1 minute read

Messaġġ mid-Direttur Spiritwali

Marija Assunta tiċċelebra magħna l-Qawmien tal-Mulej Ġesù

Quddiem ir-realtà tal-Qawmien tal-Mulej Ġesù mill-mewt, in-Nisrani jsib is-sens tat-twemmin tiegħu. San Pawl stess jgħallimna li kieku Kristu ma qamx mill-mewt, fierħa tkun il-predikazzjoni u l-fidi tagħna. (ara 1 Korintin 15: 14) Il-mewt m’għandhiex l-aħħar kelma.

Advertisement

L-Għid tal-Assunta, jgħinna fil-fidi tagħna, ilgħaliex f’Marija mtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem, il-knisja, sa mill-ewwel żminijiet rat id-destinazzjoni aħħarija li għaliha huwa msejjaħ kull bniedem. Bilmewt u l-qawmien ta’ Ġesù, kull bniedem huwa ddestinat għas-“sema pajjiżna” (Filippin 3:20), fejn “Alla jkun kollox f’kollox”. (1 Korintin 15:28)

Marija Assunta għalhekk hija x-xbieha per eċċellenza tal-Knisja tas-sema. Biex ikollna l-kapaċità naqraw din ix-xbieha, irridu nifhmu li l-ħajja eterna tibda minn issa, minn din id-dinja stess billi nipprattikaw dak li Sidna Ġesù Kristu għallimna, jiġifieri li nkunu kapaċi ngħixu fl-imħabba tiegħu, bħalma fl-aħħar mill-aħħar kienet kapaċi Marija Santissima. Hija l-imħabba li tagħti xhieda tal-Fidi u t-Tama tagħna.

Mhux ta’ b’xejn li f’dan il-Għid tal-Assunta, il-Liturġija tpoġġilha quddiem għajnejna u għal meditazzjoni tagħna, ir-rakkont evanġeliku taż-żjara tal-Madonna lil Eliżabetta. Marija kienet imbuttata millimħabba ġenwina li kienet kapaċi tgħix, biex tmur ħalli bi mħabba kbira tgħin u tassisti lil qaribha Eliżabetta. Marija emmnet tabilħaqq li meta tagħti, tirċievi. Fil-fatt anke Marija kellha bżonn li tkun maħbuba ħafna f’dawk il-mumenti.

Kienet l-imħabba ta’ Marija li f’dik il-laqgħa mliet lil Eliżabetta bl-Ispirtu s-Santu li minn naħa tagħha setgħet tagħraf il-fidi kbira u l-imħabba ġenwina talMadonna u proklamatha bħala “mbierka dik li emmnet li jseħħ kulma bagħat jgħidilha l-Mulej!” (San Luqa 1:45)

Dan hu li tassew għandna nixtiequ lil xulxin u dan hu li nawguraw lil xulxin mhux biss fil-festa tal-Assunta, imma matul is-sena kollha. Jalla lkoll bl-interċessjoni tal-Patruna tagħna Santa Marija, nissaħħu fil-fidi tagħna billi ngħixu l-imħabba ġenwina u fraterna fil-konfront ta’ xulxin bil-għarfien veru li Kristu miet għalina bi mħabba eterna biex jagħtina l-ħajja bla tmiem, dik ilħajja li Marija Santissima diġà qiegħda tgawdi miegħu, imtellgħa fis-sema bir-ruħ u l-ġisem.

Awguri lil kulħadd.

Patri Joseph Zahra O.P.

Triq San BaΩilju, Mqabba

(Wara l-Knisja)

Nispeçjalizzaw f’kull kwalità ta’ g˙a©ina, ravjul, pastizzi, eçç... Dawn l-affarijiet issibhom kemm imsajrin kif ukoll tal-friΩa. Ikollna ukoll soft drinks, ©elati, sigaretti, eçç... Naççettaw ordnijiet g˙all-parties.