Team Building
I
l-membri tal-istaff tad-Directorate (Operations) fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali ħadu sehem f’sessjoni ta’ team building nhar il-Ġimgha 7 ta’ Frar 2020 ġewwa l-Buskett. Il-ġurnata kienet tikkonsisti f’sessjoni ta’ tagħrif dwar teambuilding innifsu mogħtija abbilment mis-Sur Raymond Dimech, membru mill-istess staff.
Wara waqfa qasira, saret taħdita mogħtija mis-Sa Marica Lewis dwar it-tipi ta’ fungi li jinstabu fil-Buskett segwita minn mixja ta’ għarfien talistess speċi u ta’ speċi oħra. Wara l-istaff inqasam f’4 gruppi u saret treasure hunt madwar il-ġonna talBuskett. Kien hemm ukoll is-Sur Neville John Ebejer, espert dwar il-post li ta ħafna tagħrif kemm storiku kif ukoll dwar innatura li ssib f’dan il-post. L-attività spiċċat billi kulħadd kiel xi ħaġa flimkien. Ħajr lis-Sur Anton Cesare, lis-Sa Joanne Zarb, lis-Sur Mario Camilleri, lis-Sa Marica Lewis u lis-Sur Neville John Ebejer. Meta ra s-suċċess ta’ din il-ġurnata, idDirettur, is-Sur Anton Cesare, wiegħed li din l-attività tibda ssir aktar spiss, almenu darba fis-sena.
Il-parteċipanti waqt l-attività familja.media@gov.mt
Paġna 7