Il-Programm tal-Festa Titulari ta' Santa Marija fl-Imqabba 2021

Page 103

Meta jaslu l-għerejjex Rita Saliba

Bilkemm semagħni nħabbat. Hekk qed ikun dan l-aħħar in-nannu Żaren. Mitluf fi ħsibijietu, issa jnaqqi werqa mill-qsari, issa jiknes il-bitħa u kultant iħares filvojt donnu qed jistennieha tgergirlu li l-qalziet mimli trab. Għadni nġib lin-nanna Ineż quddiem għajnejja; bieżla, tirsisti u bħal daż-żmien ta’ qabel il-festa żżomm id-dar pupilla. “Ma jmurx jinqala’ xi ħadd minn ħuti!” kienet ta’ spiss tfakkarna. “Jew jgħaddu tal-banda u nilqagħhom ibillu griżmejhom f’dal-parapett maħmuġ!” Mhux għax qatt rajt il-parapett maħmuġ imma tant kienet togħrok il-madum in-nanna li stajt noqgħod niżżerżaq fuqu qisni qed niskijja. U hekk kif il-banda ddoqq l-aħħar noti tal-marċ popolari quddiem il-parapett pinna, in-nanna toħroġ tilqa’ lill-bandisti ħalli “ibillu griżmejhom”; araha ħierġa bil-gabarrejiet imburġati bis-sandwiches filwaqt li n-nannu jarma jiftaħ il-birer u l-luminati. In-nannu kien jinsa l-qtigħ il-qalb tal-jiem ta’ qabel. Iżda dak il-waqt li jixref mill-bieb ’il barra, arah jgħolli ħarstu lejn is-sema u jibda jzekzek, “dan għal issa se jħallih il-maltemp, jew?” “U xi jxarrab, Żaren! Kif int iffissat! Dawk l-għerejjex! Issa tara kif jgħaddilu l-ajru! U toħroġ ilpurċissjoni u l-Madonna tgħaddi mittoroq tagħna u ġġib barka fuq dan ir-raħal,” kienet tipprova tagħlaqlu ħalqu n-nanna. “Huwa, mhux int mort tarma dak l-armar! Jekk jixxarbu dawk l-anġli fi Triq il-Qasab, għidli!” kien ikompli jgemgem in-nannu. “U issa m’armajtx biżżejjed! Aħjar tara taqtagħlhiex ftit għenieqed dik id-dielja għax ġejjin xebgħa dbieben fil-bitħa jekk se jibqa’ jsir!” kienet tkompli ssaħħan ilqiegħa n-nanna. “Moħħ l-għeneb għandi, bħalissa! Hemm ħarqa nar!” It-tgergir tan-nanna kien jaqa’ fuq widnejn torox u tista’ mhux tfakkru fil-bajtar tax-xewk imsajjar mix-

FESTA 2021

xmux fl-għalqa u l-ħarrub li jrid jinqata’ għall-ġulepp, għax in-nannu Żaren kien jibqa’ moħħu jberren dwar il-pavaljuni u l-bandalori u t-tiżjin imżanżan ġdid li se jixxarrab jekk tagħmel ħalba xita. “Nann, xi jkunu dawn l-għerejjex?” staqsejtha darba minnhom jien u ngħinha tnaddaf ir-ram. “Għerejjex ġejja minn għarixa, sabiħa,” bdiet tispjegali n-nanna. “Għarixa kienet qisha kamra, fejn jistkenn il-bidwi jew joqgħod għassa mal-uċuħ tarraba’. Is-saqaf kien ikun tinda magħmula minn xkejjer miftuqin biex jilqgħu għax-xemx.” “Imma x’għandha x’taqsam mat-temp, nann?” staqsejtha. “L-għarixa kienet toffri kenn. U hekk dawn issħajjeb li jidhru għall-ħabta ta’ Santa Marija.” In-nanna kompliet tqatta’ l-ħaxix għall-borma hija u tgħidli, “Dawk jibdew jidhru madwar iż-żmien ta’Awwissu u kienu jkunu mistennija għax kienu jagħtu ftit kenn missħana.”

“Imma m’hawnx il-fannijiet nann?” staqsejtha nidħaq. “Eee! Fi żmieni forsi nrewħu konna bl-imrewħa jew il-palju!” Xtaqt ninbixha ftit ieħor lin-nanna. Kont nieħu gost meta tirrakkontali fuq l-imgħoddi. “Kienu jkunu l-aircondition ta’ Santa Marija, nann!” għedtilha.

Soċjetà Santa Marija Banda Re Ġorġ V – L-Imqabba

101


Articles inside

Meta jaslu l-għerejjex

3min
pages 103-105

Apprezzament lil Joseph C Azzopardi

2min
pages 101-102

Messaġġ mill-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda

1min
pages 99-100

Taħt il-Ħarsa ta’ Santa Marija, Omm Malta Rebbieħa

1min
pages 89-90

Il-preżenza mimlija faraġ ta’ Marija waqt il-kura mill-marda tal-kanċer

10min
pages 83-88

Messaġġi mis-Soċjetà

2min
pages 75-76

Ħidmet in-nisa fil-knisja parrokkjali fl-1937 u l-1938

7min
pages 77-82

Apprezzament: Is-Sur Mario Ellul 04.04.1973 – 04.03.2021

1min
pages 73-74

Tifkiriet u Anniversarji

1min
pages 57-58

Apprezzament: Nicholas Ghigo

1min
pages 71-72

Messaġġ mill-Kummissjoni WEB

5min
pages 53-56

Messaġġ mis-Sezzjoni Żgħażagħ

3min
pages 49-52

Messaġġ mill-Għaqda Armar

5min
pages 35-40

Messaġġ mill-Għaqda tan-Nar

4min
pages 43-48

Tkompli l-ħidma fuq il-Planċier Artistiku

1min
pages 41-42

Messaġġ mill-Għalliem tal-Mużika

1min
page 34

Messaġġ mill-Assistent Surmast Direttur

1min
pages 31-33

Messaġġ mis-Surmast Direttur tal-Banda Re Ġorġ V

2min
pages 29-30

Messaġġ tas-Sindku

2min
pages 19-20

Appell mill-Kaxxier

2min
pages 25-26

Editorjal

4min
pages 4-6

Messaġġ tal-President

12min
pages 9-18

Messaġġ mis-Segretarju Ġenerali

2min
pages 23-24

Il-Kumitat Eżekuttiv 2021 – 2023

1min
pages 7-8

Messaġġ mid-Direttur Spiritwali

1min
pages 27-28

Messaġġ mill-Kappillan

1min
pages 21-22
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.