejn Marija Santissima u l-poplu Nisrani: rabta konkreta, personali u umana, li hija tagħna, bħalma hija tagħna l-Madonna tal-Ġilju. B’fiduċja induru lejha u nitobuha;

tara fihom lewn is-saltna tal-fqajrin iħares lejk. U bħall-ilma ċar li jilma w jibdel dinja f’kristall fin, hekk qed jilma wiċċ Marija fuq uliedha l-Imqabbin w bħal kristall minqux ġo qalbhom il-kliem ħelu ta’ din l-omm, hekk li jibqa’ jtektek ħiemed sa ma jidwi minn kull fomm. Nitolbuk Marija Ommna, sabiex bħalek ħerqanin f’kull mument tal-ħajja tagħna nkunu ġilji qalbenin li nogħlew ’il fuq mill-kotra u ninġibdu lejk flimkien, warajk nimxu w ħdejk nittajru ħalli nfewħu kullimkien. Ma nibżgħux mill-għomma kiefra, jew mir-reżħa tal-berdin, imma nfittxu biss il-keffa tal-imnikkta u ċ-ċkejknin għaliex tagħhom u min bħalhom hija s-saltna tas-smewwiet kif qalilna Kristu Ibnek biex nissejħu vera wlied.

Don Tancredi (it-tieni mix-xellug) flimkien mal-Isqof Mauro Parmeggiani u d-delegazzjoni tal-Ġilju wara l-Pontifikal fil-festa f’Affile fis-7 ta’ Awissu 2017.

‘Aqbdilna jdejna, o twajba Madonna Karkarna warajk, erfagħna sa Qalbek Biex induqu ftit minn dik il-fjamma ta’ imħabba li għandha l-qawwa li tibdilna ġo maħbubin veri ta’ Kristu, Kif l-imħabba vera tiegħek trid’

Stefano Farrugia It-28 ta’ Frar 2017

86

Festa 2017

Mons. Tancredi Ciancarella

. Madonna tal-Gilju Mqabba

87


Mill-Kappillan tal-Parroċċa tal-Madonna tal-Ġilju - Veroli Għeżież devoti tal-Madonna tal-Ġilju, Huwa ta’ ferħ kbir għalija li għal sena oħra ningħaqad magħkom u nwassal awgurju sinċier lil kull wieħed u waħda minnkom. Nawguralkom li tgħixu verament bl-isbaħ mod possibbli l-jiem tal-festa li ġejja ad unur il-padruna li intom u aħna nqimu taħt l-istess titlu – il-Madonna tal-Ġilju. Permezz ta’ din l-omm u mudell għallħajja tal-familji nsara, nixtieq inwassal lil Marija fid-djar tagħkom, b’mod partikolari, f’din is-sena partikolari, meta il-Knisja qed tfakkar il-mitt sena mid-dehriet ta’ Fatima. Marija, li Binha Ġesù’ irregalahilna b’ommna minn fuq is-Salib, trid takkumpanjana dejjem u f’kull ħin fil-mixja tal-ħajja, ikunu Preżentazzjoni lil Don Stefano, kappillan ta’ Giglio di Veroli waqt żjara mid-delegazzjoni tal-Ġilju fis-6 ta’ Awissu 2017. xi jkunu ċ-ċirkustanzi u s-sitwazzjonijiet tagħha. Permezz tagħha, aħna l-insara m’aħniex mixjin f’wied mudlam lejn futur inċert u mbeżża’. Aħna familja ta’ pellegrini li nafu x’jisimha d-destinazzjoni tagħna – Ġesù. Għalhekk, aħna id-devoti speċjali tagħha nistgħu nistqarru bil-qalb li ħa naslu għand Ġesù’ permezz ta’ Marija. Li naqbdu f’idejn Marija u nħalluha tmexxina Hi, ifisser li mil-lum induqu s-sbuħija tas-sema f’pajjiżna. Ifisser li nkunu devoti mimlija b’entużjażmu, pellegrini li ma nċedu qatt il-pass tal-mixja tagħna u li ma’ naqtgħu qalbna qatt li naffaċċjaw l-isfidi tal-ħajja li hija mimlija b’mumenti ta’ ferħ u oħrajn ta’ niket u tbatija. Id f’id ma’ Marija ifisser li ħajjitna tiftaħ quddiemha bħal ġilju tad-deheb f’idejHa. Jekk inħarsu ftit lura lejn is-sitwazzjoni tal-Ewropa u tad-dinja dak inhar tat-13 ta’ Mejju 1917, l-ewwel dehra tal-Madonna f’Fatima, insibu li kien l-istess żmien tal-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija. F’dik issitwazzjoni kerha ta’ mewt u qerda, l-Madonna għażlet il-qalb żgħira u sempliċi tat-tliet it-tfal rgħajja, Francesco, Giacinta u Luċija. Marija riedet li permezz ta’ dawn ir-raħħala sempliċi, twassal messaġġ lill-qalb ta’ dawk kollha li jemmnu .... li x-xewqa għad-dawl vera – Binha Ġesù, tirbaħ fuq kull dalma oħra fid-dinja ta’ madwarna. U dan il-messaġġ għadu jidwi fostna llum. Li niċċelebraw lil Marija, taħt it-titlu tal-Ġilju, jfisser li ma nitilfu qatt il-ħarsa tagħha ta’ Omm u ta’ dixxiplu tal-Mulej. Għalkemm aħna dgħajjfin u fraġli, ma rridu nħallu lil ħadd u xejn jisirqilna t-tama fl-għajnuna u l-ħniena tal-Mulej. Irridu nissieltu b’qawwa kontra t-tentazzjoni li nintilfu fil-kultura ‘moderna’ li l-Papa Franġisku jsejħilha ‘tal-iskart’, fejn il-bniedem iħossu użat u mormi. Timpressjonani ħafna ix-xena ta’ Marija nhar l-għodwa tal-Għid il-Kbir. Ix-xena ta’ mara ta’ kuraġġ uniku wara dak kollu li tkun għaddiet minnu fil-qilla tal-passjoni nhar il-Ġimgħa l-Kbira u fid-dulur tas-silenzju u l-ħemda nhar Sibt il-Għid. Imma minkejja dan, Marija tibqa’ temmen fil-kliem li lissnet fil-Magnificat meta ltaqgħet ma’ qaribtha Eliżabetta. Marija baqgħet tgħix fit-tama ta’ għodwa ġdida, għax kienet taf li l-Kelma t’Alla li tlaħħmet f’ġufha kien ser jilħaq il-qofol tal-missjoni Tiegħu fil-qawmien mill-imwiet. Il-mewt u t-tbatija ma setgħu jirbħu qatt fuq it-tama u fuq il-ħajja. Għalhekk f’din il-festa għażiża tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba, ejja nduru lejha flimkien mal-komunità tal-parroċċa tiegħi hawn f’Veroli, biex nitolbuha l-grazzja u l-qawwa biex anke aħna nlissnu il-Magnificat tagħna. Ninsabu f’liema sitwazzjoni nisabu fil-ħajja, Marija żgur li mhi ħa twarrabna qatt. Bħala patruna speċjali tagħna, l-Madonna tal-Ġilju tibqa’ dejjem tiddi bħal kewkba li ddawwal l-iljieli mudlama tal-ħajja. IlMadonna tal-Ġilju tibqa’ dejjem tkun għalina l-kebbiesa tat-tama f’dak il-jum bla bidu u bla tmiem: binha Ġesù. Bħala wlied devoti u maħbuba tagħha, aħna mill-Italja u intom f’Malta, ejjew inġeddu r-ringrazzjament tagħna lil Alla l-Missier għal dan ir-rigal kbir ta’ din l-Omm unika; ejjew inġeddu r-rikonixximent lejn missirijietna għal dan ir-rigal speċjali ta’ din il-padruna tagħna u ejjew nduru lejHa bil-qalb u nitolbuha: ‘Qaddisa Marija Omm Alla, itlob għalina’. Don Stefano di Mario

88

Festa 2017

Mill-Kappillan ta’ Anticolo Corrado Min hi l-Madonna? Isimha, mill-forma tagħha Griega ‘Marian’, tixbaħ lill-isem Lhudi Mirjam, li ma nafux iżda t-tifsira taghħa. Is-sinjifikat ewlieni semitiku jidher li hu dik tal-“Aktar Għolja, il-Maestuża”. Fost l-Evanġelisti dawk li jagħtuna l-aktar informazzjoni huma San Luqa u San Mattew li jitkellmu ħafna fuq iż-żgħorija ta’ Ġesù. It-Testment il-Ġdid jgħid li Marija hija mara umli tal-poplu Lhudi, persuna konkreta, li għexet tassew u ‘l bogħod minn kull invenzjoni li seta’ jidealizzaha. Id-dati bijografiċi li ġejjin minn dan l-għejun jgħidulna filfatt li kienet mara żagħżugħa tat-tribù ta’ Ġuda u allura ġejja min nisel David, li aktarx twieldet f’Ġerusalemm, b’mod mirakoluż minn ġenituri anzjani, Anna u Ġwakkin, li żżewġet mastrudaxxa jismu Ġużeppi, li kienet toqgħod Nazaret, raħal tal-Galilija u propju f’dan ir-raħal li Hija tirċievi l-aħbar miġjuba lilha mill-anġlu Gabriel li kellha taqleb ta’ taħt fuq id-dinja kollha. L-Anġlu jgħidilha: “Sliema għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek, ser ikollok tifel, twelldu u ssemmih Ġesù”. Magħżula minn Alla, l-Anġlu jsellem lil Marija bla tebgħa “Mimlija Preżentazzjoni lil Don Anacleto waqt żjara f’Anticoli Corrado bil-Grazzja”, frażi li tiddiskrivi l-qdusija mwettqa fiha mid-delegazzjoni tal-Ġilju fil-5 ta’ Awissu 2017. permezz tal-grazzja t’Alla li kien qed jippreparaha għal meta sseħħ l-Inkarnazzjoni: Marija mimlija bil-grazzja, jiġifieri maħbuba minn Alla, minħabba li kienet dejjem fil-ħsieb Tiegħu li ssir Omm tat-Tifel tiegħu u allura b’mod tal-għaġeb meħlusa minn kull dnub. Marija hija l-mara sempliċi ta’ Nazaret li taf tistenna fis-silenzju u fit-talb, fit-tbatija u fil-ferħ, hija u tħalli kollox isir minnha mill-Mulej li kienet tobdih f’kollox. U hawn f’Nazaret li Marija trabbi lil Ġesù u Ġesù jitgħallem minn ommu jobdi u jitlob skont il-qalb tal-bniedem. Fil-ħajja pubblika ta’ Ġesù hemm preżenti l-figura ta’ Marija “fil-miraklu tat-tieġ ta’ Kana, fejn jistieden lill-qaddejja biex jafdaw lil Ġesù, li hemm iwettaq l-ewwel miraklu bl-intervent ta’ Marija, u f’siltiet oħrajn tat-Testment il-Ġdid, hemm preżenti Marija li takkumpanja lil Ġesù, iżda l-preżenza uffiċjali ta’ Marija insibuha taħt is-salib meta Ġesù jaraha mweġġgħa u mmnikkta, u ħdejha d-dixxiplu li Hu kien iħobb, u qal: “Mara hawn hu Ibnek”, imbagħad qal lid-dixxiplu: “Ibni hawn hi Ommok”, u minn dak il-mument id-dixxiplu ħadha f’daru. B’din l-espressjoni Marija ssir omm tal-umanità flimkien u ommna, propju fil-mument tat-tbatija li fiha hija tikkollabora fil-fidwa mwettqa minn Ġesù fuq is-salib, Binha stess li jafdalha l-umanità kollha, għaliex mhuwiex biss Ġesù li jbati u jifdi mid-dnub tal-umanità imma wkoll Marija li tbati u tifdi l-umanità flimkien miegħu, li takkumpanjah sal-qabar, waqt li tistenna l-mument il-kbir tal-Qawmien. Wara l-mewt ta’ Ġesù Marija, li Ġwanni kien qed jieħu ħsiebha, insibuha fiċ-Ċenaklu (Atti 1, 14-21): Kienu fehma waħda u kienu jinġabru regolarment għat-talb, man-nisa u ma’ Marija, omm Ġesù fiċ-Ċenaklu, kienet tkun hemm fil-ġabra titlob flimkien mal-grupp li kien qed jistenna l-wegħda ta’ Ġesù; l-Għid il-Ħamsin, in-niżla tal-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli, il-bidu tal-Knisja. Marija, dik li kienet mimlija u tfur bil-grazzja u bl-Ispirtu s-Santu, Dik li taċċetta li ssir Omm Alla, tat lid-dinja ’l Ibnu Ġesù, issa qegħda miġbura fit-talb fiċ-Ċenaklu, toffri terġa’ ħajjitha u r-rieda tagħha biex tagħti ħajja lill-Knisja, biex isejħulha Omm ta’ dawk kollha li jemmnu. Wara din il-ġrajja Ġwanni ħadha miegħu sakemm wasal il-mument li hi tħalli din iddinja u tkun imtellgħa fis-sema bir-ruħ u bil-ġisem qrib it-Tifel tagħha Ġesù. It-tlugħ fis-sema ta’ Marija u l-perfezzjoni kompluta u sħiħa fil-komunjoni ma’ Alla, frotta bikrija u tama tal-Knisja glorjuża fejn Hi tgħix ta’ Reġina tal-umanità kollha. Nixtieq nikkonkludi billi nistidinkom sabiex titolbu lil Marija għaliex aħna żguri li l-ħajja tagħna u d-destin tagħna huma prezzjużi għaliha, għalhekk aħna nintelqu d’idejha, ninxteħtu taħt il-ħarsien tagħha ta’ fidi, t’imħabba u tama. B’ leħen għoli nagħmlu talba sabiex issir talba kbira lill-Missier bl-interċessjoni ta’ Marija: “O Marija itlob għalina, aħna nafu, aħna nħossu, inti qabilna fil-mixja tal-fidi, tat-tama u tal-imħabba, O Mulej, agħtina ftit minn Ommok, agħtina s-sempliċità tagħha, il-fiduċja u l-paċi tagħha. Nawgura lill-Konfraternità tal-Ġilju Mqabba Festa kbira tal-Madonna tal-Ġilju u li l-Madonna tbierek lil kulħadd. Dun Anacleto Giagnori

. Madonna tal-Gilju Mqabba

89


PANIĠIERKU TA’ NHAR IL-FESTA TAL-MADONNA TAL-ĠILJU FL-IMQABBA Il-Ħadd 19 ta’ Ġunju 2016 Minn Dun Noel Camilleri D’Amato Nota Editorjali: F’ċertu deskrizzjonijiet ta’ ritratti jidher numru ta’ paġna li jirreferi għal aktar informazzjoni. Dak in-numru jorbot mal-ktieb ‘Sicut Lilium: Devozzjoni u Ritwal tul is-Sekli’, editjata minn Charles J. Farrugia u ppublikat mis-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, Mqabba fl-2012. Il-Bord Editorjali jixtieq ukoll irodd ħajr lis-Sur Anthony Bonello li ħadem fuq it-transkrizzjoni u qari tal-provi ta’ dan id-diskors.

Il-predikatur Dun Noel Camilleri D’Amato

Int l-isbaħ fost ulied il-bnedmin. Imsawba l-ħlewwa fuq xuftejk. Għalhekk bierkek Alla għal dejjem. Ħallini llum O Verġni Marija permezz ta’ dan il-kliem tas-Salm 45 ninsiġlek minn qalbi, jien saċerdot umli, illi f’demmi wkoll għandi jbaqbaq demm Imqabbi. Ħa ngħanni u ninseġ għanja. Ħa nqajjem sbieħ il-jum għax inti l-foħrija tal-poplu tagħna. Inti l-magħżula sa minn dejjem biex tkun nadifa, safja, tempju xieraq li fih jilqa’ lil Iben ta’ Alla. Ħallini O Marija, illum ninsiġlek dan it-tifħir minn qalbi f’din il-għodwa fi tmiem ir-rebbiegħa, għax inti bħad-dawl taż-żernieq, ħejjejt qalbek biex fiha jgħammar is-Sultan ta’ dejjem, l-istess Alla, ix-Xemx tal-ħolqien.

Wisq Reverendu Kanonku Dun Charles Gauci, wisq Reverendu Kappillan, ħuti saċerdoti, ħuti Nsara devoti tal-Madonna tal-Ġilju. Sa mill-bidu Alla xtaq joħloq il-ħolqien. Sa millbidu Alla għamel ħwejjeġ kbar. Ma’ dawk l-opri ta’ Jdejh. Sa mill-bidu Alla ried lil bniedem ikun xbieha Tiegħu, mimli bil-grazzja, qaddis, u kmieni wkoll fl-istorja tal-ħolqien, Alla meta jagħmel il-bniedem xbiegħa Tiegħu u jagħmilhom raġel u mara u jgħid: “Alla ħares u ra’ li kollox kien tajjeb ħafna.” Kien fil-pjan ta’ Alla li l-bniedem ikun qaddis, bħalma jgħidilna s-Salm: “Kemm hu kbir ismek Mulej fl-art kollha. Int li ħlaqt il-bniedem u għamiltu ftit inqas mill-allat, bis-sebħ u l-ġmiel żejjintu, qiegħdtu fuq l-għemejjel kollha ta’ jdejk. Kollox taħt riġlejh qiegħedtlu.” Hekk ried Alla. Dan kien il-pjan oriġinali Tiegħu, li l-bniedem ikun qaddis. U dan baqa’ l-pjan oriġinali

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

91


ta’ Alla, illi l-bniedem li tilef din il-ħbiberija tiegħu ma’ Alla permezz tad-dnub, jibqa’ wkoll jitqaddes permezz tas-Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu. Il-Bniedem ittebba’ bid-dnub. Is-serp, li jirrakkontalna l-Ktieb tal-Ġenesi, qarraq bilbniedem. U s-serp ma qarraqx bil-bniedem biss. Fl-istorja tal-ħolqien, imma jibqa’ jqarraq bilbniedem sal ġurnata tal-lum. Alla lilna għażilna u għamilna Tiegħu. Aħna x-xbieha Tiegħu. Imma din ix-xbiegħa li Alla ħalaqna fiha qegħdin nieħdu ħsiebha? Qegħdin aħna nippruvaw nagħmlu minn kollox biex naħarbu t-tentazzjoni tax-xitan illi kif jgħidilna San Pietru qiesu ljun idur magħna, jfittex lil min jibla?’ Alla tagħna l-grazzji Tiegħu biex aħna nitbiegħdu minn dak kollu li huwa ħażin. Alla jagħtina l-għajnuna Tiegħu biex aħna ma nagħmlux il-ħażen, imma jsibuna wisq bnedmin dgħajfa. Iddinja taghna wkoll tħajjarna, biex bħall-ewwel ġenituri tagħna, aħna wkoll nissuppervjaw. Aħna wkoll jidhrilna li għandna raġun aħna u mhux Alla. Aħna wkoll, bħal Adam u Eva jidhrilna ’li aħna qegħdin fit-tajjeb, nafu x’qegħdin nagħmlu. Illi aħna sirna nifhmu f’kollox. U forsi wkoll nippruvaw inwarrbu lil Alla, Għax il-bniedem issa sar kapaċi. Sar kapaċi, mingħalih jikkontrolla ħajtu. Sar is-sid mhux biss tal-ħolqien bħalma qallilna l-Mulej – “Aħkmu u mlew l-art”. Imma minn din il-ħakma, ilbniedem qed jabbuża. Qed jeqred ukoll saħansitra dak li Alla għamel tant tajjeb u sabiħ, il-Ħolqien, l-ambjent naturali. U Alla llum irid jkellem lil kull wieħed u kull waħda minna. Ma jridx iħallina biss nikkonċentraw fuq id-dgħufija tagħna, ma jridx iħallina nikkonċentraw fuq id-dnub tagħna. Imma nikkonċentraw u naħsbu fuq il-grazzja. San Pawl jgħidilna “Fejn kotor id-dnub, kotrot fuq li kotrot il-grazzja”. Ma nistgħux nibqgħu nħarsu biss lejn il-miżerja tagħna. Alla tant iħobbna lilna l-bnedmin illi ma ħalliniex nintilfu u għalhekk bagħtilna lis-Salvatur Sidna Ġesù Kristu. “Inqajjem mibegħda bejnek u bejn il-mara. Bejn nislek u bejn nisilha. Hu jisħaqlek rasek u inti tgħattanlu għarqubu.” Hekk smajna wkoll fil-Ktieb tal-Ġenesi wara l-waqgħa tal-bniedem fid-dnub. Għax Alla li huwa tant imħabba, Alla li Hu ħanin, ma felaħx jara lill-bniedem, li Hu għamlu xbieha tiegħu, jibqa’ mċappas bid-dnub. U sa minn dak il-mument iwiegħed is-Salvatur. Sa minn dak ilmument iwiegħed lill-Feddej Sidna Ġesù Kristu, l-istess Alla magħmul bniedem, li kellu bil-mewt u l-qawmien tiegħu jsalva l-umanità mid-dnub. U llum qegħdin nixħtu l-ħarsa tagħna fuq Marija Immakulata, mingħajr dnub. Il-Madonna tal-Ġilju, illi tibqa’ sinjal ukoll fil-Knisja llum biex meta aħna nħarsu lejha niftakru f’din il-wegħda li għamel Alla 92

Sopra kwadru li juri t-tħabbira lil Marija u li jinsab fuq l-altar tal-Agunija fil-knisja parrokkjali tal-Imqabba.

mal-bniedem: “ma jkun qatt li intom tibqgħu lsiera tad-dnub.” Alla ma jridniex illi aħna nibqgħu lsiera tad-dnub. Alla jridna nigħxu fil-grazzja tiegħu u għalhekk tagħna lil Marija bħala sinjal għalina lkoll. X’lesta Alla għal dawk li jħobbuh. Jekk Marija llum jixirqilha kull ġieh għax hija l-kapolavur ta’ Alla, hija mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa, għal merti ta’ Sidna Ġesù Kristu, is-Salvatur tagħna, biex tkun tassew għamara xierqa li fiha tilqa’ lill-Feddej. Ilmimlija bil-grazzja. Lilna wkoll Alla jagħtina l-għajnuna kollha. Aħna li twelidna bid-dnub tan-nisel. Imma, permezz talmagħmudija, Alla jagħtina din is-salvazzjoni. Alla jagħtina dan it-twelid ġdid. Alla jagħtina dan ilbidu ġdid, rebbiegħa fil-ħajja tagħna. Kemm iħobbna Alla. Iridna bħal Ommu nkunu qaddisin, allavolja aħna twelidna bid-dnub. Allavolja d-dnub jiġbidna lejh. Imma kemm qegħdin nagħmlu l-almu tagħna. Xi kultant aħna forsi niskużaw wisq lilna nfusna u ngħidu li aħna bnedmin dgħajfa. Nippruvaw. Xi kultant naqtgħu qalbna wkoll. L-għar ħaġa li nistgħu nagħmlu hija li aħna nippersistu fid-dnub tagħna. U dan huwa l-iżball li qed isir fid-dinja tal-lum. Dan huwa l-iżball li aħna mdawrin bih. Il-mentalità, illi d-dnub m’għadux jeżisti. Li kieku d-dnub m’għadux jeżisti, kif nistgħu aħna nagħmlu l-Festa tal-Madonna tal-Ġilju. Kif

Festa 2017

nistgħu aħna nistqarru li din l-Omm Kif jista’ jkun li din Omm Alla, itkun safja kienet meħlusa mit-tebgħa tadimtebbgħa bid-dnub? dnub tan-nisel jekk id-dnub ma jeżistix. Id-diffikultà ma kinitx dik. Is-safa ta’ Imma d-dnub huwa hemm. Id-dinja Marija qatt ma kienet diskutibbli. Idtgħallimna dan il-mod, biex tippromwovi diffikultà fil-Missirijiet tal-Knisja kienet l-pjaċiri, il-gosti tagħha. Id-dnub għadu meta u fi xħin din l-Omm kienet safja. Kien hemm, ix-xitan għadu jdur ma’ saqajna. hemm min jgħid, ukoll saħansitra, illi għal Imma Alla li għamel din ir-rebħa kbira ftit mumenti Marija kienet bid-Dnub tanpermezz ta’ Ġesù fuq ix-xitan irid li aħna Nisel, imma mbagħad inħelset qabel ma wkoll Miegħu, u permezz Tiegħu nirfsu twieldet. U d-disputa tibqa’ sejra u tibqa is-serpent tal-qedem. Ejjew aħna llum għaddejja. Kien hemm min saħansitra ma naqtgħux qalbna minkejja d-dinja li jgħid ukoll u jwaqqa’ l-argumenti talIl-ġilju mqabbel mal-virtù toffrilna kull opportunità li nitbiegħdu ieħor. Dawn huma affarijiet normali filminn dak li huwa qaddis. Li nitbiegħdu ta’ Marija. (Paġna 9) knisja. Meta aħna nitkellmu fuq dawn mill-kelma ta’ Alla. Li nitbiegħdu milll-affarijiet ta’ fidi, huma normal li jkun prattika tar-reliġjon Kristjana Kattolika hemm id-diskussjoni. Imma huwa kif tgħallimilna Omna l-Knisja Mqaddsa. normali wkoll illi minkejja li l-isfqijiet Ejjew ma nħallux l-opinjonijiet, il-moda u l-kbarat fil-ġerarkija tal-Knisja kienu ta’ żmienna, ittebbgħalna ħajjitna, jiltaqgħu flimkien u jirriflettu fuq dan tagħmilna kuntenti għal ftit imma il-misteru, ħafna drabi bi kliem tqil mbagħad titfana f’baħar ta’ mrar. u b’elaborazzjonijiet. Kien hemm ilDan qed jiġrilu l-bniedem tal-lum. poplu fidil, il-poplu ta’ Alla li kien iqim Nafu li maħniex perfetti. Nafu li għandna u jivvenera lil Marija bħala l-Omm n-nuqassijiet tagħna. Imma gwaj għalina safja Tiegħu, bħala l-Omm safja ta’ Alla, jekk nibqgħu fil-ħama; jekk ninżlu fitimnissla mingħajr dnub, u naraw madtajn. Ejjew illum inħarsu lejn il-Madonna dinja kollha. Tibda wkoll titwieled iltal-Ġilju, illi aħna tant inħobbu. Ejjew liturġija tal-Immakulata Kunċizzjoni. inħallu dak il-Ġilju jfewwaħ is-Soċjetà Naraw illi l-prattika ta’ ħafna u ħafna tagħna. Ifewwaħ il-ħajjitna. Din tfisser monasteri, anke fil-Palestina kienu diġà il-qima tagħna lejn il-Madonna tal-Ġilju, jiċċelebraw il-festa tal-Kunċizzjoni ta’ illi ma nħallu xejn u lil ħadd jisirqilna lil Marija. Kienu diġà jiltaqgħu flimkien u Ġesù, illi Hi tant kienet tħobb, illi Hi tant jqimu dan il-misteru. kienet tgħożż. Dan ifisser li aħna devoti Imma fosthom, anke fuq il-kitba Il-Beatu Scotus tal-Madonna tal-Ġilju, illi minkejja d-dnub kif raffigurat fi statwa ta’ San Teodotu ta’ Ankara, lill-Ordni tagħna nerġgħu niskopru l-grazzja ta’ mal-faċċata tal-Knisja Franġiskan li kien minn ta’ quddiem li tal-Franġiskani Alla li rċevejna fil-magħmudija. Alla wkoll f’Sant’Antnin Birkirkara. beda jfaħħar is-safa ta’ Marija bħala dik tana s-sagrament tal-qrar illi l-Missirijiet l-imnissla mingħajr l-ewwel tebgħa – (Pagna 6) tal-Knisja jsejħulu t-tieni magħmudija “Sicut Lilium Interspinas”. Kienu kitbu diġà tagħna, għax nerġgħu nqumu mill-ġdid, dan l-Uffiċċju Divin f’ġieh il-Kunċizzjoni nerġgħu nqumu mill-miżerja tad-dnub. Mmakulata. Din hija l-grajja tad-domma ta’ fidi, illi Araw ftit kemm iħobbna Alla, xi grazzji jagħtina wasslet biex il-Papa Piju IX, fit-8 ta’ Diċembru 1854, biex aħna wkoll inkunu nodfa, biex nerġgħu nibdew jiddikjara, illi universarjament il-Knisja għandha il-ħajja tagħna, il-ħajja tal-grazzja. U Marija hija taraf illi l-Verġni Marija ġiet imnissla mingħajr għalina kuraġġ, sinjal li jqawwi l-qalb tagħna. tebgħa tad-dnub fl-1854. Ma jfissirx illi dakinhar Ma kienx faċli li l-Knisja tiddetermina u beda t-twemmin fl-Immakulata Kunċizzjoni. Kien tiddikjara, illi l-Verġni Marija kienet imnissla hemm ħafna Papiet. Id-devozzjoni u l-fidi lejn dan mingħajr l-ewwel tebgħa. Għalkemm dan it- il-misteru bdiet ferm iktar qabel. Imma, b’darba twemmin kien ilu eżistenti fil-Knisja, kien hemm għal dejjem, ma nistgħux issa nħarsu lura. Waqfet ħafna li kienu jitħawdu. Kien hemm qbil sħiħ bejn id-diskussjoni għax il-Knisja tkellmet. U dan ilil-Knisja tal-Lvant u l-Knisja tal-Punent, li l-Verġni mument għalina wkoll, anke f’din il-Parroċċa, Marija, għax hija Omm Ġesù, għax hija Omm Alla, għandu jkun mument storiku qawwi. kienet Verġni safja. Fuq dan kien hemm qbil ilEjjew aħna llum nirringrazzjaw lil Alla talli għaliex kif jista’ jkun illi din l-omm illi fil-Konċilju f’Marija qed jagħtina ikona, qed jagħtina Omm lejn ta’ Efesu fit-22 ta’ Ġunju tas-sena 431, Marija xiex inħarsu, Omm bla tebgħa. Kemm issejħilha ddikjarata bħala Domma ta’ fidi, li hija Omm Alla. sabiħ il-Knisja Mqaddsa fil-Litanija. Omm l-iżjed

. Madonna tal-Gilju Mqabba

93


ZURRIEQ OUTLET OPENING HOURS Monday to Saturday Sunday

6:00am to 8:00pm 7:00am to 8:00pm

2780 2342 www.facebook.com/davesmalta

safja. Omm l-iżjed nadifa. f’diversi postijiet oħra Omm u Verġni. Ejjew ġo Malta, speċjalment inħarsu lejha lil Marija in-naħa tal-Kottonera, bħalma kienu jħarsu il-Festa tal-Madonna tallejha l-ewwel Insara u Ġilju f’Mejju. kienu jsellmula kuljum Niftakarni jien fi tfuliti bħala Omm Alla. Ma niġi għand in-nanniet nistgħu naslu mkien iktar fil-ġranet ta’ Mejju għal meta lil Marija nsellmula din il-festa wkoll u kont bħala Omm Alla. U għax nimpressjona ruħi nidħol hija Omm Alla, kien f’din il-knisja u nara hemm bżonn kif jgħidilna kullimkien ġilju abjad, wkoll il-Beatu Ġwann ġilju jfuħ. Għax Marija Duns Scotus “Hekk kien hija s-sinjal ghan-Nisrani xieraq, Alla hekk ried u ta’ kif għandna aħna hekk għamel.” Għamilha wkoll inkunu ġilju jfuħ mingħajr tebgħa tadfil-familji tagħna, mhux dnub tan-nisel biex tkun għax aħna safja u bla arka xierqa li fiha tilqa’ tebgħa, imma għax aħna lis-Salvatur. rridu nkunu eżemplari, Fl-Iskrittura Mqaddsa, irridu bħal Marija aħna ma nsibu l-ebda, insibu nagħtu każ tal-Kelma ħafna referenzi indiretti t’Alla, inbaxxu rasna fl-antik Testment għal quddiem ir-rieda tiegħu. din is-sbuħija ta’ Marija. “Hawn jien il-Qaddejja L-Ordnijiet tar-reliġjużi, tal-Mulej, ħa jsir minni l-Ordni Karmelitan skont Kelmtek.” Ilifaħħar lil Marija għal miżżewġin irridu nkunu Wieħed mis-sunetti stampat għall-festa ġmiel tagħha u għalhekk ġilju għal xulxin. Illi tal-Madonna tal-Ġilju tal-1926. jsejħilha “Ġmiel talnkunu ta’ fiduċja għal Karmelu”, il-post fejn xulxin. L-imħabba Elija kien jiltaqa’ ma’ Alla. Il-post tal-ġmiel naturali, tagħkom trid tkun sħiħa u dedikata lil xulxin. Illi u jħares u jsellem lil Marija l-Ordni Karmelitan niżirgħu l-fwieħa. Niżirgħu l-imħabba. Niżirgħu bħala ‘Il-Fjur tal-Karmelu’. L-Ordni Dumnikan t-tolleranza fil-familji tagħna, u qatt il-firda, u qatt jsellem lil Marija bħala ‘Il-Warda sabiħa li tiftaħ fil- it-tgħajjir u l-vjolenza fi djarna. Ejjew inkunu ġilju ġonna’, li xxerred il-fwieħa tagħha wkoll u għandna aħna ż-żgħażagħ ukoll biex nagħtu eżempju, illi t-talba tar-Rużarju, kuruna ta’ ward, ta’ tifħir lil din għalkemm aħna nidru strambi u differenti, imma l-Omm tas-Sema. aħna ta’ Ġesù, għax inħobbu lill-Madonna tal-Ġilju. Il-ġmiel natruali jfakkarna f’Marija, u fejn Ma nistgħux inħobbu lill-Madonna tal-Ġilju u ma kibret u xterdet id-devozzjoni lejn il-Kunċizzjoni nħobbux lil Binha, ma nħobbux lil Ġesù. Kif nistgħu Mmakulata ta’ Marija, nibtet devozzjoni oħra, din aħna niċċelebraw festa lill-Madonna tal-Ġilju meta darba lejn il-Madonna tal-Ġilju. Il-għaliex, ukoll, ma’ tul is-sena ma nersqux lejn is-Sagramenti, meta fl-ikonografija, Marija kienet ippreżentata dejjem ma’ tul is-sena ma niġux hawnhekk f’riġlejn l-artal, bil-Ġilju, il-fjura li tfakkarna fis-safa, fl-indafa, fis- nisimgħu l-kelma ta’ Alla u nirċievu l-Ewkaristija? sbuħija, u fil-fwieħa ta’ Marija. Kif nista’ nkun fwieħa bħal ġilju, illi nagħti fwieħa F’din il-Parroċċa wkoll, għalkemm il-Fratellanza tajba lis-soċjetà ta’ madwarna mifnija bid-dnub, blilha mwaqqfa mill-1772, minn dejjem ukoll indifferenza, bin-nuqqas ta’ fidi? kienet organizzata l-Festa tal-Madonna tal-Ġilju Ejjew inkunu minn ta’ quddiem aħna devoti talmill-istess Fratellanza, kienet tagħmel żewġ Madonna tal-Ġilju biex inwasslu din il-fwieħa ta’ festi, għax huma marbutin flimkien, ma nistgħux Marija. X’kienet il-fwieħa ta’ Marija? L-ubidjenza nifirduhom. Marbutin flimkien. Il-Ġilju jfakkarna lejn Alla l-Imbierek. Marija, illi kienet qaddejja mhux fil-Konċepiment Immakulat tal-Verġni Marija. Kif biss ta’ Alla imma qaddejja tal-bnedmin. “Imbierka nistgħu nifirdu dawn l-affarijet flimkien, minn inti fost in-nisa” hekk issejħilha Eliżabetta. Marija, xulxin. Minn dejjem kienet issir anke f’din il- illi wkoll waqfet taħt is-salib ta’ Ġesù. Aħna wkoll Parroċċa Marjana din devozzjoni bħalma kienet issir inkunu fwieħa bħall Ġilju ta’ Marija meta fid-

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

95


Carabott Jewellers Dun ÌuΩepp Zammit Street Ûurrieq - Malta. Tel: 2168 0760 Business Hours: Monday to Friday: 9.00a.m. - 12.00p.m. 4.00p.m. - 7.00p.m. Wednesdays & Saturdays : Half Days

diffikultajiet tagħna, meta niltaqgħu mal-mard u mal-inkwiet, nieqfu hemm mas-Salib ta’ Ġesù. Nieqfu hemm aħna wkoll bis-sabar. Ma naqtgħux qalbna. Inħarsu lejn dak il-Ġilju jfuħ illi anke filmument tal-prova baqgħet hemhekk ma’ Binha. Għax hija l-mara fidila. Hija l-mara li tħobb. Hija l-mara li għalkemm b’sejf nifdilha ruħha, baqgħet hemmhekk sal-aħħar. Ejjew bħal-Ġwanni l-Evanġelista, illi xħin ilMulej minn fuq is-salib jgħidlu: “Hemm hi ommok.” U l-Vanġelu jgħidilna, minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu. Ejjew aħna wkoll nieħdu lil Marija għandna. Għandna bżonnha lil Marija fil-familji tagħna, nieħduha fi djarna, mhux ix-xbieha tagħha, mhux billi jkollna statwa jew ritratt tal-Madonna tal-Ġilju. Nieħdu lil Marija għandna jfisser li jkollna l-istess virtujiet tagħha. Illi nilbsu l-umiltà lejn xulxin. Illi nilbsu l-ħniena. Illi nilbsu l-imħabba. Illi nilbsu l-maħfra. Dan ifisser dak il-Ġilju safi, pur, nadif, li jfuħ. Jekk ma jkollnix ħniena ma’ xulxin, jekk ma nurux sabar fil-familji tagħna, ma’ dawk li qegħdin jbatu, ma’ dawk li għaddejjin fl-inkwiet. Kif nista’ jien bħal Marija nkun ġilju safi, pur, li jfuħ. Kif nista’ nxerred il-fwieħa tal-imħabba u tal-ħniena ta’ Alla. Ejjew nieħdu lil Marija, bħal ma’ hi qiegħda filKnisja bħala Omm il-Knisja. Is-sinjali li tagħna Alla l-Imbierek, x’lesta għal dawk li jħobbuh. Għax hi nadifa minn kull ħtija sa mil-ewwel mument tattnissil tagħha. Stħaqqilha wkoll li ma tarax it-taħsir tal-qabar, imma Alla għollieha miegħu għal dejjem fl-eternità, tellagħha fis-sema bir-ruħ u bil-ġisem biex tibqa’ tħares lejna, biex tibqa’ tmexxina, biex aħna nħarsu lejha. U mhux biss nitgħaxxqu b’din ix-xbieha sabiħa, illi qegħdin niċċelebraw din issena, 140 sena minn mindu daħlet f’dan it-tempju Marjan. Imma nħarsu lejha bħala avukata tagħna. Dik li taqbeż għalina. Dik illi fiha naraw l-istorja tagħna. Hekk iridna Alla. Iridna li aħna nibżgħu għal dik il-libsa bajda tal-magħmudija tagħna. Hekk iridna Alla safja, bla tebgħa, bla tikmixa u b’xejn minn dan. Hekk iridha Alla l-Knisja tiegħu. Hekk irid lil kull wieħed u waħda minnha, għax ilKnisja hija magħmula minna lkoll. Hekk iridna Alla, safja bħal Marija. Imma biex naslu hemm aħna irridu nkomplu l-ġlieda tagħna kontra l-qawwa tax-xitan. Biex naslu hemm irridu nikkooperaw mal-grazzja ta’ Alla kuljum. Biex naslu hemm irridu kontinwament aħna nġeddu l-wegħdiet talmagħmudija tagħna, u ngħidu le lix-xitan. Nilqgħu f’qalbna lill-Kelma t’Alla. Nilqgħu f’qalbna s-Sagramenti li Alla tagħna biex iqaddsuna. Ejjew inkunu gilju jfuħ. Din l-Omm. Dan il-kapolavur. Il-Madonna meħlusa mit-tebgħa tad-dnub tan-nisel tkun għalina avukata tagħna. It-

tama tagħna. Ejjew illum inkomplu ċ-ċelebrazzjoni ta’ din il-Festa, imma ma nħalluhiex tispiċċa l-lejla l-Festa, imma nħallu l-preżenza ta’ Marija, l-ewwel u qabel kollox, fil-qalb tagħna. Int glorja ta’ Ġerusalemm. Int ferħ kbir ta’ Iżrael. Inti l-ġieħ tal-poplu tagħna. Imma aħna nagħmlulha ġieħ lil Omna Marija? Qegħdin aħna wkoll jistħoqqilna nissejħu ulied Marija? Filħajja tagħna ta’ kuljum, qegħdin nibżgħu għal dik ir-riħa tfuħ. Illi tiġbidna lejha? Marija, ir-riħa tiegħek tiġbidna lejk, il-fwieħa sabiħa tiegħek, talindafa tiegħek, iġġenninna. Mhux biss iġġenninna l-ħarsa t’għajnejk, imma jġennuna l-virtujiet li inti għext. Ejjew mhux biss aħna inħossuna forsi llum kburin li aħna devoti tal-Madonna tal-Ġilju. Imma kontinwament fil-ħajja tagħna ta’ kuljum insiru offerta lil Alla, bħalma Marija kienet offerta li tfuħ, illi Alla tgħaxxaq biha. Aħna nistgħu nsiru bħalha. Aħna nistgħu niġġeddu. Tagħna l-mezzi kollha Alla l-Imbierek biex aħna nkunu qaddisin. M’għandna l-ebda skuża. M’aħniex esklużi aħna mill-qdusija. Alla sejħilna u jridna li nkunu qaddisin. Imma aħna għandna wkoll nibqgħu nikkumbattu sal-aħħar nifs ta’ ħajjitna. Mhux waħedna, għax il-grazzja t’Alla hija kbira. Bosta Qaddisin kienu midinbin magħrufa. Bosta Qaddisin ma kinux jafu, jew inkella webbsu rashom fid-dnub, imma għax ikkooperaw ma’ Alla, għax ikkooperaw mal-pjan tiegħu, irnexxielhom huma wkoll jieħdu l-premju tal-qdusija.

Diriġenti tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju waqt il-festa tal-1916. (paġni 431-7)

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

97


Ray’s Hardware Ltd. “St Joseph Stores” 142, Marsa Road, Marsa HMR 14

Tel/Fax: 21222552 E-mail: rayborg@maltanet.net

Min jaf kemm aħna wkoll fil-familji tagħna, għandna nies qaddisin illi ma nafux bihom. Għax ilqaddisin mhumiex biss dawk illi aħna nsejħulhom ‘San’ jew ‘Santa’, li huma ddikjarati mill-Knisja Universali. Il-qaddisin jistgħu jkunu nies filparroċċa tagħna, illi jgħixu magħna, illi jippruvaw juru ħlewwa u mħabba ma’ ħadd ieħor, illi jħallu lill-Madonna tal-Ġilju tigwidhom, biex bħalha huma jkunu fwieħa sabiħa, biex ifewħu s-soċjetà bis-sempliċità tagħhom, bl-umiltà tagħom. Hekk irridu nkunu aħna, imsejħin għal qdusija, biex inkunu qaddisin minn din id-dinja. U llum żgur illi bħala Mqabbin, f’din il-Festa għażiża talMadonna tal-Ġilju, qegħdin niftakru f’tant u f’tant nies illi għamlu ġieħ lil din id-devozzjoni. Illi huma wkoll forsi kienu fil-familji tagħna. Min jaf kemm kienu missirijietna jagħmlu sagrifiċċji kbar. Imma jridu jaraw kollox sabiħ għall-Festa tal-Madonna tal-Ġilju. U llum niftakru fihom ukoll. Irrid niftakar ukoll fl-antenati tiegħi, illi n-nannu tiegħi wkoll kien fratell mal-Fratellanza tal-Kunċizzjoni. Min jaf kif kien jħossu bħal-lum. Jien ftit li xejn nafu għax kien miet ta’ età żgħira. U min jaf bħalkom u fostkom kemm niftakru f’ġenituri tagħna li m’għadhomx magħna. Antenati tagħna li ħadmu għal din id-devozzjoni u għal din il-Festa. Imma llum qegħdin jgawdu lil Marija fis-sbuħija tagħha, għax Marija qiegħda fis-sema bir-ruħ u bil-ġisem. Qegħdin jgawdu lil dan il-Ġilju jfuħ. Qegħdin jħarsu lejha. Qegħdin tant viċin tagħha. Imma f’ħajjithom kienet hi wkoll il-mudell ta’ minn fejn għandhom jgħaddu biex jaslu għal hemm. Hija il-kewba li tmexxi lilna wkoll. Hija l-bieb tas-sema, illi trid lilna d-daħħalna minnu. Ejjew nieħdu din l-oportunità, mhux biss lil Marija nirringrazzjawha talli tieħu ħsiebna, imma wkoll inwegħduha illi aħna sa nagħmlu minn kollox biex id-devozzjoni tagħna ma tispiċċax fuq devozzjoni esterna ta’ kemm kellna nar sabiħ, ta’ kemm għandna armar sabiħ, imma narmaw qalbna, narmaw ruħna, inżejnu l-familji tagħna bil-virtujiet ta’ Marija. Inżejnu l-familji tagħna bil-ġilju jfuħ talperseveranza, tal-fidi, tat-tolleranza, tal-imħabba dejjiema. Inżejnu l-familji tagħna bil-ġilju jfuħ tassagrifiċċju, tal-maħfra. Inżejnu l-familji tagħna bilġilju jfuħ tal-innoċenza f’uliedna. Inżejnu l-familji tagħna bil-ġilju jfuħ tal-ubbidjenza lejn xulxin. Dan għandha bżonn id-dinja tal-lum, biex aħna nibqgħu mixjin fit-triq it-tajba. Dan għandna nagħmlu llum xħin naraw il-Verġni Marija, din ix-xbieha ta’ Ġiovanni Darmanin, illi daħlet għall-ewwel darba f’din il-Knisja fl-1876. Kull sena narawha ħierġa minn dak il-bieb xħin ix-xemx tkun tixħet l-aħħar dawl tagħha. U qalbna tfur bil-ferħ xħin naraw dan il-Ġilju safi ħa jdur

mat-toroq tal-Imqabba. Imma mhux biss nifirħu minn barra. Ejjew dan il-ferħ, xħin naraw illejla lillVerġni Marija ħierġa minn dak il-bieb, ngħidulha Verġni Marija idħol fid-djar tagħna, miss lil qalbna, miss lil dawk il-familji li għaddejjin minn diffikultà, miss iż-żgħażagħ tagħna li qed jitilqu l-fidi, kun int il-Ġilju li jfewwaħhom, li jagħtihom bidu ġdid, bidu ieħor li jressaqhom lejn Ġesù. Nitolbuha lil Marija, għandna bżonnha, għandna bżonnu l-Ġilju fis-soċetà tal-lum li ħlief negattività ma narawx madwarna. Għandna bżonn jkollna ġilju jfuħ. U min jista’ jkun jfuħ iktar minn Marija. Għandna bżonnha lil Marija. Ejjew noħduha magħna bħal Ġwanni. Inħalluha magħna, tigwidana, tmexxina biex fil-mumenti tal-prova ma naqtgħux qalbna. Hija t-tarka tagħna. Hija l-Qaddisa tal-Qaddisin. L-Omm xebba u safja.

Ġilju abjad tal-widien. Int imnissla mingħajr tebgħa. Sejf u tarka għal kull żmien. Kemm tal-għaġeb ħalqek Alla. Għolliek wisq fuq il-bnedmin. Barka u grazzji ixħet fuqna. Kun il-faraġ tagħna l-Imqabbin. Ejjew insellmulha b’qalbna lil Marija. Ejjew illejla mhux biss inċapċpulha, imma llejla wkoll aħna xħin narawha tixref minn dak il-bieb nitolbuha tbierek lil dawk li telqgħu l-fidi, tbierek lil dawk li forsi f’dawn il-ġranet kellhom ħin għal kollox, kienu tant imħabbtin, li l-anqas biss ġew

Il-fratellanza tal-Kunċizzjoni dejjem onorat is-servizzi tagħha tul is-Sekli. (paġni 147-198)

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

99


hawnhekk għall-quddiesa jew biex jagħmlu viżta lil Ġesù Sagramentat. Dan huwa l-Ġilju jfuħ li jibqa’ magħna s-sena kollha. Dan tixtieq Marija minna, mhux nagħmlulha l-festi, imma kemm il-festa li nagħmlulha qiegħda tkun okkażjoni, illi aħna nersqu lejn Binha Ġesù. Nimxu warajk kull fejn toħodna, O Verġni Marija. Inti toħodna għand Ġesù. Għax għalhekk inti l-Qaddisa. Għalhekk inti safja għall-merti ta’ Sidna Ġesù Kristu, li twieled minnek, illi sar bniedem permezz tiegħek. U jekk Marija tagħtna lil Ġesù, ħa tibqa’ ttina lil Ġesù, imma aħna rridu nitolbuha ttina lil Ġesù, irridu naċċettawh lil Ġesù minn idejn Marija, mhux inwarrbuh, mhux ma jimpurtaniex, mhux l-aqwa li għamilna l-festa. Mhux dan jogħod, imma kemm verament qegħdin nieħdu lil Ġesù minn idejn Marija. Qegħdin inġorru lil Ġesù fil-ħajja tagħna. Qegħdin ngħozżu lil Ġesù bħalma kienet tgħożżu hi. Qegħdin ngħożżu l-kelma Tiegħu bħalma kienet tgħożża hi. Fil-qalb tagħha jgħidilna San Luqa kienet taħseb fuq dak kollu li kien qed jiġri, mhux biss bħala omm. Imma taħseb u tgħożż ittifkiriet ta’ Ġesù jfisser li tgħożż ir-rieda Tiegħu, Hekk irridu ngħożżuh lil Ġesù. Ngħożżu r-rieda Tiegħu. Ngħożżu l-kmandamenti Tiegħu. Ngħożżu il-Knisja Tiegħu. Ngħożżu s-sagramenti li Hu tana biex iqaddsuna, ħalli bħall Marija aħna wkoll naslu safja għandu. O Marija, li dħalt fid-dinja mingħajr tebgħa, għaqlalna l-grazzja li noħorġu minnha mingħajr ħtija. U qabel ninżel minn hawnhekk, O Verġni Marija tal-Ġilju, nixtieq jiena wkoll ningħaqad ma’ dawn ħuti. Nerġa’ għal darba oħra nsellimlek bħala l-Omm safja. Omm l-iżjed nadifa. Omm u Verġni. Omm bla Tebgħa. Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa tad-dnub. Inti s-sinjal tagħna. Kemm nitgħaxxqu nħarsu lejk. Mhux għax inti sabiħa fis-sura tiegħek, bħala kapolavur ta’ Giovanni Darmanin. Mhux dan biss, imma għax Alla għamlek ferm isbaħ minn kull imaġinazzjoni tagħna l-bnedmin. Għamlek ferm isbaħ minn kull pittur li seta’ joħloq l-isbaħ pittura tiegħek. Alla għamlek safja biex tkun arka li fiha jgħammar l-Iben Tiegħu Divin. Alla għamlek tant qaddisa, illi għolliek fuq il-qaddisin kollha bħala Sultana talQaddisin. Alla għamlek safja bħal Ġilju. Dik il-fwieħa ħelwa tiegħu, illi tinxtered mad-dinja kollha, biex id-dinja kollha tagħraf is-Salvatur Sidna Ġesù Kristu. Mhux li kien id-dinja kollha kif jgħid il-Qaddis Malti San Ġorġ Preca ‘tagħraf il-Vanġelu ta’ Ġesù’. Ejjew aħna wlied Marija Mmakulata, inkunu l-ġilju jfuħ, li nwasslu dan l-eżempju. Ejjew nfaħħruha. M’għandniex ilsien biżżejjed biex infaħħru lil Marija u dak li Alla għamel magħha.

Ejjew ukoll bħala Mqabbin nuruha l-imħabba tagħna s-sena kollha għax din hija Parroċċa Marjana. Nuru l-imħabba tagħna bit-talba tarRużarju. Nitolbuha lil Marija tbierek lill-familji, liżżgħażagħ tagħna, lill-morda tagħna, speċjalment illum insellem minn qalbi lil ħutna li qegħdin f’San Vinċenz. Hemm bosta Mqabbin li jiena nirrispetta u tant inħobb. Ejjew inkun bħal Marija xiehda ta’ din l-imħabba, anke lil dawk li qegħdin ibatu, anke lil dawk li huma mweġġgħin, li għaddejjin minn żmien ta’ diffikultà anke fil-ħajja miżżewġa tagħhom. Ejjew inkunu dawk li nwieżnuhom lil dawn in-nies, mhux niġġudikawhom, mhux nikkundannawhom. Kif se nkunu ġilju jfuħ aħna? Kif se niġbdu n-nies għal wara Ġesù jekk nikkundanw u niġġudikaw? Ejjew nuru mħabba, rispett lejn kull persuna. Hi min hi. Anke t’opinjoni differenti minn tagħna. Irridu nkunu ġilju jfuħ. Ġilju bis-sens. Ġilju li jwassal il-verità li Ġesù huwa s-Salvatur tagħna l-bnedmin. Ġilju li jwassal il-verità li dan isSalvatur tagħna ħeles lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub tan-nisel. Ġilju li jwassal il-verità, illi bħalma ħeles lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub tan-nisel, dan Ġesù jrid ukoll li aħna wkoll għal merti Tiegħu, naslu safja għandu. Immorru l-Ġenna. U l-Ġenna nibdew ngħixuha minn hawn. J’Alla s-soċjetà kollha tkun Ġilju jfuħ, fejn hemm aktar ftehim, fejn hemm aktar tolleranza bejnietna, fejn l-imħabba tirbaħ fuq kollox, fejn hemm ilkarità vera, fejn m’hemmx wieħed ikisser lill-ieħor, fejn hemm għaqda vera. J’Alla nkunu aħna lkoll dan il-ġilju, li nġibu l-quddiem dak li Alla jixtieq li jkun hawn. L-Imħabba. L-Hena. Il-Fiduċja. Ejjew insellmu flimkien lil Omna Marija b’dak l-Innu tant sabiħ, illi jien wkoll fi tfuliti kont niġi hawnhekk f’jum il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju u mal-Kor taż-Żurrieq ‘Kantate Domine’ taħt ittmexxija tal-mibki imma qatt minsi Dun Mikiel Damato konna nkantawh b’qalbna mimlija bil-ferħ

Fost ward tal-ġonna mfewwħa Kollu ġmiel il-Ġilju jfuħ B’dik il-bjuda, b’dik is-safa Tgħoxa l-qalb flimkien mar-ruħ. O Marija sbejħa u safja Daqs il-ġilju tal-widien Warrab minna l-iċken tebgħa Lilek nagħtu ġieħ flimkien.

Viva l-Madonna tal-Ġilju

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

101


hawnhekk għall-quddiesa jew biex jagħmlu viżta lil Ġesù Sagramentat. Dan huwa l-Ġilju jfuħ li jibqa’ magħna s-sena kollha. Dan tixtieq Marija minna, mhux nagħmlulha l-festi, imma kemm il-festa li nagħmlulha qiegħda tkun okkażjoni, illi aħna nersqu lejn Binha Ġesù. Nimxu warajk kull fejn toħodna, O Verġni Marija. Inti toħodna għand Ġesù. Għax għalhekk inti l-Qaddisa. Għalhekk inti safja għall-merti ta’ Sidna Ġesù Kristu, li twieled minnek, illi sar bniedem permezz tiegħek. U jekk Marija tagħtna lil Ġesù, ħa tibqa’ ttina lil Ġesù, imma aħna rridu nitolbuha ttina lil Ġesù, irridu naċċettawh lil Ġesù minn idejn Marija, mhux inwarrbuh, mhux ma jimpurtaniex, mhux l-aqwa li għamilna l-festa. Mhux dan jogħod, imma kemm verament qegħdin nieħdu lil Ġesù minn idejn Marija. Qegħdin inġorru lil Ġesù fil-ħajja tagħna. Qegħdin ngħozżu lil Ġesù bħalma kienet tgħożżu hi. Qegħdin ngħożżu l-kelma Tiegħu bħalma kienet tgħożża hi. Fil-qalb tagħha jgħidilna San Luqa kienet taħseb fuq dak kollu li kien qed jiġri, mhux biss bħala omm. Imma taħseb u tgħożż ittifkiriet ta’ Ġesù jfisser li tgħożż ir-rieda Tiegħu, Hekk irridu ngħożżuh lil Ġesù. Ngħożżu r-rieda Tiegħu. Ngħożżu l-kmandamenti Tiegħu. Ngħożżu il-Knisja Tiegħu. Ngħożżu s-sagramenti li Hu tana biex iqaddsuna, ħalli bħall Marija aħna wkoll naslu safja għandu. O Marija, li dħalt fid-dinja mingħajr tebgħa, għaqlalna l-grazzja li noħorġu minnha mingħajr ħtija. U qabel ninżel minn hawnhekk, O Verġni Marija tal-Ġilju, nixtieq jiena wkoll ningħaqad ma’ dawn ħuti. Nerġa’ għal darba oħra nsellimlek bħala l-Omm safja. Omm l-iżjed nadifa. Omm u Verġni. Omm bla Tebgħa. Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa tad-dnub. Inti s-sinjal tagħna. Kemm nitgħaxxqu nħarsu lejk. Mhux għax inti sabiħa fis-sura tiegħek, bħala kapolavur ta’ Giovanni Darmanin. Mhux dan biss, imma għax Alla għamlek ferm isbaħ minn kull imaġinazzjoni tagħna l-bnedmin. Għamlek ferm isbaħ minn kull pittur li seta’ joħloq l-isbaħ pittura tiegħek. Alla għamlek safja biex tkun arka li fiha jgħammar l-Iben Tiegħu Divin. Alla għamlek tant qaddisa, illi għolliek fuq il-qaddisin kollha bħala Sultana talQaddisin. Alla għamlek safja bħal Ġilju. Dik il-fwieħa ħelwa tiegħu, illi tinxtered mad-dinja kollha, biex id-dinja kollha tagħraf is-Salvatur Sidna Ġesù Kristu. Mhux li kien id-dinja kollha kif jgħid il-Qaddis Malti San Ġorġ Preca ‘tagħraf il-Vanġelu ta’ Ġesù’. Ejjew aħna wlied Marija Mmakulata, inkunu l-ġilju jfuħ, li nwasslu dan l-eżempju. Ejjew nfaħħruha. M’għandniex ilsien biżżejjed biex infaħħru lil Marija u dak li Alla għamel magħha.

Ejjew ukoll bħala Mqabbin nuruha l-imħabba tagħna s-sena kollha għax din hija Parroċċa Marjana. Nuru l-imħabba tagħna bit-talba tarRużarju. Nitolbuha lil Marija tbierek lill-familji, liżżgħażagħ tagħna, lill-morda tagħna, speċjalment illum insellem minn qalbi lil ħutna li qegħdin f’San Vinċenz. Hemm bosta Mqabbin li jiena nirrispetta u tant inħobb. Ejjew inkun bħal Marija xiehda ta’ din l-imħabba, anke lil dawk li qegħdin ibatu, anke lil dawk li huma mweġġgħin, li għaddejjin minn żmien ta’ diffikultà anke fil-ħajja miżżewġa tagħhom. Ejjew inkunu dawk li nwieżnuhom lil dawn in-nies, mhux niġġudikawhom, mhux nikkundannawhom. Kif se nkunu ġilju jfuħ aħna? Kif se niġbdu n-nies għal wara Ġesù jekk nikkundanw u niġġudikaw? Ejjew nuru mħabba, rispett lejn kull persuna. Hi min hi. Anke t’opinjoni differenti minn tagħna. Irridu nkunu ġilju jfuħ. Ġilju bis-sens. Ġilju li jwassal il-verità li Ġesù huwa s-Salvatur tagħna l-bnedmin. Ġilju li jwassal il-verità li dan isSalvatur tagħna ħeles lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub tan-nisel. Ġilju li jwassal il-verità, illi bħalma ħeles lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub tan-nisel, dan Ġesù jrid ukoll li aħna wkoll għal merti Tiegħu, naslu safja għandu. Immorru l-Ġenna. U l-Ġenna nibdew ngħixuha minn hawn. J’Alla s-soċjetà kollha tkun Ġilju jfuħ, fejn hemm aktar ftehim, fejn hemm aktar tolleranza bejnietna, fejn l-imħabba tirbaħ fuq kollox, fejn hemm ilkarità vera, fejn m’hemmx wieħed ikisser lill-ieħor, fejn hemm għaqda vera. J’Alla nkunu aħna lkoll dan il-ġilju, li nġibu l-quddiem dak li Alla jixtieq li jkun hawn. L-Imħabba. L-Hena. Il-Fiduċja. Ejjew insellmu flimkien lil Omna Marija b’dak l-Innu tant sabiħ, illi jien wkoll fi tfuliti kont niġi hawnhekk f’jum il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju u mal-Kor taż-Żurrieq ‘Kantate Domine’ taħt ittmexxija tal-mibki imma qatt minsi Dun Mikiel Damato konna nkantawh b’qalbna mimlija bil-ferħ

Fost ward tal-ġonna mfewwħa Kollu ġmiel il-Ġilju jfuħ B’dik il-bjuda, b’dik is-safa Tgħoxa l-qalb flimkien mar-ruħ. O Marija sbejħa u safja Daqs il-ġilju tal-widien Warrab minna l-iċken tebgħa Lilek nagħtu ġieħ flimkien.

Viva l-Madonna tal-Ġilju

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

101


ĦSIBIJIET TA’ RIFLESSJONI L-Immakulata: Terrur tad-Dimonju Fr. Adrijanu J. Cachia

TAKE

OFF

BAR AND RESTAURANT St. Thomas Street, Luqa Malta. Specialises in Pasta and Grill

Tel: 2180 0243

Super S ironmongery

QUICK FOOD

Everything you need for your Home ! under one Roof

Electrical & Water Fittings, A Large Selection of Power Tools & Hand Tools, Indoor & Outdoor Lightings, Skirting, A Large Variety of Household Appliances and Kitchen Utensils, Fans, Dehumidifiers, Heaters & Fan Heaters, Ceiling Roses, Garden Furniture, Picnic Tables, Umbrellas and much more …

Dun Matteola Saliba Street, Żurrieq Tel: 2768 9256 Opening Hours: Monday to Friday 06:30 to 19:00hrs; Saturday 06:30 to 14:00hrs

Alla meta joħloq jagħmel kollox sew u f’postu. San Ġorġ Preca kien iħobb jgħid “Alla ma jagħmel xejn bl-addoċċ”. Snin ilu kont ktibt li l-Immakulata hija r-risposta t’Alla għaċ-ċaħda tal-grazzja, li biha kien imżejjen fil-bidu l-bniedem, u li tilef bid-dnub. Ilġlieda tat-tajjeb kontra l-ħażin hija ċara fil-Ġenesi. L-Immakulata kellha jkollha parti important fil-fidwa tal-bniedem pero l-istorja tagħha ma tieqafx hawn. Hekk hija kella tibqa’ ta’ għajnuna għallbniedem kontra x-xitan li kif jgħidilna San Pietru idur bħal iljun aħrax biex jara ’l min se jibla. Kelli esperjenza għalkemm tal-biża pero fl-istess ħin sabiħa. Jiena fis-sebgħinijiet kont mort nagħti servizz bħala santwajista, xogħol li jinkludi barra qrar, tispjega lill-pellegrini fil-Bażilika Franġiskana ta’ Santa Marija tal-Anġli. Mort għal tliet xhur iżda bqajt kważi sena fejn imbagħad reġgħu daħħluni fil-provinċja minn fejn wara ftit xhur tlaqt lejn San Fransisco USA. Intant wara ftit jiem li bdejt nagħti s-servizz tiegħi f’Santa Marija tal-Anġli filgħodu kuljum kont nara żewġt irġiel jidħlu fil-kappella f’nofs il-Bażilika bi stretcher li fuqha kin ikun hemm mimduda tfajla li kienet tidher li ma kelliex il-fakulta li tiċċaqlaq. Kont ngħaddi min ħdejha u kont nilmah bixra ta’ sliem fuq wiċċha waqt li xofftejha kienu l-ħin kollu jiċċaqalqu f’waqtiet ta’ talb. Darba waħda kien hemm patri Taljan li qalli l-istorja tagħha. Kienet żgħażugħa ferrieħa li kienet tħobb l-ħajja. Biż-żmien din it-tfajla bdiet titlef il-paċi tagħha. Kienet familja tajba tagħha u bdew jinkwetaw meta din tbegħdet mill-Knisja. Anzi mhux biss, li meta il-ġenituri kienu jagħmlu naqra sforz biex iġiegħluha tmur, din kienet iddur għalihom u anke tuża kliem faħxi ta’ dagħa u kliem ħażin u oxxen. Hawn il-ġenituri ħasbu li jfittxu l-għajnuna millknisja. Il-patrijiet kellmu patri anzjan li kien eżorċista. Jiena filfatt kont sirt nafu. Kellu naqra ta’ Lambretta li biha kien imur għaxxogħol. Kien bniedem ta’ talb u fuq kollox sagrifiċċju u penitenza. Hawn issa naslu għal parti li meta nerġa’ niftakarha nitkexkex. Kull meta l-patri kien imur għandha biex jitlob fuqha kien dejjem jieħu miegħu żewġ patrijiet sħabu biex waqt li jkun għaddej bit-talb tal-eżorċiżmu kienu joqgħodu jgħidu r-rużarju. Darba messni mmur darba miegħu f’każ ieħor li kellu. Intant wara ħafna seduti ta’ talb kien wasal iż-żmien li x-xitan jċedi u joħroġ mit-tfajla. Waqt ħafna għajjat u twerżieq it-tfajla għajtet u qalet, naturalment ix-xitan li tkellem: “Jiena nħalli lil din il-miżerabbli nhar il-Jum tal-Immakulata Kunċizzjoni għax għandha setgħa kbira fuqi u nibża’ minnha. Pero wara tbati konsewgwenzi.” It-tfajla sabet mill-ġdid il-paċi u l-imħabba tal-familja. Iżda hawn inħakmet b’marda li ftit ftit in-nervituri bdew jispiċċaw fix-xejn, tant li fi ftit xhur spiċċat wiċċha ’l fuq fis-sodda. Kienet tgħid lil min iżurha li l-paċi ma fiehx prezz u dan l-aqwa għaliha. Ġrajjiet bħal dawn min jaf kemm hemm li jibqgħu fis-satra tal-eżorċista. Ix-xitan illum għandu qawwa ġdida li huwa l-bniedem stess. In-nies li jippretendu li huma fil-knisja għax jattendu f’xi funzjoni reliġjuża imma li meta jitkellmu ma jżommux mat-tagħlim tal-Knisja, anzi jgħinu ħalli x-xitan jkompli jqawwi u jibni s-saltna tiegħu tad-dlamijiet infernali u tal-qerq. Mhux żmien li l-Knisja tkeċċi lil ħadd jew tagħti sanzjonijiet biss huwa x-xitan stess li għad joħodkom għat-telfien. Nitolbu ħuti t-talba tar-rużarju għax hija l-arma kontra il-qawwa tal-infern u l-spirti ħżiena li ġew mitfugħin fih. Awguri lill-Imqabbin kollha u lid-devoti ta’ Marija Immakulata, ċelebrazzjoni ta’ talb u ferħ u fuq kollox għaqda bil-fatti mal-Knisja.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

103


PROGRAMM TA’ ĊELEBRAZZJONIJIET - 2017

Liliana Camilleri Beauty Therapist C.I.B.T.A.C. Diploma B.A.B.T.A.C. 10, Triq il-Mit˙na, Mqabba Tel: 2168 3214 • Mob: 9942 6054 Treatments Available Skin Rejuvenating Facials Essential Care Facials Deep Cleansing Facials Eyelash - Brow Tinting Electrolysis, Waxing and Make-up

Il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru 2017 8.00pm

Festa Gathering 2017. Attività soċjali ġewwa l-Każin, magħrufa aħjar bħala l-“Blue Costume Party” fejn f’atmosfera ta’ brijju u divertiment niltaqgħu flimkien bil-familji tagħna u nagħtu bidu għall-Festa 2017. Dħul b’xejn.

Is-Sibt 16 ta’ Settembru 2017 7:30pm

Pasta Night fil-pjazza ta’ quddiem il-Każin. Biljetti mingħand il-Kummissjoni Nisa tal-Ġilju.

Il-Ħadd 17 ta’ Settembru 2017 - Ħruġ il-Vara min-Niċċa

10.30am 7.00pm

Id-Devoti kollha ta’ Marija Immakulata taħt it-Titlu singulari minn tal-Ġilju jinġabru fil-Knisja Parrokjali sabiex flimkien jilqgħu lill-Padruna tagħhom fil-Ħruġ TagħHa min-Niċċa. Ċerimonja Marjana ġewwa l-Każin bis-sehem tat-tfal tal-Junior Club flimkien ma’ ensemble mill-Banda Madonna tal-Ġilju. Wara jsir ir-riċeviment annwali għas-Soċji, Partitarji u Benefatturi tas-Soċjetà.

It-Tnejn 18 ta’ Settembru 2017 - Jum it-Tfal tal-Ġilju 5.30pm 6.30pm 8.00pm

Preżentazzjoni tat-trabi u tfal (sa ħames snin) quddiem il-Vara tal-Madonna tal-Ġilju ġewwa l-Knisja Parrokjali. Imexxi ċ-ċerimonja Fr. Trevor Fairclough. Quddiesa għat-tfal tal-Parroċċa flimkien maż-żgħażagħ, imexxi Fr. Trevor Fairclough. Marċ brijjuż mis-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine De Paule - Banda Kristu Re ta’ Raħal Ġdid li jibda’ minn Triq il-Madonna tal-Ġilju u jkompli għall-Triq l-Aħwa Ghigo, Barumbara, Xriek, Mitħna, Troll, Pal, Sta. Katarina, Qrendi, Saljatura, Żurrieq, Torba, Spnar, Familja Brincati, Kirkop, Ġublew tad-Djamanti, Murselli, Konvoj ta’ Santa Marija, Kileb, Sta. Katarina, Sejba, Madonna tal-Ġilju, Missjoni ż-Żgħira, Madonna tal-Ġilju u jispiċċa fil-Pjazza ta’ quddiem ilKażin akkumpanjat mill-brijju tal-Partitarji.

It-Tlieta 19 ta’ Settembru 2017 - Jum il-Banda Madonna tal-Ġilju 6.30pm 8.00pm

Quddiesa għad-dilettanti tan-nar b’suffraġju għall-erwieħ ta’ dawk kollha li tilfu ħajjithom b’dan id-delizzju u għal dawk id-dilettanti li ħallewna. Jiċċelebra din il-quddiesa l-Kappillan Dun John P. Curmi Il-Banda Madonna tal-Ġilju, taħt il-bakketta tas-Surmast Direttur tagħha, Mro. Andrew Calleja, li din is-sena qegħdin infakkru l-25 Sena minn meta nħatar Surmast Direttur ta’ din il-Banda, tesegwixxi programm vokali u strumentali mżewwaq bi preżentazzjonijiet varji multiviżivi. Dan il-Programm ser ikun taħt il-Patroċinju tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali l-Onor. Owen Bonnici. Inħeġġu lis-Soċji u l-Partitarji kollha, kif ukoll lill-ammiraturi tal-Banda tagħna sabiex jattendu għal din is-serata mużikali.

L-Erbgħa 20 ta’ Settembru 2017 6.30pm

79497783/79040820

Quddiesa fil-Knisja Parrokjali tal-Imqabba b’suffraġju għall-erwieħ tas-Soċji, Bandisti u Benefatturi mejtin tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju u Fratelli mejtin tal-Fratellanza talImmakulata Kunċizzjoni. Ċelebrant – Fr. Trevor Fairclough. Bħas-snin l-imgħoddija, din il-Quddiesa tkun ukoll iddedikata b’mod speċjali għall-anzjani tarraħal, sew dawk li jabitaw mal-Familja ġewwa r-Raħal stess kif ukoll għal dawk li qegħdin f’xi residenza. Wara jkun hemm riċeviment ckejken ġewwa l-każin. Inħeġġu l-familjari tal-anzjani sabiex jinkuraġġuhom jattendu għal din l-attività ferm sabiħa.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

105


COLOUR

8.00pm

Il-Banda Beland taż-Żejtun tibda’ marċ brijjuż mill-Pjazza ta’ quddiem il-Każin tas-Soċjetà. Rotta: Pjazza tal-Knisja, Sptar il-Qadim, Mikelanġ Sapiano, Konvoj ta’ Santa Marija, Mentna, Kirkop, Katakombi, Dun Gerald Mangion, Dun Nikol Zammit, Kirkop, Nazzarenu, Mikiel Zammit, Ħajt tal-Matla, Kirkop, Triq il-Majjistra Mikelina Galea, Mikiel Zammit, Dun Gerald Mangion, Katakombi, Konvoj ta’ Santa Marija, Venuti, Ħajt tal-Matla, Dun Anġ Mallia, Nazzarenu, Triq Karmenu Ciantar, Pjazza. 10.00pm Il-marċ ikompli bil-brijju tas-Soċji u l-Partitarji għal Triq San Bażilju, Pjazza, Karmelu, Valletta, Duluri u jintemm quddiem il-Każin tas-Soċjetà.

Il-Ħamis 21 ta’ Settembru 2017 - Jum ta’ Tħejjija 6.30pm

Quddiesa kantata bil-prietka mill-Kan. Joe Mizzi, Arċipriet tal-Birgu. Iqaddes Fr. Trevor Fairclough. Wara jkun hemm Litanija, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 8.00pm Il-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun tibda marċ brijjuż mill-Pjazza ta’ quddiem il- Każin tasSoċjetà. Rotta: Pjazza, Duluri, Triq il-Parroċċa, Triq il-Fjuri, Valletta, San Bażilju, San Mikiel, Misraħ il-Fidwa, Mterrqa, Konvoj ta’ Santa Marija, Barrieri, Ħarriġiet, Ġorġ Mangion, 15 ta’ Settembru 1598, Barrieri, Ħarriġiet, Mterrqa, Konvoj ta’ Santa Marija, Karmenu Ciantar, Pjazza. 10.00pm Bl-entużjażmu u l-brijju taż-Żgħażagħ u l-Partitarji tas-Soċjetà, il-marċ ikompli matul ilPjazza, Triq San Bażilju u jintemm quddiem is-Sede tas-Soċjetà.

Il-Ġimgħa 22 ta’ Settembru 2017 - Jum ta’ Tħejjija 8:00am 6.30pm

Quddiesa Kantata. Quddiesa kantata bil-prietka mill- Kan. Joe Mizzi, Arċipriet tal-Birgu. Iqaddes Fr. Trevor Fairclough. Wara jkun hemm Litanija, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 8.30pm Il-Banda Madonna tal-Ġilju, tagħti bidu għall-marċ tant rinomat tal-Ġimgħa. Il-Banda tibda’ dan il-marċ mill-Pjazza u tkompli għal Triq Santa Katarina, San Innoċenzju, Ċavi, Santa Marija, Santa Katarina, Karmenu Ciantar, 9 t’April 1942, Misraħ il-Fidwa, Triq il-15 ta’ Settembru 1598, Triq il-Ħarriġiet, Misraħ il-Fidwa, Qattara għal quddiem il-Monument tal-Madonna tal-Ġilju fil-ġnien imsemmi għaliHa biswit il-ġibjun fejn jindaqq l-Innu lill-Madonna tal-Ġilju. Wara l-marċ jissokta għal triq Karmenu Ciantar. 10.00pm Immedjatament wara l-ħarqa tradizzjonali ta’ nar tal-ajru, il-marċ jissokta tul Triq Karmenu Ciantar għall-Pjazza ewlenija Mqabbija. Hawn jingħata bidu għall-marċ brijjuż ferm mistenni ġewwa raħalna permezz ta’ preżentazzjoni awdjo-viżiva oriġinali. Wara, r-rotta tal-marċ brijjuż titkompla u tintemm permezz tat-tlugħ tradizzjonali tal-Vara tal-Madonna talĠilju fuq il-Pedestall tal-Vara l-Kbira f’atmosfera ta’ devozzjoni u preżentazzjonijiet oħra addattati flimkien ma’ ħruq ta’ tapit fi Triq il-Madonna tal-Ġilju li jagħlaq din it-tieni parti talokkażjoni. L-aħħar parti tal-marċ teħodna lura fil-Pjazza ewlenija fejn ser jiġi eżebit spettaklu piromużikali u viżiv ta’ xejra unika.

Is-Sibt 23 ta’ Settembru 2017 - Jum ta’ Tħejjija - Lejliet il-Festa 8.00am 8.30am 4.30pm

Quddiesa Kantata mmexxija minn Fr. Trevor Fairclough. Servizz tal-Qrar fil-Knisja Parrokjaliminn konfessuri barranin (sal-10.30am). Servizz tal-qrar minn konfessuri barranin fil-Knisja Parrokjali sas-6.30pm. Inħeġġukom biex tersqu għall-Qrar u Tqarbin fil-Festa. 5.15pm Għasar Solenni bil-vuċijiet, Salve, Litanija, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika mill-Kappillan Dun John Curmi. 6.30pm Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Kor tal-Parroċċa. Iqaddes il-Kappillan Dun John P. Curmi. Jipprietka l-Kan. Joe Mizzi, Arċipriet tal-Birgu. 8:00pm Il-Banda Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien tibda’ marċ qasir minn tarf Triq Karmenu Ciantar għall-pjazza. 8:45pm Taħt il-bakketta tas-Surmast Direttur tagħha, Mro Hermann Farrugia Frantz, il-Banda Maria Annunzjata tesegwixxi programm mużikali varjat fuq il-Planċier Meravilja. 10:00pm Il-Banda tal-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata tkompli b’marċ mill-pjazza ta’ quddiem ilkażin għal tul triq K. Ciantar fejn ittemm is-servizz tagħha bl-Innu lill-Madonna tal-Ġilju.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

107


For all your stationery needs, books, gifts, greeting cards, ….. Photocopying - Binding - Lamination - Book Covering

MATTIA PRETI SQUARE, ZURRIEQ Tel: 27791325 email: kristiannestationery@gmail.com

Il-Ħadd 24 ta’ Settembru 2017 - Jum il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 7.00am 8.00am 9.00am

Quddiesa fil-Knisja bl-Omelija fuq il-Madonna. Quddiesa fil-Knisja bl-Omelija fuq il-Madonna. Quddiesa Solenni kkonċelebrata, mmexxija mill-Kan. George Spiteri, ex-Kappillan talParroċċa tal-Imqabba. Wara l-Evanġelju jsir il-Paniġierku minn Patri Joe Zahra OP dwar ilħajja u l-virtujiet tal-Madonna taħt it-titlu tal-Ġilju. L-orkestra tkun immexxija mis-Surmast Andrew Calleja F.V.C.M., A.L.C.M. 10.45am Quddiesa fil-Knisja bl-Omelija fuq il-Madonna. 11.45am Quddiesa fil-Knisja bl-Omelija fuq il-Madonna. 1.00pm Il-Banda Madonna tal-Ġilju tagħti bidu għall-marċ tradizzjonali u tant popolari ta’ Nofsinhar. Il-marċ jibda minn quddiem il-Każin u jgħaddi għal Triq il-Karmelu, Valletta, Lanġasa, San Bażilju għall-Pjazza ta’ quddiem il-Każin tas-Soċjetà. Il-marċ jilħaq il-qofol tiegħu hekk kif minn quddiem il-Każin jissokta għal Triq id-Duluri u jdur lura għal quddiem il-Muniċipju tal-Kunsill Lokali għal Triq il-Parroċċa (magħrufa bħala t-Triq tan-Nofs) u l-Pjazza tal-Knisja b’konklużjoni quddiem il-Każin għall-ħabta tat-3.00pm. 5.30pm Il-Banda ‘Maria Mater Gratiae’ ta’ Ħaż-Żabbar tibda’ marċ minn Triq il-Parroċċa għall-Pjazza. 6.00pm Il-Banda Sant’Andrija ta’ Ħal Luqa tagħmel marċ minn Triq Santa Katarina sal-Pjazza. 6.30pm Il-qofol tal-Festa wasal! Jingħata bidu għall-Ħruġ tal-Purċissjoni bl-Istatwa tant għażiża u devota tal-MADONNA TAL-ĠILJU. Hawnhekk inħeġġu lid-Devoti, Soċji u Partitarji kollha tal-Madonna sabiex ikunu f’posthom fuq iz-zuntier tal-Knisja sabiex nagħtu tislima xierqa lil Ommna Marija Immakulata taħt it-titlu uniku minn TAL-ĠILJU għall-ħruġ tal-Purċissjoni Devota bl-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju. Il-Purċissjoni tkun immexxija mill-Kan. George Spiteri. Il-Banda Maria Mater Gratiae, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Kevin Mizzi, issellem lillMadonna tal-Ġilju bl-Innu tagħha filwaqt li l-kantanta Marisa D’Amato tinterpreta l-Ave Maria. 7.30pm Mument tant mistenni mid-devoti kollha tal-Madonna huwa l-waqt meta l-Istatwa Artistika tal-Madonna tal-Ġilju, tasal fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba quddiem il-Każin tas-Soċjetà. IlBanda Sant Andrija, diretta mis-Surmast Michael Pulis, tesegwixxi l-Innu lill-Madonna talĠilju, xogħol klassiku tas-Surmast Joseph Darmanin, fuq lirika tal-poeta Dun Frans Camilleri, huwa l-qofol ta’ din il-parti. Flimkien mal-Banda jieħdu sehem it-Tenur Arthur Micallef, l-Baritonu Pio Dalli u l-Kor “Tota Pulchra” mill-Parroċċa Kolleġġjata ta’ Marija Immakulata ta’ Bormla imexxi mis-Sur Walter Tonna, bil-parteċipazzjoni wkoll tal-Kantanta Marthese Tanti li tinterpreta l-Ave Maria u li kollettivament janimaw din il-parti devozzjonali tal-Purċissjoni li tkun preżentata mis-Sur Michael Sciortino li wkoll jaqra silta letterarja Marjana marbuta mal-Festa. Inħeġġu lid-Devoti kollha jieħdu sehem attiv sabiex ilkoll flimkien f’komunità waħda nagħtu ġieħ u nfaħħru lil Ommna Marija li tant ngħożżu bil-qalb. 9.30pm Mad-dħul tal-Purċissjoni titkanta l-Antifona u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Il-mużika li ser tindaqq tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Andrew Calleja F.V.C.M., A.L.C.M. 9.45pm Hekk kif tintemm iċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika ġewwa l-Knisja Parrokjali, l-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju flimkien mal-familjari tagħhom tagħmel ir-ringrazzjament tagħha ġewwa l-Knisja. Ikun ġest ferm sabiħ jekk ilkoll flimkien mal-familji tagħna ningħaqdu flimkien malKappillan tal-Parroċċa sabiex nagħlqu din il-Festa flimkien b’ringrazzjament lil Alla l-Imbierek u lil Ommu u Ommna Marija Immakulata taħt it-titlu Devot minn TAL-ĠILJUu nitolbuHa sabiex iżżomm dejjem idejHa fuq il-membri kollha tas-Soċjetà li minn dejjem ħaddnet u għożżot isimHa. 10.00pm Il-Banda Madonna tal-Ġilju tagħmel il-marċ tal-aħħar li jibda’ minn Triq K. Ciantar sal-Pjazza ta’ quddiem il-Każin.

It-Tnejn 25 ta’ Settembru 2017- L-Għada tal-Festa

Is-Soċji u l-Partitarji kollha huma mħeġġa biex jagħtu l-għajnuna tagħhom biex jiżżarma l-armar kif ukoll fejn ikun inħaraq in-nar biex innaddfu l-istess għelieqi minn kull periklu.

1.30pm 7:00pm

Tingħata bidu għax-xalata tradizzjonali tal-għada tal-festa. Din titlaq minn quddiem il-Każin. Bħal kull sena, l-ewwel immorru l-Armier u wara nirħulha għal Baħar iċ-Ċagħaq. Niltaqgħu qabel id-daħla tal-mina ħalli bħalma hi t-tradizzjoni ngħaddu mill-irħula tal-qrib sa ma naslu r-raħal tagħna u b’mod trijonfali nidħlu fil-pjazza ewlenija ta’ quddiem il-Każin.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

109


EDIZZJONI TAL-FULJETT ‘IL-FJUR’ Pubblikazzjoni mis-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju (1993 - 2017)

Collage li juri il-kopertina tal-50 edizzjoni ta’ ‘Il-Fjur’ li s-Sezzjoni Żgħażagħ ippubblikat b’regolarità sa mill-ewwel xhur tat-twaqqif tagħha fl-1993.

Is-sena 2017 waslitna fil-50 pubblikazzjoni ta’ dan il-fuljett. Matul dawn is-snin li għaddew, iż-żgħażagħ tal-Ġilju; membri kif ukoll Soċji u partitarji setgħu jmissu b’idejhom u jaraw dan il-fuljett bl-sem ta’ ‘Il-Fjur’ jinbidel għal dak il-prodott li sal-lum il-ġurnata baqa’ mistenni. Ta’ min jgħid li saru avvanzi kbar f’dan il-fuljett fejn l-ewwel edizzjoni kien ta’ erbà paġni fotokopjati u llum il-ġurnata, ‘Il-Fjur’ kiber u qed jiġi ppubblikat bil-kulur. L-idea ta’ dan il-fuljett nibtet waqt waħda mill-ewwel laqgħat li saret wara biss ftit xhur li kienet ilha li twaqqfet is-Sezzjoni Żgħażagħ. Bħala kumitat, konna xtaqna li nwasslu l-messaġġ tagħna liż-żgħażagħ b’mod differenti, mod aktar żagħżugħ. Ħarġet l-idea ta’ fuljett żgħir, ta’ għamla bħal gazzetta. Mill-ewwel kellna xi ntoppi fejn waħda mill-problemi kienet li nikkonvinċu lill-Kumitat Amministrattiv għal din l-idea li kellna. Kien il-fatt li bħala kumitat xtaqna li dan il-fuljett ikun marbut mal-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba. Imxejna u ħarisna l-quddiem b’ottimiżmu u bdew ħerġin l-ideat tal-isem ta’ dan il-fuljett. Charles Farrugia ħareġ bl-idea li dan il-fuljett jingħata l-isem ta’ ‘Il-Fjur’. Dan għaliex peress li l-kumitat xtaq li dan il-fuljett ikun marbut maż-żgħażagħ, iż-żgħażagħ huma l-fjur ta’ din is-Soċjetà, apparti l-fatt li s-Soċjetà li hija marbuta direttament ma’ wieħed mill-isbaħ fjuri: Il-Ġilju. Aaron Briffa kien ħa ħsieb li jiddisinja l-faċċata tal-Fjur fejn anke Charles Farrugia u Simon Grech kienu tawh struzzjonijiet sabiex id-disinn ikun iżewweġ l-antik malmodern. Aaron ħareġ bid-disinn tal-Fjur tal-Ġilju ħiereġ minn disinn stilizzat. Charles Farrugia kien ukoll ħa ħsieb li jittajpja dan il-fuljett u fil-fatt ma kienx fih fonts tal-Malti kif isir illum. Il-programm tan-nofs ġabilna wkoll memorji mhux daqshekk pjaċevoli għaliex dak iż-żmien konna għaddejjin minn battalja sħiħa mal-Kurja, fejn ma kinitx tat il-permess sabiex norganizzaw Quddiesa Folk għaż-żgħażagħ ġewwa l-Knisja Parrokjali tal-Imqabba. Xtaqna li xorta waħda titniżżel fil-lista t’ attivitajiet. Dan għaliex xtaqna li l-quddiem, hekk kif il-Kurja tagħti l-permessi (kif filfatt ġara fis-sena ta’ wara), din tkun tista’ tibqa’ memorja dejjiema tat-triq għat-telgħa. Nota Editorjali: Silta mill-artiklu ppubblikat fuq il-fuljett ‘Il-Fjur’ numru 50 miktub minn Edwin Gatt.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

111


IR-RIKOSTRUZZJONI TAL-KAŻIN TAL-ĠILJU Ix-Xogħol Miexi Ġmielu . . . . .

Altru milli sammarna sempliċi musmar f’dawn l-aħħar xhur . . . . It-tieni fażi tal-proġett tarrikostruzzjoni tal-każin tal-Ġilju jinsab għaddej b’ritmu tajjeb ħafna u mill-aħħar darba li kkomunikajna magħkom permezz ta’ din il-pubblikazzjoni tistgħu taraw bidla sħiħa fl-immaġini tas-sede tagħna. Kien ippjanar bilgħaqal u bil-ħsieb li sar f’dawn l-aħħar erbà snin biex b’hekk qed joħroġu l-ewwel riżultati. Id-disinji li konna ħejjejna u ddiskutejna flimkien waqt id-diversi seduti ġenerali li għamilna magħkom is-soċji u l-partitarji qed isiru realtà. Realtà li hemm min ħaseb li ma konniex ħa naslu imqar nofs triq. Bħal kull ħaġa oħra kellna mumenti diffiċli sakemm wasalna għal ċertu konklużjonijiet minħabba l-fatt li hu ferm iebes biex tikkuntenta lil kulħadd f’Soċjetà bħal tagħna. Iżda li żgur ħadd ma jista’ jgħid hu li ma tajniex spazju lis-soċji u l-partitarji sabiex jesprimu l-fehmiet tagħhom u kull deċiżjoni ttieħdet għall-ġid u b’konsultazzjoni wiesgħa ma’ nies professjonisti filqasam tagħhom. Waqt li fid-dehra għamilna żmien wieqfin, fil-verità matul iż-żmien il-ħidma dejjem baqgħet għaddejja mingħajr waqfien u mingħajr ħafna daqq ta’ trombi ddedikajna ħinijiet twal nippjanaw u nlestu diversi servizzi meħtieġa li b’mod kollettiv dawn ġew integrati fil-pjanijiet li twettqu tul din is-sena. Fil-Festa tal-2016 ħassejna li konna ppreparati biżżejjed sabiex nagħmlu l-pass li jmiss iżda kien jonqosna ftit imbuttatura ta’ kuraġġ għaliex konna nafu li t-triq mhux faċli. Din l-imbuttatura waslet mis-Sur Charles Farrugia fejn wera d-determinazzjoni li dak li konna ippjanajna nwettquh bis-sħiħ. Minn dak iż-żmien ma ħarisniex lura u llum ninsabu tarġa oħra ’l quddiem sabiex naraw il-Każin talĠilju jiffunzjona aħjar milli kien.

Fis-sulari ta’ fuq saru xogħolijiet intensivi ta’ kisi, pavimentar u l-iffinalizzar tas-sala tat-tagħlim talbanda u fiż-żmien li ġej, permezz ta’ Fondi mill-Unjoni Ewropea u skemi oħrajn minn entitajiet differenti, ilmulti-purpose hall ser tiġi finaliżżata ukoll skond iddisinji li kien hemm ippjanat. Saru sagrifiċċji kbar minn diversi membri fi ħdan il-Kumitat Amministrattiv flimkien ma’ membri ta’ diversi kumitati u partitarji oħra mmexxija ferm tajjeb mis-Sinjuri Teddy Farrugia u Benny Baldacchino b’koordinazzjoni tas-Sinjura Gigliola Micallef, sabiex jieħdu ħsieb il-bottegin matul l-aħħar sena biex b’hekk kellna ċertu introjtu finanzjarju garantit. Ħafna mixxogħol sar minn diversi membri b’mod volontarju u huwa ferm diffiċli li ssemmi lil kulħadd, iżda l-mutur li żamm ix-xogħol għaddej ma kien ħadd ħlief is-Sur Tonio Facciol. Preparamenti, telefonati, qadjiet, dawl, diskussjonijiet, argumeti . . . u xi musmar l-hawn u l-hemm sammar ukoll! Kull min kien involut għandu jħossu kburi li ta s-sehem tiegħu sabiex la naslu filkonklużjoni għandu jkollna sede li tissodisfa lil kull partitarju li jiffrekwentah u ta’ dan kollu l-Kummissjoni Rikostruzzjoni tal-Każin m’għandiex kliem biżżejjed sabiex tirringrazzja lil dawk kollha involuti. Din l-aħħar sena nistgħu ngħidu li saru l-mirakli. Il-Kummissjoni dejjem kienet hemm lesta tilqa’ s-suġġerimenti u l-kritika tagħkom ilkoll iżda xi kultant jiddispjaċik tisma’ nies jikkritikaw mingħajr ebda bażi u li jwassal għal diżgwit bla bżonn. Minkejja dan kollu ninsabu ottimisti u konvinti li l-kritika bla bażi li saret u għadha qed issir minn individwi bliskop li jbaxxi lil din is-Soċjetà glorjuża, tiġi megħluba permezz tal-prodott finali li ser inkunu qed inwettqu u konvinti li fiż-żmien li ġej ser inħallu każin ferm aqwa milli sibnieħ b’funzjoni sħiħa maħsuba għal futur millisbaħ għalina lkoll.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

113


ŻJARA TA’ DELEGAZZJONI MINN AFFILE Il-Villaġġ li Ħabb lil Madonna tal-Ġilju

20% off all stationery

Sierra

New outlets - Hamrun hamrun

birkiraka

Fontana Fontana

birkirkaraSIERRASTATIONERY@GMAIL.COM

fontanaSIERRASTATIONERY@GMAIL.COM

hamrunSIERRASTATIONERY@GMAIL.COM

mellieha

Rabat rabat

. Zabbar zabbar

melliehaSIERRASTATIONERY@GMAIL.COM

rabatSIERRASTATIONERY@GMAIL.COM

zabbarSIERRASTATIONERY@GMAIL.COM

. Zurrieq

Naxxar

Ghaxaq

naxxarSIERRASTATIONERY@GMAIL.COM

ghaxaqSIERRASTATIONERY@GMAIL.COM

mellieha-

Second shop open near windmill

ZURRIEQSIERRASTATIONERY@GMAIL.COM

2c B&w

Printing www.sierragroupmalta.com/stationery We Print booklets, Businesscards, bookmarks and custom sizes up to A3

Call on 27131916

5c color

email: sierragroupmaltaLTD@gmail.com . . . . Mosta-Mqabba-Zurrieq-Zejtun-Zebbug-Tarxien-Qormi

Fil-programm tas-sena l-oħra konna ippublikajna informazzjoni dwar il-ħbieb tagħna li jiċċelebraw ilFesta tal-Madonna tal-Ġilju ġewwa Affile, post qrib Ruma fl-Italja. Konna ppublikajna wkoll messaġġ mill-kappillan tal-post. F’dik l-istess Festa konna onorati bi żjara minn delegazzjoni li kompliet saħħet ir-rabtiet internazzjonali li s-Soċjetà issa għandha mal-kommunita` internazzjonali li dejjem tikber fejn issir il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju. Id-delegazzjoni waslet Malta l-Ġimgħa 17 ta’ Ġunju 2016 u kienet immexxija mis-Sindku tallokal is-Sur Ercole Viri, martu Antonella Abbafati u bintom ta’ tnax-il sena, Giada. Magħhom ingħaqdet il-Kunsilliera Santa Alesi u żewġha Benedetto De Santis. Ġew Malta wkoll is-Segretarju tal-Kunsill, Pietro La Torre u s-Sinjorina Leonarda Lorito.

Mal-wasla huma ġew ospitati għal ikla ta’ merħba għand il-President tas-Soċjetà s-Sur Teddy Farrugia u martu Julie. Wara Charles Farrugia u Bjorn Farrugia akkumpanjaw lill-grupp fuq id-diversi żjarat li huma kellhom. Filgħaxija tal-ewwel jum tagħhom f’Malta, s-Sindku ħawwel siġra fil-ġnien Madonna tal-Ġilju. Din issa saret konswetuni li minbarra li hi attività favur l-ambjent isservi wkoll ta’ tifkira għallġenerazzjonijiet futuri. L-appuntament prinċipali għall-ewwel jum f’Malta kien laqgħa mas-Sindku tal-Imqabba Dr Charlene Zammit u l-kappillan Dun John Curmi. Il-laqgħa saret ġewwa l-Isptar il-Qadim u għaliha attendew uħud mill-kunsilliera tal-lokal. Hawn saru diskorsi u skambji ta’ regali.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

115


You IMAGINE,

WE Create

Banners, Vehicle Sign Writing, Vehicle Wrapping, Vehicle Graphics, Showrooms Custom - Made Signs, Directional Signs, Safety Signs, Illuminated & Backlit Signs, Wall Plaques, Printing on T-Shirts & Mugs.

m: 7705 6361 / 9988 4176 / 9945 7023 e: promotions.signs@gmail.com

Is-Sibt kien dedikat għar-Rabat u l-Imdina bissolita żjara devozzjonali fil-Grotta ta’ San Pawl fejn il-mistiedna ġew milqugħa minn Monsinjur Ġwann Azzopardi, espert fuq il-kult Pawlin f’Malta. Filgħaxija, d-delegazzjoni ġiet għall-Festa fl-Imqabba u ammirat il-programm mużikali fuq il-planċier li sar taħt il-Patroċinju tas-Sindku Ercole Vici, kif ukoll l-ispettakli tan-nar tal-art u kif ukoll tal-ajru. Il-jum l-aktar mistenni kien dak tal-Ħadd, jum ilFesta tal-Madonna tal-Ġilju. Dakinhar is-Sindku ta’ Affile mexxa d-delegazzjoni għall-quddiesa solenni fl-Imqabba u wara kienu ospiti għal intervista qasira live fuq ir-Radju tal-Gilju FM 95.4. Wara pawża ta’ mistrieħ fil-lukanda huma ingħaqdu mal-Imqabbin fil-purċissjoni u mhux biss raw, iżda pparteċipaw flaspett devozzjonali tal-purċissjoni. It-Tnejn kienet aktar esperjenza ta’ rilassament bl-inizjattiva prinċipali tkun mawra f’Wied iżŻurrieq. Iżda qabel, huma kellhom laqgħa fil-bini Muniċipali tal-Kunsill fejn hemm, is-Sindku s-Sur Ignatius Farrugia spjega xi aspetti interessanti mill-ħajja taż-Żrieraq u r-rabta li hu għandu malImqabba u l-festa tal-Madonna tal-Ġilju. Wara hu akkumpanja l-grupp sabiex igawdu xeni mill-isbaħ ta’ Wied iż-Żurrieq. L-avventura ma waqfitx hawn għaliex kien imiss ukoll dawra fuq dgħajsa biex huma jduqu wkoll is-sbuħija tal-baħar fl-inħawi. Il-mument tal-firda wasal it-Tnejn 20 ta’ Ġunju meta d-delegazzjoni telqet minn Malta fuq titjira tal-Air Malta lejn Ruma. Magħhom ħadu mhux biss id-diversi rigali ta’ tifkira, iżda wkoll is-sens ta’ devozzjoni, entużjażmu u ġenerożità tal-Imqabbin devoti tal-Madonna tal-Ġilju.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

117


Mro. Andrew Calleja FVCM, ALCM

25 sena

Surmast Direttur Grazzi ta’ dan il-kwart ta’ seklu . . tidderiegi l-Banda Madonna tal-Gilju

AD MULTOS ANNOS

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

119


PREŻENTAZZJONIJIET LIS-SOĊJETÀ Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2016

Dr. Charlene Zammit, Sindku tal-Imqabba għan-nom tal-Kunsill Lokali, waqt il-preżentazzjoni ta’ għotja finanzjarja b’risq l-amministrazzjoni tal-Festi Esterni 2016.

Is-Sinjura Lyndsey O’Reilly flimkien mas-Sinjura Julie Abdilla, Chairperson tal-Kummissjoni Nisa, iwasslu l-għotja monetarja tagħhom miġbura mid-diversi attivitajiet organizzati mis-sezzjoni femminili fi ħdan is-Soċjetà b’risq il-proġett tar-rikostruzzjoni tal-Każin lil-President s-Sur Teddy Farrugia.

Is-Sur Tonio Facciol, Chairperson tal-Kummissjoni Radio, għan-nom ta’ sħabu membri, iwassal l-għotja tal-Kummissjoni b’risq it-tkomplija tal-proġett tal-istudios il-ġodda tal-uniku radju komunitarju fl-Imqabba: “Tal-Ġilju 95.4FM”.

Is-Sinjuri Omar Farrugia u Joseph Zammit, Segretarju u Chairperson rispettivament, għan-nom ta’ sħabhom imsieħba fi ħdan is-Sezzjoni Żgħażagħ, jippreżentaw għotja finanzjarja b’risq il-Festa 2016.

Is-Sur Joseph Zammit, Chairperson tas-Sezzjoni Żgħażagħ, flimkien mal-Pittriċi Imqabbija, s-Sinjorina Maria Tonna, jippreżentaw żewġ ċertifikati tal-Malta Records lil-President tas-Soċjetà marbuta mal-wirja murali mtella’ mill-istess Sezzjoni tul il-Ġimgħa Mqaddsa 2016. Minħabba li s-Sur Edwin Gatt ma setax ikun preżenti minħabba mpenji oħra barra l-pajjiz, din il-preżentazzjoni kienet imwassla minnu b’mod awdjo-viżiv.

Is-Sur Geordie Camilleri flimkien mas-Sur Samuel Abdilla, membri fi ħdan il-grupp dilettanti tan-nar tal-art fi ħdan l-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju, jippreżentaw lil-President iċ-ċertifikat u l-plakka kommemorattiva tal-Premju mirbuħ minnhom “Ġieħ l-Artiġjanat Malti 2015” għar-raddiena mekkanizzata fuq stil tri-dimensjonali li esibew għall-ewwel darba fl-lejliet il-Festa 2015.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

121


Is-Sur Walter Farrugia, Chairperson tal-Kummissjoni Banda jippreżenta strument mużikali sabiex tkompli tiġi estiża l-istrumentatura fi ħdan l-Iskola tal-Mużika tal-Banda Madonna tal-Ġilju.

Is-Sur Charles Polidano, President Onorarju tas-Soċjetà flimkien mas-Sinjura tiegħu, jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom b’risq il-proġett tar-rikostruzzjoni tal-Każin il-Ġdid.

Patri Antoine Farrugia jippreżenta ċ-ċertifikat maħruġ mill-Vatikan dwar l-awtentiċità tal-Kolletta ta’ San Ġwanni Pawlu II, liema Kolletta ġiet ippreżentata mill-Papa nnifsu lil-President tas-Soċjetà waqt żjara fil-Belt tal-Vatikan f’Diċembru 2000.

Is-Sur Wilfred Cassar, Kap tal-Iskola Primarja tal-Imqabba, jippreżenta għotja finanzjarja lill-President b’risq it-tkattir tal-arti mużikali fi ħdan l-Iskola tal-Mużika tal-Banda Madonna tal-Ġilju.

122

Is-Sur Daniel Vella, preżentatur tal-programm “Marċifest” jippreżenta t-talba “Ave Maria” kompożizzjoni tal-mibki Mro. John Theuma sabiex tibqa’ t-tifkira dejjiema ta’ dan il-kompożitur fl-arkivju mużikali tal-Banda.

Festa 2017

L-Onor. Perit Toni Bezzina MP jippreżenta d-donazzjoni personali tiegħu biex jittaffew l-ispejjeż li jġibu magħhom il-Festi.

Dr. Stefan Zrinzo Azzopardi jippreżenta d-donazzjoni personali tiegħu biex jittaffew l-ispejjeż konnessi mal-organizzazzjoni tal-Festa.

Is-Sur Mario Calleja, Sindku ta’ Wied il-Għajn, jippreżenta d-donazzjoni personali tiegħu b’risq l-organizzazzjoni tal-Festa.

Is-Sur Ignatius Farrugia, Sindku taż-Żurrieq, jippreżenta d-donazzjoni personali tiegħu b’risq il-proġett imbarkat mill-Għaqda tal-Armar ta’ sett Trofej ġodda varat fil-Festa 2016.

Is-Sur Jonathan Dingli, għan-nom tal-Uffiċju Nazzjonalista tal-Imqabba, jippreżenta għotja finanzjarja b’risq il-Festa 2016.

Is-Sinjorina Mary Grace Mallia, għan-nom taċ-Ċentru Laburista tal-Imqabba, tippreżenta għotja finanzjarja b’risq il-Festa 2016.

. Madonna tal-Gilju Mqabba

123


PREŻENTAZZJONIJIET MIS-SOĊJETÀ Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2016

Tifkira mgħotija lil-protagonisti tas-Sonet Lumiere: 140 Sena taħt Ħarset Marija (1876-2016). Mix-xellug: Is-Sinjorina Sara Baldacchino, is-Sur Michael Sciortino u s-Sur Johan Debattista li animaw dan ix-xogħol mużikali flimkien mal-kompożitur, Mro. Andrew Calleja u s-Sinjura tiegħu fil-preżenża tal-President tas-Soċjetà.

Tifkira mogħtija lil Dun John P. Curmi - Kappillan tal-Imqabba, għall-Patroċinju tiegħu tal-Kunċert Vokali u Strumentali esegwit mill-Banda Madonna tal-Ġilju fl-okkażjoni tal-140 Sena mil-miġja tal-Vara tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba.

Sitt Bandisti ġodda li ddebuttaw għall-ewwel darba mall-Banda Madonna tal-Ġilju fil-Festa 2016. Mix-xellug għal-lemin: Ailie Zammit (Clarino), Maya Micallef (Clarino), Roberta Polidano (Clarino),Fiona Micallef (Flugel Horn), Nathan Bonnici (French Horn) u Giulio Spiteri (Trumpet) flimkien mal-President tas-Soċjetà.

Il-Bandisti tas-Sena 2015/2016 flimkien mas-Surmast Direttur tal-Banda Madonna tal-Ġilju u l-President tas-Soċjetà. L-Ewwel Post: (Il-Familja Cassar) Raoul Cassar (Althorn), Andrè Cassar (Trumpet), John Cassar (Trumpet); It-Tieni Post: Isabelle Caruana (Clarino) u Federica Micallef (Clarino); It-Tielet Post: Jasmine Cassar (Bass Clarinet)

L-attriċi u kantanta b’fama internazzjonali, b’dixxendenza Imqabbija, Kerry Ingram tiġi ppreżentata b’tifkira tas-sehem tagħha għat-tieni sena konsekuttiva, fil-Kunċert Mużikali fuq l-Planċier Meravilja.

Il-President flimkien mal-Bagpipes mill-1st Ħamrun Scouts Group wara l-preżentazzjoni ta’ tifkira għas-sehem tagħhom fil-Programm Vokali u Strumentali tat- It-Tlieta 14 ta’ Ġunju 2016

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

125


It-Tenur Alan Sciberras flimkien mal-Mezzo Soprano Federica Falzon preżentati b’tifkira ta’ rikonoxximent għas-sehem tagħhom mal-Banda Madonna tal-Ġilju waqt il-Kunċert Mużikali Annwali 2016.

Il-kantanta Destiny Chukunyere tingħata tifkira ta’ rikonoxximent tas-sehem tagħha mal-Banda Madonna tal-Ġilju fil-Kunċert Mużikali Annwali fl-okkażjoni tal-Festa 2016.

Tifkira ta’ rikonoxximent lill-Kantanta Marisa D’Amato tas-sehem tagħha mal-Banda Madonna tal-Ġilju, b’parteċipazzjoni kostanti fil-Festa tal-Madonna tal-Ġilju tul is-snin.

De signed to Su it You r N e e d s & S p e c ific a t ion s SHUTTERS, DOORS & GATES BUILT TO YOUR SPECIFICATIONS

10 snin

ta’ Impenn lejn il-Banda Madonna tal-Ġilju

Garage Doors, Roller Shutters, Industrial Doors & Gates, Insulated Sectional Doors, Custom-Made Doors, Remote Controlled Gates & Doors, Individual & Multi Garaged Systems, High Security, Modern Design, Various Colours, Imitation Wood Finishes Repairs, Maintenance & Advice, After Sales Service All Over Malta & Gozo, Commercial & Residential, Free Advice & Quotation, Open Mon - Sat

Tel: +356 2168 2370 Mob: +356 7949 9052, +356 7970 9470 Valletta Road, Żurrieq i o u i alta o u i alta o

Grazzi Mro Edwin Pace . Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

127


FL-OKKAŻJONI TAL-INAWGURAZZJONI TA’ ĠNIEN IL-MADONNA TAL-ĠILJU – MQABBA 8 ta’ Diċembru 2016

Nota Editorjali: Dan id-diskors tħejja mill-istoriku Dr Charles J. Farrugia bl-iskop li jinqara fil-ftuħ tar-renovazzjoni tal-Ġnien il-Madonna tal-Ġilju nhar it-8 ta’ Diċembru 2016. Dan ma sarx minħabba l-maltemp u l-attività ġiet posposta għal Ħadd 18 ta’ Diċembru 2016. Minkejja li din saret, kien ukoll maltemp u ċ-ċeremonja saret f’verżjoni ridotta u dan id-diskors ma nqarax.

J&A Farrugia Trading Ltd. (Showrom & Offices)

Domestic & Electric Appliances St. Thomas Street, Luqa Tel: 2180 3017, 2180 8068 • Fax: 2180 8053 e-mail: startingpoint@onvol.net

Meta ġejt mistieden mid-diriġenti tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju sabiex ngħamel diskors b’tema storika għall-okkażjoni tal-lum, nistqarr li kont ftit inċert x’linja għandi nieħu. Dan peress li qed nitkellmu fuq storja pjuttost riċenti – storja li mill-ewwel idea tal-istatwa u dan il-ġnien sal-lum m’għandiex aktar minn sittax-il sena. Jiena li għal dawn l-aħħar seba u għoxrin sena ħdimt f’arkivji li jiddokumentaw l-istorja sa mis-Seklu Tnax nħares lejn sittax-il sena bħala riċenti wisq. Iżda wara aktar riflessjoni intbaħt li dan li qed isir hawn illum ma hu xejn aktar minn kontinwazzjoni ta’ sekli sħaħ ta’ devozzjoni.

L-ewwel altar dedikat lill-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba nsibuh dokumentat fil-Vista Pastorali tal-Isqof Cagliares fl-1615 fi żmien li l-Imqabba kien fiha biss madwar 500 abitant. Minn hemm, id-devozzjoni kibret

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

129


Inċiżjoni li turi l-Korp ta’ Sant’ Innoċenzu tal-Imqabba (Kollezzjoni tal-Awtur)

Ritratt antik tal-pjazza tal-Mentna li juri l-istatwa tal-Kunċizzjoni attribwita minn Debono lil Dimech.

mhux naqset. Id-devozzjoni ssaħħet ferm meta wara ħidma sfiqa mill-Kappillan Bormliż Giacomo Tortella fis-26 ta’ Jannar 1772 l-Isqof Pellerano waqqaf il-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni. Kien hemm żmien li dan l-istess altar kien fost l-aktar devozzjonali għaliex meta fis-26 ta’ Ottubru 1779 iddaħħal il-Korp Sant ta’ San Innoċenzju dan tpoġġa propju taħt l-altar tal-Kunċizzjoni u għal perjodu twil kien hemm ukoll is-sotto kwadru ferm devozzjonali talBambin Ġesù’ fuq l-istess altar. Matul dawn issnin kollha l-istess Fratellanza qatt ma naqset mill-obbligu statutorju tagħha li tiċċelebra ż-żewġ festi – tal-Immakulata illum, u dik talĠilju fit-Tielet Ħadd ta’ Mejju – sistema li konna nsibuha f’ħafna mill-postijiet li ddokumentajt li kien jiċċelebraw tal-Ġilju bħal Bormla, l-Isla, l-Birgu, l-Imdina u r-Rabat Għawdex. L-emfasi fuq tal-Ġilju kibret wara li n-negozjant Imqabbi Innocenzo Zammit ikkummissjona l-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju fl-1876 u bit-twaqqif tacCircolo Pio Decimo fil-bidu tas-Seklu Għoxrin. U illum hu l-istess każin li qed ikompli dik ilmissjoni bl-organiżazzjoni ta’ din l-attività. Għalhekk ħsibt li f’dan id-diskors tiegħi inħares lejn tliet dimensjonijiet: dik storika; dik ikongrafika u dik devozzjonali.

fuq il-Mentna? Illum dak il-post hu wieħed ta’ attività u ċentrali ferm, pero jekk wieħed jara l-kartolina antika b’ritratt meħud fil-bidu tas-Seklu Għoxrin isib li dak kien post fit-tarf tar-raħal, kollhu għelieqi u sqaqien. U dak irritratt hu tas-Seklu Għoxrin... immaġinaw ftit l-iżolament tal-post aktar minn mitt sena qabel. Il-possibilitajiet jistgħu ikun tnejn: jew għaliex il-Kappillan ried li jitwassal il-messaġġ għal min dieħel fir-raħal dwar id-devozzjoni lejn dan ilkult; it-tieni raġuni tista tkun waħda purament loġistika – u din l-analiżi anke ippublika l-Kuratur tal-Arti Sandro Debono fil-ktieb tiegħi Sicut Lilium meta ppublika t-testment talKappillan Tortella li minnhu joħroġ li l-istess Kappillan kellu biċċa art magħrufa bħala ta’ Batja fuq il-Mentna – jista jkun allura li dan ilBormliż ferventi lejn l-Immakulata ried li dan il-proġett ikun bis-saħħa tiegħu fil-veru sens tal-kelma. Li hu fiċ-ċert hu li Tortella ħallielna statwa mill-isbaħ tal-Immakulat xogħol li sa issa saret attribuzzjoni tiegħu lejn Vincenzo Dimech ‘ix-Xiħ’ bħala skultur. Kienet x’kienet ir-raġuni, jibqa l-fatt li spazju pubbliku intuża biex isir wieħed devozzjonali. Illum qed nagħmlu l-istess pass biex dan l-ispazju jkun mhux biss rikrejattiv imma wieħed devozzjonali. Interessanti wkoll il-loġistika ġeografika. Kif il-Mentna mill-periferija saret ċentru devozzjonali u illum kummerċjali wkoll – anke fejn ninsabu illum. Kull min għandu l-età tiegħi jiftakar li dan kollhu li hawn madwarna kien għelieqi sa erbgħin sena ilu – anke Triq Karmenu Ciantar kienet għelieqi... dan is-sit li qedin fuqu kien il-periferija tal-Imqabba – illum minħabba l-espansjoni tal-bini sar kwazi ċentrali fil-ġeografija Mqabbija.

Storika

Meta fl-1775 il-Fratellanza tal-Immakulata tal-Imqabba ġiet aggregata ma dik ta’ San Lorenzo in Damaso f’Ruma, l-Kappillan Tortella ried li jfakkar dan b’mod solenni, mhux filknisja pero fl-estern. Id-deċiżjoni kienet li jitwaqqaf salib tal-ġebel u l-istatwa talKunċizzjoni minquxa fil-blat. Il-post li ntgħażel kien il-Mentna, dak iż-żmien magħrufa bħala l-Blata tal-Mentna. Iżda qatt ħsibtu ftit għaliex

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

131


DINE IN VALLETTA

Statwa tal-Immakulata Kunċizzjoni bil-ġilji f’idha fi Bratislava.

Ikonografiku

PARK AT... CAR PARKS

AFTER 1 PM

€3

.00 Excluding special events

Propju fil-ġurnata tal-lum il-kommunità internazzjonali kattolika tiċċelebra s-Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni. Sa ġimgħa ilu kont ġewwa Bratislava fis-Slovakja u kont impressjonat bid-devozzjoni qawwija kull fejn iddawwar wiċċek lejn l-Immakulata Kunċizzjoni. Illum ukoll f’ħafna postijiet fid-dinja fejn issir il-festa tal-Madonna talĠilju jiċċelebraw l-Immakulata. Propju l-kommunità ta’ ħbieb ta’ din is-Soċjetà Mużikali ġewwa Anticoli Corrado fl-Italja illum tinġabar taħt id-direzzjoni spiritwali tal-Kappillan tagħhom Don Anacleto Gangori u tiċċelebra l-Immakulata għalkemm il-festa li ssir bl-akbar pompa imbagħad hi dik tal-Madonna tal-Ġilju mill-istess komunità. Din ir-rabta bejn ilkult lejn l-Immakulata u tal-Ġilju ma tistax tinfired minn xulxin. Forsi l-aktar post fejn din ir-rabat hi intrinsika hi hawn fl-Imqabba għaliex hi minquxa kemm fl-Istatut tal-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni kif ukoll fit-tradizzjoni attwali ta’ statwa waħda użata għaż-żewġ manifestazzjonijiet.

Li ħafna drabi ivarja fl-ikongrafija tal-Ġilju hu r-rappreżentazzjoni. Fid-diversi ritwali ta’ Madonna tal-Ġilju madwar id-dinja li skoprejt f’dawn l-aħħar ħamsa u għoxrin sena ta’ riċerka joħroġ kif il-Madonna tal-Ġilju hi raffigurata b’modi differenti: hemm diversi li huma l-Madonna bil-Bambin f’idejha, b’xi ħadd minnhom iżomm il-ġilju kif inhuma kważi r-rappreżentazzjonijiet kollha fl-Italja; imbgħad il-mudell ta xbiha msawwra fuq dik tal-Immakulata bħala ma kien il-każ f’Malta u l-Imqabba.

Devozzjonali

L-aspett devozzjonali ta’ din iċ-ċeremonja hu wieħed qawwi u sinifikattiv. F’Soċjetà milquta T: 2125 0055 facebook.com/mcpcarparks

www.mcpcarparks.com.mt

minn mewġa ta’ sekulariżżazzjoni qawwija, hu nkoraġġanti li għad hawn min jaħdem biex ipoġġi l-aspett reliġjuż fil-qalba tal-kommunità. Meta waqt it-twaqqiħ tal-każin tal-Ġilju fl-2010 nibtet l-idea ta’ din l-istatwa, il-pjan kien wieħed ta’ partecipazzjoni kommunitarja. Kien hemm l-idea li l-ġebla tkun waħda Mqabbija mill-istess sotterran tal-każin. Li l-istatwarju jkun Imqabbi u li x-xoghol kollhu jsir kemm jista jkun minn partitarji. B’hekk wasalna għal statwa minquxa fil-ġebla Mqabbija minn l-Imqabbi Antoine Farrugia. Statwa li aktar milli tipprova tirreplika l-kapolavur ta’ Giovanni Darmanin hi ntiża biex twassal messaġġ – il-ħsieb li l-Imqabbi lest li jbgħati biex jonqox fil-ġebla u jfaħħar lil Ommu Marija li hi l-għażel devozzjonali tiegħu u li għaliha ddedika l-parroċċa tagħna u wkoll kull festa li ssir f’dan ir-raħal.

Konklużjoni

Ma nistax ngħalaq dawn il-kelmtejn billi nirringrazzja lil dawk kollha li għenu f’dan ilporġett. Id-diriġent qaluli li meta f’nofs l-2013 huma ltaqgħu mal-Onorevoli Ministru Joe Mizzi dan laqgħa t-talba tagħhom għal dan it-tisbih u offra l-għajnuna tal-Ministeru fosthom tal-Perita Claire Vassallo u l-ħaddiema biex sar ix-xogħol.

Ngħalaq dan id-diskors billi nemfasizza kemm għadna nkunu kburin li għad għandna volontarjat li jimbotta favur valuri nsara. Fejn dan jonqos tmut ir-ruħ tal-kommunità. Forsi b’kumbinazzjoni li din l-attività reliġjuża qeda kważi fuq il-ġibjun tal-ilma li jilqa fih l-ilmijiet tar-raħal kollhu biex ibiddillhom f’ġid aġrikolu għal artna? J’Alla dan l-ispazju Marjan ukoll jissarraf f’nixxiegħa ta’ grazzji u xita ta’ ġid spiritwali għall-Imqabbin.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

133


MESSAĠĠ MILL-PRESIDENT Tal-Għaqda Każini tal-Banda 2017 Avv. Noel Camilleri Is-Soċjetajiet tal-baned tagħna huma sinonimi mal-festi Maltin u dan għaliex m’ hemmx dubju li l-każini talbanda jagħrfu li l-festi fil-lokalitajiet fejn huma stabbiliti huma parti integrali mill-fibra reliġjuża, kulturali u soċjali ta’ pajjiżna. L-enerġija u l-entużjażmu li jittrasmettu l-Għaqdiet Mużikali lill-poplu kollu, fl-ħidma tagħhom biex jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom fil-festi tagħna hija xi ħaġa li kulħadd jammira u jirrikonoxxi. Dan jieħu xejra akbar ta’ ammirazzjoni meta wieħed jiftakar li ħafna xogħol li jsir huwa kollu volontarju. Il-fatt, li minkejja ħafna diffikultajiet, l-element volontarju jibqa’ jipprevalixxi fl-istrutturi tas-soċjetajiet Mużikali huwa fatt li għandu jkollu rikonoxximenti akbar minn kull ċittadin li għandu għal qalbu il-kultura f’pajjiżna u għandu jgħin biex dan l-element fundamentali ta’ kull Soċjeta jibqa’ b’saħħtu. Mingħajr dubju, il-ħoss melodjuż tal-mużika tal-baned tagħna jagħti ħajja lill-festi tagħna u dan flimkien m’ elementi oħra importanti bħallarti piroteknika u l-armar artistiku li huma kollha l-għozza ta’ ħafna. Dan kollu jagħmel l-festi tagħna kulturalment, soċjalment imma mhux anqas reliġjożament parti integrali mill-kalendarju talħajja ta’ pajjiżna. Li hu żgur li s-soċjetajiet Mużikali jagħrfu li għandhom l-obbligu li s-sabiħ tal-festi jibqa’ jitħares u protett u dan isir b’ħafna sagrifiċċju minn min imexxi l-każini tal-baned tagħna. Matul il-perjodu tal-festi huwa naturali li jkun hemm aspettativi kbar mhux biss mill-partitarji u l-benefatturi ta’ soċjetà mużikali partikolari imma anke mill-kommunità innifisha biex tara li ċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi jkunu sbieħ. Dan

kollu jpoġġi pressjoni akbar fuq iddiriġenti tas-soċjetajiet Mużikali biex jaraw li l-festi tagħna jibqgħu jkunu avvenimenti importanti fil-kalendarju kulturali u reliġjuż ta’ pajjiżna. Madanakollu, huwa importanti li bħala soċjetajiet Mużikali flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali u anke lokali kemm dawk ċivili u reliġjużi naraw li l-festi tagħna u allura l-ħidma tal-għaqdiet Mużikali ma tkunx imtappna. Huwa mertu tas-soċjetajiet Mużikali, li kontinwament jaħdmu biex jaraw li ma jkunx hemm eċċessi fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi għaliex jagħrfu li l-eċċessi ma jagħmlux ġid iżda ħafna drabi jwasslu biex il-festi jintużaw għall-affarijiet li żgur kulħadd jaqbel li jagħmlu ħsara b’mod partikolari lil dawk li jagħmlu s-sena kollha jaħdmu fl-interess tas-soċjetà Mużikali imma wkoll tal-komunità fejn jgħixu. IL-festa għandha tibqa’ waħda li fiha l-komunità tingħaqad biex issaħħaħ l-identità kulturali tagħha, dik reliġjuża kif ukoll dik soċjali u anke dik bħala nukleu familjari għaliex kulħadd jagħraf kemm huma importanti li l-ġranet tal-festa jintużaw b’mod tajjeb, san u li jkunu ta’ ġid veru għal kull min jieħu sehem fihom. Għalhekk f’isem l-Għaqda Każini tal-Banda filwaqt li nawgura l-festa t-tajba, u nirringrazzja lisSoċjeta Mużikali għall-ħidma tagħha, nħeġġeġ li dik il-ħidma tissarraf f’ċelebrazzjonijiet tal-festa li verament tkun okkażjoni t’ għaqda u li matulha nkomplu nuru li s-soċjetajiet Mużikali jagħrfu r-responsablità li jiċċelebraw il-festa b’maturità u b’serjetà ħalli ma jintilifx s-sens kulturali u tradizzjonali tal-festi Maltin u Għawdxin.

Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tifraħ lill-Għaqda Każini tal-Banda fl-okkażjoni tas-70 Anniversarju mit-twaqqif tagħha u tawgura aktar snin ta’ ħidma fejjieda b’risq il-Każini tal-Banda Maltin u Għawdxin

AD MULTOS ANNOS

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

135


APPREZZAMENT Tislima lil-Liriku SunnyAquilina Kitba ta’ Michael Ghigo B. Ed (Hons)

Qrendi Boççi Club We open every evening from Tuesday to Saturday and for Sunday Lunch Enjoy the best service in a friendly atmosphere Fully airconditioned & live sports on big screen

Call us on: Manuel 9927 4133 Reuben 9984 4629 Tel: 2768 9782

Ritratt li jmur lura lejn Ġunju 1995. Is-Sur Sunny Aquilina jaqra poeżija f’jum l-inawgurazzjoni talPlanċier Meravilja.

Tista’ lil Sunny tifirdu mill-Immakulata? Din kienet waħda minn ħames mistoqsijiet li l-Arċipriet ta’ Bormla, Dun Anton Cassar saqsa lil-miġemgħa tant kbira li t-Tlieta 22 ta’ Novembru ħonqot il-Kolleġjata ta’ Bormla sabiex tagħti l-aħħar tislima lil wild tagħha, Sunny Aquilina. Kien is-17 ta’ Novembru 2016, hekk kif l-aħbar li Sunny kien għadda għal ħajja oħra, tista’ tgħid li issummat lil dawk kollha li kienu jafuh! Sunny kien ġentlom f’kull sens talkelma, persuna li bl-umiltà tiegħu kien xempju ta l-irġulija. Persuna li qatt ma fittex glorja u li dejjem għen kemm seta’ lil kull min irrikorra għallgħajnuna tiegħu. Iżda fuq kollox, Sunny kien devot kbir ta’ Marija Immakulata. Kien dan il-kult komuni li kebbes il-ħbiberija kbira ta’ bejnietna. Sunny kien ta’ kontribut kbir għas-Soċjetà tagħna. Tul is-snin forna s-Soċjetà b’diversi kitbiet li żgur, tul iż-żmien ser jibqgħu monument ħaj ta’ din il-persuna tant Marjana. Huma d-diversi xogħolijiet letterarji li Sunny għamel għalina. Bla dubju ta’ xejn, l-akbar biċċa xogħol tibqa’ meqjusa l-Kantanta li fis-sena 1997 niseġ flokkażjoni tal-225 sena mit-twaqqif tal-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba. Kitibha mill-qalb u b’sagrifiċċji kbar għax kien determinat li jagħmilha u jlestiha fil-ħin. Qed inġibu quddiem għajnejja, jirrakkontali kif fi triqtu fi vjaġġ lejn ilKanada sabiex iżur xi qraba tiegħu, ħażżeż il-bażi tagħha u minn hemmhekk, minkejja li dak iż-żmien ma kellniex il-faċilitajiet ta’ komunikazzjoni bħalma għandna llum, baqa’ jżomm kuntatt miegħi u masSurmast sabiex filwaqt li jara li hija skond dak li aħna

Ritratt ieħor li jeħodna lura fiż-żmien, eżattament Frar 1998. Is-Sur Sunny Aquilina jiġi ippreżentat b’tifkira għas-suċċess miksub bil-kanzunetta miktuba minnu u interpretata minn Chiara “The One that I Love” li rebħet il-Festival tal-Kanzunetta Maltija għallEwropa u rrappreżentat lil Malta fil-Eurovison Song Contest li kien sar f’Birmingham l-Ingilterra f’Mejju ta’ l-istess sena.

Tifkira memorabli! L-aktar ritratt riċenti tal-mibki iżda żgur qatt minsi s-Sur Sunny Aquilina li niseġ il-lirika għall-Kanzunetta “O Madonna tal-Ġilju Ħanina” interpretata mill-kantanta Federica Falzon ippreżentati b’tifkira ta’ din il-kanzunetta varata biex tfakkar l-140 Sena mill-miġja tal-Istatwa fl-Imqabba.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

137


il-Programm fuq l-Planċier l-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2004. Kanzunetti oħra miktuba misSur Sunny Aquilina b’temi marbuta mal-Immakultata Kunċizzjoni u l-Madonna talĠilju ġew interpretati minn Chiara Siracusa kif ukoll oħra interpretata mill-kantant Lawrence Grey u li jieħdu l-ħajja ta’ kull sena f’dan iżżmien, speċjalment bħala requests fuq li l-istazzjon tarRadju tagħna, Tal-Ġilju FM 95.4. Apparti diversi xogħolijiet oħra, fosthom numru ta’ poeżiji għall-okkażjonijiet Tifkira dejjiema tal-Innu Marċ taċ-Ċentinarju Is-Sur Sunny Aquilina, l-awtur varji, Sunny addatta l-lirka “Lill Madonna tal-Ġilju: Omm is-Soċjetà” ta’ diversi xogħolijiet għas-Soċjetà mużika ta’ Mro. Andrew Calleja, u l-Banda, jiġi ippreżentat b’tifkira għall-Antifona ‘Madonna talimżanżan propju s-Sibt 11 ta’ Ġunju 2011. ta’ uħud mix-xogħolijiet prinċipali tiegħu Ġilju’ li tintkanta fil-Knisja waqt il-ChristmasConcert 2009. f’nhar il-Festa miktuba minn Patri George Grech. Fis-sena Ċentinarja mbagħad, kellna f’moħħna, b’konsultazzjoni mas-Sur Charles Sunny għaddielna wirt ieħor imrezzabli: l-Innu Farrugia, l-Istoriku tas-Soċjetà, jagħġen flimkien Marċ, kompożizzjoni tas-Surmast Andrew Calleja l-istorja li sawwret il-Fratellanza tal-Immakulata ‘Lill-Madonna tal-Ġilju – Omm is-Soċjetà’ li f’erbà mal-Kult marbut magħha. Kienet lejla memorabbli strofi t’erbà versi l-waħda, ġabar dak kollu li jsawwar għalieh u għalina dik tal-Ħamis 4 ta’ Diċembru 1997, is-Soċjetà u esprima s-sentimenti tagħna lkoll li meta ġewwa knisja ppakkjata, l-Banda Madonna ġo fina hemm ibaqbaq dak id-demm għal Marija tal-Ġilju esegwiet għall-ewwel darba dan ix-xogħol Immakulata meqjuma fl-Imqabba taħt it-titlu minn tant mirqum tiegħu, b’kompożizzjoni tas-Surmast tal-Ġilju, simbolu tal-Purità sa mill-Konċepiment Andrew Calleja. Tant intlaqgħet tajjeb li minn hemm tagħha! L-aħħar xogħol tiegħu għalina kien propju s-sena nibtet l-idea li din tiġi rrekordjata u nistgħu ngħidu li din il-ħolma ma ntemmetx hemm, tant li tlett li għaddiet, meta għall-okkażjoni tal-140 sena millsnin wara, fl-okkażjoni tal-Ġublew tas-Sena 2000, miġja tal-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba, il-Banda tagħna kienet pijuniera f’dan il-qasam u ġiet ikkumisjonata d-diska ‘O Madonna tal-Ġilju rrekordjat l-ewwel CD ta’ din ix-xorta taħt it-treġija Ħanina’ interpretata b’tant imħabba mil-kantanta u soprano Federica Falzon bil-mużika miktuba minn tas-Sound Engineer s-Sur Vanni Farrugia. Sena wara Sunny reġa’ kien ta’ kontribut, din id- Elton Zarb. Tista’ tgħid li kienet l-aħħar esperjenza darba permezz tal-kanzunetta immortali “Isimhom f’dan il-vjaġġ flimkien: vjaġġ li kellu destinazzjoni bħall-kwiekeb fis-Sema” li ġiet varata waqt il- itwal f’moħħna imma li ntemm ħesrem għax ilProgramm ta’ lejliet il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju Mulej kellu pjanijiet oħra u għoġbu jsejjaħlu sabiex 1998. B’melodija li tidħol f’qalbek tal-kompożitur jingħaqad f’ħoġor Marija Immakulata u jsegwiha Jason Cassar, (li jiġi r-raġel ta’ Marcon, bint Sunny), ferm aktar mill-qrib fil-ġenna, fejn żgur jinsab! Minn qalbna, filwaqt li niftakru fil-memorja b’interpretazzjoni tal-kantanta Għawdxija, Adelina Attard, din il-kanzunetta tfakkar u ssellem lil dawk għażiża ta’ Sunny, inwegħduh li m’aħna qatt ser kollha li ħadmu u stinkaw tul is-snin l-imgħoddija ninsewħ u f’kull okkażjoni li jkollna se nġeddu b’risq il-Festa u li llum m’għadhomx magħna. “Lil l-preżenza tiegħu li tibqa’ ħajja għal dejjem Omm Ħelwa mingħajr Ħtija” kienet kanzunetta permezz ta’ kitbietu. Min hawn, filwaqt li nagħtu oħra li Sunny niseġ għas-Soċjetà fl-okkażjoni tal- l-kondoljanzi lil-martu, l-uliedu u lil qrabatu, ntennu 150 sena mid-Domma ta’ Fidi tal-Immakulata l-apprezzament tagħna u nibqgħu grati għallKunċizzjoni. Kompożizzjoni tas-Surmast Andrew kontribut liriku li forna s-Soċjetà Mużikali Madonna Calleja b’arranġament mużikali ta’ Mro. Raymond tal-Ġilju; u hekk kif aċċenajt fl-introduzzjoni, ntemm Zammit, il-parti vokali tiġi interpretata mil- din it-tislima: U żgur li ma tista’ qatt lil Sunny tifirdu Kantanti Petra Zammit u Gilbert Camilleri waqt mill-Immakulata!

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

139


ANNIVERSARJI U TIFKIRIET 2017

Address: Email: Opening hours at Fitness Planet, Kirkop: Mon - Fri: Sat: Sun:

245

Anniversarju mit-twaqqif tal-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni (1772 – 2017)

115

Anniversarju mid-donazzjoni tal-Ġiljuwa tal-Fidda lill-Vara tal-Madonna tal-Ġilju minn Giovanna Manchè (1902 – 2017)

95

Anniversarju mill-inawgurazzjoni tal-Pedestall tal-Vara l-Kbira (1922 – 2017)

25

Sena mill-ħatra ta’ Mro Andrew Calleja bħala Surmast Direttur tal-Banda Madonna tal-Ġilju (1992 – 2017)

20

Sena mill-ewwel akkademja mill-Banda Madonna tal-Ġilju fil-Knisja Parrokjali (1997 – 2017)

20

Sena mill-miġja tal-ewwel banda barranija ospitata minn Soċjetà Mqabbija waqt il-Festa (Gross-Siegharts) (1997 – 2017)

20

Sena mill-ewwel Wirja tal-Ġimgħa l-Kbira ġewwa l-Imqabba (1997 - 2017)

10

Snin mit-twaqqif tal-istazzjon tar-radju Tal-ĠiljuFM 95.4 (2007 - 2017)

10

Anniversarju mill-kariga ta’ Mro. Edwin Pace bħala għalliem fl-Iskola tal-Mużika fi ħdan il-Banda Madonna tal-Ġilju (2007 - 2017)

Facebook: Telephone:

Opening hours at Fitness Planet, Żebbuġ: Mon - Fri: Sat: Sun:

5

Snin mill-inawgurazzjoni tal-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju fi Ġnien il-Madonna tal-Ġilju (2012 – 2017)

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

141


Nick’s Agriculture

Ritratti Mill-Passat . . . . .

Supplier of Agricultural and Gardening Products + Others • Plant Protection Products • Pots & Fertilizers • Irrigation Fittings • Peat and Potting Compost • Drip Irrigation Systems • Pet Foods and Other

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

Ħajr: Andrew Tanti

Mons. Mikiel Azzopardi Street, Si©©iewi Tel: 2146 5869

143


Ritratti Mill-Passat . . . . . EXPRESS DELIVERY

SERVICE

NOW AVAILABLE

dress to impress

Sta. Venera - Tel: 2124 0001 Fgura - Tel: 2169 1029 Mosta - Tel: 2143 3975 San Gwann - Tel: 2137 3103 Zurrieq - el: 2713 3555 Victoria, Gozo - Tel: 2755 0160

WITH OUR STUNNING EXTENSIVE NEW COLLECTION OF BLINDS IN ALL SIZES, SHAPES AND COLOURS.

Waqt il-marċ tradizzjonali ta’ nofs in-nhar tal-Ġilju (Festa 1969) fost oħrajn jidhru J. Bugeja, W. Bugeja, C. Farruiga, G. Debattista, A. Barbara u A. Grech

Email: sales@portelliandbrincat.com.mt

www.portelliandbrincat.com.mt

Finishing & General Contracting

Cannon Road, Qormi QRM 9032 - Malta T: (+356) 2147 0988 E: info@project-technik.com www.project-technik.com

PROJECT TECHNIK

BUILDING SUPPLIES

L-Imqabba Hajducks FC 1968/69 wara triq San Bażilju. Mix xellug: J. Bugeja, V. Tonna, T. Busuttil, L. Mangion, G. Debattista, J. Grech, R. Spiteri, G. Camilleri, G. Busuttil, A. Zammit, T. Galea

Partitarji mqabbin ma’ tal-Ġilju jgawdu ġurnata baħħar flimkien (1969/70). Wara mix-xellug: Pietru Ghigo [Tal-Baws], Toni Cassar [Tar-Rukkell], Leli Bondin [Ta’ Ganga], Willie Bugeja [Tad-Demsey], Charlie Camilleri [Ta’ Ġilju ta’ Kalċi]. Fin-nofs mix-xellug: Karmnu Farrugia [Il-Kiku], Rokku Farrugia [Ir-Romba], Żaren Barbara [Il-Mazzita], Vince Tonna [Tal-Baqra], Żaru Zammit [Ta’ Sant’Antnin]. Quddiem: Ġilju Briffa [Is-Sinjura].

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

Ħajr: William Bugeja

Providing top quality products and solutions to the construction industry

145


IL-ĠEMELLAĠĠ BEJN ASCOLI PICENO U L-IMQABBA Verità li ħadd ma jista’ jmeriha: Minkejja kollox, il-verita ma tiġi preskritta qatt u li skiet fuqha huwa risposta li tikkonferma dak li ilna ntennu għal tant snin!

Scicluna FloriSt Gard e n C e nt re

Specializes in: Flower Arrangements for Weddings, Holy Communion etc. Souvenirs for every occasion, Artificial Flower and Tulle, Fresh Plants and Fruit Trees.

Bronja Street, Ûurrieq Tel: 2164 9621

Ta’ kull sena, f’din il-pubblikazzjoni annwali li hija l-leħen uffiċjali tas-Soċjetà; qed inġibu għallattenzjoni tal-qarrejja u l-pubbliku Malti u Għawdxi inġenerali referenza għad-diversi artikli u stqarrijiet li ġew mitbugħa f’edizzjonijiet preċedenti talktejjeb. Minkejja tant u tant snin, sal-ġurnata tallum għadu ħadd qatt ma ċaħad sentenza waħda minn dak li aħna elenkajna tul is-snin; jiġifieri: li l-Unur ingħata lill-Imqabba u mhux lill-Banda Re Ġorġ V u/jew lis-Soċjetà Santa Marija. Nibqgħu nisħqu lis-Sindku ta’ dak iż-żmien, is-Sur Emmanuel Buttigieg, kien tela’ Ferrara u kien lilu, fil-kariga tiegħu bħala s-Sindku tal-Imqabba, li ngħata l-ġieħ u li kellu kull obbligu mhux biss li jgħaddi r-rigal li ngħata lill-Kunsill; iżda fuq kollox li jkun responsabbli u bl-onestà u l-integreta kollha, jgħid il-verità tal-fatti kif ġraw; mhux lanqas biss avża lil sħabu l-kunsilliera b’dak li għamel; tant li għallaqgħa tal-Kunsill kien avża li se jkun skużat! Dan huwa biss the tip of the iceberg. La qatt ma kellna ċaħda jew imqar kjarifikazzjoni tenibbli tal-fatti kif ġraw, ta’ bilfors allura jibqa’ dejjem jidher id-dubju ta’ min jaf kemm għad hemm affarijiet li għad iridu jaraw id-dawl! Il-punt kardinali kien, għadu u jibqa’ li sew fuq iċ-ċertifikat kif ukoll fuq il-plakka isem raħalna BISS hemm imniżżel u mkien m’hemm l-ebda indikazzjoni ta’ isem is-Soċjetà Santa Marija jew il-Banda Re Ġorġ V. Kien hemm diversi argumenti oħra li aħna elenkajna tul is-snin fosthom kemm kienu l-fondi li ngħataw u fejn marru, lil min kienu indirizzati u jekk dawn kellhomx jidħlu fil-kotba tal-Kunsill Lokali Mqabba. Waħda mill-akbar mistoqsijiet tibqa’ kif setgħat l-Imqabba tingħata l-“Etoile d’Or du Jumelage” meta qatt ma kienet uffiċjalment ġemellata ma’ Ascoli Piċeno?! Il-lista ta’ mistoqsijiet bla tweġiba hija twila u vasta u sal-lum għadhom mistoqsijiet miftuħa u kullħadd jistenna risposta. Appell miftuħ intennu f’din ilpubblikazzjoni lill-awtoritajiet kollha kompetenti biex janalizzaw u jiskrutinizzaw dak li aħna tul issnin sostnejna fid-diversi artikli miktuba hawn taħt imniżżla għar-referenza. Min-naħa tagħna, bħala Kumitat Amministrattiv, bir-responsabbiltà kollha permezz ta’ din ilpubblikazzjoni nsostnu dak miktub u fl-istess waqt ntennu b’mod pubbliku; li jekk jiġi ppruvat mod ieħor, bl-onestà kollha nippubblikaw fuq din l-istess

• • • • • • • • • • • • • • • •

Sena 2016 Sena 2015 Sena 2014 Sena 2013 Sena 2012 Sena 2011 Sena 2010 Sena 2009 Sena 2008 Sena 2007 Sena 2006 Sena 2005 Sena 2004 Sena 2003 Sena 2001 Sena 2000

Paġna 201 Paġna 135 Paġna 169 Paġna 159 Paġna 145 Paġna 145 Paġna 125 Paġna 117 Paġni 161/163 Paġni 129/135 Paġni 103/107 Paġni 88/91 Paġni 107/109 Paġni 91/93 Paġni 84/85 Paġni 117/119

publikazzjoni li sena wara sena semmajna leħinna, il-korrezjoni li jkun hemm bżonn. Iżda fin-nuqqas ta’ dan nibqgħu nisħqu fuq il-pożizzjoni tagħna. Mistoqsijiet hemm kemm trid iżda tweġibiet xejn! Saru diversi sforzi sabiex dan l-att jiġi legalizzat. Iżda, minkejja kull sforz, wara dawn is-snin kollha, wara tant u tant mistoqsijiet mhux inwieġba, bilfors għalhekk ikollna nikkonkludu li s-skiet huwa konferma tal-mistoqsijiet. Nemmnu għalhekk li għad jiġi żmien li xi ħadd fl-Awtorità jagħti d-dawl lil dawn l-artikli (li dehru f’edizjonijiet preċedenti ta’ dan il-ktejjeb skont kif referut aktar qabel f’dan l-istess artiklu u li jinsabu arkivjati saħansitra f’diversi libreriji pubbliċi) u l-verità toħroġ li finalment dak li hu tal-Imqabba jintradd lura lillImqabbin! Iżda l-Istorja ma jmeriha ħadd: Żgur li f’din il-kwistjoni, iż-żmien qed jurina li s-skiet mhux risposta imma konferma! Ir-raġuni ma tridx forza. L-awtoritajiet konċernati jibqgħu obbligati li jindagaw dwar din il-kwistjoni u jieħdu lura dak li bi dritt ingħata lill-Imqabbin u li sfortunatament ġie ikkapparrat minn Soċjetà partikolari bl-aktar mod mistur kif elenkat kemm il-darba fid-diversi artikli dettaljati passati, li referenza għalihom tinsab annessa ma’ din l-istqarrija. Għal sena oħra inħallu f’idejn l-intelligenza talqarrejja sabiex jagħmlu l-ġudizzju tagħhom!

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

IL-KUMITAT AMMINISTRATTIV 147


L-GĦOTI TA’ ‘ĠIEĦ L-IMQABBA 2016’

Il-Kumitat Amministrattiv qed jipproduċi stqarrija li tqassmet lis-Soċji u l-partitarji tas-Soċjeta f’Novembru 2016 dwar il-veduti tagħha rigward l-għoti tal-unur Ġieħ l-Imqabba 2016. Din li stqarrija ġabet ir-reazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba permezz ta’ stqarrija li tqassmet lir-residenti Mqabbin mal-ħarġa numru 15 ta’ “Leħen il-Kunsill” (Datata 21 ta’ Diċembru 2016). Għal benefiċċju tar-residenti Mqabbin, qed nipproduċu fedelment iż-żewġ stqarrijiet, segwita mir-risposta tal-Kumitat Amministrattiv sabiex tiċċara dak elenkat fl-istqarrija tal-Kunsill datata 21 ta’ Diċembru 2016.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

149


Risposta għall-istqarrija tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba Datata 21 ta’ Diċembru 2016: Il-fatt illi n-nomina tas-Sur Jerry Ghigo kienet l-unika nomina valida li l-Kunsill Lokali talImqabba irċieva għall-għoti tal-Unur Ġieħ l-Imqabba 2016 ma tiġġustifikax l-għoti tiegħu. Insostnu l-punt tagħna li l-Kunsill seta kien aktar sensittiv fl-evalwazzjoni tiegħu tal-kummenti sottomessa mil-proponent fl-applikazzjoni l-għaliex il-kummenti dwar il-kandidat kienu għal kollox fuq bażi parrokkjali, marbuta ma ħidma fi ħdan Soċjetà partikolari u teskludi l-involviment tal-komunità Imqabbija in ġenerali. Fl-istess stqarrija intqal illi dwar in-nomina tas-Sur Ghigo kien hemm qbil unanimu fillaqgħa tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba tat-13 ta’ Settembru 2016. Tajjeb li jkun iċċarat li “qbil unanimu” kien bejn min kien preżenti l-għaliex hekk kif elenkat mill-Kunsilliera s-Sinjura Anita Farrugia f’paġna 5 tal-edizzjoni numru 15 ta’ “Leħen il-Kunsill” tiddikjara li “jiena ma kontx parti mid-deċiżjoni tal-Kunsill Lokali dwar kif ingħata dan il-ġieħ. Fil-laqgħa li ttieħed il-vot għall-għotja “Ġieħ l-Imqabba 2016” jien kont assenti fuq raġunijiet personali. Fil-laqgħat ta’ wara kont waħda millkunsilliera li ġibt l-argument u għal diversi drabi ġbidt l-attenzjoni li jiena ma naqbilx li Ġieħ l-Imqabba 2016 jingħata lil xi persuna lu tuża t-talenti tagħha f’xi għaqda, hi liema hi fl-Imqabba u li l-għaqda ma tkunx tirrapreżenta lill-Imqabbin kollha”. Is-Sinjura Anita Farrugia tissokta tgħid li “niddikjara wkoll li jien m’għandi xejn personali kontra t-talenti, l-integrita u l-persuna tas-Sur Jerry Ghigo. Iżda mill-bidu tad-diskussjoni kont u għadni nifhem li dan l-unur għandu jingħata lil persuni li jaħdmu u jikkontribwixxu lejn ilġid komuni u l-bżonnijiet tar-residenti Mqabbin. Kif ukoll b’ħidmiethom jgħollu l-isem tar-raħal tagħna bħala raħal magħqud u li ma jaraw l-ebda kulur jew fehma”.

150

Konxji ukoll li s-Sur Michel Farrugia, minkejja li fil-laqgħa imsemmija ivvota a favur l-għoti ta’ “Ġieħ l-Imqabba 2016” lis-Sur Jerry Ghigo, fil-laqgħat segwenti kemm il-darba wassal il-preokkupazjoni tiegħu dwar l-implikazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu. Dwar kif u x’fatta l-oġġezzjonijiet li eventwalment tressqu mill kunsillieri s-Sur Michel Farrugia u s-Sinjura Anita Farrugia, ma tressqux għallkonsiderazzjoni tal-Kunsill fil-ħin, u dan minkejja li s-Segretarju Eżekuttiv ipprovda kopja tarregolamenti lill-kunsilliera kollha, din mhux kompitu tagħna li nidħlu fiha. Li hu ċert iżda hu li fi ħdan il-Kunsill kien hemm kontestazzjoni minn żewġ Kunsilliera dwar l-għoti ta’ dan l-unur altru milli qbil unanimu kif l-istqarrija tipprova tpinġi! Il-preċedent li nħoloq ma kienx fuq il-persuna iżda fuq il-merti li ingħata. Meta fl-2009 l-Unur Ġieħ l-Imqabba kien ingħata lis-Sur Teddy Farrugia, President tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tajjeb li nġibu għal l-attenzjoni talqarrejja li tul dik is-sena is-Sur Teddy Farrugia kien qed ifakkar l-Ġublew tad-Deheb talPresidenza tiegħu. Fuq l-istess kriterji, is-sena ta’ wara l-Unur “Ġieħ l-Imqabba 2010” ingħata lis-Sur Carmel Zahra, President tas-Soċjeta Santa Marija l-għaliex tul dik is-sena s-Sur Zahra kien qed ifakkar l-20 anniversarju bħala President talistess Soċjetà. Il-Kunsill Lokali ta’ dak iż-żmien ħass li għandu jirrikonoxxi l-ħidma ta’ 20 sena jew aktar bħala President ta’ Soċjetà Mużikali fl-Imqabba. Is-Sinjuri Teddy Farrugia u Carmel Zahra tul il-presidenza rispettiva tagħhom ħadmu u taw kontribut kbir sabiex iressqu s-Soċjetajiet rispettivi tagħhom lejn xulxin u kienu katalisti sabiex seta’ jinbena pont bejn iż-żewġ Soċjetajiet. Pass kbir f’din id-direzzjoni kien lura fi Frar tassena 1992 meta ż-żewġ Presidenti kienu xiehda waqt iċ-ċerimonja tal-Pussess tal-Kappillan Dun Ġużepp Bartolo. B’ħidmiethom it-tnejn kienu strumentali sabiex setgħu jissaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ Każini tant li llum nisgħu ngħidu li ta’ kull sena ż-żewġ Baned jingħaqdu f’massedband waħda fl-okkażjoni ta’ Jum l-Imqabba u li kien hemm avvenimenti oħra fejn daqqew flimkien flokkażjoni tal-ordinazzjoni tas-Saċerdot Imqabbi, Dun Jonathan Farrugia u saħansitra ingħaqdu banda waħda biex jagħtu l-aħħar tislima lilKappillan Dun Nazzareno Bartolo. Dan apparti

Festa 2017

li ż-żewġ Presidenti kienu vitali sabiex seta jsir ftehim flimkien mal-awtoritajiet ċivili u ekleżjastiċi li jirregola ż-żewġ Festi tant li llum nistgħu ngħidu li grazzi għad direzzjoni tagħhom, iż-żewġ Festi jimxu fuq kriterji komuni, ħielsa mit-tensjoni u teżisti armonija u klima amikevoli bejn iż-żewġ naħat. Fuq dawn il-kriterji żgur li ħadd u qatt ma oġġezzjona!

l-isem tal-Imqabba1. Anke jekk dak elenkat mis-Sur Jason Busuttil hu veritier, l-Imqabba bħala lokalita ma ibbenefikat xejn minn dan l-involviment għax l-ebda attività marbuta mat-tradizzjoni tal-Karnival ma ġiet organizzat fir-raħal tagħna u li biha l-komunità Imqabbija kienet mistiedna tkun involuta jew parteċipattiva.

B’referenza għal-aħħar punt finali elenkat fl-istqarrija tal-Kunsill Lokali, aħna fl-istqarrija tagħna tal-1 ta’ Novembru ma ikkontestajniex is-sehem ta’ Jerry Ghigo fil-Karnival ta’ Malta tal-2015. Li irribattejna kien dak moqri misSegretarju Eżekuttiv waqt is-serata (riproduzzjoni tal-kummenti dwar il-kandidat sottomessi milproponent fl-applikazjoni) “li għal l-ewwel darba kien qiegħed iħaddan isem ir-raħal tal-Imqabba”. Għalkemm fl-istqarrija tal-Kunsill hu “rilevat ukoll illi s-Sur Jason Busuttil, Direttur Artistiku tal-Karnival ta’ Malta, permezz ta’ ittra indirizzata lis-Sindku u lill Kunsill Lokali tal-Imqabba datata 7 ta’ Novembru 2016, ikkonferma wkoll illi l-karru trijonfali li fuqu ħadem is-Sur Ghigo kien iħaddan l-isem tal-Imqabba” dan mhu “skans ta’ ekwivoċi” xejn anzi nibqgħu intennu li r-riżultati uffiċjali li aħna sibna (irreferi aktar l-isfel)imkien ma juru l-isem tas-Sur Jerry Ghigo jew xi karru li jħaddan

Konklużjoni: Intennu dak elenkat fil-konklużjoni tal-istqarrija inizjali tagħna tal-1 ta’ Novembru u ningħaqdu mal-konklużjoni tas-Sinjura Anita Farrugia “għalhekk permezz ta’ din l-istqarrija nixtieq niċċara l-pożizzjoni tiegħi f’dan ir-rigward u nixtieq li kulħadd ikun konxju ta’ kif verament ġraw l-affarijiet”. Għaldaqstant ma jibqalniex alternattiva oħra għajr li intemmu din li stqarrija bl-istess frażi li ntemmet li stqarijja tal-Kunsill: “Tant għall-aħjar direzzjoni tagħkom ir-residenti Imqabbin”. IL-KUMITAT AMMINISTRATTIV Referenzi: 1 Riżultati tal-kompetizzjonijiet tal-Karnival ta’ Malta 2015 datata 18 ta’ Frar 2015: https://www.facebook.com/CarnivalInVallettaFlorainaMalta/ posts/762291007200168kif ukoll informazjoni ppublikata fuq is-sit talaħbarijiet tal-Istazzjon Nazzjonali(TVM) tal-istess data: http://www.tvm. com.mt/mt/news/karnival-hal-tarxien-jirbhu-s-sezzjoni-tal-kostumighall-ghaxar-sena-infila/

Ringrazzjament Il-President flimkien mal-membri kollha tal-Kumitat Amministrattiv jixtiequ jieħdu din l-opportunità sabiex MILL-QALB JIRRINGRAZZJAW lis-Soċji, partitarji, sostenituri u benefatturi kollha tal-appoġġ kontinwu tul is-sena li għaddiet. Bis-sehem sħiħ ta’ kulħadd, is-Soċjetà setgħet tibqa’ miexja ’l quddiem u torganizza l-Festa tant għażiża tal-Madonna tal-Ġilju. Żgur li l-akbar ħajr idur lejn Alla l-Imbierek u l-Madonna li tul is-sena jħarsuna u jagħtuna s-saħħa li mmexxu mill-aħjar li nistgħu din is-Soċjetà. F’dan il-ktejjeb nixtiequ wkoll li nfakkru u nitolbu għall-Fratelli tal-Konfraternità tal-Immakulata Kunċizzjoni kif ukoll Soċji, partitarji, bandisti, benefatturi, dilettanti tan-nar u ammiraturi li ħallewna matul is-sena li għaddiet. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

. Madonna tal-Gilju Mqabba

151


IL-KWADRU TAL-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI TAL-ISTESS FRATELLANZA Kitba ta’ Sandro Debono Nota Editorjali: Fl-okkażjoni tal-75 sena mit-tiġrif tal-koppla tal-knisja u d-distruzzjoni tal-altar tal-Immakulata Kunċizzjoni u allura l-ħsara fil-kwadru, ħsibna li nfakkru dan l-avveniment billi nerġgħu nippublikaw silta mill-artiku tal-Kuratur tal-Arti fil-Mużew Nazzjonali, s-Sur Sandro Debono. (Referenza: Sandro Debono, ‘L-Arti u l-ħtieġa għalija: Il-Kult tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba u l-opri tal-arti li jixhdu għaliha’, f’Charles J. Farrugia, Sicut Lilium: Devozzjoni u Ritwal tul is-Sekli, ed. Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, Mqabba, pp. 455 - 492.). Ir-ritratt sħiħ ta’ dan l-inkwadru jinsab fuq il-qoxra ta’ wara ta’ dan il-ktejjeb.

L-iżvilupp tal-kult tal-Madonna taħt it-titlu tal-Kunċizzjoni u x-xbihat marbutin miegħu seta’ kellhom tlett stadji importanti tul iż-żmien. Kollha marbutin ma’ ġrajjiet li Malta, kif wkoll l-Imqabba, għaddiet minnhom. Fil-bidu jidher li l-kult nibet minn ħtieġa f’mument diffiċli għal pajjiżna. Aktar tard il-kult issaħħaħ hekk kif inbena artal ġdid, għal dak iż-żmien modern, li aktar tard kien il-benniena tal-Arċikonfraternità tal-Kunċizzjoni. It-tielet waqt marbut max-xbihat li l-kult kien jinħtieġ, l-aktar importanti fosthom tkun il-vara proċessjonali. Id-dedika tal-artal tibqa’ l-punt tat-tluq għattipoloġija ta’ arti u s-simboliżmu reliġjuż meħtieġ. Bidla fid-dedika tal-artal, li flok tal-Madonna tas-Sokkors jibda jsir aktar magħruf bħala talKunċizzjoni, tissemma għall-ewwel darba fil-Viżta Pastorali li l-Isqof Molina jagħmel fl-Imqabba nhar l-erbgħa ta’ Mejju 1679. Il-Knisja li żar l-Isqof Molina dakinhar kienet dik l-antika mibnija fil-bidu tas-seklu sbatax.1 Kienu żminijiet diffiċli, tlett snin wara li f’Malta kienet faqqgħet il-pesta u ħalliet warajha ’l fuq minn 11,000 ruħ mejta. L-Ordni ta’ San Ġwann, taħt it-tmexxija tal-Gran Mastru Nikol Cottoner, ħass li kellu jagħmel wegħda biex jeħles minn dak li f’diversi manuskritti tal-Ordni ta’ San Ġwann jissejjaħ bħala flaġell divin mibgħut b’kastig.2 Għal dan l-għan, jdur lejn l-Immakulata Kunċizzjoni hekk kif ħmistax-il sena qabel, nhar it-tmienja ta’ Diċembru 1661, il-Papa Alessandru VII kien ħabbar il-kostituzzjoni Apostolika tiegħu “Sollicitudo Omnium Ecclesiarum”. Il-wegħda solenni kellha titwettaq fil-bini tal-knisja ta’ Sarria fil-Furjana li l-ewwel ġebla tagħha tqiegħdet b’mod solenni nhar it-tmienja ta’ Diċembru 1676. L-konsagrazzjoni talknisja seħħet f’Ġunju 1679, fl-istess żmien li l-Isqof Molina kien qed iżur l-Imqabba. Ma jistax jonqos li l-aħbar ta’ dan kollu nxterdet ma’ kull rokna ta’ gżiritna, wkoll fir-raħal tal-Imqabba, li sofra mhux ftit il-ħruxija tal-pesta.3 Meta mqabbla mal-irħula tal-inħawi, r-rata tal-imwiet fl-Imqabba kienet

waħda għolja ta’ madwar 10%.4 Ma setax jonqos, għaldaqstant, li dak kollu li kien qed jiġri u r-rimedji li kienu qegħdin jitwettqu b’konsegwenza tal-mxija tal-pesta jkollu effett fuq ir-raħal żgħir tal-Imqabba. It-tibdil fid-dedika tal-artal tal-Kunċizzjoni, li fuqu issa nsibu xbieha tal-Kunċizzjoni li dwarha m’għandniex wisq ħjiel, kif wkoll lampier li jibda jinżamm mixgħul kuljum jixhdu għal dan.5 F’dawn iż-żminijiet jieħu spinta ’l quddiem ilbini tal-knisja l-ġdida. L-impenn għal dan il-proġett jidher li ssaħħaħ waqt il-Viżta Pastorali tal-1663, iżda l-ewwel ħjiel ta’ knisja fi stat avvanzat ta’ kostruzzjoni li jagħtuna l-viżti pastorali, tingħata mill-Isqof Davide Cocco Palmieri nhar l-erbgħa ta’ Mejju 1686.6 F’din il-Viżta għandna għall-ewwel darba deskrizzjoni importanti tal-kwadru tal-artal tal-Kunċizzjoni li kien għadu kemm tpitter. Id-deskrizzjoni li jagħti l-Isqof Cocco Palmieri ma tħalli l-ebda dubju li l-kwadru hu dak li llum jinsab f’waħda mis-sagristiji tal-knisja parrokkjali. L-Isqof jiddeskrivi kwadru li juri x-xbieha ta’ Marija Immakulata u Sant’Anna iżda ma jsemmi xejn dwar il-parti ta’ isfel fejn jidhru l-erwieħ talpurgatorju. Iżid jgħid li dan il-kwadru kien għadu kemm sar ġdid frott id-devozzjoni ta’ ċertu Pasquale Zammit. Ix-xena dettaljata għall-aħħar li llum tidher fin-naħa t’isfel tal-kwadru turi qassis liebes l-abiti ferjali waqt il-konsagrazzjoni hekk kif jgħolli l-ostja ’l fuq għallqima tal-fidili. L-artal li qed iqaddes fuqu jinsab imħejji sewwa b’dak kollu meħtieġ għall-quddiesa. Jidher ukoll abbati jassisti liċ-ċelebrant filwaqt li l-ġemgħa erwieħ tal-purgatorju jidhru f’riġlejn l-artal b’xi wħud minnhom tilgħin ’l fuq meħlusa mill-piena. Din ixxena tissemma aktar tard fil-Viżta tal-Isqof Gaspare Gori Mancini (1722-27) li saret nhar is-Sibt l-ewwel ta’ Mejju 1723.7 Sa dak iż-żmien l-artal kien sar magħruf bħala tal-Kunċizzjoni, Sant’Anna u l-Erwieħ talPurgatorju. Il-kwadru hu mibni madwar dehra tal-Madonna maqtugħa fuq is-sħab filwaqt li Sant’Anna, bilqiegħda fuq quddiem, bħal turi ’l Madonna b’idha l-leminija lill-miġemgħa ta’ fidili li jaf tkun issegwi r-ritwal marbut ma’ artal bħal dan. Il-kwadru juri verżjoni tal-Kunċizzjoni hekk kif impittra mill-pittur Spanjol Bartolome Esteban Murillo (1617-82) fuq ispirazzjoni tad-deskrizzjoni ta’ San Ġwann fl-Atti tal-Apokalissi u li kienet magħrufa sewwa bis-saħħa ta’ inċiżjonijiet u stampi.8. L-ikonografija hi tabilħaqq konservattiva u torbot mal-mod korrett kif Sant’Anna tkun rappreżentata wara l-Konċilju ta’ Trentu; l-omm naturali ta’ Marija Immakulata kellha tidher bħala struttriċi jew għalliema li tħejji lil Omm Alla għall-missjoni tagħHa f’din l-art.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

153


L-Uċuħ tal-puttini miżjuda aktar tard.

Sant’ Anna żżomm ktieb f’ida x-xellugija.

Dan jixhdu l-ktieb voluminuż li Sant’Anna żżomm f’idha x-xellugija. Is-separazzjoni bejn l-ispazju temporali li fih qiegħda Sant’Anna u dak spiritwali fejn tidher il-Madonna huwa ċar. Fl-ispirtu l-kwadru hu tabilħaqq qrib dak ta’ Mattia Preti (1613-99) li juri dehra tal-Madonna li tinterċedi f’mument diffiċli, bħal dak li ħolqot il-pesta, għas-salvazzjoni tal-erwieħ u l-faraġ ta’ dawk li ħallew warajhom. L-għażla taxxbihat kien wieħed li jinftiehem mill-ewwel għaliex il-ħtieġa kienet il-kult u l-qima b’għan t’interċessjoni meta meħtieġa. L-viżti pastorali jagħtuna żewġ dati għal din l-opra; l-kwadru jidher li sar għall-ħabta tal-1686. Ix-xena blerwieħ tal-purgatorju żdiedet mhux aktar tard minn Mejju 1723. Il-kwadru kif jidher hu xogħol żewġ artisti Maltin li ħadmu separatament minn xulxin, fi żminijiet u għal raġunijiet differenti. Il-partijiet oriġinali li kienu juru biss lil Sant’Anna u l-figura tal-Madonna huma stilistikament qrib ix-xogħol tal-pittur Stefano Erardi (1630-1716). Il-piegi huma sodi u twal mingħajr ħafna dettalji żejda, b’daqqiet sodi u deċiżi tal-pinzell li jixhdu l-id ta’ pittur matur filwaqt li l-uċuħ, il-karnaġġjonijiet, il-mod ta’ kif tissawwar il-panneġġjatura u t-tqegħid talfiguri fil-kompożizzjoni jfakkruna f’xogħlijiet oħrajn ta’ Erardi bħal, ngħidu aħna, il-kwadru tal-Lunzjata li jinsab fil-Knisja tal-Lunzjata f’Ħaż-Żebbuġ u dak talMadonna tal-Pilar fil-knisja tal-Pilar fil-Belt Valletta. Il-kompożizzjoni tal-kwadru u l-pożizzjoni tal-figuri fil-kwadru jiffurmaw djagonal mingħajr ma l-awtur iżid anġli jittajru u figuri oħrajn. Sant’Anna u l-anġlu fuq il-lemin tal-kwadru jibbilanċjaw lil xulxin filwaqt li jtellgħu l-ħarsa ’l fuq lejn il-Madonna, s-suġġett tal-kwadru. Passaġġi partikolari bħal, ngħidu aħna, ilmant isfar fuq ħoġor Sant’Anna ħarġu minn id artist ta’ esperjenza li jagħraf isawwar panneġġ b’erbà daqqiet sodi tal-pinzell. Dettalji oħrajn bħal, ngħidu aħna, s-sħab kemxejn iebes u repetittiv li naraw fl-isfond, jista’ jkun xogħol xi assistenti jew aljievi li seta’ kellu Erardi. 154

Stefano Erardi hu wieħed mill-aktar awturi importanti tas-seklu sbatax.9 Jidher li kellu personalità artistika b’saħħitha għaliex xogħlu ma jimitax dak ta’ Mattia Preti li kien l-artist dominanti ta’ żmienu. Jidher li kien jagħmel ħafna użu minn stampi u disinji li kellu f’idejh u għaldaqstant xogħlu xi minn daqqiet jidher xi ftit derivattiv. Jidher li minkejja kollox irnexxielu jpitter bosta xogħlijiet għall-knejjes u għal kollezzjonisti privati. Il-kwadru tal-artal tal-Kunċizzjoni hu tabilħaqq wieħed mix-xogħlijiet tardivi tal-artist fi żmien meta ma jibqax jaħdem daqstant kummissjonijiet taxxorta tiegħu. Tabilħaqq, Erardi pitter l-akbar kwadru tiegħu, il-kwadru titulari tal-Knisja ta’ San Pawl, (Rabat, Malta), fi żminijiet ta’ wara l-pesta tal-1676. Il-kwadru, iffirmat u ddatat 1678, huwa fost l-aktar xogħlijiet ambizzjużi ta’ Erardi. Erardi jnaqqas bilbosta minn dawn it-tip ta’ kummissjonijiet wara din l-opra importanti. Xogħlu jsir aktar minn qatt qabel derivattiv u jidher li jiffoka ħafna aktar fuq xogħlijiet żgħar.10 Il-kwadru tal-Imqabba għaldaqstant jista’ jkun wieħed mill-ftit kwadri tal-artali li setgħu ħarġu minn taħt idejn Erardi fil-maturità tiegħu. L-id l-oħra li nilmħu fil-kwadru żiedet ż-żewġ sħabiet żgħar fil-għoli, waħda fuq kull naħa talMadonna, li jsawwru sfond għal żewġ puttini fuq kull naħa. Il-parti t’isfel fejn jidhru l-erwieħ quddiem l-artal tal-quddiesa hija xogħol l-istess id u ż-żewġ passaġġi huma tabilħaqq inferjuri fil-kwalità għall-bqija talkwadru. Dan jidher li jista’ jkun xogħol ta’ Pasquale Buhagiar li nafu li miet f’Marzu 1711 fl-età ta’ 45 sena. Pasquale kien skultur u pittur, missier il-pittur Ġian Nicola Buhagiar (1698-1752). Ftit li xejn hu magħruf dwar x-xogħlijiet tiegħu li fost dawn insibu l-kwadru titulari tal-Assunta tal-Knisja Parrokkjali ta’ Ħ’Attard impitter fl-1681 u li kien sar taħt id-direzzjoni talpittur Mattia Preti.11 Kwadri oħrajn li jinsabu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żebbuġ ġew attribwiti lilu dan l-aħħar u jkomplu jixħtu dawl ġdid fuq ħidmet dan ilpittur u skultur li ftit li xejn hu magħruf.12 Jidher xebh ċar bejn it-tipoloġija tal-uċuħ u t-tiftix għad-dettall filkwadri ta’ Ħaż-Żebbuġ attribwiti lil Pasquale Buhagiar u dak li jidher li żdied fil-kwadru tal-Kunċizzjoni tal-Imqabba. Madankollu d-dokumenti ma jaqblux mal-analiżi stilistika. Għalkemm Pasquale Buhagiar miet f’Marzu tal-1711, il-passaġġi miżjuda fil-kwadru

Festa 2017

jissemmew għall-ewwel darba fil-Viżta Pastorali li l-Isqof Gori Mancini għamel fl-Imqabba f’Mejju 1723, tnax-il sena wara l-mewt tal-pittur.13 Jidher li dan l-intervent fuq il-kwadru hu marbut mat-twaqqif ta’ Sodalità tal-Erwieħ tal-Purgatorju li l-viżta pastorali żżid tgħid li twaqqfet xi ftit taż-żmien qabel u li bdiet tagħmel użu minn dan l-artal. Ma nistgħux neskludu l-possibiltà li l-Isqof Cannaves jħalli barra referenza għal dan it-tibdil fil-kwadru fil-viżta pastorali tal-1717. Din ix-xena hi biss dettall żgħir li ma jintlemaħx malewwel daqqa t’għajn għalkemm ma jtellifx mill-bilanċ li għandu l-kwadru. Aktar riċerka tista’ tixħet dawl ġdid u tiċċara din l-attribuzzjoni. Il-kwadru ma jibqax opra iżolata fuq l-artal talKunċizzjoni. Aktar tard jiżdied wkoll kwadru bi xbieha tal-Ispirtu s-Santu li jkompli jikkonsolida s-simboliżmu mixtieq. L-artal kompla jiżżejjen fl-1693 bil-bini talprospettiva b’żewġ kolonni.14 Iżda l-artal jidher li jiġbed lejh devozzjoni mġedda meta għall-ħabta tal1737 jitqiegħed fuqu kwadru tal-bambin Ġesù.15 Fi ftit taż-żmien d-devozzjoni li jnibbet titkattar u twassal għal għotjiet ta’ deheb u fidded b’ringrazzjament għal wegħdi milqugħa. Il-kwadru tal-Bambin Ġesù hu tabilħaqq eċċezzjoni għaliex l-enfasi kienet fuq figura jew xbieha tax-xemgħa f’urna maħduma apposta u li diversi parroċċi kienu akkwistaw sa dan iż-żmien.16 Fl-1779 jasal wkoll il-korp sant ta’ San Innoċenzju li kompla seddaq l-importanza ta’ dan l-artal bħala ċentru ta’ qima u kult.17 Il-korp ta’ San Innoċenzju martri kien parti minn grupp imdaqqas ta’ relikwi ta’ qaddisin li nġiebu minn Ruma minn nofs is-seklu tmintax ’l quddiem. Il-fdalijiet kienu jissawru flgħamla tal-figura umana mlibbsin bil-ħwejjeġ naturali li donnhom jreġġgħu lura fost il-ħajjin lill-qaddis mixħut minn tulu rpużat. Bla dubju wħud minnhom

kebbsu devozzjonijiet ġodda li jagħtuhom importanza u mertu. Il-korp ta’ Santa Liberata, mogħti lill-Knisja talPatrijiet Kapuċċini fl-1752, jwassal biex il-knisja ssir magħrufa bħala ta’ Santa Liberata minkejja li d-dedika tal-knisja u l-kwadru titulari huma lejn Santa Barbara.18 Il-kult ta’ San Kurunat fin-Nadur (Għawdex) jsir importanti daqs dak tat-titular tal-Parroċċa (San Pietru u San Pawl) u saħansitra jinħatar kopatrun u protettur tal-parroċċa.19 San Valentinu f’Ħal Balzan jsir it-tieni patrun tal-parroċċa wara Marija Annunzjata.20 Bħal filkaż ta’ San Innoċenzju, bosta minnhom jinġarru lejn il-knejjes rispettivi tagħhom b’sollennità u f’atmosfera ta’ festa.21 Fl-istess żmien li nġab dan il-korp sant għallparroċċa tal-Imqabba, jingħata ieħor ta’ San Klement martri lill-parroċċa tal-Għarb (Għawdex). Inċiżjoni tax-xbieha ta’ San Innoċenzju turi l-qaddis minn tulu f’urna elaborata.22 Il-qaddis jidher mistrieħ bħal donnu f’raqda, b’sejf fejn riġlejh u palma simbolu tal-martri f’idu x-xellugija. Tidher wkoll urna fejn saqajh li probabbilment kellha xi fdalijiet mid-demm tal-qaddis. Ix-xbieha taqbel ma dawk li nsibu f’parroċċi oħrajn u nistgħu ngħidu li kien hemm stil għal dawn ix-xbihat li San Innoċenzju martri kien wkoll maħdum fuqu.

Referenzi

1 2 3 4 5 6 7 8 9

10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21

Dettall mill-kwadru tal-Immakulata Kunċizzjoni li juri l-qassis iqaddes u l-erwieħ tal-Purgatorju.

. Madonna tal-Gilju Mqabba

22

L. Zammit, Descrizioni Storica tal-Knisja Parrokkjali tal-Mqabba, Malta 1927, 11 AOM, Liber Conciliorum Status, 1672-1686, f. 49v. C. Farrugia, ‘Il-Pesta fl-Imqabba; ġerħa ta’ 320 sena ilu’ fil-Kunsill Lokali Mqabba, nru. 7, Awwissu 1996, 8. N. Buttigieg, ‘Terra Micabba fi Żmien l-Ordni ta’ San Ġwann’, f’C. Farrugia, L-Imqabba mal-Medda taż-Żmien, Malta, 1998, 55. Dettalji dwar il-viżta pastorali jinsabu fl-artiklu ta’ Simon Mercieca f’dan il-ktieb. L. Zammit, op.cit., 14-17. Dettalji dwar il-viżta pastorali jinsabu fl-artiklu ta’ Simon Mercieca f’dan il-ktieb. Il-kwadru jinsab fis-sala tal-knisja li fiha jinħażen l-armar u jinħtieġlu attenzjoni immedjata u restawr. Dwar Stefano Erardi ara B. Scicluna, ‘A Stylistic Analysis of Stefano and Alessio Erardi’s Paintings’, Teżi mhux ippubblikata, Dipartiment tal-istorja tal-Arti, Università ta’ Malta, 1997. Għal introduzzjoni għal Stefano Erardi li tiġbor fiha attribuzzjonijiet ġodda ara K. Sciberras, Baroque Painting in Malta, Midseabooks 2009, 207-237. K. Sciberras, op. cit., 228. J. Debono, Art and Artisans in St John’s and other Churches in the Maltese Islands ca. 1650-1800, Malta, 2005, 111. K. Sciberras, 2009, 249-251 Informazzjoni dwar il-Viżta Pastorali ta’ Mancini tinsab fl-artiklu ta’ Simon Mercieca f’dan il-ktieb. A. (rkivju tal-) K.(attidral) M.(dina), Conti Micabiba 1688-1744, Box 46, No. 2a. f. 9. Dettalji dwar il-viżta pastorali jinsabu fl-artiklu ta’ Simon Mercieca. S. Debono, ‘Il-Vara u l-Altar tal-Madonna tar-Rużarju’ filProgramm Festa Għaqda Mużikali Beland, Malta, 2006. Dettalji dwar il-viżta pastorali jinsabu fl-artiklu ta’ Simon Mercieca. J. Garzia, Il-Kapuċċini fil-Kalkara: Storja u Devozzjonijiet, Malta, 2003, 6980 D. Camilleri, San Koronatu Martri Meqjum fil-Knisja Kolleġġjata Bażilika tan-Nadur, Malta, 2004, 58, 59. G. Dimech, Ħal Balzan – Ġrajjietu sa l-1999, Malta, 2004, 138,139. Għal deskrizzjoni tal-wasla ta’ San Innoċenzju fl-Imqabba u l-festi li saru are J. Bonello, ‘Il-Festi Kbar li saru fl-Imqabba għall-wasla tal-Martri San Innoċenzju, Ġrajja tal-1779 li ma għandha tintesa qatt’, Leħen is-Soċjetà Mużikali tal-Ġilju, (Malta 1994), 69. Kopja ta’ din l-inċiżjoni propjetà tal-editur ta’ din il-pubblikazzjoni qed tkun pubblikata wkoll f’dan il-Programm tal-festa mad-diskors ta’ Dr Charles Farrugia li sar fil-ftuħ tal-Ġnien Madonna tal-Ġilju.

155


AFDA ALUMINIUM WORKS No.10, Sqaq il-Mitħna of Mqabba Road, Qrendi email: info@afdaaluminium.com Tel: (00356) 21483389 Mob: (00356) 99428912 / 99885657

ID-9 TA’ APRIL 1942 Michael Dingli

Kien jum sabiħ minn tar-rebbiegħa, Ix-xemx fis-sema hekk kaħlanija. Kien jum ta’ gwerra, jum ta’ tbatija; Ġuħ, għaks u faqar, u mwiet bla ħtija. Meta bħas-soltu s-skiet inkiser, Intlemaħ l-għadu fis-sema kwiekeb. Kullħadd mifxul, kollha sogħbiena, Kullħadd imbeżża’ mid-dell bla ħniena. Is-sema ddallam b’ħames biċċiera, Biex ħerba jagħmlu, lir-raħal tagħna. Tlett bombi ntefghu bla ebda ndiema U laqtu l-knisja, id-djar, u ltiema.

Għal kull xogħol ta’ Aluminium tal-għola kwalità

Hekk kif il-qilla tal-għadu ntemmet, Kulħadd imbikkem ħareġ mix-xelter. Min jgħin l-imweġġa’, min mal-imnikkta, Min ċass iħares, miblugħ fis-sikta. In-nies dlonk daħlet ġo fdal il-knisja, Bil-koppla mwaqqa’ b’debrien miksija. In-nava msejħa, tal-Kunċizzjoni, Itwaqqgħet kollha, sas-sagristija.

ALL N’ 1

Missirijietna, mdemmgħa għajnejhom, B’diqa ġo qalbhom, jħarsu ħosbiena Lejn il-borġ ġebel tan-niċċa mirduma Fejn l-Immakulata kienet meqjuma.

Dr. Nikola Zammit Street, Si©©iewi

It-tindif beda bil-qalb u l-ħeġġa Il-kotra għenet, imdejqa, imbikkija. U oħroġ l-għaġeb fin-niċċa ntlemaħ Wiċċ -il Madonna bil-ħlewwa mogħnija!

Tel: 00356 21462360

Il-wiċċ hekk safi, b’kuraġġ imlihom, U d-dmugħ ta’ niket, sar dmugħ ta’ serh. L-istatwa nkixfet qawwija w sħieħa, B’għajnejha jleqqu; x-xena ta’ ferħ!

Clothes • Underwear • Baby Items • Shoes Hand Bags • Households • Gifts Monday to Fridy 9.00am till 12.30pm • 4.30pm till 7.15pm Saturday 9.00am till 12.30pm

All’n1 Siggiewi

Ras il-kefrija biss kienet tkissret U ħadd ma sabha f’dak id-debrien. `Viva tal-Ġilju’ , kulħadd kien għajjat, `Madonna, għinna, ‘tina l-ħelsien!’ Riproduzzjoni meħuda mill-ktieb tal-Festa tas-sena 1984

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

157


ID-9 TA’ APRIL 1942: 75 Anniversarju minn Jum ta’ Kefrija, Ħerba u Fidi fl-Imqabba .

Ricerka u kitba ta’ Dr Charles J. Farrugia BA(Hons), PGDip.Rec.Mgmt., MA, MA(Lond), PhD(Aber)

Lejn l-aħħar tas-snin tletin tas-Seklu Għoxrin l-Ewropa intlaqtet minn konflitti kbar li wasslu għal telfien ta’ ħajja, tiġrif ta’ propjetà u bidla mill-qiegħ f’dik li hi struttura ġeo-politika internazzjonali. Malta mhux talli ma kienitx salvata minn dan kollhu, anzi pjuttost kienet fil-qalba u milquta fil-laħam ilħaj. L-aktar żoni milquta f’pajjiżna kienu dawk tad-dawra tal-port u dawk li bħal l-Imqabba kienu jmissu ma ajrudrom. Nistgħu ngħidu li l-Imqabbin għaddew martirju sħiħ matul it-Tieni Gwerra Dinjina, bid-9 ta’ April 1942 jkun il-qofol tal-kefrija, ħerba u mwiet... iżda wkoll kien jum ta’ fidi. Dan l-artiklu hu omaġġ għal dawn l-Imqabbin. Hu tifkira ta’ 75 sena ta’ storja. Hu ukoll memorja ta’ storja oħra kerha fil-ħajja tal-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni u tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju. Ejja naraw flimkien it-tħejjijiet, l-avvenimenti, t-tbatijiet u l-konsegwenzi.

Il-knisja parrokkjali ta’ qabel il-Gwerra

Sa jum id-9 ta’ April 1942 l-Imqabba kient tgawdi ħajja trankwilla madwar il-knisja parrokkjali. Ħajja li ddur max-xogħol fil-barrieri u l-egħlieqi, imwaqqfa għal perjodi ta’ rivalità fil-ġimgħat taż-żewġ festi prinċipali, imma fuq kollox, b’sens ta’ kommunità qawwija. Fl-artiklu tiegħi bl-isem ‘L-Imqabbin

Il-knisja kif kienet tidher sa qabel it-Tieni Gwerra Dinjija bil-koppla l-antika.

158

jgħixu żmien il-gwerer u l-emigrazzjoni’ fil-ktieb editjat minnhi L-Imqabba mal-Medda taż-Żmien (1998) kont ippublikajt ċifri interessanti meħuda mill-pubblikazzjoni Mageos tal-1947. Dak iż-żmien kien hemm 44.5% tal-Imqabbin jaħdmu f’xogħol marbut mal-barrieri. Wieħed jista jimmaġina meta kważi nofs il-popolazzjoni tax-xogħol taħdem flistess raħal, u meta ħafna minn nisa ma kienux jaħdmu, l-importanza li kellha l-knisja parrokkjali fiċ-ċentru tal-ħajja tal-Imqabbin. Minħabba l-viċinanza għal mitjar ta’ Ħal Luqa l-Imqabba kienet ukoll fl-għajn ta’ diversi viżitaturi barranin li minħabba r-rabta tagħhom mas-servizzi kien jgħaddu mill-qrib tal-Imqabba u jikkummentaw jew bil-ktibiet tagħhom jew inkellha b’pinzellati ħfief li bihom jimmarrkaw fuq it-tila l-esperjenzi u ħsus tagħom. Wieħed minn dawn kien Quentin Hughes, isem rinomat ma’ kull min iħobb l-arkitettura. James Quentin Hughes twieled ġewwa Newsham Park f’Liverpool l-Ingilterra fit-28 ta’ Frar 1920. Study ġewwa Wales u beda l-istudji fl-arkitettura Quentin Hughes fl-Università ta’ Liverpool

Pittura minn Quentin Hughes minn naħa ta’ Triq Valletta.

Festa 2017

L-abbozz tal-pittura tal-koppla l-antika minn Filippo Venuti miżmum b’għożża għand l-espert tal-arti John Zammit.

Pittura ta’ Quentin Hughes minn Triq Santa Katarina.

. Madonna tal-Gilju Mqabba

Il-Perit Giovanni Barbara li skond Dun Lawrenz Zammit iddisinja l-knisja tal-Imqabba.

159


fl-1937. Fl-1940 ivvolontarja għal mar-Royal Artillery u ġewwa Malta kien stazzjonat fil-48/71 D Battery RA. Fl-1956 hu ppublika The Buildings of Malta 1530-1795, u ħareġ diversi xogħolijiet oħra dwar Malta fis-snin ta’ wara. Interessanti li Hughes pitter żgur tliet xeni fl-Imqabba, tnejn minnhom li juru l-knisja u li qed ikunu riprodotti f’dan l-artiklu, u ieħor tat-torri Vincenti fejn hu kien stazzjonat għal xi żmien. Irrid hawn nagħti kredtu lil Perit Conrad Thake li ġibidli l-attenzjoni għal dawn ix-xogħolijiet li kienu pubblikati f’Jimmy Quentin Hughes, Who Cares Who Wins minn Charico Press fl-1998. Ħassejt li jkun xieraq li jkunu pubblikati hawn kemm bħala omaġġ lejn Hughes iżda wkoll għaliex juruna kif kienet tidher il-koppla u l-pajsaġġ tal-madwar bilkulur qabel id-9 ta’ April 1942.

L-Imqabbin fi tħejjija għal Gwerra

Bħala tħejjija għad-difiża tal-gżira twaqqfu diversi diviżjonijiet ta’ suldati Maltin li servew ta’ appoġġ għall-forzi Ingliżi fid-difiża tagħhom tal-gżejjer Maltin u tal-Imperu. Fost dawn il-korpi nistgħu nsemmu l-Malta Auxiliary Corps imwaqqaf fl-1939. L-iskop ta’ dan il-korp kien dak li jiġbor voluntiera li jagħtu appoġġ permezz ta’ vetturi, ħafna minnhom tagħhom stess, kif ukoll servizzi ta’ manutenzjoni u għajnuna. Sezzjoni oħra ta’ voluntiera kienet ilMalta Volunteer Defence Force jew il-Home Guards li twaqqfu b’avviż ippublikat fil-gazzetta tal-Gvern tal-1 ta’ Ġunju 1940. L-għan prinċipali ta’ dawn kien li jirribattu lill-attakki mill-ajru tal-għadu. Ma’ dawn wieħed irid iżid lista sħiħa ta’ gruppi oħra ta’ rekluti li flimkien iffurmaw sistema komplikata iżda effettiva ta’ difiża tal-gżejjer Maltin. L-imsieħba kienu jiġu minn kull belt u raħal.

L-Imqabbin li servew fil-Malta Home Guard waqt it-Tieni Gwerra Dinjija kienu dawn: Abdilla John - Tal-Marsus - Hospital Alley Briffa Paul - Il-Lampa - 43, Parish Street Briffa Angelo - Il-Lampa - 43, Parish Street Bondin Saver - Il-Ganga - 16, Alley St Basil Bugeja Saviour - Coy. Comdr. - 32, St. Catherine Street Cutajar Joe - Il-Luger - 74, Valletta Road Camilleri Carmel - Il-Kavall - 26, Parish Street Camilleri Carmel - Iċ-Ċirvil - 6, St Basil Street Camilleri John - Ta’ Kalċi - 87, Parish Street Camilleri Joe - Ta’ Rokku - 37, Valletta Road Ellul Joseph - Ta’ Katrinu - 70, Parish Street Farrugia Anthony - Ta’ Ċinċla - 15, St Basil Alley 1 Farrugia John - Tal-Parent - 57, Parish Street Farrugia Philip - Tal-Ġandarm - 42, St Basil Street Farrugia Feliċ - Tal-Kazza - 11, Parish Street, Alley 5 Galea Vincent - Ix-Xiħ - 101, Parish Street Galea Anthony - Tal-Ħaxxej - 88, St Basil Street Galea John - Taż-Żokra - 76, Parish Street Galea Feliċ - Ta’ Lippu - 40, Church Square Magro Saver - Tal-Bażżi - 35, Valletta Road Psaila Gerald - Tal-Leri - 15, St Catherine Street Tabone Grezzju - Tal-Għawdxi - 5, Innocent Street Xuereb Anthony - Tan-Naqri - 70, Valletta Road Zammit Joseph - Ta’ Filfla - 1, Alley, Valletta Road Zammit Paul - Ta’ Filfla - 18, Valletta Road Zammit Lewis - Adm. Officer - 5, Carmel Street Zammit Matthew - Tal-Mejlaq - 20, Valletta Road Zammit Rev. M. - Chaplain - 27, Parish Street

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

Diskorsi tal-okkażjoni u spezzjonar tal-Home Guard tal-Imqabba mill-Ġeneral Mc Scobie quddiem l-iskola primarja fl-1941.

161


BRIAN GREEN FUNERAL SERVICE Irrikorru 30, Main Street, Żurrieq Tel: 21642738 Rustica, Massabielle Street, Qrendi Tel: 21642508 Mob: 99497959, 99494880, 99230850 email: bgreen@maltanet.net

Kif jidher f’din il-lista, , il-Company Commander tal-Home Guard fl-Imqabba kien Saviour Bugeja. Hu jiftakar li barra r-Reġiment tal-Hampshire kien hemm ukoll dawk magħrufa bħala Buffs li kienu alloġġjati fid-dar ta’ Mr Agius, li kien emigrant ritornat u li kellu dar rekwiżizzjonata mill-Gvern fi Triq Santa Katarina. Hawn ġew alloġġjati diversi suldati. Ftit ‘il fuq kien hemm dar oħra li fiha saret Officers’ Mess. Fiha kien ipoġġi l-Kmandant Green u s-2nd in-command Capt. George Hogan. Il-Parent Unit kienet tissuplixxi l-armi lil Home Guard u kellha l-obbligu li tagħti taħriġ bħal rifle shooting, grenade throwing u assault. Saviour Bugeja għadu jiftakar sew il-parata tal-Hampshire Regiment Band taħt it-tmexxija talĠeneral Mc Scobie ġewwa l-Imqabba fl-1941. Din il-parata li saret quddiem l-iskola primarja kellha l-iskop li tgħolli l-moral tan-nies. Bħala Platoon Commander jiftakar lil Pasquale Ciantar li aktar tard emigra lejn l-Amerka. Bħala inċentiv għal dawn il-voluntiera kien hemm fond żgħir ta flus li kien jieħu ħsiebu Liaison Officer. Dan kien jikkonsisti fit-tqassim tas-sigaretti kif ukoll birra li imbagħad l-istess suldati kienu jbiegħu. Mill-profitt kien twaqqaf fond li minnu jsiru attivitajiet mużikali. Saviour Bugeja kien responsabbli għal dan id-divertiment li kien isir ġewwa garage li ngħatalhom temporanjament minn Lippu tal-Oħxon, qrib l-iskola. Għal dan il-għan, is-Sur Bugeja kien iġib gruppi, l-aktar miż-Żurrieq, sabiex idoqqu l-vjolini u l-kitarri. Bħala dmirijiet, il-Home Guard ma kellhomx x’jaqsmu max-xelters. Kien l-ARP li ried jara li n-nies jinżlu fix-xelters u li jirraportaw il-ħsarat. Il-Home Guard kienu mħarrġa sabiex jilqgħu u jittrattaw ilparaxutisti tal-għadu minħabba l-biża’ kostanti ta’ invażjoni. Dmir ieħor kien l-għassa ma jaqta’ xejn mal-postijiet tad-dħul lejn l-irħula. L-Imqabba kellha tliet postijiet ta’ dħul mgħassa. Dawn kienu f’tarf Triq il-Belt Valletta, fid-daħla mill-Qrendi u n-naħa ta’ fuq fi triq lejn is-Siġġiewi. Dawk għassa kienu jkunu armati. Saviour Bugeja għadu jiftakar okkażjoni meta kien se jispiċċa ħażin. Hu kien dieħel bir-rota u għall-għajta ta’ Feliċ tar-Reġina ‘Halt, who goes there’ ma weġibx. L-isparatura fl-ajru ħallietu b’qatgħa kbira. Iżda l-preparamenti kienu bdew ferm qabel. Fit30 ta’ Awwissu 1939, beda t-tqassim tal-maskli talgass mill-Għassa tal-Pulizija tal-Imqabba. Fl-istess perjodu l-Mobile Gas Chamber kienet iddur l-ibliet u l-irħula sabiex tgħallem kif kellhom jintużaw dawn il-maskli.

L-Air Raid Wardens fl-Imqabba kienu dawn: Lewis Zammit - 5, Carmel Street Nazzareno Spiteri - 2, Church Square Alfred Bugeja - Parish Street Carmel Camilleri - 23, Parish Street Joseph Bugeja - 36, St Catherine Street Saviour Bugeja - 36, St Catherine Street Joseph Galea - 14, Hospital Alley Joseph Galea - 59, Valletta Road Anthony Borg - 49, St Catherine Street Carmel Galea - 23, St Basil Street Anthony Camilleri - 61, Valletta Road Joseph Baldacchino - 50, Our Lady of Sorrows Street Francis Grech - 2, Carmel Street Paul Farrugia - Pear Street Pasquale Ciantar - St Catherine Street Annunziata Bugeja - St Basil Street Giovanna Zammit - 51, St Basil Street Judith Grech - 1, Carmel Street Gina Attard - Parish Street Innoncenza Zammit - 1, Valletta Road Carmela Mallia - 23, St Basil Street Paolina Spiteri - Church Square Annie Mangion - 90, Parish Street Ġuża Sammut - 89, Parish Street Michelina Zammit - 50, St Basil Street Għalkemm il-gwerra bdiet fl-1 ta’ Settembru 1939, il-gwaj għal Malta beda fl-10 ta Ġunju 1940. Dakinhar Benito Mussolini ddikjara gwerra fuq Franza u l-Ingilterra. L-ewwel attakki fuq Malta seħħew nhar it-Tlieta 11 ta’ Ġunju 1940 fis-6.55 ta’ filgħodu. It-Taljani ħabtu għal gżiritna b’għaxar ajruplani Savioa Marchetti SM 79. Dan kollu kellu jkun il-bidu ta’ eluf ta’ attakki mill-ajru fuq gżiritna. Dawn l-attakki huma deskritti ferm tajjeb minn Nicola Malizia, hu nnifsu nvolut fl-Aeronautica Taljana. Rigward l-ajruport viċin tal-Imqabba hu jgħid hekk ‘...Luqa ( o Mikabba), situato a sud di La Valletta, era l’aeroporto meglio attrezzato dell’isola, disponendo gia’ a quel tempo di ben quattro piste incrosiate in cemento, piazzole di decentramento, ricoveri e attrezzature efficaci......’ Din il-perspettiva ta’ min kien fuq in-naħa l-oħra tal-konfront tispjega għaliex l-Imqabba sofriet tant mill-attakki mill-ajru. Iżda tajjeb naraw ukoll il-veduti ta’ min kien qed jikkumbatti għal gżiritna. Frenċ Attard, ex-suldat mill-Imqabba jgħidilna hekk: ‘Fil-gwerra kont suldat mal-RMA u kont stazzjonat Santu Rokku x-Xgħajra.......... lejn Ħaż Żabbar...... kienu ilhom jgħidu għax kienu jitkellmu, kienu jgħidu

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

163


‘Issa ġejja l-gwerra . . . dalwaqt jibbumbardjawna’. . . . . dakinhar li bdiet il-gwerra kont bil-leave, iżda ġie għalina s-surġent u kulħadd kellu jirritorna l-barracks . . . l-għada għamel l-ewwel air raid.’

L-ewwel imwiet

Mal-ewwel twerżiqa tas-sirena n-nies tħawdu u imbagħad twerwru hekk kif l-ajruplani Taljani bdew iħottu t-tagħbija ta’ bombi li kellhom fuq artna. L-air raid dam b’kollox erba’ siegħat, u kien propju f’dan l-attakk li l-Imqabba sofriet l-ewwel vittma fost uliedha. Ġużeppi Ellul, writer fl-uffiċċju tal- Water Works f’Raħal Ġdid, intlaqat f’Porte des Bombes. Inġarr immedjatament lejn l-Isptar Vincenzo Buġeja fil-Ħamrun fejn miet dakinhar stess.

Ġużeppi Ellul – vittma Mqabbi fl-ewwel jum talattakki fil-11 ta’ Ġunju 1940.

In-nies kienu milquta u xxukkjati b’dak kollu li beda jiġri madwarhom. Bdiet evakwazzjoni kbira ma’ Malta kollha. Daqs mitt elf refuġjat telqu djarhom fl-ewwel ġranet tal-gwerra iżda n-numru uffiċjali sal-bidu ta’ Awwissu kien ta’ 81,540. Minkejja l-organizzazzjoni kollha, id-diffikultajiet ma naqsux. Fl-1 ta’ Awwissu 1940, l-ARP District Committee tal-Imqabba kiteb lil P.W. Sanson dwar id-diffikultajiet kbar li kien hawn fl-Imqabba. Waħda mill-problemi kienet in-nuqqas ta’ sirena li dwarha kiteb diversi drabi l-kappillan ta’ dak iżżmien Dun Lawrenz Spiteri. Bħal f’irħula oħra, fl-Imqabba kien jeżisti kumitat imsejjaħ Committee for Shelter Improvement. Dan kien magħmul mill-Kappillan, il-Protection Officer u s-Surmast tal-iskola primarja. Fl-10 ta’ Ġunju 1941, dan il-Kumitat, magħmul minn Rev. Lawrenz Spiteri, is-Sur George Mangion u s-Sur Lewis Zammit għamel rapport dwar is-sitwazzjoni tax-xelters flImqabba. Dan ir-rapport innota, li peress li x-xelters tal-Imqabba kienu minn tal-ewwel li bdew jitħaffru ,

ma kellhomx il-kumdità li beda jkun hemm f’xelters oħra aktar riċenti f’irħula oħra. In-numru kbir ta’ refuġjati li ġew l-Imqabba wara l-attakki fuq l-ibliet kien qed iwassal għall-iffullar fix-xelters filwaqt li l-qawwa tal-attakki wasslet, sabiex dawk li qabel kienu jistkennu f’xelters privati, jabbandunawhom u jużaw xelters pubbliċi. Dan kollu kien qed iwassal għal kriżi sanitarja u morali. Is-sitwazzjoni kienet qed tiggrava ruħha peress li l-viċinanza tal-ajruport kienet qed twassal biex numru kbir ta’ ħaddiema hemmhekk jiġu jistkennu fix-xelters tal-Imqabba. Ir-rapport jagħlaq b’talba lill-awtoritajiet sabiex itejbu u jestendu x-xelters li kien hemm. Għal dan ir-rapport, fit-28 ta’ Ġunju 1941 wieġeb id-direttur tal-Edukazzjoni li qal li l-popolazzjoni f’Ġunju 1941 kienet ta’ 1803 filwaqt li kien hemm xelters pubbliċi li jiksu medda ta’ 4224 pied kwadru, jiġifieri 2.3 pied kwadru għal kull persuna. Ma’ dan wieħed irid iżid 4122 pied kwadru ta’ xelters privati li jġibu total ta’ 3.1 pied kwadru għal kull persuna. Jidher iżda li l-insistenza għal titjib fix-xelters tat riżultat pożittiv għaliex is-Sur G.N. Nunn ordna li jinbeda xogħol ta’ estensjoni fuq 17-il xelter ġewwa l-Imqabba, anke jekk kien meħtieġ jittieħdu ħaddiema għal dan il-proġett minn irħula oħra. Ixxelters pubbliċi li fihom stkennu l-Imqabbin matul l-attakki tat-Tieni Gwerra Dinjija kienu dawn: Isem tax-Xelter u n-numru ta’ nies li setgħu jistkennu fih [Adulti - Tfal] Triq il-Parroċċa (fi Triq is-Siġġiewi) [42 - 24] Triq il-Parroċċa [33 - 16] Triq il-Parroċċa (Sqaq Nru. 5) [28 - 17] Triq il-Parroċċa [44 - 23] Triq il-Parroċċa [33 - 20] Pjazza tal-Knisja [31 - 17] Pjazza tal-Knisja [41 - 28] Triq Santa Katarina [52 - 37] Triq Santa Katarina [41 - 34] Sqaq l-Isptar [63 - 25] Triq San Basilju [26 - 21] Triq San Basilju (Sqaq Nru. 1) [22 - 13] Sqaq San Basilju [57 - 30] Triq il-Lanġasa [23 - 17] Triq Valletta [34 - 20] Triq Valletta [42 - 24] Triq Valletta [34 - 17] Ma’ dawn wieħed irid iżid numru konsiderevoli ta’ xelters oħra privati. Diversi xelters intradmu jew tneħħew minħabba l-iżvilupp tal-bini. Mhux l-ewwel darba li waqt li jkunu qed jitħaffru xi trinek jinstabu bokok ta’ xelters li kienu jintużaw matul ilgwerra li għaddiet.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

165


Nistgħu ngħidu li sa dak iż-żmien ir-raħal tagħna kien għadu ma ntlaqatx direttament mill-attakkii tal-għadu. Dan ma jfissirx li t-tbatija ma kinitx tinħass. Il-ħidma organizzattiva kollha kienet issir fl-Uffiċċju tal-ARP. L-uffiċċju tad-District Committee fl-Imqabba kien f’numru 5, Triq il-Karmelu. Fid-9 ta’ Lulju 1940, is-Segretarju ta’ dan il-kumitat is-Sur Lewis Zammit talab sabiex erba’ Air Raid Wardens ikunu jistgħu joħorġu minn djarhom wara l-curfew jiġifieri fit-8.30 pm sabiex jaqdu dmirijiethom lejn il-popolazzjoni. Dawn kienu Rev. Lawrenz Spiteri, Kappillan, Dun Gerald Mangion, Dun Ġużepp Xuereb u l-istess Zammit. Kien ġie deċiż ukoll li s-sinjal ta’ twissija ta’ attakki mill-għadu jsir permezz ta’ sparar ta’ stuppini (maroon)wieħed kull għaxar sekondi minn fuq Kastilja. Dan kellu jservi ta’ messaġġ lill-ħmistax-il għassa, fosthom dik talImqabba. L-għassa tal-Imqabba kellha tkun fornuta b’sitt kanen u sittin stuppin u sservi ta’ sinjal għażŻurrieq, il-Qrendi, is-Siġġiewi u Ħal Safi.

Il-jum l-iswed – 9 ta’ April

Is-sena 1942 kienet waħda terribbli għall-poplu Malti. Dan għaliex l-importanza ta’ Malta fil-Battalja tal-Mediterran kienet fl-aqwa tagħha. Fi kliem ilPrim Ministru Ingliż Winston Churchill ‘....the interrelation between Malta and the desert operations was never so plain as in 1942, and the heroic defence of the island in that year formed the keystone of the prolonged struggle for the maintenance of our position in Egypt and the Middle East.’ F’April 1942 ġie kkalkulat li ntefgħu 6738 tunellata ta’ bombi. Minnhom niżlu madwar 805 tunellata fuq il-mitjar ta’ Ħal Luqa, u madwar 750 tunellata oħra fuq Ħal Far. Din il-ħsara bilfors laqtet b’xi mod ukoll fuq irraħal tal-Imqabba. Ħsara konsiderevoli saret fl-air raid numru 1955 fl-1 ta’ April 1942. L-attakk kollu dam ħames siegħat u erbatax-il minuta u fih fost oħrajn intlaqtu l-Imqabba, il-Marfa, l-Isla, San Ġiljan, il-Gżira, Ħal Għaxaq, il-Gudja, Ħal Luqa, il-Qrendi, Ħaż Żabbar u l-Furjana. F’dan l-attakk, bomba splodiet fuq il-post

numru 55, Triq il-Belt Valletta u waqqgħet dan ilpost u ta’ maġenbha. Saret ħsara wkoll f’żewġt’idjar oħra. Ħadd ma kien rappurtat li weġġa f’dan l-inċident. Kif diġà għidna, April tal-1942 kien xahar li fih il-Maltin raw il-ħruxijiet fl-aqwa tagħhom b’attakki ma jaqtgħu xejn. Fil-fatt matul ix-xahar ta’ April 1942 kien hemm 282 alert. Kien ukoll f’dan ix-xahar li pajjiżna sofra telfiet kbar f’dak li hu patrimonju artistiku tal-gżira. F’April biss 5,715 ajruplan tefgħu l-bombi tagħhom fuq gżiritna, b’1,658 minnhom f’ġimgħa waħda. Ta’ min jinnota li kien fis-7 ta’ April 1942 li twaqqa’ t-Teatru Rjal fil-Belt u fid-9 ta’ April 1942 intlaqtet il-koppla tal-knisja tal-Mosta li b’xorti tajba ma ġietx distrutta flimkien ma’ diversi knejjes u siti oħra ta’ patrimonju kbir. Fil-ktieb ta’ George Hogan Malta: The Triumphant Years 1940-43 insibu deskrizzjoni tajba ħafna ta’ dak li ġara fid-9 ta’ April 1942, fir-raħal tagħna. Ta’ min jgħid li Hogan kien suldat mar-Royal Hampshire Regiment, u diġà semmejnieh fil-memorji tas-Sur Saviour Bugeja u kien ferm qrib tal-Imqabbin tul dawk iż-żminijiet diffiċli. F’paġna 59 hu jgħid hekk: ‘Meta l-bombers waslu fuq l-Imqabba, ħafna nies tar-raħal kienu diġà semgħu s-sirena u marru għall-kenn fix-xelters. Iżda xi morda u xjuħ kienu għadhom fi djarhom. It-tabib u l-Protection Officer kienu weqfin waħedhom f’kamra apposta fejn setgħu jikkuraw ilmidruba, iżda ħadd ma kien qed jistenna dik il-ħruxija kollha ta’ attakki diretti. Dawk it-toroq dojoq ma kinux post li tista’ toqgħod fihom waqt attakk bħal dak u meta kulħadd fehem is-salvaġiżmu tal-attakk u ppruvaw jaslu fix-xelters, mhux kulħadd irnexxielu. Ilgwerra għalihom spiċċat hemm, fit-terrapien, miksija mit-trab safrani. Grupp tal-istreċer talkumpannija D tal-Hampshire Regiment waslu fuq il-post iżda ftit li xejn setgħu jagħmlu’

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

Silta mir-rapport ta’ Air Raid 2042 li ħa bejn is-12.45 u s-2.12 ta’ wara nofsinhar tad-9 ta’ April 1942 u li fih twaqqgħet il-koppla. (Arkivji Nazzjonali ta’ Malta, ARP).

167


CACHIA ALUMINIUM (Mario Cachia)

140, “Spring Valley” Blat il-Qamar Road Siġġiewi

Mob: 79099836

F’dan il-passaġġ Hogan kien qed jirreferi għallfamilja Busuttil. Bomba li ġiet fil-pjazza qatlet lil Ġanna Busuttil ta’ 42 sena, u wliedha Mary ta’ 15-il sena u Salvina ta’ 13-il sena. Fl-istess jum weġġa wkoll Lawrence Mangion (ta’ Pexxu) ta’ 61 sena. F’dan l-attakk l-Imqabbin tilfu diversi opri tal-arti fil-Knisja Parrokkjali. Waqt it-tiġrif talkoppla nqabdu fil-garigor tal-kampnar Dun Gerald Mangion, is-Sagristan Toni Mallia u Karmenu Magri. Il-ħsara kienet estensiva. Il-koppla ġġarfet għal kollox u kien hemm ħsarat fil-kappellun talKunċizzjoni. Fost l-opri artistiċi l-Imqabba tilfet altar maġġur magħmul minn irħamijiet prezzjużi fosthom malakite, il-bankun tal-istatwa talMadonna tal-Ġilju, il-Korp ta’ San Innoċenzu, il-kor, l-orgni, gandlieri u tiżjin ieħor. In-nuqqas ta’ ċerti opri li nqerdu għadu jinħass sa llum. Wara l-attakk tad-9 ta’ April 1942, il-funzjonijiet reliġjużi bdew isiru fil-kappella ta’ San Basilju. Il-ħerba u l-knisja mwaqqgħa baqgħu stampati f’moħħ l-Imqabbin daqskemm f’moħħ barranin bħal George Hogan li ddeskriva l-attakk salvaġġ tad-9 ta’ April f’din ilpoeżija: MQABBA – NAZI QUARTER OF AN HOUR A quarter to one; you can hear the clock chime. We’re proud of the clock and we love the old church. It is glorious spring and we look at the time Though the weird banshee wails and we hear the Hun search. The drone of the planes and the rushing of wind! The thunder! The lightning! The tall buildings lurch. Bomb dust and bricks! (O God, have we sinned?) The debris, the craters, the hole in the church. The ruin of homes, the stone and the dead. The paintings of saints and the priest in his frock. The clock tower intact, though its heart must have bled. For its pulse beats no more, and it stares – one o’clock! George Hogan.

Il-knisja mġarrfa.

Dettall tal-koppla u l-pittura li tidher fil-ġnub.

ra ai ti a el eati Ru t utti ar Re toratio

BARTMIX du trial o e ara e o , re di o reu e arua a a oo o

Il-familja Busuttil li tilfet ħajjita f’dak il-jum ikrah.

L-esperjenzi ta’ dan il-każ huma ħafna. L-Imqabbi Saviour Bugeja kiteb it-tifkiriet tiegħu f’artiklu li ġie ppublikat mill-Università tat-Tielet Età. Hu jiftakar kif wara l-attakk u t-tiġrif tal-knisja parrokkjali, Dun Ġużepp Xuereb offra li jidħol sabiex jittrasporta s-sagrament. Anthony Galea u l-istess Bugeja offrew li jakkumpanjawh. Xi anzjani jirrakkuntaw li Dun Ġużepp offra li jorbtu ħabel sabiex jekk jintradam ikunu jafu fejn jinsab. Is-Sagrament ittieħed filkappella ta’ San Basilju li wara aktar minn 344 sena reġa’ serva għal ftit żmien bħala knisja prinċipali.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

169


Id-danni għall-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni

Gottfried Catania Photography

Id-9 ta’ April 1942 kien ifisser ukoll daqqa ta’ ħarta għall-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni. Kienu diversi l-opri artistiċi u armar li nqered peress li l-agħar parti milquta kien il-Kappellu talAgunija u l-Kunċizzjoni. F’dan l-artiklu ser ngħamlu referenza għal tliet opri artistiċi milquta. Dawn huma l-bankun tal-vara tal-Madonna tal-Ġilju li nqered għal kollox, l-altar li sofra ħsarat kbar u tiċrit fil-kwadru tal-Immakulata Kunċizzjoni u n-niċċa talistatwa tal-Ġilju li fiha l-istatwa intradmet u soffriet ħsara minima. Il-bankun ta’ taħt il-vara tal-Madonna tal-Ġilju li nqered fid-9 ta’ April kien xogħol l-iskultur Senglean Saverio Oliva (1850-1931). Għall-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba Oliva ħadem il-pulptu fl-1897 fuq disinn tal-Professur Nicola Zammit u mħallas minn Dun Ewġenio Mallia u P. Paul Galea u mżanżan fil-festa tal-Ġilju. Ħadem wkoll żewġ konfessjonarji (1911) u l-antiporta tal-bieb il-kbir tal-knisja parrokkjali (1917). Il-bankun u l-bradella tal-vara tal-Madonna tal-Ġilju Oliva ħadimhom fl-1914. Jidher li minn dan il-bankun salvat biss il-bradella li wara ftit tażżmien inbiegħet lill-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Reġina (Marsa) u għadha tintuża għall-vara titulari sal-lum. Il-bradella hi maħduma fuq disinn bilanċjat li jżewwaq xogħol fin fl-interzjar u dekorazzjoni fl-istil tal-perjodu Vittorjan ma’ rużuni dekorattivi li jibbilanċjaw id-dehra ġenerali tal-bradella u jagħtuha dehra raffinata. Kien ta’ sodisfazzjon kbir li għal-ktieb tiegħi Sicut Lilium: Devozzjoni u Ritwal tul is-Sekli kont sibt id-disinn ta’ dan il-bankun u ġie ppublikat għall-ewwel darba f’dak il-ktieb.

Dettall ċentrali tal-interzjar fuq il-bradella li llum tintuża fil-festa ta’ Maria Regina l-Marsa.

Altar

Peress li l-aktar milqut kien in-naħa tas-sagristija li llum insejħula l-ġdida, il-kwadru tal-Immakulata Kunċizzjoni sofra ħsarat. Tajjeb naraw ftit l-importanza ta’ dan il-kwadru mill-aspett kemm artistiku kif ukoll dak devozzjonali. L-ewwel deskrizzjoni tal-kwadru tinsab fil-Vista Pastorali tal-1686 mill-Isqof Cocco Palmieri. Jidher li sa dak iż-żmien il-kwadru kien fih biss ix-xbiha talImmakulata u Sant’ Anna għaliex ix-xena ta’ saċerdot iqaddes u l-erwieh tal-purgatorju tissemma għallewwel darba mill-Isqof Gaspare Gori Mancini fiż-żjara li għamel l-Imqabba fl-1 ta’ Mejju 1723. L-viżti pastorali jagħtuna żewġ dati għal din l-opra; l-kwadru jidher li sar għall-ħabta tal-1686. Ix-xena bl-erwieħ tal-purgatorju żdiedet mhux aktar tard minn Mejju 1723. Dan il-kwadru fih prestiġju artistiku u analiżi dwar il-provenjenza tiegħu saret mill-istoriku tal-arti u kuratur tal-Mużew Nazzjonali tal-Arti Sandro Debono fil-ktieb editjat minni Sicut Lilium. Fl-opinjoni meqjusa ta’ Debono dan il-kwadru hu xogħol żewġ artisti Maltin li ħadmu separatament

Triq Lazzru Pisani Siggiewi Fully equipped Photographic Studio and Digital Workstation Large selection of Frames and Albums

SPECIALIZING IN WEDDINGS AND STUDIO PHOTOGRAPHY, INCLUDING HOLY COMMUNION AND CONFIRMATION SESSIONS OPENING HOURS: MON – WED – FRI 4:00 to 7:00pm SAT 9:00am TO 1:00pm Telephone: 9947 4629

email: gottfried71@gmail.com

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

Disinn tal-bradella u l-bankun l-antik tal-vara tal-Madonna tal-Ġilju.

171


minn xulxin, fi żminijiet u għal raġunijiet differenti. Il-partijiet oriġinali li kienu juru biss lil Sant’Anna u l-figura tal-Madonna huma stilistikament qrib ixxogħol tal-pittur Stefano Erardi (1630-1716). L-id l-oħra li nilmħu fil-kwadru żiedet ż-żewġ sħabiet żgħar fil-għoli, waħda fuq kull naħa tal-Madonna, li jsawru sfond għal żewġ pari żewġ puttini fuq kull naħa. Il-parti ta’ isfel fejn jidhru l-erwieħ quddiem l-artal tal-quddiesa hija xogħol l-istess id u ż-żewġ passaġġi huma tabilħaqq inferjuri fil-kwalità għallbqija tal-kwadru. Dan jidher li jista’ jkun xogħol ta’ Pasquale Buhagiar li nafu li miet f’Marzu 1711 fl-età ta’ 45 sena. Pasquale kien skultur u pittur, missier il-pittur Ġian Nicola Buhagiar (16981752). L-istess Debono jgħid li hemm bżonn approfondiment ta’ din l-analiżi biex l-attribuzzjoni tiġi msaħħa. L-avveniment tad-distruzzjoni tal-altar tal-Immakulata qed inkun imfakkar f’dan il-ktejjeb b’analiżi tal-kwadru tal-Immakulata mill-istess Debono kif ukoll ritratt meħud mill-fotografu Joe P. Borg u li qed ikun pubblikat fuq il-qoxra tal-istess ktejjeb. Il-ħsara tal-altar wasslet ukoll biex jinqered ilkorp ta’ San Innoċenzju li kien meqjum b’għożża

kbira sa minn tmiem is-Seklu Tmintax fuq dan l-altar. Peress li l-altar fir-rikostruzzjoni tal-knisja ċkien u daħal aktar il-ġewwa sabiex ikun jista anke jiffaċilita l-bidla minn siġġijiet għal bankijiet l-istatwa l-ġdida ta’ Sant’Innoċenzju imxiet għal taħt l-altar titulari. In-niċċa tal-vara tal-Madonna tal-Ġilju ukoll intradmet. Ħafna anzjani Mqabbin jiddeskrivu b’dettal it-tensjoni meta neħħew ġebla wara oħra sabiex jaraw x’kien id-destin tal-istatwa. Kienu mumenti ta’ emozzjoni u biki bil-ferħ meta skoprew li l-vara baqgħet mhux mittiefsa bi ftit ħsara biss f’ras is-serpent. Għal-kommunità Mqabbija dan kien miraklu li baqa msemmi u li anke meta żar l-Imqabba l-Gvernatur il-kappillan ħass il-bżonn li juri din l-istatwa lil Gvernatur. Dan minkejja li ż-żjara tal-Gvernatur saret tliet snin wara l-avvenimenti tal-1942. Prova ta’ kemm kien reali r-riskju għal vara tal-Ġilju, u mirakuluż il-ħelsien tagħha hu rikors li Carmelo Caruana, Prokuratur tal-Fratellanza talImmakulta għamel fis-26 ta’ April 1944 sabiex jiġbed il-flus biex isir it-trasport tal-vara talMadonna tal-Ġilju lura fil-knisja wara r-restawr u biex tinbena niċċa temporanja għal kenn tal-vara

L-altar tal-Immakulata Kunċizzjoni wara t-tiġrif.

Silta mill-gazzetta li tgħid li waqt iż-żjara tal-Gvernatur ġie muri l-vara li ħeslita mit-tiġrif minkejja li ntradmet – b’referenza ċara għal vara tal-Madonna tal-Ġilju.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

173


sakemm tinbena mill-ġdid in-niċċa li tfarrket għal kollox fid-9 ta’ April 1942. Għalkemm l-enfasi dwar ħsarat dejjem kienet dwar il-koppla tal-knisja, kien hemm diversi inħawi u siti storiċi oħra li ġew affettwati. Wieħed minn dawn kien it-Torri Vincenti li sofra ħsarat fit-12 ta’ April 1942.

Qawmien Ġdid

Joseph Darmanin Wrought Iron Works

L-Imqabbin ma baqgħux jibku xortihom. Middew għonqom għax-xogħol u bil-ħila ta’ ulied Imqabbin bnew mill-ġdid. Isem sinonimu marrikostruzzjoni tal-Imqabba kien Baskal Xuereb. Iben il-Mastru tal-bini Paolo Xuereb midd għonqu għax-xogħol, jiddisinja, jfassal, jibni u jħeġġeġ. L-akbar proġett li wettaq kien il-bini mill-ġdid talkoppla u l-faċċata tal-każin tal-Ġilju. Fl-1 ta’ Mejju 1947 il-kappillan Imqabbi Dun Ġerald Mangion kiteb rikors lill-Isqof Mikiel Gonzi li fih infurmah li x-xogħol ta’ rikostruzzjoni kien lest u li kien imiss il-bini tal-koppla.(AAM, Supp, 1947 (II), v. 303, f. 276r. 2) Dan wara li fl-20 ta’ Novembru 1945 kienu ħarġu l-permessi għall-istess rikostruzzjoni mill-Gvern. Fir-rikors li ġie preżentat fil-Kurja fil-5 ta’ Mejju 1947 Mangion issottometta d-disinn talkoppla l-ġdid xogħol il-perit minn Ħal Luqa Andrea Micallef. B’mod sottili Mangion ipoġġi wkoll għallapprovazzjoni l-bidliet prinċipali li kien qed iħeġġeġ il-perit mid-disinn tal-koppla l-antika għal dik ilġdida, liema tibdiliet kienu kkawżaw oppożizzjoni

Il-pjanta għall-koppla l-ġdid mar-rikors.

for all kinds of

e:

66 089

16, Palm Street, Tarxien 766 089 Mob: 9986 09 99

70

It-Torri Vincenti wara l-ħsarat li ġarrab fil-Gwerra.

Ir-rikors tal-kappillan Imqabbi għal-bini tal-koppla l-ġdida.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

175


minn sezzjonijiet tal-popolazzjoni Mqabbija. Ilbidliet Mangion jispjeghom bħala li l-koppla tkun 4 piedi ogħla mill-kampnar u li filwaqt li l-istil arkitettoniku tal-knsija hu wieħed Ioniku, l-koppla tinbena fi stil Korint. Jidher li l-proġett ma kienx bogħod millkontroversja bl-aktar punt kritiku jkun il-forma differenti u aktar imponenti tal-koppla l-ġdida minn dik aktar baxxa ta’ qabel. Kien hemm ukoll min irewwah firdiet a bażi ta’ festi, ta’ l-affiljanza tal-partit ta’ min qed jibni u ta’ liema dekorazzjoni għanda ssir fuq it-twieqi – hux ġilji jew ward. Dan joħroġ ċar minn dak miktub mill-istess Baskal meta l-proġett tlesta u fil-ħsibijiet li hu bagħat lil sħabu tal-Ġilju.

99 Valletta Raod Imqabba 9 ta’ Awissu 1948

Discount Detergent Shop

Triq Filippu Farrugia, Ûurrieq (Ódejn il-MuΩew tal-Bniet)

Tel: 2164 7070 • Mob: 7720 8974 Email: magic.clean.zurrieq@gmail.com G˙all-Offerti u SorpriΩi mill-A˙jar: • Punti Doppji • Free Deliveries • Prodotti b’Xejn • Bonus Card • L-Or˙os u l-A˙jar Prezzijiet

Magic Clean – The Heart of Magic Prices

Sur Segretarju, Irċivejt l-ittra tiegħek li għoġbok tibgħatli għan-nom tal-Kumitat u tal-membri kollha talkażin Lily Band u li fiha bgħatt tirringrazzjani talli erġajna waqqafna l-knisja tagħna bil-koppla b’kollox li ġiet imġarrfa fi żmien il-gwerra. Iva, l-ittra kkonsolatni ħafna, għax it-taħbit li tħabatna ad unur u glorja t’Alla ġie apprezzat bil-miktub minn aktar min-nofs il-popolazzjoni tal-Parroċċa għalkemm il-bqija apprezzatu wkoll għax is-skiet hekk ifisser. Fil-kors tax-xogħol iltqajna ma’ xi diffikultajiet u xi kritika ma naqsitx ukoll imma bl-għajnuna ta’ Alla kollox sofrejna u x-xogħol baqa’ sejjer dritt bħal bastiment li jifred u jaqsam il-mewġ qawwi u jibqa’ miexi dritt għallport xorta waħda bħallikieku baħar bnazzi. U x-xogħol sar, ma korra ħadd għaliex ilBambin dejjem ħarisna, u l-istorja tibqa’ tixhed lill-ġenerazzjonijiet ta’ warajna illi bil-għajuna ta’ Alla, kollox jista’ jsir. Jien nirringrazzjakom bil-qalb tal-ħsieb hekk nobbli kif ukoll nirringrazzja bil-qalb lillkumitat u lill-membri kollha tal-każin u nitlob ukoll taċċetta illi l-mertu ta’ dan ix-xogħol ma kienx tiegħi waħdi. Baskal Xuereb

Baskal Xuereb (bil-wieqfa fuq wara fit-tarf) flimkien ma hutu Ġużeppa, Dun Ġużepp u ommu Innoċenza u missieru Paolo.

Baskal jissorvelja x-xogħol tal-koppla f’April 1947.

Arkivju Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, Mqabba, Korrispondenza, 9 ta’ Awissu 1948.

Jitqedu aktar ċnagen fiċ-ċinturin tal-koppla f’April 1947.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

177


Magri SHOP DIAMON D JUBILEE SQUARE, MQABBA

Mob: 7972 9699

Free Delivery

It-tifkira fl-4 ta’ Novembru 1979

For the best quality of fresh and frozen meat

Opening Hours: Tuesday: 7.00am - 12.00pm 3.30pm - 7.00pm Wednesday: Morning Closed 3.30pm - 7.00pm Friday: 7.00am - 12.00pm 3.00pm - 6.00pm Saturday: 7.00am - 1.00pm

Mario Service Station 3D Wheel Alignment Car Accessories such as shock absorbers, brake pads, stereos, etc. Nag˙mlu xog˙ol ta’ • punctures

Tifkiriet denji

Dan l-avveniment baqa minqux fi qlub l-Imqabbin u almenu ma ntesiex kif tħassru mill-memorja kollettiva ċertu avvenimenti u personaġġi storiċi, bħal dawk tal-Ewwel Gwerra Dinjija. Tifkira li fiha ġiet imbierka lapida bl-ismijiet tad-dsatax-il vittma tal-Tieni Gwerra Dinjija mill-Isqof Mikiel Gonzi saret fl-4 ta’ Novembru 1979. Dakinhar il-President ta’ Malta l-E.T. Dr Anton Buttigieg sellem lil dawn il-vittmi. Ta’ kull sena f’jum l-Imqabba l-Kunsill Lokali jfakkar lil dawn l-eroj. Tifkira oħra tal-75 sena saret il-Ħadd 9 ta’ April 2017 organizzata mill-Kappillan tal-Imqabba Dun John Curmi. Fiha l-kelliemi u analista kien is-Sur Mario Farrugia, President tal-Fondazzjoni Wirt Artna. Minbarra li s-Sur Farrugia hu espert f’dak kollhu li hu militari b’mod speċjali għal perjodu tat-Tieni Gwerra Dinjija, hu wkoll Imqabbi. B’għajnuna minn nies li rriċerkaw is-suġġett hu niseġ storja ta’ kif sar l-attakk. Fl-istess serata nqara djarju miktub minn Ġużeppa Briffa li għexet din il-ġrajja ta’ tfajla u t-tifkira ta’ anzjana ukoll peress li kienet preżenti għall-din it-tifkira. Fl-istess lejla ittellgħet wirja kurata mill-Kanonku Dr Jonathan Farrugia u li fiha kien hemm għal wiri diversi fdalijiet mit-tiġrif tal-Gwerra fosthom il-Kwadru l-antik tal-Immakulata Kunċizzjoni li wara l-ħsara li ġarrab inbidel għal dak impitter minn Cleto Luzzi fl-1949. Jidher li issa l-pass li jmiss hu li dan il-kwadru jiġi restawrat biex jerġa jidgawda mill-ġdid mill-komunità Mqabbija u mid-diversi devoti tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba.

• computerised wheel balance • computerised wheel alignment • general service • car & motor batteries

Ûurrieq Road, Safi • Tel: 2764 1419

Ħajr Speċjali: Perit Conrad Thake, Daniel Cilia, Kanonku Dr Jonathan Farrugia, Kanonku Dr Nicholas Doublet, Saviour Bugeja, John Zammit (B’Kara), Daniel Cilia, Stephen Camilleri, Leonard Callus u Mario Farrugia (Wirt Artna).

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

179


PROFIL DR. CHARLES FARRUGIA Awguri mill-Qalb Kitba ta’ Marousca Cauchi Debattista

Bosta minna jafu lil Dr. Charles Farrugia bħala t-tifel tal-prokuratur tal-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni, l-mibki Joseph Farrugia, oħrajn jafuh bħala storiku Mqabbi jew bħala l-awtur ta’ bosta artikli fosthom f’dan is-souvenir programme, kif ukoll kotba fosthom Tal-Ġilju, l-Banda u s-Soċjetà u Sicut Lilium fost l-oħrajn. Hawn min jafu wkoll bħala wieħed mill-pedini importanti fl-arkivji u l-istorja tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju. Dr Charles Farrugia kien ukoll l-ewwel P.R.O. fittwaqqif tas-Sezzjoni Żgħażagħ lura fl-1993. Dr. Charles Farrugia huwa l-Arkivist Nazzjonali ta’ pajjiżna. Għal dawn l-aħħar ħmistax –il sena huwa wkoll iservi bħala lecturer ġewwa l-Università ta’ Malta fid-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji. Ftit tal-ġimgħat ilu, propju fl-20 ta’ Lulju li għadda, l-Università t’Aberystwyth ppremjat lil Charles biddottorat għall-istudju tiegħu fl-Archives and Records Management. Filfatt dan it-titlu jagħmel lil Dr. Farrugia l-ewwel Malti li kiseb id-dottorat f’dan il-

qasam. L-istudji ta’ Dr Farrugia matul issnin komplew iżidu l-kredenzjali tiegħu, mhux biss fir-raħal tagħna iżda wkoll fuq bażi nazzjonali. It-triq għad-dottorat ma kinitx waħda qasira, anzi, tmur lura 28 sena fejn bosta minna forsi anke jiftakruh librar ġewwa l-iskola primarja tar-raħal tagħna – l-Imqabba. Wara li kiseb l-Baċellerat u aktar tard il-Masters fl-Istorja mill-Università ta’ Malta, huwa kompla l-istudji tiegħu ġewwa l-Università ta’ Northumbria ġewwa Newcastle u l-University College ta’ Londra. Il-perseveranza u x-xewqa għat-tagħlim tiegħu ma waqfux hemm u wasluh għall-aħħar kisba tiegħu, id-dottorat millUniversità ta’ Aberystwyth. Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju xtaqet tgħaddi l-awgurju tagħha lil Dr. Farrugia tal-kisba importanti fl-istudji tiegħu filwaqt li tirringrazzjah tal-kontribut siewi w uniku tiegħu lejn is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju f’qasam tant importanti għal soċjetajiet bħal tagħna.

Pizza • TimPana • meaT Pies • PasTizzi • QassaTaT • sausage Rolls

We accept orders for Parties 31, Paola Hill, Paola

Tel: 2169 6937

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

181


ĠRAJJIET U RIFLESSJONIJIET Marbutin Mad-Deheriet Ġewwa Fatima Kitba ta’ Massimo Farrugia

F’għeluq l-ewwel ċentinarju minn dawn il-ġrajjiet (1917 - 2017)

Motor tests services Ltd Anna Maria Grech Managing Director

Bld. 50, Industrial Estate, Luqa LQA 3000 Tel: 2122 1316 Mob: 9906 1316 Email: metallic@nextweb.net.mt For all your VRT requirements: Heavy commercials vehicles Light commercials, 4x4, Quad Bikes & Light cars Mon - Fri : 8.00am - 4.30pm sat : 8.00am - 12.00pm

speciAL oFFer

For every booking with Britania Tours, you get a VRT Voucher for FREE Tel: 2124 5418 Email: sales@bsl.com.mt

Minn fost il-viżjonijiet kollha Marjani, dawk relatati mal-Madonna ta’ Fatima huma fost l-aktar popolari. Kien fit-13 ta’ Mejju, 1917 li l-aħwa Franġisku u Ġaċinta Marto, ta’ 9 u 7 snin rispettivament u l-kuġina tagħhom Luċija dos Santos ta’ 10 snin, li ħadu l-merħliet tagħhom biex jirgħaw fuq l-għoljiet ta’ missier Luċija, magħrufa bħala Cova da Iria meta raw figura ta’ mara liebsa l-abjad u żżomm kuruna tar-rużarju. Wara din l-ewwel dehra, il-Verġni Marija taħt it-titlu tal-Madonna tar-Rużarju dehret lit-tlett itfal fit-13 ta’ kull xahar minn Mejju sa Ottubru tal-1917 u lil Luċija waħedha għas-sebà darba fl-1920. Il-messaġġ ta’ dawn id-dehriet huwa primarjament is-sejħa għall-indiema, riparazzjoni u impenn fil-ħajja tat-talb. F’dak iż-żmien, l-Ewropa kienet iddominata mill-Ewwel Gwerra Dinjija, b’użu ta’ armi krudili li ħadd qatt ma kien ra bħalhom qabel u li swiet il-ħajja ta’ iktar minn 37 miljun ruħ. Il-Portugall, l-art tad-dehriet, barra li kienet qed tibgħat lil uliedha għall-mewt fi Franza u fl-Afrika ta’ Fuq, internament kienet ukoll għaddejja minn żminijiet diffiċli; kawża tar-rivoluzzjoni tal-1910 fejn il-monarkija ġiet mibdula ma’ sistema politika ġdida li sseparat il-Knisja mill-Istat. Il-membri tar-Repubblika Portugiża xejn ma kienu jissimpatetizzaw mal-Fidi, imma għall-poplu, il-Fidi kienet vitali daqs in-nifs għall-ħajja. Fil-belt imbiegħda ta’ Moscow fir-Russja, Lenin kien qed jipprepara rivoluzzjoni li permezz tagħha jkun qed jieħu t-tmexxija Russa u li eventwalment jaħtaf nofs il-popli tad-dinja ta’ dak iż-żmien. Kien f’dan il-kuntest li twassal il-messaġġ tal-Madonna ta’ Fatima biex jipprovdi doża kuntrarja għall-ħażen soċjali u morali tad-dinja tal-bidu tas-seklu 20.

It-tfulija ta’ Luċija, Ġaċinta u Franġisku

Kien f’Aljustrel, villaġġ fil-parroċċa ta’ Fatima, li Luċija, Franġisku u Ġaċinta kienu mwielda u mrobbija f’familji fejn il-katekiżmu kien il-ħobża ta’ kuljum, ir-rikreazzjoni tagħhom mibnija fuq stejjer mill-Bibbja u l-kelma tas-saċerdot kienet qawwija u rispettata. Luċija dos Santos, kienet l-iżgħar fost sebà aħwa, imwielda lil Antonio u Marija Rosa Santos fit-22 ta’ Marzu 1907. Kienet tifla sempliċi b’għajnejha żoroq u b’karattru eċċezzjonali fejn tfal oħra kienu jfittxuha minħabba l-kwalitajiet sbieħ li kellha. Imżejna bid-don

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

183


tal-memorja, Luċija kienet tgħallmet il-katekiżmu u rċeviet is-Sagramenti tal-Qrar u l-Ewkaristija fletà ta’ 6 snin. Ta’ 9 snin, hija wkoll intgħażlet biex tkun katekista. Hi kellha tkun il-kumpann talkuġini tagħha Franġisku u Ġaċinta Marto fil-provi li akkumpanjaw lid-dehriet tal-Verġni Marija.

Id-Dehriet tal-Anġlu Kustodju tal-Portugall

Blue ro o venue, urrie Email: 4m autopartsmalta@gmail.com Mobile: 9964 538 Tel: 2 13 8219

Demsey Aluminium

Manufacturers of Aluminium Windows, Doors, etc. Factory Tri il- ie , urrie Tel: 2168 9862 Mob: 9949 0381, 9942 2583

Qabel ma bdew id-dehriet tal-Madonna, ilProvidenza Divina riedet li t-tfal ikollhom esperjenza ta’ forza sopranaturali permezz tat-tliet dehriet talAnġlu Kustodju tal-Portugall matul l-1916. Fit-tieni dehra, l-Anġlu qalilhom: “Itolbu! Itolbu! Itolbu ħafna! Il-Qlub ta’ Ġesù u Marija għandhom pjan ta’ ħniena għalikom. Tiqfux toffru talb u sagrifiċċju lil Alla l-Għoli! Offru kulma tagħmlu bħala sagrifiċċju b’riparazzjoni għad-dnubiet li joffenduh, u itolbu għall-konverżjoni talmidinbin.”1 It-tfal kienu jitolbu t-talba li kien għallimhom l-Anġlu fl-ewwel dehra tiegħu: “Alla tiegħi, jiena nemmen fik, jiena nadurak, jiena nittama fik u jiena nħobbok. Jiena nitolbok maħfra għal dawk li ma jemmnux fik, ma jadurawkx, ma jittamawx fik u ma jħobbukx.” 2

Id-Dehriet tal-Madonna

Kien il-Ħadd, 13 ta’ Mejju, 1917, li hekk kif it-tfal kienu sejrin lura d-dar bil-merħliet tagħhom wara li dawl leħħ bħal berqa fis-sema, meta huma raw Sinjura sabiħa liebsa l-abjad fuq siġra tal-ballut tiddi iktar mixxemx, tleqq b’dawl aktar ċar u qawwi mid-dawl tax-xemx li jgħaddi minn ġo tazza mimlija bl-ilma ċar daqs il-kristall. Is-Sinjura liebsa l-abjad talbithom biex għal sitt xhur wara xulxin, fit-tlettax ta’ kull xahar fl-istess ħin iżuru dak il-post. Hi staqsiethom ukoll jekk iridux joffru lil Alla t-tbatijiet kollha li jibgħatilhom biex ipattu għad-dnubiet ta’ dawk li joffenduh biex jitolbu għall-konverżjoni tal-midinbin. Talbithom ukoll biex jgħidu r-Rużarju kuljum biex ikollhom il-paċi fid-dinja u tieqaf il-gwerra. Fit-tieni dehra, nhar l-Erbgħa 13 ta’ Ġunju, il-Madonna talbet lil Luċija biex titgħallem taqra. Għat-talba ta’ Luċija biex teħodhom il-ġenna, is-Sinjura qaltilha: “Iva, dalwaqt nieħu lil Ġaċinta u Franġisku, imma inti jeħtieġ tibqa’ hawn għal żmien itwal. Ġesù jixtieq jużak biex inkun magħrufa u maħbuba. Irid iwaqqaf fid-dinja d-devozzjoni lejn il-Qalb Immakulata tiegħi. Lil kull min iħaddan din id-devozzjoni, jiena nwiegħed is-salvazzjoni u l-erwieħ tagħhom ikunu maħbubin minn Alla bħall-fjuri li bihom inżejjen it-Tron tiegħu”. 3 Kien fit-tielet dehra nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Lulju, li l-Madonna fetħet idejha, kif kienet għamlet fix-xahrejn ta’ qabel u d-dawl li ħareġ minnhom donnu nifed l-art u t-tfal raw qisu baħar ta’ nar. Imwerwrin b’din iddehra terribli ta’ xjaten u bnedmin imbuttati ’l hawn u ’l hemm fin-nar mill-fjammi, il-Madonna qaltilhom bil-ġentilezza, imma fl-istess ħin bi swied ta’ qalb: “Għadkom kif rajtu l-infern fejn imorru l-erwieħ tal-imsejkna midinbin. Sabiex isalvahom, Alla jixtieq iwaqqaf fid-dinja d-devozzjoni lejn il-Qalb Immakulata tiegħi. Jekk tagħmlu dak li ngħidilkom jien ħafna erwieħ isalvaw, ikun hawn il-paċi u l-gwerra tispiċċa. Imma jekk in-nies ma jiqfux joffendu lil Alla, gwerra oħra agħar minn din tibda fi żmien il-Papa Piju XI.” 4 Il-Madonna talbet il-konsagrazzjoni tar-Russja lill-Qalb Immakulata tagħha u t-tqarbina ta’ riparazzjoni fl-ewwel Sibtijiet tax-xahar. Fl-aħħar nett, Marija qaltilhom: “Meta tgħidu r-Rużarju, wara kull posta għidu: ‘O Ġesù tiegħi, aħfrilna dnubietna, ħarisna min-nar tal-infern; ħu l-ġenna l-erwieħ kollha, speċjalment dawk li l-aktar għandhom bżonn tal-ħniena tiegħek’.” 5 Fix-xahar ta’ Awwissu, d-dehra ma seħħitx fit-13 tax-xahar billi t-tfal kienu maqfulin mill-Amministratur tal-Kunsill tal-Belt fl-uffiċċji tal-Belt u fil-ħabs għax riedhom jikxfu s-sigriet. Hu saħansitra offrielhom rigali prezzjużi ħafna għal dan il-għan, iżda huma weġbuh: “Ma ngħidulekx lanqas jekk tagħtina d-dinja kollha.” Kien fil-15 tax-xahar, il-festa tal-Assunta li reġa’ ħadhom lura lejn Fatima. Iċ-ċkejknin raw ir-rabà dehra filġranet ta’ wara u din id-darba qaltilhom li fl-aħħar xahar tagħmel miraklu biex kulħadd jemmen. Qaltilhom ukoll biex jagħmlu żewġ pjattaformi għall-ġbir tal-flus bl-għan li tiġi ċċelebrata l-Festa tal-Madonna tarRużarju u tinbena kappella.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

185


Misra ir-Repubblika, urrie

(fil-pjazza)

Mobile: 998 6494 Telephone: 2 02 8883 Il-Papa Piju XII ibierek l-istatwa ta’ Fatima li wara li daret l-irħula Maltin tpoġġiet fil-knisja ta’ Santa Katarina fil-Belt.

G. Camilleri Petrol Station CAR SERVICING WHEEL BALANCING CAR ACCESSORIES CRASH HELMETS

PUNCTURE REPAIRS CAR BATTERIES MOUNTAIN BIKES OILS & FILTERS

CAR WASH 24 HRS TEL: 2164 1647, 2164 7235

L-istatwa tintlaqa b’folol kbar kull fejn tittieħed.

Hekk kif dawn il-ġrajjiet kienu qed isiru aktar magħrufa fost il-poplu, fit-13 ta’ Settembru, it-toroq kienu kollha mimlija nies u kulħadd ried jara u jkellem lil dawn il-viżjonarji ċkejknin. Diversi nies minn kull klassi soċjali talbu lil dawn it-tfal ipoġġu t-talb tagħhom quddiem il-Madonna. Bħal dejjem, hekk kif it-tfal waslu f’Cova da Iria, ħdejn is-siġra tal-ballut bdew jgħidu r-Rużarju man-nies. Ftit wara, raw dawl millġdid u l-Madonna dehret fuq is-siġra. Hi qaltilhom: “Komplu għidu r-Rużarju biex tispiċċa l-gwerra. F’Ottubru jiġu Ġesù, il-Madonna taħt it-titli tad-Duluri u tal-Karmnu, kif ukoll San Ġużepp bilBambin Ġesù biex ibierek lid-dinja.”6 Kawża tal-missjoni li fdatilhom il-Madonna, it-tfal batew diversi sofferenzi fosthom umiljazzjonijiet, kurżità u kummenti spjaċevoli, żjajjar u domandi li ma jispiċċaw qatt, persekuzzjoni u ħabs. San Ġorġ Preca jikteb li “Marija trid li l-iskulari tal-Iben tagħha jagħdruha fid-duluri tagħha, u hekk jifhmu li s-sofferenzi huma ħwejjeġ prezzjużi fl-għajnejn ta’ Alla ladarba huwa tahom lillIben tiegħu u lill-omm tal-Iben tiegħu, Marija.” 7 Dun Ġorġ ikompli jgħidilna: “M’hemmx triq oħra quddiem Alla ħlief dik tad-duluri għal dawk li Alla għażel għalih. Kristu stess espressament qal li huwa ħabb ’il dawk li għażel, kif l-istess Missier tiegħu ħabb lilu, u lil dawk li kienu eqreb lejn il-qalb tiegħu lestielhom post maġenbu fuq il-Kalvarju biex isofru miegħu, speċjalment l-omm għażiża tiegħu li riedha preżenti għal dik ix-xena kollha doloruża tal-agunija u tal-mewt tiegħu.” 8 Minkejja x-xita qawwija, folol kbar ta’ nies attendew għad-dehra tas-Sibt 13 ta’ Ottubru. Dakinhar, isSinjura sabiħa lil Luċija qaltilha: “Nixtieq li hawnhekk tinbena kappella ad unur tiegħi. Jiena l-Madonna tar-Rużarju. Komplu għidu r-Rużarju kuljum. Il-gwerra dalwaqt tispiċċa u s-suldati jerġgħu lura d-dar.” 9 Bi swied il-qalb fuq wiċċha, Marija kompliet: “Għidilhom ma joffendux iżjed lis-Sinjur Alla għax diġà huwa offiż ħafna.” 10 Hawnhekk seħħ il-miraklu tax-xemx, li kien ġie mwiegħed tliet xhur qabel, bħala prova li d-dehriet ta’ Fatima kienu seħħew tassew. Ix-xita waqfet f’daqqa waħda u x-xemx daret dawra tonda tliet darbiet filwaqt li minnha ħarġu raġġi ta’ kuluri differenti: isfar, vjola, oranġjo u aħmar. Għaxar minuti wara, kollox reġa’ lura għan-normal. Sadanittant, ir-ragħajja ċkejkna kellhom il-grazzja li jaraw viżjonijiet oħra.

L-Approvazzjoni tad-Dehriet

ServiceS

Light VehicLes

ervice Repairs omputeri e iagnos cs Repairs Engine earbox verhauls

Kurt MifSud T ME

a il-Mit na M abba Roa , ren i Mob: 904 9543 Email: h igarage@gmail.com

Fl-1930, il-Knisja Kattolika pproklamat il-karattru sopranaturali ta’ dawn id-dehriet u ġie mibni santwarju ġewwa Fatima. Il-Papa Pawlu VI żar dan il-post fit-13 ta’ Mejju 1967, segwit mill-Papiet Ġwanni Pawlu II u Benedittu XVI fl-1982 u fl-2010 rispettivament. San Ġwanni Pawlu II kellu devozzjoni qawwija lejn il-Madonna ta’ Fatima. Wara li kien hemm tentattiv fuq ħajtu fl-1981, huwa assoċja l-fejqan tiegħu bħala intervent mirakoluż. Bħala turija ta’ apprezzament huwa qiegħed l-iskartoċċ fir-raġġiera tax-xbieha talMadonna. “Itolbu għal dan ħija li sparali, li jien sinċerament ħfirt. Magħqudin fi Kristu, bħala saċerdot u vittma, jiena noffri s-sofferenzi għall-Knisja u għad-dinja”, qal Papa Ġwanni Pawlu II f’dik l-okkażjoni. 11

L-Effett tad-Dehriet

Permezz tad-dawl li l-Madonna tat lill-viżjunarji meta dehritilhom, Franġisku kien iħoss b’mod qawwi ħafna l-preżenza t’Alla. Għalhekk, minn tifel żgħir moħħ ir-riħ, Franġisku sar għall-Madonna raġel żgħir, jgħid ħafna Rużarji. Il-bqija ta’ ħajtu għaddieha l-knisja jżomm kumpanija lil Ġesù moħbi fit-tabernaklu. Il-lejl qabel miet irċieva s-sagrament tal-Qrar u l-Ewwel Tqarbina b’mod l-iktar qaddis. Wara ħames xhur

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

187


Privat għat-tfal tas-sekondarja form 1, 2 u 3 fil-MateMatika 100 Triq Santa Marija, Ħal Tarxien Ikun hemm lezzjonijiet anke fix-xhur tas-Sajf

Ċempel: 79317436 jew 21436090

ta’ sofferenza kważi ma taqta’ xejn, it-tifel żgħir li kien iħobb ifarraġ lil Ġesù miet fl-ewwel ġimgħa tax-xahar nhar l-4 ta’ April, 1919. Il-Madonna għażlet lil Ġaċinta biex tkun il-qalb li twieġeb b’mod l-iktar perfett għax-xewqat tal-Qalb Immakulat ta’ Marija. Għalkemm ta’ età hekk żgħira, uriet maturità u ħeffa biex tisma’ t-tagħlim tal-Madonna li wassalha bil-mod il-mod għall-perfezzjoni. L-istrument li l-Madonna użat biex twassal lil Ġaċinta għal għotja iktar sħiħa u ġeneruża tagħha nnifisha kien l-għodda tas-sofferenza. Ġaċinta mietet mewta qaddisa fl-20 ta’ Frar, 1920. Ġisimha, flimkien ma’ dak ta’ Franġisku, jinsab midfun fil-Bażilika ta’ Fatima. Fis-sena 2000, il-Knisja bbeatifikat dawn iż-żewġt itfal biex tpoġġihom quddiemna bħala mudelli ta’ qdusija. Swor Luċija mietet fl-2005 fl-età ta’ 97 sena fil-kunvent ta’ Coimbra. Rigward il-ħajja ta’ Swor Luċija, l-Isqof ta’ Coimbra speċifika li Luċija kienet “xhieda u memorja ħajja tal-messaġġ ta’ Fatima għal kważi seklu sħiħ. Hi għexet il-ħajja virtuża billi għexet dan il-messaġġ fis-sempliċità, imma fl-istess ħin fil-ferħ li jaf jagħti l-Mulej lil dawk li jħobbuh.”

Il-Messaġġ ta’ Fatima llum

M’hemm l-ebda dubju dwar ir-rilevanza ta’ Fatima għalina llum. L-iktar dimensjoni importanti talġrajjiet ġewwa Fatima ma kinux il-fenomeni sopranaturali, imma l-messaġġ imwassal lit-tfal. Bil-ħarsien ta’ dan il-messaġġ, il-ħajja spiritwali tagħhom ġiet mgħollija għal-livell ta’ qdusija, li xhieda tagħha hija l-kanonizzazzjoni ta’ Ġaċinta u Franġisku. Il-veritajiet fundamentali li l-Madonna wrietna u fakkritna fihom ġewwa Fatima, għandna nżommuhom quddiemna biex infasslu ħajjitna fuqhom. Il-prattika tagħhom twassal għas-salvazzjoni tad-dinja u fuq kollox, għas-salvazzjoni tal-erwieħ. Jien u int nistgħu nibdew billi nosservaw ix-xewqat tal-Madonna ta’ Fatima kif ġej:

Penitenza u Riparazzjoni

Huwa fuq ix-xewqa ta’ Marija li nibdlu ħajjitna billi nirrinunzjaw għall-ħajja faċli tad-dnub u nitolbu maħfra għal dnubietna. Din twassalna biex noffru sagrifiċċji u naqdu d-dmirijiet tagħna ta’ kuljum mill-aħjar li nistgħu, naċċettaw ir-responsabbiltajiet tal-istat tal-ħajja tagħna u nobdu l-Kmandamenti t’Alla.

L-offerta tagħna nfusna lil Alla

Il-Madonna trid teħodna iktar ’il quddiem mill-penitenza u s-sagrifiċċji. Tridna naslu li noffru lilna nfusna lil Alla. Din tfisser iċ-ċaħda ta’ kollox sabiex ħajjitna tkun kollha kemm hi ta’ Alla. Din teħodna lura għallewwel u l-akbar kmandament ‘Ħobb lil Alla b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’saħħtek kollha’. Dan li jfisser l-abbandun totali f’idejn Alla, l-għotja totali tagħna nfusna lil Alla. San Ġorġ Preca jgħallimna li: “Alla jieħu gost kbir meta r-ruħ, kreatura ta’ jdejh, tintelaq b’abbandun totali fil-ħdan tal-providenza tiegħu, u din hija ħaġa ta’ perfezzjoni kbira. Wieħed b’hekk juri illi għandu fiduċja f’Alla, u b’hekk jagħtih glorja.” 12

Il-konsagrazzjoni lill-Qalb Immakulat ta’ Marija

Ir-rivelazzjoni speċjali ta’ Fatima, nistgħu ngħidu, li hi l-konsagrazzjoni tagħna nfusna lill-Qalb Immakulata ta’ Marija. Din il-konsagrazzjoni personali tista’ ssir b’diversi modi. Forma ta’ konsagrazzjoni li għandha rabta mill-qrib ma’ Fatima hija l-ilbies tal-labtu tal-Madonna tal-Karmnu. Min jilbes dan il-labtu jkun qiegħed jgħid li hu ta’ Marija. Huwa simbolu li jfakkar lill-persuna kkonsagrata li hi ta’ Marija u għalhekk jeħtieġ li tpoġġi ħajjitha għas-servizz tagħha u timitaha fil-virtujiet tagħha. L-ogħla forma ta’ konsagrazzjoni huwa meta l-persuna kkonsagrata tagħti kollox lil Ġesù permezz ta’ Marija – il-ħsibijiet, il-kliem, l-azzjonijiet, issofferenzi, kif ukoll dak kollu li għandna temporali u spiritwali. Din il-għotja hekk totali twassal biex Ġesù ma jirrifjuta xejn meta Ommu stess titlob għalina hi.

Ir-reċita tar-Rużarju kuljum

L-aktar parti faċli tal-messaġġ ta’ Fatima hija r-reċita tar-Rużarju. Din hija l-arma tal-Madonna kontra l-qawwiet kollha tal-ħażen. Papa Piju IX kien qal: “Agħtini armata li tgħid ir-Rużarju, u nirbaħ id-dinja.” Kull fejn dehret il-Madonna, mhux biss f’Fatima, hija xtaqet u talbet ir-Rużarju.

L-ewwel Sibtijiet ta’ kull xahar

Din id-devozzjoni tikkonsisti fi qrara, tqarbina, reċita ta’ ħames posti tar-Rużarju u kwarta meditazzjoni fuq il-misteri tar-Rużarju bl-intenzjoni ta’ riparazzjoni lill-Qalb Immakulata ta’ Marija. Il-Madonna wiegħdet li tagħti l-grazzji kollha neċessarji għas-salvazzjoni fil-punt tal-mewt lil dawk li jagħmlu dan għal ħames xhur wara xulxin. Fid-29 u t-30 ta’ Mejju 1930, Ġesù stess spjega lil Swor Luċija li din id-devozzjoni tal-ħames Sibtijiet iridha bħala riparazzjoni lill-Qalb Immakulata ta’ Marija.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

189


Mini Skip Service also available Leli Camilleri Leli Garage, Triq il-Madonna tal-Ìilju, Mqabba Tel: 9947 4468

F’Awissu 1948 grupp ta’ pellegrini fi triqtom minn Fatima għaddew għal żjara ta’ kortesija fil-Vatikan u ppreżentaw statwa ta’ Fatima għat-tberik mill-Papa.

L-istatwa tiddaħħal proċessjonalment ġewwa l-Imġarr.

Dan huwa l-qofol tal-messaġġ ta’ Fatima u għalhekk, min irid jista’ jibda jipprattika din id-devozzjoni individwalment jew jifforma grupp fil-familja tiegħu jew fost il-ħbieb. Dan jgħinna sabiex norjentaw il-ħajja tagħna iktar lejn Alla, speċjalment bil-prattika tat-talb u tas-sagramenti.

Konklużjoni

F’għeluq il-mitt anniversarju mid-dehriet tal-Madonna ta’ Fatima fil-Portugall, Papa Franġisku ddeċieda li jagħti l-opportunità tal-indulġenza plenarja lil dawk li matul is-sena tal-anniversarju, jiġifieri bejn is-27 ta’ Novembru 2016 u s-26 ta’ Novembru 2017, jew jagħmlu pellegrinaġġ lejn is-Santwarju ġewwa Fatima, jew jitolbu quddiem ix-xbieha tal-Madonna ta’ Fatima esposta għall-venerazzjoni tal-pubbliku fit-13 ta’ kull xahar bejn Mejju u Ottubru 2017 u jieħdu sehem f’ċelebrazzjoni ta’ talb ad unur il-Verġni Marija, jew filkaż ta’ dawk li minħabba età, mard jew raġuni serja oħra ma jistgħux jieħdu sehem f’dawn il-pellegrinaġġi msemmija hawn fuq, jistgħu jitolbu quddiem ix-xbieha tal-Madonna ta’ Fatima fit-13 ta’ kull xahar sabiex jingħaqdu spiritwalment ma’ ħuthom l-Insara f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. Huma jeħtieġ ukoll li joffru lil Alla, permezz ta’ Marija, it-talb u s-sofferenzi li jagħmlu f’ħajjithom.

Talba Jiena kollni tiegħek u kulma għandi hu tiegħek, O Ġesù l-iżjed maħbub. Noffrihulek permezz ta’ Marija Ommok l-iżjed Qaddisa. Jiena kollni tiegħek, Sultana u Omm tiegħi, u kulma għandi huwa tiegħek. Ammen.

Nota Editorjali: Ħsibna li f’dan l-anniversarju mid-deheriet ta’ Fatima nżewwqu l-kitba ta’ Massimo Farrugia b’ritratti storiċi ta’ kif il-Maltin faru bil-ferħ mal-miġja tal-istatwa ta’ Fatima f’Malta. Għal aktar informazzjoni dwar iż-żjara fl-Imqabba ara Charles Farrugia, Tal-Ġilju: Il-Banda u s-Soċjetà fl-Imqabba, 1995, p. 80. (Ħajr għal dawn ir-ritratti – Arkivji Nazzjonali ta’ Malta – Kollezzjoni Tony Terribile).

____________ Referenzi 1–6, 9-11 7–8 12

Kumitat Djoċesan tal-Madonna ta’ Fatima, Ħdejn Fatima Dehret, Malta, 1994 Societas Doctrinae Christianae, M.U.S.E.U.M., Dun Ġorġ, Il-Benedicta, Malta, 1997 Societas Doctrinae Christianae, M.U.S.E.U.M., Dun Ġorġ, Ġinnasju Spiritwali, Malta, 1935

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

191


IVAN’S GARAGE

Si©©iewi Road, Qrendi — Tel: 2168 0006 Mob: 7970 4143 E-mail: ivans.g@maltanet.net Panel Beater & Sprayer Repairs Insurance Claims Available Underseal & Rustproofing

Home Star Sofas Upholstery Enoch Farrugia Home Star Sofas, Industrial Estate Ħal-Farrug – Luqa Mob: +356 7970 9749 • E-mail: homestarsofas@hotmail.com Find us on Facebook: Home Star Sofas

CHARLES, WALDEMAR U ANTHONY: Tlett Żgħażagħ Maltin f’Nofs Gwerra Imdemmija Kitba ta’ Dr. Gioconda Schembri

Dr. Gioconda Schembri

Xi ftit tas-snin ilu, kien ġie f’idejja il-ktieb ta’ John Mizzi ‘Gallipoli: the Malta Connection.’ Dan il-ktieb jittratta dwar ir-rwol ta’ Malta fl-Ewwel Gwerra Dinjija, u jitkellem fost l-oħrajn dwar il‘Maltese Labour Corps’ grupp ta’ madwar elfejn ħaddiem li marru Gallipoli u Salonika biex jgħinu lit-truppi ta’ l-Alleati. Isemmi wkoll kif Malta bdiet tissejjaħ bħala ‘l-Infermiera tal-Mediterran’, wara li eluf ta’ suldati Ingliżi u Anzacs (ilkorp ta’ truppi ta’ l-Awstralja u New Zealand) li kienu indarbu, ġew ikkurati b’għożża kbira fi sptarijiet militari Maltin. Peress li kemm missieri Vincent u ommi Tereża (li bħali hija Mqabbija magħrufin bil-laqam ‘Tas-Sur Ċikka’) jiftakru it-Tieni Gwerra Dinjija sew, minn dejjem kont familjari malkontribut kbir li tat Malta f’dik il-gwerra, iżda ftit li xejn kont naf dwar il-konflitt tal-1914-1918. Għalhekk kienet sorpriża għalija li insib ktieb sħiħ dedikat fuq dan is-suġġett. Ħaġa oħra li laqtitni kien meta Mizzi semma li kien hemm għadd ta’ Maltin li wara li kienu emigraw, kienu ingħaqdu ma’ l-armata tal-Kanada, Stati Uniti, l-Awstralja u anke ta’ New Zealand. Meta faqqgħet l-Ewwel Gwerra fl-1914, il-Maltin fl-Awstralja u New Zealand ma kienux jgħoddu aktar minn ftit mijiet, imma 53 minnhom inkitbu biex jiddefendu l-Imperu Ingliż.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

193


Zahra Trading & ProPerTies LTd Building ContraCtors & ExCavation Works Mob: 9949 6196 / 9964 0957 / 79390384 • E-mail: construction@zahraltd.com

Supplies of Concrete & Concrete Blocks Crane Hire & Plant Hire Siġġiewi Road, Ta’ Kandja, L/O Mqabba Tel: 2164 0957 • Mob: 9942 4689 Fax: 2164 1601

Specializing on Commercial Vehicles Prop. Mark Stagno

Email: mark.stagno@hotmail.com

Il-Festa t-Tajba lil kul˙add

Fost dawn l-Anzacs Maltin, kien hemm anke ġuvni mill-Imqabba, Andrew Camilleri li qabel ma emigra lejn l-Awstralja kien joqgħod fi Triq Santa Katerina, mhux ‘il bogħod mid-dar li twelidt fiha jien. (Ara wkoll l-artiklu ta’ Dr Charles J. Farrugia fl-edizzjoni tal-programm tal-festa 2015 ‘Infakkru l-memorja ta’ Andrew ‘Andrea’ Camilleri, eroj Imqabbi tal-Ewwel Gwerra Dinjija’). Kien hemm ukoll tlett żgħażagħ oħra Maltin imsemmijin fil-ktieb, Charles Bonavia u Anthony Xuereb mill-Belt u Waldemar Beck mill-Imsida, li dawn ukoll bħal Andrew kienu iddeċidew li jemigraw lejn l-Awstralja, mimlijin tama għal futur aħjar. Charles, Waldemar u Anthony kienu saru ħbieb meta bdew jattendu il-Liċeo flimkien u wara studjaw l-arkitettura fejn gradwaw bħala periti u inġiniera mill-Università ta’ Malta fl1911. Meta fittixt fil-lista tal-istudenti għas-snin 1900-1911 miżmumin fl-arkivji tal-Università ta’ Malta, sibt ukoll li fl-istess żmien kien jattendi wkoll Joseph Xuereb mill–Imqabba li huwa issekond kuġin t’ommi. Joseph ‘il quddiem sar qassis, aktar magħruf mal-Imqabbin bħala Dun Ġużepp. Min jaf jekk ġieli kienx jiltaqa’ ma’ Charles, Waldemar u Anthony fil-kurituri talLiċeo? Charles, Waldemar u Anthony fil-bidu li waslu l-Awstralja sabuha ftit diffiċli peress li il-kwalifika tagħhom ma kinitx rikonoxxuta iżda bil-mod il-mod irnexxielhom isibu mpjieg sod, u bdew jintegraw ruħhom fis-Soċjetà fejn anke tnejn minnhom itgħarrsu ma’ tfajliet Awstraljani.

Sfortunatament, isibu ruħhom f’nofs gwerra terribbli li iddawwrilhom ħajjithom ta’ taħt fuq. It-tlett iħbieb isiru Anzacs u jiġġieldu f’uħud mill-aktar battalji imdemmija bħal f’Gallipoli fit-Turkija u f’Polygon Wood u Ypres fi Franza u l-Belġju. Wieħed minnhom biss jirritorna ħaj lejn l-Awstralja, għalkemm jgħaddi il-bqija ta’ ħajtu jbati minn ‘shell shock’, jew kif inhi magħrufa din il-kondizzjoni illum, ‘post traumatic stress disorder.’ B’hekk dawn iż-żgħażagħ Maltin huma parti mill-istatistika ta’ din il-gwerra li suppost kellha ttemm kull gwerra oħra. L-istorja ta’ dawn it-tlett iħbieb missitli qalbi għax identifikajt ruħi magħhom u ħassejt li għandi nsir naf aktar dwarhom. Irnexxieli nikkuntattja lill-familjari tagħhom li kienu ġenerużi ħafna peress li irrakkuntawli ħafna stejjer dwarhom li kienu semgħu mingħand l-antenati tagħhom, kif ukoll tawni aċċess għal għadd ta’ ritratti, ittri u djarju imprezzabli. Nispera li permezz tal-ktieb tiegħi ‘Three Anzacs from Malta, a true story of friendship, love, and loss’ , jiena rnexxieli nagħti lil dawn it-tlett żgħażagħ l-unur li jixirqilhom u li issa isimhom ma jintesa’ qatt.

Nota Editorjali: Ħsibna li jkun xieraq li ninkludu informazzjoni dwar din il-pubblikazzjoni t’Imqabbija li għalkemm barra minn xtutna baqgħet tħobb lil artna u lill-Imqabba. Gioconda ġejja wkoll minn familja li jħobbu ferm il-festa tal-Madonna tal-Ġilju. Dan li ġej hu ftit tagħrif dwarha: Gioconda S. Schembri née Mifsud twieldet l-Imqabba. Wara li gradwat fil-Liġi mill-Università ta’ Malta, bdiet taħdem fis-servizz ċivili u għal tlett snin serviet fil-Kummissjoni Għolja Maltija f’Canberra, l-Awstralja fejn anke kienet Aġent Kummissarju Għoli għal diversi xhur. Gioconda emigrat lejn l-Awstralja fl-2002 fejn fost l-oħrajn ħadmet mas-servizz pubbliku Awstraljan, mal-Kunsill Malti għall-Victoria, fil-Konsolat Ġenerali ta’ Malta u bħala traduttriċi tal-lingwa Maltija. Hija toqgħod Melbourne ma’ żewġha Darren u binhom Thomas. Minn din il-paġna nirringrazzjawa u nawgurawla għal din il-pubblikazzjoni.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

195


CARLO DIACONO - 75 SENA MINN MEWTU Kompożitur B’Rabta Mal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju Peress li mis-snin tmenin ‘il quddiem fil-festa tal-Madonna tal-Ġilju ma baqgħetx tindaqq mużika ta’ Diacono, ftit jafu r-rabta mill-qrib bejn dan il-kompożitur kbir u din il-festa. Għal għexieren ta’ snin Carlo Diacono mexxa l-mużika fil-festa tal-Madonna tal-Ġilju. Mhux biss, iżda fid-19 ta’ Mejju 1935 hu esegwixxa għall-ewwel darba l-Antifona Beata Mater, miktuba apposta għall-festa tal-Madonna talĠilju, u li tħabbetet għall-ewwel darba fil-knisja tal-Imqabba fil-festa tal-Ġilju. Meta l-Cappella Diacono ma baqgħetx tagħti servizz fil-festa tal-Madonna tal-Ġilju ġiet addattata l-mużika ta’ Beata Mater għall-kliem tas-Salvatur ta’ Ħal Lija. Minn dakinhar Beata Mater saret magħrufa bħala Surgite. L-anzjani tagħna jiftakru wkoll il-kor tat-tfal li kien jinġabar u l-mużika millisbaħ tal-Laudate għall-festa tal-Ġilju. Diacono li twieled fl-1 ta’ April 1876 iddistingwa ruħu bħala wieħed mill-iprem kompożituri ta’ mużika sagra f’pajjiżna. Ikkompona ħafna mużika sagra u l-opra L’Alpino. Il-mużika tiegħu għadha ssaħħar lid-devoti f’diversi festi f’pajjiżna. Biex infakkru l-75 sena millmewt ta’ dan il-kompożitur kbir li ħalla din id-dinja fil-15 ta’ Ġunju 1945 qed nippublikaw dokument mill-Arkivji Nazzjonali. Dan hu applikazzjoni tal-passaport li Diacono għamel fis-16 ta’ Awwissu 1928 sabiex flimkien ma’ martu jżur l-Italja u Franza. Minkejja li kien Żejtuni dak iż-żmien Diacono kien joqgħod f’numru 77, Sda Sant’ Ursola, l-Belt. Għal aktar informazzjoni dwar ir-Rabat ta’ Diacono mal-Imqabba ara l-artiklu ta’ Noel D’Anastas, ‘Mill-memorji ta’ Ġużeppi Farrugia, mużiċist li ħabb l-Imqabba‘ f’din l-istess ħarġa talProgramm tal-festa (Paġna 203). Radd-il ħajr: Mro Ray Sciberras tal-informazzjoni dwar l-Antifona Beata Mater.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

197


ĦAMES MITT SENA Mir-Riforma ta’ Martin Luteru Kitba ta’ Benny Briffa

Patrick Cellars Ltd. WINES & SPIRITS

B’Bugia Road, Birzebbugia Tel/Fax: 21650810 Mob: 9947 8708 • Spirits • Wines • Beers • Minerals • Tobacco • Cigarettes • Sweets • Wholesalers Suppliers to: Bars, Restaurants & Confectionery Shops Accepts orders for: Weddings, Engagements & Parties

L-1917 tfakkar diversi annivesarji kbar li l-effetti tagħhom dwew tul snin twal bit-tibdil radikali li seħħ permezz tagħhom.

Diversi Ċentinarji

Qabel kollox ta’ min isemmi d-Dehriet ta’ Ommna Marija Ssma f’Cova da Ira f’Fatima fil-Portugal. Fl-għeqqel tal-Ewwel Gwerra Dinjija (1914-18), il-Madonna dehret għal aktar minn darba lit-tliet rgħajja Luċija, Ġjaċinta u Franġisku - dawn ittnejn mietu żgħar u huma dikjarati Qaddisin. Swor Luċija mietet fl-2005. Il-famużi “tlett sigrieti”, li l-Madonna fdatilhom fit-13 ta’ Lulju 1917, ilhom joħorġu xnigħat dwarhom - sakemm fl-1982 il-Papa Ġwanni Pawlu II ppubblika l-aħħar parti tagħhom u kkonsagra d-dinja lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija. Nirreferu wkoll għall-ġrajjiet imdemmija tat-tqanqil rivoluzzjonarju faxxista fil-Messiku li ħalla bosta mwiet u martri. F’Ottubru 2016 il-Papa Franġisku kkanonizza liż-żagħżugħ José Sanchez del Rio, ta’ erbatax-il sena, wieħed minn dawn il-martri tar-Rivoluzzjoni Messikana. Hawn ta’ min imqar nagħmlu aċċenn għaċċentinarju mit-twelid ta’ dak li kellu wkoll imut martri fl-El Salvador fl-Amerika Latina: Oscar Romero li twieled nhar Santa Marija, 15 t’Awwissu 1917, u li nqatel lejlet l-Annunzjazzjoni lil Marija fl-24 ta’ Marzu 1980. Ma jistax wieħed imma jinsa rivoluzzjoni ferm qalila fil-firx a tal-morsa krudila tagħha: ir-Rivoluzzjoni Bolxevista fir-Russja f’Ottubru 1917 - ġrajja mdemmija sew li bħal mewġa feroċi taħkem bil-Komuniżmu Sovjetiku mhux biss il-pajjiż enormi tar-Russja imma wkoll il-pajjiżi kollha talEwropa tal-Lvant. Din “il-purtiera tal-ħadid” tkissret u sfaxxat bis-sehem tal-Papa Ġwanni Pawlu II (1978 - 2005) u tal-mexxej Sovjetiku Mikhail Gorbachev. Il-laqgħa storika ta’ Gorbachev mal-President Amerikan George Bush f’Malta f’Diċembru 1989 fil-bajja ta’ Marsaxlokk, abbord il-vapur sovjetiku Maxim Gorky, ġabet fi tmiemha “il-gwerra bierda”.

Martin Luteru - kontroversjali sew!

F ree Delivery

Dawn it-tlett avvenimenti: id-Dehriet ta’ Fatima, ir-Rivoluzzjoni Messikana u dik Sovjetika jaħbat iċ-ċentinarju tagħhom f’din is-sena, u t-tlieta huma ta’ importanza notevoli. Pero hawn ser niffoka biss fuq avveniment wieħed li storikament ġara 500

sena ilu imma li ċ-ċrieki tal-influwenza mondjali tiegħu għadhom iduru magħna sal-lum. Fi tmiem Ottubru 1517 il-Patri Agostinjan Martin Luteru “ipprotesta” bil-kbir kontra xi sistemi abbużivi li ra fil-Knisja Kattolika fil-Punent. Din hija ġrajja kbira u komplessa qatigħ. Hawn, minħabba l-ispazju, nittanta biss noħroġ il-ħjut ewlenin talistorja. Tul dawn il-ħames mitt sena l-figura ta’ Martin Luteru baqgħet kontroversjali: min jgħollih sas-sema u min jidfnu fid-dagħbien tal-infern. F’moħħ ħafna l-isem biss ta’ Luteru joħloq xbiha ta’ ereżjarka mxajtan. Fil-fatt fil-Ħamrun, fil-festa ta’ San Gejtanu, sa ftit snin ilu, qrib il-knisja parrokkjali kienet tintrama statwa li jsejħulha “L-Ereżija” b’San Gejtanu jirfes lix-xitan li jirrappreżenta lil Luteru! Gejtanu ta’ Tjeni (1480-1547) u Luteru (1483-1546) kienu jgħixu fl-istess żmien. Għalhekk verament irridu nagħmlu sforz biex nikkorreġu bosta ideat foloz dwar Luteru, u l-istorja oġġettiva llum tagħti ġudizzju aktar xieraq lill-hekk imsejħa ‘Reforma’ li beda hu - mingħajr naturalment ma “tikkanonizzawh” għax dellijiet għandu bil-bosta.

Martin Luteru bħala Patri (1522)

Ħajtu sal-1517

Martin twieled fl-10 ta’ Novembru 1483 fin-naħa ta’ fuq tal-Ġermanja, Eisleben (illum Lutherstadt, immsemmija għalih). Missieru kien strett u riedu jirnexxi. Ta’ dsatax-il sena beda jistudja l-liġi imma ddejjaq u qaleb għat-teoloġija. F’Lulju tal-1505 mar kontra x-xewqa ta’ missieru u daħal mal-Agostinjani

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

199


Osservanti, Ordni reliġjuż rigoruż f’Erfurt. Kompla fuq it-teoloġija u fl-1507 ordnawh saċerdot u kważi mal-ewwel bagħtuh jgħallem fl-Università ta’ Wittenberg. Kompla jispeċjalizza fuq l-Iskrittura. Ta’ temperament kemmxejn furjuż, kellu biża’ ossessiva bil-mewt u li ser jintilef minħabba dnubietu tant li kien isum u jqerr ta’ spiss. Fl-1513 is-superjuri tiegħu bagħtuh Ruma jakkompanja patri ieħor fuq missjoni tal-Ordni Agostinjan. Hawn żar u talab f’diversi santwarji, imma wkoll intebaħ aktar bl-abbużi fil-mexxejja tal-Knisja f’Ruma. Sadanittant lura fil-Ġermanja kompla jistudja u jikteb kummentarji dwar ilBibbja. Hu kiteb li fl-ittri ta’ San Pawl “skopra” iddawl għax fehem li hu mhux ser isalva mertu tiegħu imma mertu tal-fidi f’Ġesù - skont l-Ittra lir-Rumani (1:17) “il-bniedem ġust jgħix bil-fidi”. Għalhekk issalvazzjoni tal-midneb hija don ħieles u gratwit t’Alla. Luteru ħa r-ruħ u jammetti li f’dan id-dawl ħassu tassew “imwieled mill-ġdid”. Dan it-tagħlim ma kienx daqstant “ġdid” imma kien tassew mgħabbar matul is-sekli b’tambir aktar dwar x’tagħmel milli x’temmen. Imma għal Luteru din kienet bħal rivelazzjoni li aktar fetħitlu għajnejh għall-abbużi li kienu qed jiġru madwaru.

Martin Luteru (1529) kif impenġi minn Lucas Cranach (1472-1553)

Bżonn ta’ Riforma

Fil-bidu tas-sittax-il seklu fil-Knisja kien hemm fuqhiex “tipprotesta” u bil-kbir. La magħmula millbnedmin, il-Knisja sa mill-bidu tagħha hija merħla ta’ qaddisin u midinbin, u dejjem spikkaw it-tnejn bħal qamħ u sikrana. Imma tul l-istorja xi perjodi huma aktar suwed u koroh minn oħrajn - u dan li qed niktbu dwaru kien wieħed minn dawn. X’uħud mill-Papiet tal-ħmistax u s-sittax-il seklu ma kienu xejn xierqa biex imexxu l-Knisja. Apparti t-tmexxija tal-Knisja, il-Papa kien ukoll mexxej politiku tal-Istati Pontifiċi f’nofs l-Italja - li dak iżżmien ma kinetx teżisti bħala pajjiż wieħed: kienet kollha prinċipati u dukati. (Primarjament minħabba dir-raġuni, mis-sittax-il seklu l-maġġoranza tal200

Papiet kienu kollha Taljani sakemm intgħażel ilPollakk Ġwanni Pawlu II fl-1978.) Il-Papiet dak iż-żmien kienu maħkuma wisq minn intriċċi jew fazzjonijiet politiċi, u saħansitra gwerer. Kien hemm ukoll xi Papiet li ħajjithom kienet wisq mundana u sa anki żienja. Dawn ġralhom bħall-ġilju, li frisk tant ifuħ imma daqstant ieħor jinten meta jimmoffa - sewwa sew kif kiteb Shakespeare: “Lilies that fester, smell far worse than weeds”. Diversi karigi ta’ kanonċi, isqfijiet u arċisqfijiet kienu jittieħdu bin-“nepotiżmu” jew jinxtraw. Terġa’ l-parti l-kbira tal-isqfijiet ma kinux joqogħdu fiddjoċesi tagħhom u allura pastoralment ma kienu jinħassu kważi xejn. Dak ta’ Malta, per eżempju, kien bosta drabi jgħix f’Palermo fi Sqallija. F’dan l-ambjent kien hemm nies qaddisin li spikkaw ukoll, imma b’mod ġenerali l-bżonn ta’ tindifa minn fuq s’isfel kienet ilha tinħass sew. Tant li l-għajta kienet “riforma fir-ras u l-membri”, jiġifieri mill-Papa ’l isfel.

imbagħad tħabbel b’intriċċi politiċi - dik li kellha tkun biss disputa teoloġika bejn it-teoloġi dawn iċċirkustanzi dawruha fi sfida. Luteru sar magħruf u webbes rasu wkoll u finalment kien ikkundannat fl-1521 - u saret id-disgrazzja tal-firda fil-Knisja filPunent! Martin Luteru għamel diversi passi żbaljati u b’tagħlim żbaljat ukoll. Lejn l-aħħar ta’ ħajtu ħareġ fost oħrajn kitba ħarxa kontra l-Lhud. Imma għamel ukoll passi posittivi li kienu ta’ ġid u barka għallInsara bħal pereżempju qaleb il-Bibbja fil-Ġermaniż u bdiet tkun fl-idejn ta’ min jaf jaqra (li ma kinux ilħafna), daħħal il-prietka fil-Quddiesa li riedha ssir bil-qassis iħares lejn il-poplu (kif kienet sekli qabel). U l-bqija. Dwar il-Madonna, minkejja xi ideat żbaljati li kiteb dwar Marija Ssma, Luteru baqa’ jafferma l-verità tat-Tnissil bla Tebgħa tagħha, l-Immakulata Kunċizzjoni.1

Il-Miċċa mal-Polvri: L-Indulġenzi

Il-Papa Iljun X (1513-21) kien ġej mill-familja għanja tal-Medici ta’ Firenze -Bankiera setgħana u influwenti ħafna; kien aktar politikant u gwerrier milli riformatur jew ragħaj pastorali. Fl-1517 ħela bosta mill-finanzi tal-Istat Pontifiċju fi gwerra biex seħħlu jpoġġi lin-neputi tiegħu d-Duka ta’ Urbino. Ried ukoll jara kif jagħmel biex titkompla l-Bażilka ta’ San Pietru, u allura ħtieġlu flejjes mhux żgħar. Parti mis-soluzzjoni sabha f’aktar taxxi u aktar bejgħ ta’ benefiċċji ekkleżjastiċi, fosthom rebħ ta’ indulġenzi għal kull min joffri flus għall-bini talBażilka. Fost miżuri oħra ra kif għamel arranġament ma’ Albert ta’ Brandenburg li biex jilħaq isqof fl1514 “xtara” l-Arċiveskovat ta’ Mainz. Dan Albert qabbad lill-Patri Dumnikan Ġwanni Tetzel ħalli jdur id-djoċesi u “jipprietka” dwar l-indulġenzi. Tetzel mhux dejjem żamm fidil mat-tagħlim u eżaġera kemm felaħ, l-aqwa li jidħlu l-flus. Dan kollu ġara qrib fejn kien jgħix Luteru billi Erfurt kienet fid-djoċesi ta’ Mainz. Malli semà b’dawn l-eżaġerazzjonijiet, Luteru xegħel u ried jiddefendi s-sewwa. Qabad u kiteb bil-Latin 95 paragrafu magħrufa bħala “Teżijiet”, u bagħathom lill-Arċisqof Albert u xtaq laqgħa biex jiddiskutihom sew. Imma x’uħud mill-paragrafi ħarġu tant ittemprati mittemperament furjuż ta’ Luteru li l-lingwaġġ kien tassew qawwi. Xi ħadd qalibhom għal Ġermaniż u stampawhom u f’kemm ilni ngħidlek bdew jiġru flidejn. B’hekk dehru qishom sfida lill-Arċisqof u lillPapa. Din imma ma kinetx l-intenzjoni oriġinali ta’ Luteru. Hu x’inhu, bejn li l-atmosfera kienet ikkargata minn kull naħa, bejn li l-awtoritajiet tal-Knisja damu biex fehmu s-serjetà tal-kwistjoni u bejn li kollox

Festa 2017

Inċiżjoni fl-injam (1568) turi lil Martin Luteru jargumenta bil-qawwa mal-Papa Iljun X

Biex il-Firda titfejjaq

Illum il-Luterani fid-dinja jgħoddu madwar 80 miljun, nofshom fl-Ewropa, l-aktar fil-Ġermanja. Mhux kollha jsejħu lilhom infushom knejjes “Luterani” imma x’aktarx “Evanġeliċi”. Lanqas m’għandhom mexxej wieħed (bħalma aħna għandna lill-Papa), imma 90 fil-mija tal-knejjes huma filFederazzjoni Dinjija Luterana li titmexxa minn kunsill. Dil-Federazzjoni tħaddan 145 knisja Luterana minn 98 pajjiż. Kollha għadhom jiċċelebraw il-bibbja (għalkemm iħallu xi kotba barra), il-magħmudija u l-quddiesa, u xi talb komuni anki għalina l-Kattoliċi bħalma hu l-Kredu. Naturalment s’issa, minħabba l-firda, ma nistgħux nitqarbnu fil-quddies ta’ xulxin, la huma f’tagħna u lanqas aħna f’dawk Luterani. Xi knejjes Luterani għandhom ukoll qassisin nisa. Wara l-Konċilju Vatikan it-Tieni, mill-1965 ’l hawn, saru diversi laqgħat ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-Kattoliċi u l-Luterani, sa anki kienet iffurmata Kummissjoni formali għall-Għaqda li temmen li dak 1 Ara p.e. Martin Luther. The Christian between God and Death ta’ Richard Marius - Harvard Univ. Press,2000; p. 376.

. Madonna tal-Gilju Mqabba

li jgħaqqadna hu ferm ikbar u aktar b’saħħtu minn dak li jifridna. Kemm il-Kattoliċi kif ukoll il-Luterani jammettu l-ħtija tal-firda imma jistqarru rieda qawwija li jersqu lejn l-għaqda mill-ġdid. Lejn l-aħħar tal-2016 l-Isqfijiet Kattoliċi filĠermanja għamlu sejħa biex f’dan il-ħames ċentinarju kulħadd jammetti l-iżbalji tal-imgħoddi ħalli jitfejqu t-tifkiriet xejn sbieħ tal-istorja. Huma ddeskrivew lil Martin Luteru bħala “xhud talEvanġelju u għalliem tal-Fidi”. Huwa fatt storikament sinifikanti ħafna li dan il-ħames ċentinarju qed jitfakkar mid-dinja Nisranija kollha, u ħafna drabi b’ċelebrazzjonijiet ekumeniċi komuni. Il-Papa Franġisku nnfisu, minkejja l-kritika u l-ostilita’ ta’ x’uħud, fl-aħħar jum t’Ottubru 2016 mar Lund fl-Iżvezja u fil-kattidral Luteran, li sa madwar is-sena 1530 kien kattidral Kattoliku ddedikat lil San Lawrenz, attenda għal ċelebrazzjoni liturġika komuni bejn Luterani u Kattoliċi fi ftuħ dan il-ħames ċentinarju. Talab bil-ħerqa għar-rikonċiljazzjoni bejn l-aħwa Nsara mifrudin.2 Jalla l-mixja tkompli, u tabilħaqq hekk qed turi l-ġrajja. Għax fl-aħħar jiem ta’ Marzu li għadda, bejn id-29 u l-31, numru ta’ storiċi Kattoliċi u Luterani ltaqgħu flimkien għall-ewwel darba f’500 sena... u ltaqgħu fil-Vatikan! Dan kien l-ewwel kungress bejniethom, organizzat mill-Vatikan stess biex jistudjaw propju r-Reforma ta’ Luteru! Fl-indirizz ta’ merħba l-Papa ammetta li dan kien avveniment tassew storiku li żgur kien immaġinabbli ħamsin sena ilu. Stedinhom biex mir-riċerka storika “tgħinnuna nneħħu l-preġudizzji u nsaffu l-memorja”. Hekk tabilħaqq kien l-għan primarju ta’ dan l-artikolet tagħna.

Il-Papa Franġisku, ir-Reġina Silvia u r-Re Carl Gustaf tal-Iżvezja ħerġin mill-katidral ta’ Lund.

2 Wieħed jista’ jara din iċ-ċelebrazzjoni kollha billi jidħol - https://www. youtube.com/watch?v=plkK6zNHP_0

201


Ruben’s Garage Oven Baked Spray Painting Insurance Approved

Mob: 79064856 6, Sejba Road, Mqabba rubengarage@gmail.com We Also do Plastic Bumper Repair & Windscreen Installations.

MILL-MEMORJI TA’ ĠUŻEPPI FARRUGIA, MUŻIĊIST LI ĦABB L-IMQABBA Kitba ta’ Noel D’Anastas

B.LAIS (Melit), M.Mal.Stud (Melit), A.Mus.LCM

Nota Editorjali: Wara t-telfa tas-Sur Ġużeppi Farrugia, is-Soċjetà ħasset li għandha ssellem lil dan il-personaġġ Imqabbi minkejja li kien jimmilita fuq diversi livelli anke ta’ President tas-Soċjetà l-oħra li nsibu fl-Imqabba. Dan għamilnieh b’rispett lejn il-kontribut li dan il-persuna ta lir-raħal u l-mużika fl-Imqabba, kif ukoll b’radd il-ħajr għar-rispett li hu kellu lejn is-Soċjetà tagħna u li b’mod jew ieħor għen kull meta seta’. Sellimnielu b’analiżi dwar dan l-istess kontribut u b’estratti mill-istess memorja rrekordjata tas-Sur Farrugia fil-proċess li konnha għamilna għal kitba tal-ktieb ‘Sicut Lilum: devozzjoni u ritwal tul is-sekli’, editjat minn Dr. Charles J. Farrugia u mitbugħ mis-Soċjetà tagħna fl-2012.

Aktar kmieni din issena, l-Imqabba tilfet wieħed minn uliedha Ġużeppi Farrugia, ‘talMarokk’, personaġġ li ta kontribut bissħiħ lill-mużika tallokal, mhux biss dik bandistika maż-żewġ soċjetajiet mużikali, iżda kellu interess kbir għall-mużika sagra, l-aktar dik li kienet jew għadha tindaqq fil-festi ċċelebrati flĠużeppi Farrugia Imqabba. Ġuzeppi Farrugia, it-tielet wild fost id-disà ulied ta’ Paolo Farrugia u Rosanna mwielda Ellul, twieled fl-10 ta’ Novembru, 1926.1 Għal xi snin kien membru tal-Kumitat tas-Soċjetà Santa Marija bħala rappreżentant tal-Banda Re Ġorġ V fil-Kumitat u anke wkoll Delegat tal-banda fil-Malta Band Clubs Association. Bejn l-1960 u l-1966 kien maħtur kaxxier tal-Kumitat Festa Santa Marija. Farrugia baqa’ jokkupa diversi karigi fil-kumitat u bejn l-1966 u l-1969 kien ukoll President tas-Soċjetà King George V Band Club. Ġużeppi Farrugia kkompona wkoll xi innijiet u marċijiet, fosthom l-Innu lil Santa Marija (1961) u Innu lil Marija Assunta (1994). Ġużeppi Farrugia għamel żmien idoqq il-katuba mal-Banda tal-Ġilju u kien jgħin lis-surmast waqt ilkunċerti. Minn hemm kien ġie l-laqam ’l-again’, għax wara li kienet tindaqq xi biċċa mużika, lill-bandisti 1 Ulied il-koppja Paolo Farrugia u Rosanna mwielda Ellul kienu Wenzu, Maria, Joseph (magħruf bħala Ġużeppi), Gianna, Salvu, Julia, Censa, Nina u Maria li kienet mietet mat-twelid. Kommunikazzjoni elettronika bejn Carmel Camilleri u Dr Charles J. Farrugia fit-3 t’April, 2017.

kien jgħidilhom ‘again’ biex jerġgħu jippruvaw l-istess biċċa mużika. Kien ukoll jikkopja l-partitura tal-marċi għall-banda tal-Ġilju.2 Kien l-Erbgħa, 16 ta’ Novembru 2011 meta jien flimkien mal-kollega tiegħi Dr Charles J. Farrugia, Arkivista Nazzjonali ltqajna fil-qrib ma’ Ġużeppi Farrugia. Charles kien jaf lil Ġużeppi minn snin qabel u kien qalli li hu persuna kruċjali li tiġi intervistata għal min irid jikteb l-istorja tar-raħal bis-serjetà. Dan kemm għaliex hu kien bniedem istruwit, peró aktar minħabba l-memorja li kien għad għandu. Hu laqagħna fid-dar tiegħu f’Ħal Qormi, ftit metri ´l bogħod mill-iskola primarja ta’ San Ġorġ fejn hu kien ukoll il-librar tal-istess skola. Dak iż-żmien kellu 85 sena iżda għalkemm mimli bl-għomor, kien għadu attiv tant li xi kultant kien imur l-Arkivju Nazzjonali biex iqalleb xi dokument marbut mal-andament talmużika fl-Imqabba. Fil-ħin li għamilna għandu, Ġużeppi terraq fil-vjaġġ tal-memorja ċara daqs il-kristall b’tant passjoni għal dak li ħabb u li ħadem għalieh. Ġużeppi jaf sew il-kappelli mużikali li kienu jdoqqu fil-festi fl-Imqabba peress li hu kien ukoll attiv. Kien jaf sew l-iżvilupp talmużika fil-liturġija filparroċċa, u l-organisti li daqqew fosthom Emmanuele Ellul magħruf bħala ‘Il-Pakter’ Manwel Ellul, ‘IlPakter’. 2 Kommunikazzjoni elettronika bejn Carmel Camilleri u Dr Charles J. Farrugia fl-4 t’April, 2017.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

203


Midħla sew tal-mużika ta’ Bugeja u Diacono

Ġużeppi Farrugia kien midħla sew tal-mużika taddinastija Bugeja u dik ta’ Carlo Diacono għax għal xi snin kien idoqq il-vjolin fil-Orkestra Santa Marija, kif ukoll kien attiv fil-kappella mużikali tas-Surmast Diacono bejn l-1966 u l-2006.3 Jgħid li l-mużika ta’ Bugeja għadha titgawda filfesta tal-Assunta fl-Imqabba, għall-kuntrarju ta’ ħafna rħula u villaġġi oħra li daru għall-mużika ta’ Paolino Vassallo, Carlo Diacono, Ġużeppi Caruana jew dik ta’ Ferdinandu u ibnu Ġużeppi Camilleri u warrbu l-kappelli tradizzjonalment Bugejana jew dik tan-Nanisti. L-antifona Hodie Maria Virgo ta’ Vincenzo Bugeja (1805-1860) għadha tinstemgħa sal-lum waqt ilfesta Santa Marija fl-Imqabba. Miktuba fl-1853 iżda ma jfissirx li din ilha tindaqq fl-Imqabba minn dak iżżmien.4 Tant hu hekk li fiż-żmien il-kappella Diacono fil-festa tal-Assunta kienet tindaqq antifona oħra. L-antifona Hodie Maria Virgo ta’ Diacono kienet indaqqet għall-ewwel darba fit-12 t’Awwissu 1932 fit-tieni jum tat-tridu.5 Dan it-tagħrif huwa magħruf minn deskrizzjoni qasira li hemm fit-tmiem talpartitura awtentika għall-orkestra, iffirmata millistess kompożitur. Diacono jikteb ukoll li din fiha 91 battuta. L-istess nota tinkludi l-post fejn kitibha – ‘Marsascirocco Luglio 1932’. Oriġinarjament l-Hodie Maria Virgo ta’ Bugeja nkitbet bħala Ingresso Zaccharia iżda kien sarilha wkoll addattament filkliem u bdiet tindaqq ukoll fl-Imqabba u fil-festa tal-Vitorja fix-Xagħra Għawdex. Ġużeppi Farrugia jgħid li din l-antifona setgħet ukoll kienet ġa magħrufa mill-Imqabbin billi missier Ċensinu, Mro Rikard, fil-bidu tas-seklu l-ieħor kien imexxi l-mużika tal-festa fir-raħal.6 Dan tista’ tixhdu wkoll il-komunikazzjoni li kellu l-Kanonku Dun Jonathan Farrugia xi snin ilu mal-Patri Karm Zammit, Dumnikan, l-aktar reliġjuż anzjan fir-raħal li f’Awwissu li ġej jagħlaq disgħin sena.7 Kien intqal li din l-antifona u l-mużika Bugejana ilha tindaqq fir-raħal żmien twil, tant li tmur lura anke fiż-żmien tfulithom, anke qabel it-Tieni Gwerra Dinjija.8 Wara 3 <http://www.santamarija.com/aboutus.html> (10 ta’ Diċembru 2011) 4 Jonathan Farrugia, ‘Il-Mużika ta-Antifona Maestuża Hodie Maria tasSurmast Vincenzo Bugeja tagħlaq 150 sena’, fil-Programm tal-festa maħruġ mis-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba, 2003 u <http://www.angelfire.com/musicals/santamarija/programm2003/ antifona.html> (2 ta’ Diċembru 2011) 5 Joseph Farrugia, ‘Antifona f’ġieħ Marija Mtellgħa s-Sema’, fil-Programm tal-Festa maħruġ mis-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba, 2004, 25, 27. 6 Ibid. Joseph Farrugia janalizza wkoll l-innijiet popolari li nkitbu matul is-snin għall-Festa tal-Assunta. Ara Joseph Farrugia, ‘Innijiet Popolari u Solenni lil Marija Assunta fl-Imqabba’ fil-Programm tal-festa maħruġ misSoċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba, 2004, 81,83. 7 Profil qasir fuq il-ħajja ta’ Patri Karm Zammit ara <http://santamarija. com/dwarna/imqabba/kleru/patrikarmzammit/> 8 Jonathan Farrugia, op. cit.

204

l-mewt ta’ Ċensinu Bugeja fl-1967, il-mużika tħalliet lill-Patrijiet Dumnikani li komplew bit-tradizzjoni tal-kappella Bugeja, l-ewwel mexxiha Patri Edgar Gatt bejn l-1967 u l-1972 u wara minn Patri Salv Galea. Ġużeppi Farrugia jagħti l-verżjoni tiegħu minn ras il-għajn dwar din l-antifona u s-sehem ta’ Ċensinu Bugeja fl-Imqabba. Minn dak li qalli joħroġ ukoll x’kienet ir-raġuni għala s-surmast Carlo Diacono li kien imexxi l-mużika fil-festi tal-Assunta u fil-festa tal-Madonna tal-Ġilju, kien għażel li jibqa’ biss f’dik tal-Ġilju u jwarrab il-post ta’ Maestro di Cappella filfesta ta’ Santa Marija. Farrugia jgħid hekk: “... f’dik is-sena li Bugeja spiċċa mill-kors tiegħu fl-Italja, kienu ġabuh hawn fl-Imqabba. Qalulu, trid tagħtina antifona. Din l-antifona ma ġietx! Li kien juża’ kienet antifona kerrejja, miktuba minn nannuh Vincenzo, miktuba għal San Ġwann il-Battista (Ingresso Zaccharia) għax Vincenzo (Ċensinu) ma kitibx, ħlief affarijiet żgħar, xi quddies.”

tal-1995, intitolat Tal-Ġilju: Il-Banda u s-Soċjetà flImqabba.9 Ġużeppi Farrugia ikompli jżid hekk:

Mistoqsi x’wassal li Diacono tbiddel fl-1934, Farrugia jkompli jelabora:

Il-Cappella Diacono fil-festa tal-Ġilju u l-Antifona Beata Mater

. . . kien żball minn naħa tas-Soċjetà Santa Marija. Hu [Diacono] kien Maestro di Cappella. Kien jagħmel iż-żewġ festi. Ir-raġuni li ma baqax kienet il-quddies ta’ mitt ruħ – il-quddiesa l-kbira ta’ Diacono. Dik kienet għadha ġdida fjamanta. Il-quddiesa in Fa. Probabbilment fl1932 jew fl-1933 kienet lesta. Kienet lesta fi żmien tajjeb li tindaqq fil-festa tal-Ġilju, għax tal-Ġilju riedu jdoqquha. Diacono ma kienx jikteb għan-nies iżda għalih. Din il-quddiesa veru kienet kbira – ma nafx fejn riedu joqogħdu dawk in-nies kollha fir-raħal – b’żewġ tenuri, żewġ baritoni, żewġ baxxi – primarji ta. Din kbira! U meta kienu jafu ta’ Santa Marija li Diacono kien se jagħmlilhom din il-quddiesa lil tal-Ġilju, ta’ Santa Marija pprotestaw malKurja biex ma jagħmilhiex. L-iżball li għamlu, sakemm iġġieldu hemm, kien well and good, imma huma qalulu, ‘le issa ma rriduhx’. Kienu pprotestaw u qalu: ‘Jew f’Santa Marija biss jew f’tal-Ġilju biss.’ Diacono dak iż-żmien għal Santa Marija kellu l-Imqabba, Ħal Għaxaq u Ħ’Attard. Ovvjament tal-Ġilju ma kellu xejn – tal-Ġilju biss – għax dik fit-terza ta’ Mejju dik ilħabta kienet issir u festi ma kienx ikun hemm, ikunu għadhom ħa jibdew, għax wara l-festi ġew fis-sajf. Għal Diacono kienet ħafifa! Liema jagħżel? Neħħa lil Santa Marija. Id-deskrizzjoni ta’ Ġużeppi Farrugia jagħti kredenzjal kbir lir-rapport tal-istess każ li kien ippubblika Dr Charles J. Farrugia fil-ktieb tiegħu

Festa 2017

Grezzju ‘ta’ Lunzjat’ jgħid li kienu marru jisimgħu din il-quddiesa barra mir-raħal – hu, Dun Ġużepp (Zammit) u Mons Ghigo u xi oħrajn. U l-istess diskors kien qalu Ġużepp Baldacchino ‘ta’ Binert’ li Diacono kien qallhom li ħa jagħtihom risposta biex ma jdoqquhiex. Imbagħad ġiet din tal-Kurja li qaltilhom ma tistgħux tagħmluha. Kien qam storbju minn naħa tal-partitarji. Ġużeppi Farrugia jkompli jgħid li f’Santa Marija, dan ix-xogħol ma jistax jindaqq żgur. Jirrimarka hekk: “Impossibbli! Kif tista’ ssib dawk in-nies biex ikollok żewġ tenuri tajbin (meta jkollok dawk il-festi kollha fil-15 t’Awwissu)? Din hija problema ta’ kull sena u l-istess biex issib il-fratelli, tagħmel mużika mexxejja u bid-diffikultajiet, aħseb u ara...”

Fost l-antifoni sbieħ li kiteb Carlo Diacono kien hemm dik miktuba apposta għall-festa tal-Madonna tal-Ġilju. Il-Beata Mater in Mi bemoll a due voci virrili con accomp. d’orchestra ta’ Carlo Diacono li kienet tintuża għal din il-festa kienet iżżanżnet flImqabba fid-19 ta’ Mejju 1935. Dan it-tagħrif huwa evidenti fuq il-faċċata tal-partitura awtentika talBeata Mater, li Diacono kien ikkompona fil-11 ta’ Mejju 1935, tmint ijiem biss qabel li ġiet esegwita. Ġużeppi Farrugia jgħid li din l-antifona hija “sabiħa paxxuta ħafna aħjar mill-Hodie Maria ta’ Diacono li żżanżnet fl-1932 wkoll fl-Imqabba.” 10 Jgħid li din l-antifona Beata Mater ta’ Diacono llum m’għadhiex tindaqq. Jargumenta li dan kien kaġun tal-kwistjoni tal-Konċilju Reġjonali fejn is-sekondarji, inkluż tal-Ġilju trażżnu x’jagħmlu fil-festa tagħhom. “Wara nqalgħet il-Gwerra u mbagħad, wara l-Gwerra, reġa’ ġie kif kien. Jien bdejt indoqq fil-kappella ta’ Diacono [mas-Surmast Frankie Diacono] fl-1967 u qatt m’għamilnieha. Bqajt indoqq sa tlett snin ilu (2008). Konna nagħmlu antifoni oħrajn imma mhux dik! Dak iż-żmien konna nagħmlu antifona kerrejja ta’ Diacono – dik ta’ Santa Venera – komposta in Sol li ġiet addatata wkoll għallBeata Mater. Kellu Beata Mater oħra. Għandu Beata Mater oħra li jagħmilha Marsaxlokk li mhix l-istess waħda li kienet tindaqq fl-Imqabba.” Ikompli jżid li “l-Beata Mater tidħol fis-sekondi Vespri u Tal-Ġilju, fis-sekondi vespri kienu jagħmlu 9 C. Farrugia, Tal-Ġilju: Il-Banda u s-Soċjetà fl-Imqabba, Malta, Soċjetà Mużikali tal-Ġilju, 52. 10 Komunikazzjoni personali mas-Sur Joseph Farrugia fid-dar tiegħu f’Ħal Qormi fis-16 ta’ Novembru 2011.

. Madonna tal-Gilju Mqabba

Il-partitura tal-Beata Mater li Diacono kiteb apposta għall-festa talMadonna tal-Ġilju fl-1935.

l-Laudate Pueri – il-Laudate tat-Trombi jew ilLaudate tat-tfal. Kien jinġab kor minn barra.” Fissebgħinijiet dan il-kor kien jieħu ħsieb li jġibu Ġużeppi Farrugia (Peppi), missier Dr Charles J. Farrugia, li kien daħal prokuratur fl-1976. Ġużeppi Farrugia (tal-Marokk) jgħid li ma jafx liema kor tattfal kien jinġab. Hu jkompli jispjega: Fis-Sekondi Vespri, ir-raħal il-Laudate. Għax il-Beata Mater ma tindaqqx. L-aktar li jista’ jdoqqha wara l-purċissjoni, allura jagħmel xi ħaġa aktar sempliċi – l-ewwel ħaġa jkun sar il-ħin. Kultant nissuspetta li l-Pakter, Emanuel Ellul b’xi mod, kien jaf biha [hawn Farrugia jaqbad ikantaha] – ferrieħa! Il-kobor ta’ Carlo Diacono huwa evidenti fil-ħafna festi li dan il-kompożitur żejjen bil-mużika ħelwa tiegħu. Carlo Diacono huwa wieħed millaktar kompożituri prolifiċi fl-istorja tal-mużika f’Malta. Il-kompożizzjoni kienet naturali fih tant li produċa ferm aktar minn kemm kellu bżonn għallħtiġijiet tal-kappella mużikali tiegħu. Kiteb madwar erba’ mitt biċċa ħafna minnhom mużika sagra. Il-mużikoloġista Joseph Vella Bondin jgħid li fost dawn insibu madwar erbgħa u ħamsin quddiesa di gloria u tnejn u għoxrin tal-mejtin. Fihom dehret l-influwenza tal-għalliem tiegħu Paolino Vassallo u dak mitlub mill-Motu proprio.11 11 Diacono studja l-mużika taħt surmast wieħed u għalhekk fix-xogħlijiet tiegħu hemm evidenza ta’ din l-influwenza. Mingħand Paolino Vassallo (1856-1923) li kien kompożitur ċelebri u Maestro di Cappella tal-Kattidral fejn kien studja l-armonija u l-kuntrapunt fil-Konservatorju Franċiż taħt surmastrijiet bħal Giraud, Massenet u Gounod u mingħandhom akkwista l-iskola romantika Franċiża ta’ dik l-epoka. Diacono joħroġ bl-aktar mod ċar l-espressjoni drammatika li tagħti spazju sew għat-tifsira tal-kliem b’eleganza ta’ linji vokali sempliċi iżda effettivi mal-kumplament tal-orkestrazzjoni. Filfatt, Diacono joħroġ ħoss orkestrali ekonomiku b’aktar enfasi fuq strumenti tal-korda. Vella Bondin jirrimarka li l-melodija sagra tiegħu hija waħda ‘evokattiva u sentimentali bi trufijiet deklamatorji, xi kultant melankoniċi.’ Dawn huma evidenti fl-antifoni In sepulchrum, il-’Gloria’ tal-quddiesa in mi bemoll u l-Preghiera alla B.V. Maria. Cfr. J.Vella Bondin, Il-Mużika ta’ Malta fis-sekli Dsatax u Għoxrin, Malta, PIN, 2000, 129-130.

205


Ġużeppi Farrugia flimkien ma’ oħtu Nina fit-tieġ tagħha u missierhom Paolo.

VRT + Wheel Alignment For all types of Cars, Trucks, Vans and Buses

Siggiewi Vehicle SerViceS i iewi

ontact Victor ar on 99498736, 21466111 L-Organisti fir-raħal

COLEIRO FISH SHOP Triq Sant’Andrea, Żurrieq

Ġużeppi Farrugia jiftakar sew l-organisti tarraħal. Jgħid li Manwel Ellul kien organista għal żmien twil u kien pjanista tajjeb. “Ellul kien pjanista tajjeb. Kien jaqbad partitura tal-opri u għaddej. Ma kien idoqq imkien. Kien intefa’ bl-orgni u meta kont żgħir jien niftakru jdoqq fl-Imqabba u mbagħad mar organista Ħal Tarxien u hemmhekk ġara li Ġużeppi Galea (1918-1980), missier Dr. Louis Galea, ‘Ta’ Nozzi’ beda jitgħallem il-klarinett u b’xi mod daħħal l-orgni għax kien hemm iz-ziju Toni [b’referenza għaz-ziju ta’ missier Dr. Charles Farrugia] Joseph u Nicholas Galea (imwieled fl-1924) kienu jdoqqu l-orgni fl-Imqabba mbagħad ħadu Charlie (Carmel) Galea.’12 Fl-istess żmien tal-‘Pakter’ fl-Imqabba kien hemm ukoll l-organista Angelo Ghigo li f’żgħożitu studja l-mużika u l-orgni. Farrugia jirrakonta li kienu jinġabru tfal fid-dar t’oħtu Assunta fi Triq ilParroċċa u fuq l-armonju kien jgħallimhom innijiet biex jitkantaw fuq il-palk waqt il-purċissjoni filfesta ta’ Santa Marija. Ghigo serva wkoll ta’ organista f’parroċċi fosthom Bormla u fil-Furjana bejn l-1931 u l-1940 fiż-żmien li kien hemm l-Imqabbi Dun Angelo Ghigo D.D. bħala Arċipriet. Angelo Ghigo kien it-tielet president tas-Soċjetà Santa Marija bejn l-1920 u l-1925. 13

(Faċċata tal-mitħna taż-Żurrieq) Ġużeppi Farrugia fil-memorji ta’ wieħed min-neputijiet tiegħu

Prop. Christ Coleiro

It-Tnejn magħluq Mit-Tlieta sal-Ġimgħa miftuħ mit-8.00am sal-12.30pm u mill-16.00pm sas-19.00pm Is-Sibt u l-Ħadd miftuħ mit-8:30am sal-12.30pm

Għall-aqwa servizz u kwalità Ħut Frisk u tal-Friża

Tel: 27004498 Mob 7995893

Carmelo Camilleri għandu diversi memorji ta’ zijuh, Ġużeppi. Issemmi li sakemm iżżewweġ, Ġużeppi 12 Organisti oħra fl-Imqabba f’dawn l-aħħar snin kienu Joseph Debattista u martu Mary, imwielda Bugeja. Ara J. Farrugia, ‘Il-Mużika Sagra flImqabba: Maestri di Cappella u Organisti Mqabbin 1898-1998’, filFuljett Kunsill Lokali, Mqabba No.15, Diċembru 1998, 4-7. 13 Joseph Farrugia, ‘Angelo Ghigo 1893-1983’, fil-Programm Festa Santa Marija, Mqabba 1996, 95.

kien joqgħod miegħu fid-dar ta’ missierhom. Jgħid li Ġużeppi kien jaħdem mas-servizzi Ngliżi u wara x-xogħol sikwit kien jipprattika l-vjolin. Jiftakar li huwa kien idoqq mal-orkestra ta’ Diacono u kien idoqq il-vjolin fis-serati li kienu jkunu organizzati f’xi swali fiż-Żurrieq mill-kumpanija ta’ Kostantinu, magħruf bħala ‘Sinu’. Għalkemm ftit li xejn kien jitkellem miegħu fuq mużika, Carmelo jaħseb li wieħed mill-iżjed kompożitur li ħuħ kien iħobb kien Beethoven. Jgħid ukoll li Ġużeppi kiteb diversi biċċiet ta’ mużika, sew sagri, fosthom innijiet Marjani, kif ukoll biċċiet għall-banda, anke ukoll xi kompożizzjoni għas-Soċjetà Mużikali Madonna Tal-Ġilju. Fost ilmemorji li jiftakar ta’ zijuh, Carmelo jsemmi li Ġużeppi kien idoqq il-vjolin fil-knejjes, pero jiftakar li għall-ħabta tal-1957 kien ġieli daqq il-katuba malbanda tal-Ġilju. Jiftakar ukoll li kien jiktbilhom ilpartituri tal-marċi biex jindaqqu mill-istess banda. L-interess kbir li kellhu lejn il-mużika kienet evidenti wkoll fit-tagħlim tal-arti mużikali lil uliedu. Kien iħeġġiġhom jagħmlu dan. Marse-Ann, it-tifla l-kbira tiegħu kienet ħarġet iddoqq il-klarinett mal-banda ta’ Ħal-Qormi u għamlet ftit taż-żmien iddoqq, iżda minħabba l-professjoni tagħha ma kienx possibbli li tkompli. Dawn huma ftit mill-ġrajjiet u l-esperjenzi li għadda minnhom Ġużeppi Farrugia, wieħed millprotagonisti li taw kontribut fl-attività mużikali fl-Imqabba f’aktar minn ħamsin sena ta’ ħidma u mpenn. Ġużeppi Farrugia ħalla din id-dinja t-Tnejn, 9 ta’ Jannar 2017 fl-Isptar Mater Dei fl-età ta’ 90 sena. Ilfuneral sar fil-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba nhar il-11 ta’ Jannar wara nofsinhar u jinsab midfun fiċ-ċimiterju ta’ Ħal Qormi.14 Ġużeppi Farrugia kien miżżewweġ lil Margaret, imwielda Mangion u kellu tlett itfal, il-Maġistrat Marse-Ann, Pierre-Sandre, u Paulseph-John. Kien maħbub u rispettat minn dawk li jafuh u kien xempju ta’ kif tista’ tkun ma’ partit u turi rispett lil partit l-ieħor. Fuq kollox, Ġużeppi kien l-ewwel u qabel kollox Imqabbi u jħobb dak kollhu li jgħolli l-isem tal-Imqabba. Ħadem għal dan ir-raħal, ħabb lil dan ir-raħal u baqa jħobbu sa mewtu bla wisq daqq ta’ trombi.

Partijiet minn din l-intervista ġiet ippubblikata fl-artiklu mill-istess awtur bit-titlu “L-Attività Mużikali fil-Parroċċa Marjana talImqabba” fil-ktieb Sicut Lilium – Devozzjoni u Ritwal tul is-Sekli editjat minn Charles J. Farrugia, mitbugħ mis-Soċjetà Mużikali Madonna Tal-Ġilju, Mqabba fl-2012.

14 Times of Malta, 11/1/2017

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

207


ĠANNI DARMANIN Mitejn sena mit-twelid tiegħu Kitba ta’ Joseph C. Camilleri BA, DEAM, M.Ed (Pl & Mgt)

Mitejn sena mit-twelid tiegħu

Il-knejjes Maltin, sew dawk parrokkjali u sew dawk konventwali, kienu dejjem sors ewlieni biex l-iskultur Malti jsib ix-xogħol. Għall-ewwel il-vari bdew isiru mill-injam iżda fis-seklu 19 bdiet dieħla sewwa l-kartapesta. Dan il-materjal kellu żewġ vantaġġi ewlenin fuq l-injam. L-ewwel ħaġa kien il-prezz. Vara tal-kartapesta kienet ferm irħas minn dik tal-injam. It-tieni, hemm il-piż tal-vara: vara tal-injam hija ferm itqal minn dik tal-kartapesta. Familja li spikkat fil-ħolqien tal-vari tal-kartapesta kienet il-familja Darmanin, familja mill-Isla. Ġużeppi Damanin waqqaf ditta ta’ xogħlijiet tal-irħam bl-isem ta’ Giuseppe Darmanin e Figli. Horatio Caesar Roger Vella kiteb hekk fl-artiklu tiegħu dwar il-familja Darmanin: “Minn din il-kumpanija, Karlu Darmanin kien l-aktar li ħadem u li ismu spikka, u kien ukoll dak li influwenza lil ħutu u lil neputih, Ġlormu Darmanin.”1 Wieħed mill-aħwa Darmanin, Ġanni, ħadem bħala marmista fil-ħanut ta’ missieru iżda ħalla wkoll numru ta’ vari u statwi għat-tiżjin tat-toroq.”

Ġanni

Meta Ġużeppi u Marija (imwielda Cumbo) iżżewġu, marru joqogħdu fil-belt Valletta. Waqt li kienu qed jgħixu l-belt twieldu tmien2 ulied, il-ħamsa l-oħra twieldu l-Isla. Ġanni kien is-sebà wild u naturalment twieled fil-belt Valletta, nhar it-3 t’April, 1817. Ġie mgħammed l-għada fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu mill-kanonku Dun Pawl Borg, li kien ilvigarju kurat. Semmewh Ġanni Pawlu, Lwiġi, Pietru, Baskal u Rużar. Għalkemm ġie msemmi Ġanni Pawlu, kien magħruf sempliċiment bl-isem ta’ Ġanni. Bħala parrini kellu lil Antonju Schembri, bin Alessandru u Ġwanna Farrugia, mart Mikiel mill-belt Valletta. Ilfamilja Darmanin telqet mill-belt Valletta u marret toqgħod fl-Isla fl-1822 jew ftit qabel għaliex f’din issena kien twieled Filippu li ġie mgħammed fil-knisja parrokkjali ta’ Marija Bambina tal-Isla. 1 Vella, HRC., Ġanni Darmanin u l-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba wara mitt sena minn mewtu 1908-2008, Soċjetà Mużikali Madonna talĠilju, Mqabba. 2009. 2 L-ulied tal-familja Darmanin li twieldu fil-belt Valletta kienu – Emanuela (c.1806), Vinċenz (1808), Salvu (c.1808), Marija (1810), Mikiel (1812), Karmena (1814) li mietet ta’ għaxar xhur, Ġwanni Pawlu – l-iskultur u marmista (1817), Beatrice (1819). L-ulied li twieldu l-Isla kienu – Filippu (1822), Pietru Pawl (1823), Marija Karmena (1823), Karlu (1825) u Madalena (1829). Aqra Horatio Caesar Roger Vella, Ġanni Darmanin u l-istatwa tal-Madonna tal-ġilju tal-Imqabba, Soċjetà Mużikali Madonna tal-ġilju, Mqabba, Malta, Festa 2016.

208

Giovanni Darmanin

L-ulied bdew jaħdmu mal-missier, naturalment fil-ħanut tax-xogħol tiegħu li kien ukoll fl-Isla. Hawn komplew fuq ix-xogħol tal-missier bħala marmista u xi opri fl-irħam bdew jidhru b’isem id-ditta ta’ Giuseppe Darmanin e Figli. Minkejja li kien hemm tliet subien li twieldu qabel Ġanni, milli jidher l-ikbar għajnuna għall-missier kien Ġanni. Skont l-istudjuż tal-istorja Patri Alessander Bonnici, “...fi żmien qasir, Ġanni beda jieħu r-responsabbiltà prinċipali għallavuri fl-irħam.”3 Barra li kien imexxi x-xogħlijiet li kienu jsiru fil-ħanut tax-xogħol ta’ missieru, Ġanni kien jagħmel ukoll xogħol ta’ restawr fuq opri talirħam. Meta ħalla x-xogħol Ġużeppi ħalla t-tmexxija f’idejn Ġanni. Hu kien imfittex ukoll għad-disinji talpavimenti sew tal-knejjes u sew tad-djar privati.

Ħajtu

Billi Ġanni ħalla l-belt Valletta ta’ ħames snin, ma kinetx diffiċli għalih li jgħix f’din il-belt ġdida. Meta kiber, daħal fratell mal-Fratellanza tat-Trinità. Ta’ 22 sena żżewweġ lil Marija Tereża Fleri, bint Stiefnu u Evanġelista Ellul. Marija Tereża li kienet Ġirbija, kienet tewmija ma’ Eliżabetta. Din twieldet fit-13 ta’ Jannar, 1824 jiġifieri kienet 7 snin ikbar minn 3 footnote: Bonnici A., Ġrajjiet Beltna, Ġanni Darmanin (1817-1908) Marmista u Statwarju li ħabb lill-Isla, Leħen il-Parroċċa, Sett/Ott, 1998, Nru 67.

Festa 2017

Ġanni. Hi tgħammdet l-għada mill-arċipriet Salvu Fenech fil-knisja arċipretali tal-Birgu. Iż-żwieġ seħħ fil-5 ta’ Mejju 1839 fil-knisja arċipretali tal-Birgu. Minn dan iż-żwieġ twieldu ħdax-il tarbija. L-ulied li twieldu fl-Isla kienu Emanuela (1840), Stiefnu (1842), Marija Karmela (1844), Ġużeppi (1846), Mikiel Anġlu (1848), Marija Anna (1851), Marija (1853) li mietet ta’ ftit xhur u Marija (1854). L-ulied li twieldu waqt li l-koppja Darmanin kienu jgħixu fil-Birgu kienu Lawrenz (1856), Marija Konċetta (1859) u Alfons Marija (1863). Għall-ewwel Ġanni u Marija Tereża bdew joqogħdu f’dar il-ġenituri ta’ Ġanni, fl-Isla, iżda fl1856 jew qabel, huma ħallew l-Isla u marru joqogħdu fil-Birgu. Wara żmien twil fil-Birgu l-familja marret toqgħod ir-Rabat, sewwa sew fi Triq il-Buskett (illum Triq Borg Olivier), viċin il-Knisja ta’ San Duminku. Dan seħħ wara l-mewt ta’ Marija Tereża li ġrat fl-14 ta’ Marzu 1893 fil-Birgu. Meta Ġanni tela’ r-Rabat sar fratell tal-Fratellanza tal-Madonna tarRużarju. Hu miet ta’ 92 sena fl-4 ta’ Diċembru 1908 fid-dar tiegħu r-Rabat. Hu ġie midfun f’qabar numru 6 tal-Fratellanza tal-Madonna tar-Rużarju fil-knisja ta’ San Duminku r-Rabat. Billi Ġanni għex żmien twil ħafna, kellu jara ħafna inkwiet u mrar f’ħajtu. Barra l-mewt tal-mara, erbgħa mill-ħdax uliedu mietu qablu. Dawn kienu Emanuela (1892), Marija Karmela (1844), Ġużeppi (1864), Marija (1853) u Lawrenz (1875).

Xi xogħlijiet fl-irħam

L-aħwa Darmanin baqgħu jaħdmu flimkien. Wieħed biss ħallihom. Dan kien Karlu jew Karlozz. Ħafna xogħlijiet li għaddew minn idejn dawn l-aħwa Darmanin, kellhom id-disinji magħmula minn Ġanni. Anke t-tmexxija tax-xogħol fl-irħam kien taħt Ġanni. Dun Ġużepp Micallef, meta kiteb l-istorja ta’ Ħal Luqa, qal li l-artal maġġur tal-knisja parrokkjali ta’ Sant’Andrija nħadem mid-Ditta tal-aħwa Darmanin fuq disinn li kien ħejja Ġanni. Dan l-artal spiċċa waqt ħbit mill-arju matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Dan ifisser li Ġanni kien jinqala’ biex jiddisinja xi kummissjoni li kellha tinħadem fl-irħam. Patri Alessander Bonnici kiteb hekk fuq dan l-altar: “Ħareġ biċċa xogħol tassew sabiħa li ġiet imfaħħra sew għad-disinn kemm għall-irħam minn ħafna li kien jifhmu fl-arti.” Waħda mix-xogħlijiet fl-irħam tal-aħwa Darmanin hi l-vaska tal-irħam li tinsab fis-sagristija tal-Bażilika ta’ Marija Bambina fl-Isla. Din saret meta Ġanni kellu 61 sena. Għall-Bażilika tal-Isla l-aħwa Darmanin għamlu wkoll l-artal tat-Trinità (1853), artal li kien ċertament importanti għal Ġanni billi hu kien fratell f’din il-fratellanza.

. Madonna tal-Gilju Mqabba

Ġanni Darmanin ipprepara disinji għallpavimenti tal-irħam għal xi knejjes. Waħda minn dawn il-knejjes kienet il-knisja ta’ San Pawl Nawfragu fil-belt Valletta. Ħadem ukoll id-disinji tat-tliet knejjes tal-Birgu – San Lawrenz, il-knisja parrokkjali; il-Lunzjata (magħrufa aktar bħala ta’ San Dumniku) u Santa Skolastika. Għall-aqwa knisja tadDjoċesi - il-katidral ta’ San Pawl, Ġanni ħadem ukoll id-disinji tal-paviment tal-Oratorju. Ħadem ukoll id-disinn tal-paviment tal-Matriċi t’Għawdex. Fuq disinn ta’ Ġanni, l-aħwa Darmanin ħadmu għall-Isla l-pavimenti sew tal-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina u sew tal-knisja ta’ Portu Salvu. Naturalment ħadmu wkoll fi djar privati. Kienet moda f’dawk iż-żminijiet, li l-intrata u anke l-kontraintrata kienu jinksew b’art tal-irħam. Jekk il-familja kienet tat-tajjeb, kienu jiksu bl-irħam l-ewwel kamra li aktarx kienet tkun il-kamra tas-salott. Ġanni u ħutu ħadmu wkoll lapidi u kitbiet fuq l-irħam.

Statwi tal-kartapesta għat-toroq

Skont Patri Alessander Bonnici, fost l-ulied ta’ Ġanni, waħda kienet taħdem fil-ħanut tax-xogħol tiegħu jew fil-ħanut tan-nannu Ġużeppi fl-Isla. Din kienet Marija. Din kienet it-tmien wild tal-koppja Ġanni u Marija Tereża Darmanin. Hi twieldet fl14 ta’ Awwissu 1854 u tgħammdet fl-istess jum tat-twelid tagħha. Il-parrini tagħha kienu Karlu, l-iskultur l-aktar magħruf tal-familja Darmanin u martu Annetta. Dwar Marija, darba waħda Ġanni kien qal lill-kittieb Castagna li bintu kienet tinqala’ daqsu. Marija kienet tgħin lil missierha fl-istatwi talkartapesta li kienu jżejnu t-toroq fil-jiem tal-festa. L-aktar li ħadem kienu għall-festi tal-Birgu – jiġifieri għall-Kolleġġjata ta’ San Lawrenz u għall-patrijiet Dumnikani. Ħadem ukoll statwi għall-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Bormla, għall-festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar, għall-festa ta’ San Ġużepp f’Ħal Kirkop u dik ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi. Horatio Caesar Roger Vella tana lista ta’ dawn l-istatwi li saru għall-festi fil-Birgu. Insibu statwi ta’ San Lawrenz mal-Papa Sistu u suldat, il-Beatu Alvaru, San

L-istatwa tal-Papa Sistu ma’ San Lawrenz u suldat

209


jawg#a l-f$ta t-tajba lil Imqabbin k*ha

Orenzju, San Paċenzja, San Duminku, San Tumas t’Akwinu, San Vinċenz Ferreri, il-Beata Giovanna D’Aza, San Pietru Martri (Patri Dumnikan), San Ġwann (Patri Dumnikan), Santa Katarina ta’ Siena, Santa Marija Madalena, il-figuri tal-Karità u Tama, San Piju V, u l-Gran Mastru Jean de Valette. Ħafna minn dawn l-istatwi sabu t-tmiem tagħhom waqt xi attakk matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Ġanni Darmanin u ħutu ħadmu wkoll għallgvern kolonjali, il-gvern Ingliż li kien qed imexxi lil Malta. Waħda mix-xogħlijiet kien il-bust tat-Tabib Lwiġi Pisani li jinsab fil-Mall il-Furjana. Ħadmu wkoll sensiela tal-armi rjali Ingliżi li jinsabu filPalazz il-Belt, fuq il-Bieb il-Bombi (Porte des Bombes), fil-Barrakka, is-Suq u f’xi postijiet oħrajn. Dawn l-armi kienu mezz ta’ twissija lillpoplu Malti li Malta kienet kolonja Ingliża. Jekk tasal wasla sal-belt Valletta tinnota kemm hemm armi rjali Ingliżi. Iżda l-aqwa armi tneħħew meta l-bieb ewlieni tal-belt twaqqa’ biex tela’ bieb usa’ u llum anke dan il-bieb twaqqa’.

Il-vari

Perit

Toni Bezzina Id-Deputat tal-Ħames Distrett jawgura

Festa t-Tajba lil kulħadd

l-

Minn fostkom, għalikom... 2, Triq is-Sajjieda, Żurrieq ZRQ 1710, Malta (quddiem iż-Żurrieq Wolves)

23, Pjazza tal-Knisja, Birżebbuġa (faċċata tal-Knisja Parrokkjali)

mob: [+356] 99430012 telephone: [+356] 21490826 website: www.tonibezzina.com e-mail: toni@tonibezzina.com

Jekk Ġanni kien il-persuna li mexxa lil ħutu fixxogħlijiet tal-irħam, Karlu (magħruf ukoll bħala Karlozz) mexxa d-dinastija Darmanin fix-xogħlijiet tal-vari tal-kartapesta4. Ġanni ħoloq xi vari għallknejjes ewlenin tal-Birgu. Wieħed irid jifhem li dan l-artist għamel żmien jgħix il-Birgu fejn kellu diġà sieq permezz taż-żwieġ tiegħu ma’ Ġirbija. Fil-Birgu, sewwa sew fil-knisja parrokkjali ta’ San Lawrenz insibu l-vara tal-Madonna tal-Karità. Din il-vara fiha l-firma ta’ Ġanni. Horatio Caesar Roger Vella kiteb: “Ħdejn saqajn din l-istatwa wieħed għadu jara l-firma ta’ Ġanni Darmanin.” Din il-vara qed tintuża llum bħala l-vara tal-Madonna tarRużarju. Hu ħoloq ukoll vara ta’ Santu Rokku għall-knisja parrokkjali tal-Birgu u oħra ta’ San Duminku. Din il-vara ta’ San Duminku kienet fil-kunvent tadDumnikani tal-Birgu. Il-figura tar-Redentur tassett vari tal-Ġimgħa l-Kbira tal-Birgu, hija tiegħu wkoll. Din il-vara hija mlibbsa u l-lewn tal-libsa welldet idjoma Maltija – ‘ħamra bħar-Redentur Il-vara tal-Madonna tal-Ġilju kif għamilha oriġinarjament Darmanin. tal-Birgu’. Tgħid ma kienx hemm l-id ta’ Ġanni flIl-vara tal-Madonna tal-Ġilju għażla tal-libsa tar-Redentur? Ġanni ħoloq ukoll Il-vara tal-Madonna tal-Ġilju5 li tinsab fil-knisja il-figura tal-Anġlu għall-vara tal-Ort. Din il-figura tkissret matul it-Tieni Gwerra Dinija u wara saret parrokkjali tal-Imqabba, hija kkonsidrata minn figura oħra, xogħol Abram Gatt. Ħadem ukoll itħafna kittieba bħala waħda mill-aqwa xogħlijiet tliet figuri tal-Vara l-Kbira għas-sett tal-vari tażli ħallielna Ġanni Darmanin. Din il-vara waslet flŻejtun. Dawn kienu l-figuri tal-Madonna, San Imqabba fil-21 ta’ Mejju, 1876, meta Ġanni kellu Ġwann u Marija Madalena. Ħadem ukoll il-vara 59 sena. Ġiet ordnata fuq inizjattiva ta’ Innoċenz tal-Madonna tal-Ġilju għall-parroċċa tal-Imqabba. Zammit u ordnata bħala vara tal-Madonna tal-Ġilju u mhux tal-Kunċizzjoni. L-iskop tagħha kien, fil-kliem 4 Id-Dinastija Darmanin, fejn tidħol vari, tat lil Karlu, Ġanni u Ġilormu. Hemm membri oħra bħal Marija Darmanin, bint Ġanni, li kienet tgħin lil missierha fix-xogħol tal-kartapesta. Billi ma nafu xejn dwar xogħolha, ma nistgħu ngħidu xejn fuq ix-xogħol li ħolqot hi.

5 Ara l-ġurnal Corriere Mercantile Maltese (8-5-1876) u La Generazione (8-6-1876).

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

211


lejn l-art biex il-figura tkun tħares lejn min qed iħares lejha peress li fil-knisja tkun fuq bankun u waqt il-purċissjoni tkun fuq spallejn ir-reffiegħa. Waħda mill-idejn qed isserraħ fuq blata għolja. Din hija simbolika. Kristu qed jipprova jqum biex ikompli l-mixja Tiegħu lejn il-Kalvarju. L-għolja hija ħadd ħlief aħna l-midinbin. It-toqol tas-salib jiżdied permezz tal-għolja żgħira. Sieq waħda qed terfa’ l-piż tas-salib u s-sieq l-oħra hija mixħuta tul l-art. Din hija wkoll simbolika u tfisser li Kristu kien baqagħlu jimxi biex jilħaq l-għolja tal-Kalvarju – Kristu kellu jbati aktar biex jifdina.

Il-Madonna tal-Karità (illum il-Madonna tar-Rużarju)

Il-Madonna tar-Rużarju.

L-istatwa ta’ San Duminku

ta’ Horatio Caesar Roger Vella, “...biex din l-istatwa, meta titlesta, titqiegħed f’niċċa fil-kappellun talKunċizzjoni.” 6 F’din il-vara naraw l-influwenza ta’ ħu Ġanni, Karlu. Il-ħarsa tal-Madonna hija mmirata lejn l-art, ħaġa li rajnieha wkoll fil-vara ta’ Ġanni Darmanin tal-Madonna tal-Karità. Idejn il-Madonna huma tipikament a la Karlu, l-id il-leminija fuq sidirha u taħtha hemm l-id ix-xellugija. Id-dinja ta’ taħt ilMadonna hija miksija bis-sħab. Is-serp u t-tuffieħa jinsabu wkoll imdaħħlin fil-vara, simboli talImmakulata Kunċizzjoni. Id-drapp, sew il-libsa u sew il-mantell huma fuq stil imperjali. Ix-xagħar jaqa’ minn fuq ras il-Madonna hu simbolu ta’ tjubija u verġinità. Is-sieq ħierġa minn bejn il-ħwejjeġ tagħti moviment lill-figura. L-anġlu hu kważi għeri ħlief għall-biċċa drapp. Ilħarsa tiegħu hija wkoll lejn l-art. L-anġlu hu r-rabta bejn is-sema u l-art, bejn Alla u l-bniedem. Il-Ġilju tinsab f’post ewlieni iżda b’tali mod li mhux tgħatti wiċċ l-anġlu. Dan il-pass hu ferm importanti għaliex tagħti importanza kbira lill-figura tal-anġlu. Il-vara

fiha xogħol importanti anke fuq il-parti ta’ wara. Ilvelu jinsab jgħatti parti mir-ras u fl-istess ħin jaqa’ fuq wara b’sengħa kbira artistika. Parti mix-xagħar ukoll jaqa’ fuq wara. Dawn il-ħwejjeġ juru li mhux vera l-vara kellha timla n-niċċa. Li kieku kellha postha biss fin-niċċa, kieku Ġanni Darmanin ma kienx jagħti importanza daqshekk lill-parti ta’ wara. F’moħħ l-artist u f’moħħ Innoċenz Zammit kien hemm bilfors l-idea ta’ vara għall-purċissjoni7.

6 Vella op cit p 43.

212

Xi kummenti dwar ix-xogħol ta’ Ġanni Darmanin Il-vara tar-Redentur

Il-figura tar-Redentur hija waħda tradizzjonali. Milli jidher Ġanni kellu jimxi fuq il-vara l-aktar popolari tar-Redentur, dik tal-Isla8. Naraw lil Kristu qed jipprova jqum mill-waqgħa. Wiċċu qed iħares 7 Meta saret il-vara ta’ San Pietru u San Pawl għall-knisja parrokkjali tanNadur, l-artist ħadem fuq il-parti ta’ quddiem u ħalla kollox lixx fuq wara għaliex hu ħaseb li l-vara kellha tkun għal xi niċċa. 8 Il-vara tal-Isla kienet diġà magħrufa fl-1762 meta L-isqof Rull ħareġ id-digriet li permezz tiegħu ta indulġenza lil kull min jgħid il-Kredu quddiem il-vara. Ara T Terribile, Teżori fil-Knejjes Maltin – Il-Birgu u l-Isla, Pubblikazzjoni Indipedenza, Malta, 2006. p 218

Festa 2017

Il-Madonna tal-Karità hija vara ta’ figura ta’ omm. Il-ħarsa tagħha hija lejn l-art u din tfisser umiltà. Anke kif il-figura tal-Bambin qed jinżamm millMadonna turi l-umiltà. Għalkemm il-Madonna hija l-ikbar figura, iċ-ċentru tal-vara hu Kristu. Kristu jinsab ibierek. Ma hemmx rabta bejn il-Bambin u l-Madonna. Min-naħa l-oħra, idejn il-Madonna juru l-imħabba u l-attenzjoni li wieħed jorbot mad-dinja tal-omm. Id waħda qed iżżomm lill-Bambin u l-id l-oħra qed toffrilu protezzjoni, aktar u aktar li Ġesù moħħu fin-nies. L-ilbies tal-Madonna hu wieħed xi ftit goff. Minkejja dan xorta waħda hemm is-sieq li toħroġ mill-ħwejjeġ. Din il-mossa tagħti lill-vara dik il-moviment li jikser xi ftit is-serenità tal-figura materna. Il-figura tal-Bambin hija tipika tarbija ta’ xi sena jew sentejn, mimlija ħajja u moviment. Qisu l-Bambin ma għandux kwiet f’ġismu. Bejn iż-żewġ figuri hemm kuntrast kbir. Dan il-kuntrast ikabbar is-serenità tal-Madonna u l-movimenti tal-Bambin. Din hi xogħol tas-sena 1879 (Ġanni kellu 62 sena).

Il-Vara l-kbira taż-Żejtun

Ġanni ħadem it-tliet figuri tal-Madonna, San Ġwann u l-Madalena ta’ din il-vara. It-tqassim tal-vara huma tassew tajjeb. Fuq naħa hemm il-figura tal-Madonna u fuq in-naħa l-oħra hemm San Ġwann u l-Madalena għarkupptejha fl-art. Fuq naħa hemm il-Madonna li hija s-simbolu tal-ħajja divina li hija ppreżentata minn Kristu fuq is-salib u fuq in-naħa l-oħra hemm il-bniedem. Il-Madalena moħħha f’Kristu waqt li San Ġwann moħħu fil-Madonna. Il-figura ta’ San Ġwann qiegħda tilqa’ lill-Madonna f’dinja ta’ maternità ġdida, omm tal-bniedem kollha, bilanċ kbir bejn ilfiguri tal-Madonna u San Ġwann. Il-Madonna issa saret omm il-bniedem, omm il-Knisja. Dawn it-tliet figuri huma kkonsidrati wkoll fost l-aqwa xogħol ta’ Ġanni Darmanin. Ħaġa li tispikka hija l-ħarsa talMadalena. Wiċċ il-Madalena jinsab iħares ‘il fuq. Din il-figura tippreżenta lilna, nies li twilidna fid-dnub tan-nisel, nies li faċli naqgħu fid-dnub.

. Madonna tal-Gilju Mqabba

Id-dulur ta’ Marija mill-vara l-kbira taż-Żejtun

Il-kumment tal-Patri Bonnici

Patri Bonnici kiteb li: “Ġanni ma hux magħruf daqs kemm jistħoqqlu.” Dwar bintu, Bonnici jgħidha ċar u tond: “Bintu Marija kienet sfortunata iżjed minnu. Ma nafux li hi ħadmet xi statwi wara l-mewt ta’ missierha u s-sehem eżatt tagħha fl-istatwi ta’ Ġanni qatt ma kien magħruf.” Jien naqbel ma’ dawk li kiteb Patri Alexander Bonnici. Ix-xogħlijiet ta’ Ġanni Darmanin huma ftit li xejn magħrufin. L-aktar xogħol magħruf hija l-vara tal-Madonna tal-Ġilju. Għar minnu hija Marija bintu. Ma nafux sewwa sehem kellha din Marija. Liema xogħlijiet kienet imdaħla fihom. Jekk għamletx xogħlijiet weħida mingħajr id-daqqa tal-missier. Min-naħa l-oħra jekk wieħed jħares lejn il-vari tal-Ġilju u dik tal-Karita wieħed jinduna l-ħila ta’ dan l-artist kbir. Hemm influwenza ta’ ħuħ Karlu iżda kull xogħol ewlieni li ħareġ minn id Ġanni hu uniku, maħdum bis-sengħa u mimli b’simboli li bihom iwaslu lin-nisrani lejn aktar għarfien talfidi. Nappella biex is-Soċjeta tal-Ġilju flimkien malparroċċa ta’ San Lawrenz tal-Birgu jaħdmu id f’id biex xi darba l-vari tal-Ġilju u tal-Karita jidhru fuq xi sett tal-bolol, xi sett tal-Milied. Ta’ min jgħid li l-kunċizzjoni u l-Milied għandhom rabta kbira u għalhekk dawn iż-żewġ vari jkun idejal fuq sett tal-Milied. Ġanni Darmanin ħaqqu jkun magħruf u apprezz aktar minna l-Maltin.

Referenzi: Bonnici A, Minn Ġrajjiet Beltna (61) Ġanni Darmanin (1817-1908) Marmista u Statwarju li Ħabb lill-Isla, L-Isla Leħen il-Parroċċa, Settembru/ Ottubru 1998, Nru 67. Vella H.C.R, Ġanni Darmanin u l-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju talImqabba, Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, Mqabba, Malta, Festa 2016. Terribile T, Teżori fil-Knejjes Maltin, Il-Birgu u l-Isla, Pubblikazzjonijiet Indipendenza, Malta, 2006. Terribile T, Teżori fil-Knejjes Maltin, Il-Gudja, Marsaxlokk, Iż-Żejtun, Pubblikazzjonijiet Indipendenza, Malta, 2003.

213


IL-ĠILJU FID-DIVINA COMMEDIA Ta’ Dante Alighieri Kitba ta’ Dr. Gerald Bugeja

Pittura b’raffigurazzjoni tad-Divina Comedia

Id-Divina Commedia tal-poeta Medjevali Taljan, Dante Alighieri (1265-1321) hija opra reliġjuża ħafna; tirrakkonta fil-fatt vjaġġ li hu jgħid li għamel fl-Infern, fil-Purgatorju u fil-Ġenna. Għall-poeta, kulma jara u jisma’ u kull esperjenza għandha sinjifikat spiritwali, u dan bir-raġun għaliex ilKristjaneżmu, kif tirrivela tajjeb Rosa Elisa Giagioia1, kien ġab bidla fil-mod kif in-nies kienet tara n-natura u l-istorja: din bdiet issa tidher fi perspettiva ġdida: kienet frott tal-ħolqien t’Alla, mogħti lilna grazzi għall-ġenerożità tiegħu wara l-waqgħa tal-bniedem minħabba d-dnub. Ċerti elementi tan-natura saru issa sagri, bħall-ilma li sar element purifikatorju tal-magħmudija, jew bħall-ħaruf, għax issa wieħed jassoċjah mar-Ragħaj it-Tajjeb. Anki d-dielja u l-għeneb saru assoċjati mal-Ewkaristija. Waħda mill-poeżiji ewlenin Taljani hija Il Cantico delle Creature ta’ San Franġisk fejn l-elementi tan-natura, 1 R.E.Giangoia, Scrivere la Natura. Il rapporto tra Natura e Latteratura nel corso dei secoli, p.3, taħdita li kienet tat fil-11 ta Awwissu 2012 f’laqgħat organizzati minn Psiche e Natura, misjub f’www.psichenatura.it/ fileamin/img/Scrivere_la_Natura_R.E.Giangoia.pdf [ 8 ta’ Jannar 2017].

bħax-Xemx, il-Qamar u l-Ilma, huma trattati bħala oġġetti tal-ħolqien t’Alla. Ma setax jonqos li l-fjuri wkoll ħadu fuqhom valuri simboliċi. Fost dawn jispikkaw il-warda u l-ġilju. Reċentement fuq tal-ewwel għamlet studju sabiħ Rosa Elisa Giangoia2, u fuq il-fjuri inġenerali ta’ min isemmi l-ktieb ta’ Sara Piccolo Paci, Rosa sine spina3, speċjalment il-paġni fejn titratta l-ġilju4. Fi żmien Dante l-ġilju kien ilu li sar sinonimu ma’ kastità u safà, u kien jirreferi speċjalment għallMadonna. Fil-Vanġelu (Mattew, 6,28) naraw li l-ġilju jindika l-abbandun mistiku f’Alla; ‘Ħarsu lejn kif jikbru l-ġilji fil-widien; ma jaħdmux u ma jagħżlux is-suf; madankollu nassigurakom li lanqas Salamun fil-glorja kollha tiegħu ma kien imlibbes bħal wieħed minnhom’; fit-tradizzjoni biblika din il-fjura kienet tissimboleġġa li tkun magħżul: ‘Bħal ġilju fost 2 R.E.Giangoia, La Santità della rosa f’ La poesia, il sacro, il sublime, Fara Editore, Rimini 2009, pp.197-214. 3 Sara Piccolo Paci, Rosa sine spina, I fiori simbolo di Maria fra arte e mistica, Ancora Editrice, Milan 2015 4 Ibid., pp.90-102

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

215


fl-intrata tal-Ġenna. Il-bidu ta’ dan il-canto huwa kollu simboliku (bin-numru sebgħa tal-kandelabri jirrappreżentaw is-sebgħa doni tal-Ispirtu s-Santu, u bl-użu ta’ espressjonijiet bil-Latin mill-Bibbja u mill-Enejde ta’ Virġilju, u dan biex jagħti aktar sublimità lil dan il-mument uniku). Ta’ min jikkwota t-terzina in kwistjoni:

Tutti dicean: ‘Benedictus qui venis’!, E fior gittando e di sopra e dintorno, ‘Manibus, oh, date lilia plenis!’.

Il-knisja li kienet iddedikata lill-Madonna tal-Ġilju ġewwa l-parroċċa ta’ San Ġużepp f’Firenze.

ix-xewk, hekk hija l-ħabiba tiegħi fost ix-xebbiet’; u jekk jingħaqdu flimkien dawn iż-żewġ attributi, dawn ma jistgħux ma jirreferux għal Marija, dik li, magħżula, erħiet lilha nfisha għar-rieda t’Alla5. Pero l-ġilju ma kienx jirreferi biss għal Marija, imma wkoll għal Kristu. Biżżejjed insemmu l-vrus millpoeżija, Il pianto della Madonna de la passione del figliolo Jesù Cristo, tal-Franġiskan, Jacopone da Todi (1230-1306), li huwa tal- ġenerazzjoni ta’ qabel Dante: ‘O figlio, figlio figlio!/ Figlio, amoroso giglio,/ figlio, chi dà consiglio/ al cor mio angustiato? (BilMalti: ‘Ibni, ibni, ibni,/ Ibni, ġilju kollok mħabba, min se jsabbar lil din il-qalb mifnija?’). Ta’ min ifakkar hawnhekk li fid-disà seklu, Valafridus Strabo (808/809- 849), fi ktieb fuq il-ħxejjex – De Cultura Hortorum – jgħid hekk rigward il-ġilju: isostni li biex tfiq minn gidma velenuża ta’ serp hemm bżonn li tidħan il-ġilju fil-meries u tixrob dik l-essenza blinbid ta’ Falerno. Skont Piccolo Paci, ma tistax tiċħad li hawnhekk għandna reġistru simboliku doppju fiddeskrizzjoni tas-serp, li tista’ xxebbħu ma’ dak talġnien ta’ Eden meta kien daħħal id-dnub u l-mewt6. Għalhekk, il-ġilju huwa simbolu ta’ Kristu, waqt li l-inbid ifakkrek fl-Ewkaristija. L-ewwel darba li fid-Divina Commedia nsibu l-kelma ġilju b’konnotazzjonijiet simboliċi huwa filcanto tletin tal-Purgatorju (v.21). Ta’ min wieħed jiftakar li Dante f’dan il-canto jiddeskrivi d-dehra ta’ Beatrice appena jidħol fil-Ġnien tal-Eden. Huwa mument importanti fil-vjaġġ tiegħu: huwa ppurifika ruħu mid-dnubietu, u f’ċertu sens diġà qiegħed 5 Bruno Cerchio, L’Ermetismo di Dante, Edizioni Mediterranee, 1988, p.211 6 Sara Piccolo Paci, op.cit., 93

216

Maqluba għall-Malti: ‘Kulħadd kien qed jgħid: “Imbierek min ġej! Xerrdu ġilji b’idejkom mimlija!”, waqt li jitfgħu fjuri fuq u madwar’ [il-karru li fuqu kien hemm Beatrice]. Ta’ min jiċċara li Dante missu kiteb Benedicta għax qed jirreferi għal Beatrice u mhux għal Kristu (kif inhi użata fil-Vanġelu ta’ Luqa [19, 38], u dak ta’ Mattew [21, 9]). L-espressjoni Manibus date lilia plenis hija meħuda mill-Enejde (VI, 883) b’riferiment għal Marċellu, in-neputi ta’ Augustus, li kien mogħni b’ħafna virtujiet, u li kien miet żgħir. Il-ġilji f’Virġilju aktarx kienu bojod għax fil-vers ta’ wara Ankiże, missier Enea, jgħid li ser ixerred ukoll fjuri vjola (‘purpureos spargam flores’). Dante wkoll aktarx qed jirreferi għal ġilji bojod għax għalkemm Beatrice aktar ‘il quddiem hija deskritta li għandha mantell aħdar u libsa ħamra, hija mgħottija b’velu abjad (‘sovra candido vel cinta d’uliva/ donna m’apparve, sotto verde manto/ vestita di color di fiamma viva’). Skont ilkritiċi, il-velu abjad jirrappreżenta l-fidi, il-mantell aħdar t-tama, u l-libsa ħamra l-karità. Żgur li l-bjuda tal-ġilji teħber dik tal-velu, u indirettament tas-safà ta’ Beatrice, li, tajjeb niftakru, kemm fil-Vita Nuova kif ukoll fid-Divina Commedia, tirrappreżenta l-imħabba spiritwali, platonika; hija antiċipazzjoni tal-Madonna. Insibu mhux ġilju wieħed imma ħafna meta nerġgħu nisimgħu bil-ġilju, b’riferiment għallappostli fil-canto tmintax (vv. 70-75) tal-Paradiso, li flimkien mal-aħħar wieħed huwa l-aktar mistiku u paradisiaku. F’dan il-canto Dante jara viżjoni ta’ ġnien. Naraw dawn iż-żewġ terzini fejn Beatrice qed twiddbu biex josserva u japprezza l-fjuri ta’ dan ilġnien:

Perché la faccia mia sì t’innamora, che tu non ti rivolgi al bel giardino che sotto i raggi di Cristo s’infiora? Quivi è la rosa in che ‘l verbo divino carne si fece; quivi son li gigli al cui odor si prese il buon cammino.

Festa 2017

Maqluba għall-Malti dawn il-vrus jgħidu hekk: ‘Għaliex wiċċi qed jiġbdek lejja b’tant qawwa li mhux qed tazzarda tħares lanqas lejn il-gruppi ta’ qaddisin li qegħdin ħajjin taħt is-sura ta’ fjuri fid-dawl ta’ Kristu? F’dan il-ġnien hemm il-warda mistika (Marija), li fil-ġuf tagħha tlaħħam il-Verb divin ; f’dan il-ġnien hemm il-ġilji (l-Appostli), li taħt il-gwida tagħhom il-bnedmin qabdu l-mixja tal-fidi’. It-tieni terzina tiddeskrivi dehra ta’ ġnien bil-fjuri li, kif jiżvela tajjeb kritiku7, mhix oriġinali, imma mifruxa ħafna fil-letteratura devozzjonali u fil-pittura. Għall-persuna medjevali l-pjan realistiku u dak metaforiku kienu jikkonċidu. Ilmetafora tal-Ġenna bħala ġnien insibuha fil-ktieb tal-Ekkleżjastiku (XXXIX, 13-140: ‘Tiffjurixxu bħal warda tal-widien ħdejn nixxiegħa, u tiffjorixxu bħal ġilju, u minnkom toħroġ fwieħa qawwija’. U filGħanja tal-Għanjiet (II,1); ‘Jiena fjura tan-narċis filpjanura ta’ Saron, ġilju tal-widien’. Il-motiv tal-fjura nsibuha fil-kattedrali gotiċi, fir-rużun tat-twieqi u fil-faċċati tal-knejjes. Ta’ min jinnota li l-fatt li l-appostli huma rrappreżentati bħala ġilji tista’ tikkonsidraha bħala sineddoke tal-Ġilju li huwa Kristu, għax huma jirrappreżentaw il-missjoni salvifika tiegħu. Ġewwa Firenze stess konfraternità li ġiet iffundata fl-1324, jiġifieri sena qabel ma miet Dante, hija dik tal-Madonna del Giglio8. Fl-aħħar canto nsibu lil San Bernard jitlob lill-Madonna biex tinterċedi favur Dante. F’ħin minnhom San Bernard jgħid: Nel ventre tuo si raccese l’amore, per lo cui caldo ne l’etterna pace così è germinato questo fiore. Bil-Malti: ‘Ġol-ġuf tiegħek reġgħet xegħlet l-imħabba t’Alla għall-bnedmin li permezz talimħabba kbira warrdet din il-fjura’. Ta’ min jirrivela li Dante jsemmi ‘din il-fjura’, u peress li ġa pparaguna lill-beati għal ‘rosa mistica’ (warda mistika), din il-fjura allura hija l-warda. Pero, ta’ min jgħid li l-kunċett li l-fjura titwieled mill-imħabba bejn Alla u l-Verġni nsibuha f’Sant Ambroġ; ‘fil-ġuf tal-Verġni… nibtet il-grazzja tal-fjura tal-ġilju’. U f’kitba mistika ta’ Ildefonsus Toletanus (c. 607-667), De Corona Virginis, isemmi l-grupp ta’ elementi magħmul mit-topazju, mill-lucanum (l-istilla ta’ filgħodu) u mill-ġilju, u testwalment jgħid li ‘mir-rieda tagħha 7 Tommaso Di Salvo (a cura di), Paradiso, Zanichelli editore, Bologna,1993, p.474 8 Ara Charles Farrugia, Id-Devozzjoni lejn il-Madonna tal-Ġilju barra minn xtutna fi Sicut Lilium Devozzjoni u Ritwal tul is-Sekli, Malta, 2012, p.43; u Sara Piccolo Paci, op.cit., p.44.

. Madonna tal-Gilju Mqabba

jissaħħan dak li kien kiesaħ’9, u fit-terzina ta’ Dante tissemma’ s-sħana tal-imħabba. Għal din ir-raġuni l-warda hija mogħnija b’attributi tal-ġilju, fosthom anki l-kulur: Dante jgħid li hija ‘candida rosa’, warda bajda (XXXI, 1), u, nafu, li, għalkemm hemm ward bojod, l-bjuda hija assoċjata aktar mal-ġilju, filwaqt li l-ward huma assoċjati mal-aħmar. Niġbdu l-attenzjoni għall-fatt li meta drabi oħra jissemma’ l-ġilju f’Dante, bħal fil-Purgatorio (VII,105, XX,86) u fil-Paradiso (XVI,153, XVIII,113), hawnhekk il-ġilju jissimboleġġa jew lil Franza jew lil Firenze, li t-tnejn għandhom bħala emblema l-ġilju jew il-fjurdulis. L-ewwel darba li nsibu l-kelma ġilju f’dan is-sinjifikat huwa fil-Purgatorio, VII, v. 105: ‘morì fuggendo e disfiorando il giglio:’ (bil-Malti: ‘miet huwa u jaħrab, u ġiegħel lill-ġilju jidbiel’), b’riferiment għal Filippu III, re ta’ Franza bejn l-1270 u l-1285. Miet fil-battalja ta’ Perpignan (belt fi Franza) waqt li kien qiegħed jirtira wara li kien ġie megħlub mill-Aragoniżi, u b’hekk ġab diżunur lil Franza. Eżempju ieħor tal-ġilju użat b’riferiment għal Franza nsibuh fil-Purgatorio, XX,v.86. Hawnhekk pero minflok ġilju Dante jikteb fiordaliso. It-terzina kollha hija din:

Perché non paia il mal futuro e ‘l fatto, veggio in Alagna intrar lo fiordaliso, e nel vicario suo Cristo esser catto. Bil-Malti: ‘u sabiex tidher il-ħsara li saret u li għad trid issir, qed nara dieħel ġo Anagni il-fjudulis u qed nara lil Kristu jerġa’ jsir priġunier fil-persuna tal-Papa. Ta’ min jgħid li hawnhekk qed jitkellem Ugo Capeto, l-antenat tad-dinastija tal-Capetingi, u qiegħed jipprevedi l-komportament ħażin taddixxendenti tiegħu; jikkundanna hawnhekk l-aġir ta’ Filippu IV, magħruf bħala s-Sabiħ, li kien bagħat lil Guliermu ta’ Nogaret fil-belt ta’ Anagni fl-1303 fejn kellu r-residenza l-Papa, Bonifazju VIII, biex jarrestah u jieħdu Parigi biex jiġi proċessat10. Għal Capeto, kif ukoll għal Dante, din hija offiża lillistess Kristu, li tiegħu l-Papa huwa vikarju.Tajjeb li wieħed jinnota li Dante juża l-kelma fiordaliso, li hija traduzzjoni tal-kelma franċiża fleur de lis, u din hija l-emblema ta’ Franza. Għal żmien twil – kemm qabel u wara Dante, u baqgħet sal-Konċilju ta’ Trentu (1545-63) – kienet kredenza li l-Madonna kienet tat lil Clovis, re tal-Franki (481-511 w.K.) ġilju fil-magħmudija tiegħu. Il-Papa Ljun III, meta 9 Hildefonsus Toletanus, PL XCVI, COL.288, kif ikkwotata minn Sara Piccolo Paci, op.cit. p.50. 10 Claudio Rendina, I papi, Storia e segreti, Newton-Compton editori Roma, 2005, vol², p.513

217


fis-sena 800 (w.K) inkuruna lil Karlu l-Kbir, jingħad li tah stendard blu mgħotti bi fjurdulisi tad-deheb. Jingħad ukoll li meta Karlu V , re Franċiż (13371380), naqqas l-istemma għal tliet fjurdulisi, dan għamlu bħala qima lis-Santissima Trinità. (Rigward il-ġilju u l-fjurdulis, huwa tajjeb li wieħed jiftakar li għal sekli sħaħ kien hemm konfużjoni bejn dawn iż-żewġ fjuriet, u kien fis-seklu dsatax li l-iris (fjurdulis) ma baqgħetx tiġi magħrufa bħala ġilju.) Illum, l-istudjużi, fuq spunt tal-kittieb famuż talaraldika, Alexander Nisbet (1657-1725), huma kważi konvinti li l-lis tal-istemma Franċiża hija l-iris li tikber mal-ġnub tax-xmara Lys, jiġifieri f-artijiet okkupati mill-Franki11. Kif diġà għidna, il-ġilju jinsab fl-istemma ta’ Firenze. Fil-Paradiso (XVI, V.153) Cacciaguida, antenat ta’ Dante, ifaħħar l-ħajja tajba tal-Fjorentini ta’ żmienu u jiftakar meta l-ġilju fuq l-istemma kienet bajda u mhux ħamra skura. Naraw dawn issebà vrus (żewġ terzini u vers);

ġilju jista’ jkun marbut mal-kult Marjan li jmur lura aktarx għas-seklu IX. Marbuta ma’ dan il-kult Marjan, insibu d-dedika tal-katidral ta’ Firenze lil Santa Maria del Fiore. Pero, wieħed irid jiżvela li dan l-isem ma jmurx lura ħafna fiż-żmien. Sal-1412 ilkatidral kien ddekikat lil Santa Reparata. Il-bidla flisem kien dovut għall-pressjoni ta’ grupp ta’ familji potenti. Dan l-argument kien it-tema ta’ Convegno li kien sar ġewwa Firenze fl-201012. Post ieħor fejn Dante jsemmi indirettament ilġilju huwa fil-canto XVIII, v.113, fil-forma tal-verb ‘ingigliarsi’. Naraw l-ewwel il-kuntest li Dante jinsab fih, u mbagħad naraw it-terzina li fiha tinsab ilkelma. Dante għadu kif daħal fis-sema ta’ Giove, u qatet ta’ erwieħ jiffurmaw ħamest ikliem (DILIGETE IUSTITIAM QUI IUDICATIS TERRAM: bil-Malti, ‘Ħobbu l-ġustizzja intom li tiggvernaw d-dinja’). F’salt wieħed l-ittra M li biha tispiċċa Iustitiam tinbidel ġo forma ta’ ajkla, simbolu tal-Imperu. Pero, dawn l-erwieħ li ffurmaw l-ajkla, qabel kienu sawru ġilju:

Con questi genti, e con altre con esse vid’io Fiorenza in sì fatto riposo, che non avea cagione onde piangesse. Con queste genti vid’io glorïoso e giusto il popol suo, tanto che ‘l giglio non era ad asta mai posto a ritroso né per division fatto vermiglio.

L’altra bëatitudo, che contenta pareva prima d’ingigliarsi a l’emme, con poco moto seguitò la ‘mprenta.

Bil-Malti: ‘B’dawn il-familji u magħhom oħrajn, jien rajt lil Firenze tgħix fi sliem profond li ma kienx hemm għalxiex wieħed jibki; b’dawn il-familji jien rajt il-poplu tassew glorjuż fost il-Komuni (bliet) Toskani l-oħra, tassew ġust fejn l-istendard talġilju qatt ma poġġewh rasu ‘l isfel (mir-rebbieħa tiegħu b’disprezz), u lanqas il-ġilju abjad ma ġie qatt sostitwit mill-ġilju aħmar minħabba l-qasmiet politiċi li firdu l-belt’. Din il-bidla fil-kulur talistandard seħħet fl-1251 fil-gwerra kontra Pistoia; u peress li l-istendard tradizzjonali – ġilju abjad fuq sfond abjad – kienet baqgħet lill-Gibellini, huma bidlu l-kuluri u l-ġilju sar aħmar fuq sfond abjad. Rigward il-Ġilju ta’ Firenze, ta’ min jgħid li din hija varjazzjoni fjorentina tal-iris germanica, magħrufa fil-fatt bħala ġilju ta’ Firenze jew fjurdulis abjad, speċi li tikber ħafna fil-viċinanzi tal-belt u li minn dalfatt probabilment nibet is-simbolu. Fuq is-simboli tal-ġilju ta’ Firenze, l-istudjużi huma maqsuma. Xi wħud isostnu li meta Firenze ġiet imwaqqfa fid-59 q.K. kien fir-rebbiegħa, u kienu qed jiffesteġġaw lill-alla mara Flora. Skont xi wħud, l-adozzjoni tal11 Ara Origins of the Fleur-de-Lis f’ Mists of Antiquity, vol.², V, 1999, The Baronage Press and Pegasus Associates Ltd, kif misjub f’ www.baronage. co.uk/bphtm -02/mea -15.html [fil- 11 ta’ Jannar 2017].

(Bil-Malti: ‘l-erwieħ oħrajn, qabel [ma sawru l-ajkla] dehru sodisfatti li ffurmaw ġilju [fuq l-ittra M], u bi ftit movimenti komplew jiffurmawha). Minħabba li, kif diġà għidna, il-ġilju hija l-istemma ta’ Franza u anki ta’ Firenze, studjużi varji tawh sinjifikat allegoriku politiku. Kritiku partikolari, Ernesto Giacomo Parodi, wasal biex fisser din iddehra tal-ġilju bħala sinjal li Franza m’għandhiex topponi l-Imperu13. Oħrajn ma jaqblux ma’ din l-interpretazzjoni, bħal Antonio Lanci, li jaħseb li hija metafora ‘visiva’ u pittorika14 fuq it-tip tal- candida rosa (XXXI,1). Dan l-aħħar, studjuż ta’ Dante ħareġ b’interpretazzjoni oriġinali, pero interessanti; hu jsostni li l-Ittra M hija l-materja tal-opra, u filwaqt li din tersaq lejn id-dlam, il-ġilju li fuqha jinsab hija l-kurunament tal-opra u hija bajda: il-fjura hija t-twettiq tal-potenzjalità li qegħda fil-materja15: Interpretazzjoni forsi inverosimili, imma suġġettiva ħafna, u hija xhieda ta’ kemm il-ġilju jevoka bjuda u spiritwalità.

12 Ara Santa Maria del Fiore, la vera storia del nome, misjub f’corrierefiorentino. corriere.it/Firenze/notizie/arte e cultura/2010/18novembre – 2010/ Santa-Maria-del-fiore 1804201635025. Shtml [16 ta’ settembru 2016]. 13 Ernesto Giacomo Parodi, Il giglio d’oro nel c.XVIII del Paradiso ġo “Arte e Scienza”, 1903, pp.5-14 14 Antonio Lanci, Ingigliarsi ġo Enciclopedia dantesca, Roma 1970 15 Bruno Cerchio, op.cit.,p..210

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

219


SNAJJA U PROFESSJONIJIET Mill-Imgħoddi tal-Imqabba Kitba ta’ John Buhagiar

B’dedika lill-Imqabbin kollha li maż-żmien ħadmu u stinkaw biex bil-bżulija tagħhom mantnew, temgħu u rabbew lill-familji tagħhom. Nota Editorjali: Kienet idea sabiħa ferm tas-Sur John Buhagiar li jiġbor mill-memorja u noti tiegħu listi estensivi ta’ nies Imqabbin li ħadmu fi snajja differenti. Tajjeb li ngħidu li jista’ jagħti l-każ li bi żvista nqabżu xi uħud peress li din m’hiex riċerka minn sorsi uffiċjali. Filwaqt li niskużaw ruħna għal ismijiet nieqsa, anke peress li dawn il-listi jorbtu biss maż-żmien u l-memorja tas-Sur Buhagiar, inħeġġu lil kull min għandu aktar informazzjoni biex jgħaddijielna u tiżdied fil-ħarġa tal-ktejjeb tas-sena d-dieħla. Ħaddieda Carmelo Pace Parnis Ċensu Magri [Tal-Museum] Mikelanġ Sapiano Mastrudaxxi Ċensu Farrugia [Tan-Naw] Toni Borg [Tal-Ħami] Ġużepp Xuereb [Tal-Patri] skrapan Mikiel Ellul [Iz-Zakak] Gużeppi Dingli [Ta’ Ballara] Toni Gauci [Ta’ Doru] Bdiewa Full tiMe Anġlu Mifsud [Ta’ Ganienu] Gabriel Ghigo [Grejbel] Ġanni Mallia [Ta’ Ġann] Żeppi Zammit [Ta’ Seguna]

ĦaddieMa ta’ Meta l-ġeBel kien jinqata’ Bl-idejn qaBel Bdew il-Magni, jiġiFieri: it-trinkatur, il-kissier, l-iżMarratur u dak li joFroq ix-xorok Karmenu Abdilla [It-Tirxa] Kola Azzopardi [Tal-Grandu] Mikiel Azzopardi [Il-Queen] Ġilju Azzopardi [Il-Pudina] Karmnu Azzopardi [Is-Sumpa] Karmnu Azzopardi [Tal-Grandu] Ġanni Azzopardi [Tal-Grandu] Żeppi Azzopardi [Il-Pizu] Żeppi Attard [Tal-Ġlata] Nazju Borg [Tal-Grejden] Karmenu Borg [Ta’ Bellu] Żeppi Borg [Il-Pakika] Lippu Buhagiar [Tal-Arbula] Żaren Buhagiar [Il-Maċiċu] Ġakbu Barbara [Ta’ Ċikka Piss] Toni Barbara [Il-Fufus]

Mabbli Barbara [Ta’ Żagrag] Gio Maria Briffa [Is-Sinjura] Mikiel Baldacchino [Ta’ Kartażina] Żeppi Baldacchino [Ta’ Kormu] Karmenu Baldacchino [Pampal] Ċensu Baldacchino [Pampal] Żeppi Bondin [[Ta’ Ganga]] Ġużepp Camilleri [Tal-Galletta] Karmnu Camilleri [Tal-Kavall] Toni Camilleri [Ta’Rokku taz-Zozz] Pietru Camilleri [Tal-Gajs] Karmnu Cassar [Ir-Rukkell] Saver Ciantar [Ta’ Virġinia] Ġamri Ciantar [Ta’ Frenċ tal-Mitħna] Gużeppi Ciantar [Ta’ Frenċ tal-Mitħna] Ġorġ Dingli [Id-Dajna] Żeppi Facciol [Tal-Faċċol] Salvu Facciol [Tal-Faċċol] Toni Facciol [Tal-Faċċol] Patist Facciol [Ta-Faċċol] Ġanni Farrugia [Fażola]

Quddiem:- Pietru Camilleri (Tal-Gajs); Karmenu Farrugia (Tad-Daqni); Ġużepp Muscat (Tal-Kief); Mikiel Baldacchino (Ta’ Kartażina); Persuna bil-mazza u l-mustaċċi mhux identifikata. Wara: Persuna bil-marloċċ f’idejha mhux identifikata; Żaren Mallia (Ta’ Pawlika); Karmenu Gauci (Ta’ Doru); Ċensu Psaila (Tal-Għeri); persuna bil-mazza mhux identifikata.

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

221


Ġużepp Buhagiar Tal-Arbula li twieled fit-2 ta’ Mejju 1902 u miet fit-2 t’April 1993 ġarr il-ġebel għal xi 20 sena qabel it-Tieni Gwerra Dinjija.

Seabreeze Hotel Pretty Bay, BirΩebbu©a - Malta

Tel: 24 Hours (+356) 21 651256, 21 651499 - 21 651493 Fax: (+356) 21 653898 • E-mail: seahotel@maltanet.net

OPEN TO O - SD S FULLY A CO D O

D

Pet Care Kull ma trid g˙all-©nien u g˙ar-raba’, sustanzi eçç. G˙all-Pets, Mediçini g˙all-annimali kollha. ÌwieΩ u affarijiet g˙all-kaçça, insib u sajd, ˙niex ta’ l-imperjal ta’ barra u reels, qasab, snanar u swivels u kaxxi tal-plastic tas-sajd eçç, lenza, spag tan-nar, nases u dqiq tal-ful eçç.

ren i

oa

urrieq

Tel: 2164 9727

Ċensu Farrugia [Il-Pipa] Karmnu Farrugia [Id-Daqni] Żeppi Farrugia [Iż-Żeppa] Karmnu Farrugia [Il-Baqqun] Karmnu Farrugia [It-Toqbi] Żeppi Farrugia [Il-Wirxa] Mikiel Farrugia [Tal-Marokk] Mose’ Farrugia [Tal-Marokk] Toni Farrugia [Tal-Marokk] Ġużepp Farrugia [Tas-Susella] Pawlu Farrugia [Il-Palala] Karmnu Farrugia [Ta’ Kazza] Ċensu Farrugia [[Ta’ Kazza]] Feliċ Farrugia [[Ta’ Kazza]] Karmnu Farrugia [[Ta’ Kazza]] Kola Dingli [Ta’ Ballara[ Ġużeppi Dingli [Ta’ Ballara] Feliċ Galea [Tan-Nass] Ċensu Galea [Id-Derek] Toni Galea [Ta’ Fattu] Ġanni Galea [Ta’ Toni ta’ Fattu] Żaren Galea [Ta’ Fattu] Gużeppi Galea [Is-Sanik] Girgor Galea [Tal-Majjistra] Żeppi Galea [Tal-Majjistra] Ċensu Ghigo [Il-Gelegus] Frenċ Grech Ġorġ Gauci [Il-Qess] Żaren Mallia [Ta’ Pawlika] Peppu Muscat [Tal-Kief] Ġerald Psaila [Tal-Għeri] Pinu Psaila [Il-Wipi] Kola Sciberras [Tal-Labbru] Ċensu Saliba [Il-Kbir] Xandru Saliba [Ta’ Bernard] Bernard Saliba [Ta’ Peppuwa] Ġanni Tonna [Tal-Wiżż] Ċensu Tonna [Iż-Żubbanja] Żeppi Tonna [Tal-Wiżż] Ċikku Tabone [Tal-Għawdxi] Ġanni Tanti [Iċ-Ċakkar] Ġerald Tanti [It-Tikka] Karmnu Ghigo [Ta’ Pataw] Manuel Ghigo [Ta’ Pataw]

Żaren Ghigo [Ta’ Pataw] Manwel Zammit [Il-Benniena] Ġerald Zammit [Is-Sigarett] Żeppi Zammit [Seguna] Żeppi Żammit [Ta’ Tittu] Manwel Zammit [Ta’ Beżżula] Ċensu Zammit [Ta’ Benda] Ġanni Zammit [Tal-Qalqula] Ġerald Briffa [Tal-Fiks] Anġlu Briffa [Tal-Fiks] sidien tal-Barrieri Bl-gĦodda ta’ dari Rokku Camilleri [Iz-Zozz] Gużepp Buhagiar [L-Arbula] Kalċi Camilleri [Ta’ Kalċ] Toni Galea [Il-Gris] Salvu Facciol [Tal-Faċċol] Żeppi Zarb [Il-Mosti] Ġanni Galea [Żogra] Toni Ghigo [Ta’ Pataw] Kola Zammit [Seguna] Grezzju Tabone [Tal-Għawdxi] Ċensu Camilleri [Ċeqċuqa] Wenzu Zammit [Tal-Mejlaq] Ġorġ Camilleri [Kisirha] Ġużepp Camilleri [Tal-Fies] Pietru Psaila [Tal-Għeri] Ċensu Psaila [Tal-Għeri] Ċensu Farrugia [tal-Marokk] Salvu Bondin [Ganga] Manwel Sciberras [Ġanbona] Ninu Bondin [Ta’ Ganga] Żeppi Ellul [It-Tuba] Joe Schembri [Ta’ Spiru] Wenzu Ellul [Ta’ Katrinu] Żeppi Farrugia [Iż-Żurgand] Ġienju Sciberras [Ġanbona] Frenċ Ciantar [Tal-Mitħna] Pawlu Farrugia [Palala] George Agius [Tal-Bebbuxu] Ġużepp Zahra [Ta’ Sinna] Pietru Farrugia [Ta’ Ganan]

sidien tal-Barrieri Bil-Magni Moderni Salvu Bondin [Ta’ Ganga] Ninu Bondin [Ta’ Ganga] Charlie Bondin [Ta’ Ganga] Mario Bondin [Ta’ Ganga] Robert Bondin [Ta’ Ganga] Joe Bondin [Ta’ Ganga] Ġanni Bondin [Ta’ Ganga] Ġanni Cassar [Żunnara] Ġilju Cassar [Żunnara] Mikiel Ellul [Tat-Tuba] Pawlu Ellul [Tat-Tuba] Ġorġ Farrugia [Ta’ Kazza] Kola Farrugia [Ta’ Kazza] Leli Farrugia [Ta’ Kazza] Pietru Farrugia [Ta’ Kazza] Anġlu Farrugia [Ta’ Kazza] Pietru Farrugia [Ta’ Pozzu] Żeppi Farrugia [Ta’ Pozzu] Ċensu Farrugia [Ta’ Pozzu] Manwel Farrugia [Ta’ Kazza] Żeppi Farrugia [Ta’ Kazza] Pawlu Farrugia [Ta’ Kazza] Ċensu Farrugia [Ta’ Kazza] Leli Farrugia [Ta’ Kazza] Charlie Farrugia [Ta’ Kazza] George Farrugia [Ta’ Kazza] Leli Mifsud [Ta’ Tunes] Lonzu Mifsud [Ta’ Tunes] Leli Psaila [Tal-Għeri] Kola Zammit [Seguna] Gużeppi Zahra [Ta’ Sinna] Joe Zahra [Ta’ Sinna] Carmelo Zahra [Ta’ Sinna] Burdnara Bil-BgĦula Ġużepp Buhagiar [L-Arbula] Toni Psaila [Ċirillu] Ġanni Abdilla [Għabajjar] Wenzu Baldacchino [Kartażina] Ġorġ Ghigo [Ta’ Pataw] Ġanni Ghigo [Ta’ Pataw] Pawlu Bondin [Ta’ Ganga] Żeppi Zammit [Ta’ Lunzjat tal-Parent] Burdnara Bil-karozzin Mikiel Sciberras [Ta’ Inġierka] Frenċ Grech [Ta’ Pupull] Toni Grech [Ta’ Pupull] Vitor Mallia [Ta’ Kisimira] Bennejja Mastru Pawl Xuereb (Missier Dun Ġ. Xuereb) Baskal Xuereb Żeppi Farrugia [Tat-Testa] Wistin Gauci [Ta’ Ċetta tal-Forn] Baskal Bezzina [Tal-Kikk] Ġanni Bondin [Ta’ Bondin] Karmnu Bondin [Ta’ Bondin]

. Festa 2017 - Madonna tal-Gilju Mqabba

gĦallieMa Carmena Mallia Lonza Bugeja Gużeppa Attard BarBiera Ġużepp Ghigo [Ta’ Peppina] Leli Farrugia [Ta’ Kazza] Żaren Farrugia [Il-Barbier]

223


MIN IRREKLAMA F’DIN IL-PUBBLIKAZZJONI 3M Take Away ................................. 22 4JM Autoparts ................................ 184 A&A Stone & Interiors .................... 50 AFDA Alluminuim Works ............. 156 Albion VRT Station ......................... 78 Alencia ............................................. 62 Alessio’s Old Cottage ...................... 72 All N’ 1........................................... 156 Andrew Vassallo Ltd. ....................... 22 Antalja Kebab .................................. 70 Arti Genjali - Ta’ Skutu .................... 74 ATCS Consulting ..... Qoxra (quddiem) Baldacchino Brothers ....................... 76 Banif Bank ....................................... 16 Beggeg Services ............................. 104 Bestprint ........................................... 20 Bianchi ............................................. 58 Bibas .............................................. 162 Bimbi Baby Shop ............................. 94 BOV Bank .......................................... 8 Brian Green Funeral Service .......... 162 Bronja Autoparts ............................ 142 Browns Malta ................................... 20 C & G Hardware Store....................... 4 C. Chircop Ltd. ............................... 42 Cachia Aluminium ......................... 168 Carabott Jewellers ............................ 96 Carmen Lia....................................... 66 Cassar Florist ................................... 34 Charlie it-Tirxa ............................... 164 Cini Marbles....................Qoxra (wara) Coleiro Fish Shop .......................... 206 CTronics ......................................... 126 Daily Needs...................................... 26 Daves Supermarket .......................... 94 De Robertis Restaurant .................. 138 Debbie’s Baby Centre .................... 146 Dee’s Pizzeria & Takeaway ............. 24 Demsey Alumium .......................... 184 Demsweet Garage ............................ 44 Denfar Concrete Supplies Ltd........ 118 Di Rocco Trading Ltd ...................... 66 Die Ecke Stationary ....................... 134 Digital Arena .................................. 166 Diva Health & Beauty Centre ........ 190 Don Berto ....................................... 140 Dos Avos .......................................... 30 Dr Lorraine Zammit - Notary Public ..184 E. Santillo Video Photo Studio ...... 166 E. Theuma & Company Ltd. .......... 138 EGM Psaila ...................................... 46 Elbros ............................................. 106 ESS................................................... 54 Etienne Garage ............................... 222 F1 Chayenne ................................... 82 Fantasy Flowers ............................... 64 Fitness Planet Health & Leisure .... 140 Frame Maker .................................... 26 Fresh & Clean Laundry & Dryclean ..196 G. Camilleri Petrol Station............. 186 Gasan Mamo Insurance.................. 148

Glad Enterprises Ltd. ..................... 110 Glenn Beddingfield ........................ 214 Gold Lady Jewellery ...................... 170 Golden Point Discount Store ........... 30 Gomez Blanco Bros. ........................ 52 Gottfried Catania Photography ...... 170 Grima Interiors ............................... 112 Hair Couture Salon .......................... 46 HDI Garage .................................... 186 Healthy Panrty Food Shop ............. 172 Home Star Sofas ............................ 192 Horace Enterprises ......................... 160 HSBC Bank.................................... 110 Ivan’s Garage ................................. 192 J. Brownrigg Boutique ................... 130 J. Grech Woodworks ........................ 42 Jesmond Mizzi Financial Advisors .... 2 JIJI Garage ..................................... 192 JJ Supermarket ............................... 100 JMA Aluminium............................... 58 Joanne’s Unisex Hairstylist .............. 82 Joe Sciberras General Maintenance174 J. Darmanin Wrought Iron Works .. 174 Josies Bathroom Centre ................. 181 Julia Farrugia ................................. 220 Julio & Charles Sacco ........................ 4 Kevin’s Interiors............................. 176 K-Optics Optical Centres ............... 220 Kristianne Stationery ..................... 108 Liliana Camilleri Beauty Therapist 104 Lorraine’s Beauty Clinic ................ 202 Lux Nails.......................................... 76 Magic Clean ................................... 176 Magri Butcher ................................ 178 Makaw Ltd. .................................... 136 Mallia Petrol Station Ltd................ 128 Mangion Bros Zurrieq Ltd. ............ 152 Mapfre Middlesea - Moira Magro ... 50 Marco Pupming Station ................. 168 Mario Service Station .................... 178 Maxman Pastizzeria ....................... 180 Maypole ........................................... 98 Mazini Autoparts & Accessories .... 180 MCP Car Parks............................... 132 Men’s Room - Dennis .................... 206 Mifsud Lifters ................................ 182 Mobiltech VRT Station .................... 44 Motor Tests Services Ltd. .............. 182 Movieland ...................................... 124 MRCD ............................................ 120 MZ Investment Services .................... 6 Nick’s Agriculture ......................... 142 Ninu Garage ................................... 118 Owen Bonnici ................................ 214 Papa’s Restaurant ........................... 100 Patrick Attard Garage ..................... 196 Patrick Cellars Wines & Spirits ..... 198 Paul & Mark Super Market ............ 152 Pet Care .......................................... 222 Pillow Space Frame ......................... 84 Pineapple Take Away ..................... 118

Pisani Florist .................................. 202 Polidano Group ................................ 10 Polyplumb - Tahabel Ltd................ 188 Portelli & Brincat ........................... 144 Premium Meat Shop ...................... 196 Privat Sekondarja ........................... 188 Private Tuition - M. Debattista......... 96 Project Technic ............................... 144 Promo Signs ................................... 116 Qrendi Bocci Club ......................... 136 Ray’s Hardware Ltd. ........................ 98 Reborn Bar ...................................... 14 Remissa Sports Bar .......................... 74 Reno Farrugia Funeral Service ........ 52 Roderick Cachia ............................. 210 Ruben’s Garage .............................. 202 Safi Pharmacy ................................ 134 Scicluna Florist Garden Centre ...... 146 Seabreeze Hotel ............................. 222 Shapes Junior ................................. 102 Shoez Footware.............................. 186 Shoushine Footware / iShine Cleaning...130 Sicut Lilium ................................... 164 Sierra Stationery & Book Shop...... 114 Siggiewi Vehicle Services .............. 206 Skip Hire - Leli Camilleri .............. 190 Sphinx Pastizzeria ............................ 64 St. Peter’s Ironmomgery .................... 8 Stained Creations ........................... 116 Starting Point ................................. 128 Stephan Zrinzo Azzoppardi............ 218 Super S. Ironmongery ................... 102 Swan Laundry & Dry Cleaning ....... 80 Ta’ Frida Pet & Garden .................... 18 Ta’ Lużar Garage ............................ 168 Ta’ Rita Lapsi View .......................... 90 Ta’ Victor Restaurant........................ 60 Take-Off Bar & Restaurant .......... 102 Tal-Bazzi .......................................... 36 Tal-Paradise Gas Suppliers ............ 128 Tar-Robba Recycling Centre ............ 12 Teddies Childcare Centre ................. 96 Terminus Bar .................................. 160 The Convenence Shop ..................... 54 The Core Beauty & Wellbeing ......... 40 The Fruit Shop ................................. 14 The Wooden Box ............................. 34 Toni Bezzina .................................. 210 Tower Ironmongery ......................... 76 Triple A ............................................ 60 Trocadero Pastizzeria ....................... 34 Unistyler Hair Salon ........................ 26 Uskin Ltd. ...................................... 126 Vierge Hair Salon ........................... 124 Viper Garage .................................. 124 Well Made Woodworks .................... 90 WP.................................................. 172 Xarolla Dental Clinic ..................... 120 Xlokku Garage ............................... 194 ZahraTrading & Properties Ltd. ..... 194 Zneiber Confectionery ..................... 36

Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom fil-ġbir tar-reklami, kif ukoll lil kull min għoġbu jirreklama f’din il-pubblikazzjoni. Nappellaw lill-qarrejja sabiex jagħmlu użu mill-prodotti u s-servizzi reklamati.

224

Festa 2017



Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.