Rivista Familja hi inizjattiva tal-Uffiċċju tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.
Familja toħroġ online, maħsuba u indirizzata għall-pubbliku bħala l-vuċi uffiċjali ta’ dan il-Ministeru. Din ir-rivista titqassam mingħajr ħlas.
Jekk jogħġbok tikkontribwixxi b’xi kitba, twassal proposti jew xi suġġerimenti, inkella għaddejt minn xi esperjenza li tixtieq taqsam magħna, nistiednuk tiktbilna fuq l-imejl: familja.media@gov.mt
Biex tirċievi r-rivista Familja tista’ tiktbilna fl-indirizz elettroniku jew bilposta:
Tonio Bonello, MSPC
Taqsima tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni, Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Nru 38
Triq l-Ordinanza, Il-Belt Valletta.
Il-kontenut f’kull ħarġa ta’ Familja mhux neċessarjament jirrifletti lopinjoni Editorjali.
Tonio Bonello
Editur
Archibald Attard
Helena Holland
Tonio Bonello Editur
Wara 19-il sena, f’dawn il-jiem kelli l-okkażjoni li nerġa’ nidħol l-isptar Karin Grech. Ommi ta’ 81 sena taha uġigħ fix-xatka li ħalliha bla nifs u dritt iddaħħlet l-isptar Mater Dei biex tingħata l-attenzjoni li tinħtieġ. Erba’ ġimgħat wara ta’ kura intensiva biex jittaffa l-uġigħ, intbagħtet Karin Grech bl-għan li tibda l-fiżjoterapija. Dan partikolarment għall-fatt li fl-aħħar ġimgħat riġlejha ma kenux qed ituha biex kull filgħodu tqum u timxi ftit kif kienet soltu tagħmel.
Imma li se naqsam magħkom illum hu dwar lesperjenza tal-aħħar darba li kont dħalt Karin Grech, dakinhar fuq nota ta’ ferħ. Kien it22 ta’ Lulju fl-12.20am meta twieldet binti Kristina. Mat-twelid kien irriżulta li tinħtieġ kura u attenzjoni speċifika u kien għalhekk li mis-sodda tat-twelid ħaduha f’inkubatur fis-sala (dak iż-żmien magħrufa bħala) tal-SCBU, jiġifieri l-iSpecial Care Baby Unit.
Hemmhekk għamlet ftit aktar minn ġimgħatejn u peress li l-mara kienet għadha l-isptar, inħalli fl-immaġinazzjoni tagħkom biex kuljum - qabel ix-xogħol, fil-brejk tax-xogħol u wara x-xogħol, kont immur nara lill-mara f’sala isfel nett u wara ftit kont naqbad lift u nibqa’ sejjer l-SCBU li kien fuq nett tal-istess sptar biex nara t-tifla.
Kien żmien sabiħ, anke jekk kellu l-isfidi tiegħu. Għal koppja oħra li, aktar tard sirna nafu li kellhom tewmin bniet magħna eżatt, kien żmien sabiħ ukoll. Ironikament maż-żmien Kristina (it-tifla tagħna) u dawn it-tewmin spiċċaw isegwu l-edukazzjoni Primarja u dik Sekondarja fl-istess skola u saħansitra fl-istess klassi bla ma qatt bassru. Id-dispjaċir hu, li mhux lil kulħadd tiġih tajba!
Fis-sala tal-SCBU fiż-żmien li kien hemm Kristina kien hemm madwar sitt itrabi oħra f’inkubaturi taħt osservazzjoni. Imma darba niftakar okkażjoni xejn sabiħa li ma ninsa qatt meta tlaqt niġri mix-xogħol, għaddejt għal mara s-sala fejn kienet qed toqgħod u bħassoltu tlajna niġru sparati fejn it-tifla.
Ma nistax ninsa x-xena ta’ qsim il-qalb li esperjenzajna meta t-tarbija li kien hemm biswit dik tagħna sabet diffikultajiet li ma setgħux ikunu riżolti u ħalliet din id-dinja. Tarbija innoċenti, anġlu tas-sema li kont inħares lejha u ngħid kemm hu kbir Alla biex minn xejn, ħoloq dawn il-bnedmin bħalna u qed itihom nifs ma’ kull sekonda li tgħaddi biex jikbru u jgħixu ħajjithom.
Fil-kas ta’ din it-tarbija x-xorti ma reditx hekk. Għadni qed nara lil din il-koppja mdawra blinfermiera jikkonslawhom u Patri li ġie malajr biex għamel l-aħħar talb fuq il-wild tagħhom u li aktar tard ġabarhom f’kamra biswit biex farraġhom kif seta’ bi kliemu.
Pregnancy and Infant Loss Remembrance Day – 15 ta’ Ottubru
Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Ottubru mad-dinja kollha jitfakkar dak li bl-Ingliż jissejjaħ: Pregnancy and Infant Loss Remembrance Day – il-jum li niftakru f’dawk in-nisa tqal u li tilfu l-għeżież anġli tagħhom waqt jew wara t-tqala. Jum ieħor fil-ħajja tal-bniedem ta’ qsim il-qalb hekk kif matul il-kumplament tas-sena jitfakkar Jum il-Vittmi tal-Gwerra u tant oħrajn. Jiem li apparti li jwassluna naħsbu aktar f’dawk tant għeżież għalina, iġiegħulna nirriflettu wkoll li l-ħajja talbniedem fuq wiċċ din l-art hi passaġġ. Ninsabu hawn mislufin għal ftit snin u nerġgħu mmorru lura minn fejn ġejna.
U l-messaġġ li rrid ngħaddi llum hu biex ilkoll kemm aħna nerġgħu nfittxu li nsibu l-għeruq tagħna, dawk li għallmuna u sawruna fihom missirijietna u missier missirijietna - dwar il-valur tal-ħajja, is-sbuħija tal-ħajja, il-ferħ indeskrivibbli li kapaċi tnissel tarbija ġdida li tiġi fid-dinja.
Jien għandi imħabba u rispett kbir lejn l-annimali u xi kelb, fekruna u għasafar fil-ħajja talfamilja tagħna ma naqsu qatt. Imma jiddispjaċini nistqarr li dan il-poplu, illum, qed nagħmlu eżatt kif għamlu dawk il-pajjiżi li lejhom, uħud minna tant għandhom ammirazzjoni.
Fi ftit kliem sirna aktar nirrispettaw annimal milli tarbija ġdida ġejja fid-dinja. U ngħid dan b’responsabbiltà għaliex proprju dan il-Ministeru li nirrappreżenta jien, saħansitra fit-titolu tad-dekasteru tiegħu għandu mnaqqax b’kelmtejn importanti ħafna, id-Drittijiet tat-Tfal.
Michael Falzon
Ministru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal
Ħbieb, Fi ftit tal-ġimgħat oħra l-Gvern ser ikun qed jippreżenta baġit ieħor b’saħħtu; baġit li ser ikompli jħalli aktar flus fil-bwiet tan-nies. Dan mingħajr ma jieħu flejjes lura f’taxxi u allura baġit li jkompli jassorbi piżijiet u pressjonijiet internazzjonali bħaż-żidiet fil-prezzijiet tal-fuel.
Kulħadd dara’ s-sistema tal-Gvern preżenti, li l-maġġoranza tal-investiment dejjem imur fis-soċjal, u dax-xenarju jkompli jitfa’ fuqna aktar xogħol u aktar responsabilità.
It-trekk rekord tagħna bħala Ministeru jawgura tajjeb, u konvint li għal darba oħra, ser nerġgħu nkunu protagonisti u nwasslu dawk il-pagamenti li jkunu jridu jsiru fil-ħin lill-familji, l-anzjani, il-ħaddiema u l-persuni vulnerabbli kollha li jiddependu mix-xibka soċjali.
F’dan il-baġit ser inkunu qed nerġgħu naraw miżuri li ser jolqtu faxex ġodda ta’ nies, li forsi sa issa ma tantx ħassew l-effetti pożittivi tal-miżuri soċjali tal-aħħar snin.
Ninsab kburi bit-tim ta’ ħaddiema illi għandna fid-Dipartiment, u ħajr speċjali tmur għasSegretarju Permanenti Mark Musù, u għad-diretturi kollha li kontinwament jagħtu direzzjoni lill-ħaddiema tagħna.
Kommess illi ser nerġgħu nagħtu n-nies dak li hu tagħhom bi dritt, għax nemmnu li aktar ma nagħtu sostenn, iktar inkunu f’pożizzjoni li ngħinu aktar familji jsaħħu l-qagħda soċjali tagħhom.
Flimkien ser inkomplu niktbu l-istorja soċjali ta’ pajjiżna, storja li tibqa’ mnaqqxa bħala waħda mill-aqwa politika soċjali Ewropea, ta’ kull żmien.
Tonio Bonello
għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Familja Media, MSPC
Għajnuna lill-ġenituri bi tfal taħt it-tliet snin
Il-Programm 'Parents as Partners', issa ser ikun offrut fuq livell nazzjonali wara li twettaq b'suċċess il-proġett pilota li beda fl-2023. Programm li ħalla impatt pożittiv u li huwa ddisinjat sabiex jgħin lill-koppji b'tfal żgħar isaħħu r-relazzjoni tagħhom kemm bħala
ġenituri kif ukoll bħala koppja.
Il-programm jagħraf li l-kwalità tar-relazzjoni tal-koppja għandha impatt dirett fuq l-iżvilupp tat-tfal. Għaldaqstant kull koppja li għandha trabi u tfal taħt it-tliet snin, jistgħu japplikaw
b'xejn għal dan il-programm ta' 16-il ġimgħa, imħaddem minn professjonisti fil-qasam, u li se jkun bla ħlas.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet lejn tmiem Lulju fejn spjega kif issa dan il-programm infetaħ għal koppji li għandhom trabi sa taħt it-tliet snin. ''Bħala Gvern qed inkomplu nżidu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħin ta' kwalità tal-familji. Fl-istess waqt qed inniedu programmi bħal dan li jservi ta' spazju sigur fejn koppji jistgħu jsaħħu r-relazzjoni tagħhom," qal il-Ministru Michael Falzon.
Il-programm jgħin sabiex issaħħaħ il-kommunikazzjoni u jisimgħu lil xulxin b'mod aktar effettiv, u fuq kollox, biex jippromwovi ambjent ta' stabbiltà, imħabba u serħan il-moħħ għat-tfal tagħhom. It-tfal huma l-qalba ta' dan kollu għax meta l-ġenituri jsibu l-appoġġ, ittfal jirnexxu.
Min-naħa tagħha l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali (SCSA), Ruth Sciberras qalet li ser jingħata servizz b'xejn ta' babysitting għal meta l-ġenituri jattendu dawn is-sessjonijiet. Kull min huwa interessat jista' jibgħat messaġġ fuq il-profil ta' Facebook, Positive Parenting. Is-sessjonijiet ta' taħriġ isiru darba fil-ġimgħa, sessjonijiet ta' sagħtejn online, flimkien ma' sessjonijiet oħra li jsiru fiżikament.
Ta’ min jgħid li fil-bidu tas-sena, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal ta taħriġ lil numru ta' terapisti, li sar mill-Fakultà tad-Dipartiment tal-Istudji tat-Tfal u l-Familja talUniversità ta' Malta.
Ritratt - Anastasiya Gepp
Rilokazzjoni tar-residenti ta’ Dar il-Wens sabiex ikun assigurat il-benessere tagħhom
L-Awtorità ta’ Standards għall-Ħarsien Soċjali ħabbret id-deċiżjoni tagħha wara evalwazzjoni dettaljata ta’ rapport li ntalab mill-istess awtorità u li ġie provdut mill-amministrazzjoni ta’ Dar il-Wens fis-7 t’Awwissu. Minn dan ir-rapport ġie konkluż li hemm bżonn ta’ rilokazzjoni tarresidenti sabiex jiġi assigurat il-benessere tar-residenti.
Din id-deċiżjoni ttieħdet wara analiżi ta’ dan l-istess rapport dwar l-istruttura tal-binja. Issejbiet indikaw b’mod ċar li fl-aħjar interess, kemm tar-residenti kif ukoll tal-ħaddiema għandhom jittieħdu miżuri immedjati ta’ prevenzjoni.
Fost dawn il-miżuri li diġà ġew meħuda, instab post alternattiv għar-residenti u dawn ġew rilokati. Din il-miżura hija waħda prekawzjonarja u tifforma parti minn pjan strateġiku aktar wiesa’ u fit-tul. Il-familji tar-residenti nżammu infurmati matul il-proċess kollu bl-għajnuna ta’ kull entità involuta f’dan il-każ.
Fl-aħħar xhur il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u l-Ministeru għall-
Inklużjoni u l-Volontarjat u d-diversi entitajiet fi ħdan dawn il-Ministeri ħadu l-passi kollha, inklużi dawk legali, biex ikun assigurat li l-amministrazzjoni tal-Fondazzjoni Wens tkun waħda integra u b’rispett sħiħ lejn id-dinjità tar-residenti.
Tisħiħ fil-protezzjoni ta’ gruppi vulnerabbli kontra t-traffikar tal-bniedem
Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) kull sena tingħaqad mal-komunità internazzjonali sabiex tfakkar il-Jum Internazzjonali kontra t-Traffikar tal-Bniedem. Għaldaqstant ittellgħet konferenza sabiex tqajjem aktar għarfien u tiddiskuti realtajiet ġodda li qed jagħmlu aktar kumplessi problemi marbuta mat-traffikar uman.
Din il-konferenza ttellgħet bħala parti mill-proġett li qed taħdem fuqu l-FSWS, ‘New
Beginnings: Empowering Against Trafficking’. Dan il-proġett huwa kofinanzjat mill-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), u għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lillvittmi tat-traffikar tal-persuni f’Malta.
Waqt li kien qed jindirizza l-konferenza, il-Ministru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon qal li t-traffikar tal-bnedmin huwa reat serju u kriminali li jaffettwa gruppi vulnerabbli bħal tfal u nisa li qed jgħixu fi vjolenza domestika, persuni migranti mingħajr appoġġ, individwi bi problemi ta’ saħħa mentali u dawk li jesperjenzaw faqar estrem jew esklużjoni soċjali.
“Qed inkomplu noffru appoġġ u protezzjoni lill-vittmi tat-traffikar, kemm Maltin kif ukoll barranin. Is-servizzi jinkludu kenn u akkomodazzjoni siguri, għajnuna psikosoċjali, assistenza legali u appoġġ biex dawn l-individwi jerġgħu jibdew ħajjithom mill-ġdid u jgħixu ħajja b’dinjità,” stqarr il-Ministru Michael Falzon.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm
Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi, saħaq fuq l-importanza li fondi Ewropej jitħaddmu b’mod strateġiku u effettiv sabiex jilħqu l-persuni l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà. Huwa rringrazzja lillFSWS u lill-entitajiet kollha involuti fil-proġett għall-impenn tagħhom biex issir din il-bidla filħajja tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin.
“Il-proġett ‘New Beginnings’ huwa eżempju ċar ta’ kif il-fondi Ewropej jistgħu jinvestu fittama. Mhux biss nipprovdu s-servizzi u s-sigurtà meħtieġa, imma wkoll noħolqu futur ġdid għal dawk li l-aktar jeħtieġu l-għajnuna tagħna,” temm jgħid il-Ministru Zrinzo Azzopardi.
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg saħqet, “Matul din l-aħħar sena, bħala Gvern komplejna nimplimentaw l-Istrateġija Nazzjonali u l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Malta kontra t-Traffikar tal-Bnedmin. F’dawn l-aħħar jiem nedejna kampanja nazzjonali blisem ‘Human Trafficking Hides in Plain Sight. See Something Wrong, Say Something Right’. Din il-kampanja għandha l-għan li ssaħħaħ il-kuxjenza pubblika dwar dan ir-reat serju u tħeġġeġ lin-nies jirrappurtaw kwalunkwe attività suspettuża lill-awtoritajiet.”
”Huwa d-dmir tagħna bħala pajjiż li nipproteġu lil xulxin minn dan l-att kriminali. Mhux biżżejjed nikkundannaw it-traffikar tal-bnedmin, irridu niffaċċjawh u naġixxu b’mod ċar u deċiżiv biex nikkumbattuh,” kompliet tgħid is-Segretarju Parlamentari Buttigieg.
Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS, Alfred Grixti qal li permezz tal-proġett ‘New
Beginnings’, il-Fondazzjoni qed tidentifika fi stadju bikri każijiet ta’ din ix-xorta, u jagħti protezzjoni u integrazzjoni ta’ vittmi tat-traffikar f’Malta. Huwa kompla jispjega li ‘New Beginnings’ joffri wkoll taħriġ speċjalizzat lill-professjonisti u sensibilizzazzjoni lill-pubbliku dwar x’jagħmel lil xi ħadd vulnerabbli għat-traffikar u x’sinjali wieħed irid iżomm quddiem għajnejh biex jiġu assigurati interventi effettivi u effiċjenti.
The goal of Sudoku is to fill a 9×9 grid with numbers so that each row, column and 3×3 section Sudoku
Can you spot 3 Differences?
Agħti d-demm, agħti t-tama
Flimkien insalvaw il-ħajjiet
Caroline
Cassar
Senior Staff Nurse/PR and Marketing Officer NBTS National Blood Transfusion Centre
Kull sena fl-14 ta' Ġunju, pajjiżi madwar id-dinja jiċċelebraw il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-
Demm, jum iddedikat biex iqajjem kuxjenza dwar l-importanza tad-donazzjoni tad-demm u jirringrazzja lid-donaturi tad-demm volontarji u mhux imħallsa għad-donazzjonijiet tagħhom li jsalvaw il-ħajjiet.
Fl-2025, it-tema għal dan l-avveniment globali vitali hi; "Agħti d-demm, agħti t-tama: flimkien insalvaw il-ħajjiet." Din it-tema tenfasizza l-qawwa kollettiva tal-individwi u l-komunitajiet flofferta ta' tama u sopravivenza permezz tal-att sempliċi u ġeneruż tad-donazzjoni tad-demm.
Organizzat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), il-Jum Dinji tad-Donaturi tadDemm 2025 għandu l-għan li jenfasizza l-importanza li tinbena provvista tad-demm stabbli u sostenibbli permezz ta’ donazzjonijiet regolari. Jenfasizza wkoll ir-rwol tad-demm fissalvataġġ tal-ħajjiet waqt emerġenzi, operazzjonijiet, twelid, u għal pazjenti li qed jiġġieldu kontra l-mard bħall-kanċer u disturbi fid-demm. Id-demm huwa neċessità universali. Madankollu, f’ħafna partijiet tad-dinja, demm sikur u suffiċjenti għadu skars. Skont id-WHO, miljuni ta’ pazjenti kull sena jeħtieġu trasfużjonijiet, iżda l-aċċess għadu mhux uniformi, partikolarment f’pajjiżi bi dħul baxx u medju. It-tema “Agħti d-demm, agħti t-tama” tiġbed l-attenzjoni lejn il-fejqan emozzjonali u fiżiku li ddonazzjonijiet tad-demm jistgħu jipprovdu - mhux biss biex itawlu l-ħajja iżda wkoll biex itejbu l-kwalità tagħha għal għadd kbir ta’ individwi u familji.
Il-kelma "tama" fit-tema ta' din is-sena tirresona profondament. Għal vittmi tat-trawma, pazjenti li għamlu operazzjoni u kif ukoll, dawk b'mard kroniku bħall-anemija taċ-ċelluli sickle jew l-emofilja, it-tama spiss tasal fil-forma ta' demm donat. Kull unità ta' demm tista' tgħin biex issalva ħajjiet multipli. Dan peress li tista' tiġi separata f'komponenti - ċelluli ħomor, plażma, u pjastrini biex tikkura kundizzjonijiet differenti.
Il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm 2025 jappella wkoll għal aktar inklużività u involviment tal-komunità. Billi tenfasizza "flimkien insalvaw il-ħajjiet," il-kampanja tenfasizza l-idea li lprovvisti sikuri tad-demm huma responsabbiltà kondiviża. Il-gvernijiet, is-sistemi tas-saħħa, l-organizzazzjonijiet tal-komunità u l-individwi għandhom jikkollaboraw biex joħolqu kultura ta' donazzjoni tad-demm volontarja u regolari. L-għan ewlieni tal-kampanja tal-2025 huwa li tħeġġeġ lid-donaturi żgħażagħ u dawk li tħajjru jagħtu d-demm għall-ewwel darba biex jagħmlu pass 'il quddiem.
Il-bini ta' bażi ta' donaturi reżiljenti li hija diversa u impenjata jgħin biex jiżgura li l-provvisti tad-demm jibqgħu stabbli anke fi żminijiet ta' kriżi - bħal pandemiji, diżastri naturali, jew sitwazzjonijiet ta' kunflitt.
F'Malta l-ġurnata kienet immarkata minn donazzjonijiet tad-demm, kampanji ta' sensibilizzazzjoni pubblika u programmi edukattivi. Il-faċċati tal-bini madwar Malta nxtegħlu bl-aħmar biex jirringrazzjaw lid-donaturi tad-demm li jagħtu d-demm fuq bażi volontarja u biex jiżdied l-għarfien dwar il-ħtieġa kontinwa għad-donazzjonijiet tad-demm.
Ċerimonja ta' rikonoxximent għal donaturi ddedikati: "Ħajr lid-Donaturi tad-Demm" ġiet organizzata għal darb'oħra, din is-sena taħt il-Patroċinju tal-Eċċellenza Tagħha l-President ta' Malta, Myriam Spiteri Debono. Hawnhekk 20 donatur ingħataw plakka tal-fidda kommemorattiva bħala sinjal ta' apprezzament għad-donazzjonijiet kollha tagħhom li jsalvaw il-ħajjiet.
Ċerimonja ta' rikonoxximent għal 20 donatur taħt il-Patroċinju tal-Eċċellenza Tagħha l-President ta' Malta, Myriam Spiteri Debono
Għall-okkażjoni kienet ċelebrata Quddiesa fil-Bażilika tal-Madonna ta’ Pinu f’Għawdex
FAQs on Submitting Medical Certificates for Sickness Benefit
IMU TEAM
Ministry for Social Policy & Children’s Rights
1. When I visited my family doctor due to my sickness, I was given the Blue Medical Certificate, which included an original and a copy. Which one should I forward to the Department of Social Security?
Answer: The original blue medical certificate is to be submitted to the Department of Social Security while if employed, the copy of the blue medical certificate, which is the one where the doctor’s details are blacked out, will be handed to the employer. If you are self-occupied, a copy of the Blue Medical Certificate is to be handed to your accountant. You will be exempted from paying your social security contributions for each full week covered in your blue medical certificates when certified sickness starts from a Monday or that includes in it a full week starting from a Monday.
2. If my Blue Medical Certificate is less than four (4) days, should I still submit it to the Department of Social Security?
Answer: No, since payment is due from the fourth (4th) day of sickness. However, your employer may still request the blue medical certificate for HR purposes.
3. Why am I paid for one (1) day of Sickness Benefit, when my blue medical certificate indicates four (4) days of sickness?
Answer: Sickness Benefit payment is due from the Department from the fourth (4th) working day of sickness The first three (3) working days are paid in full by the employer, while for the remaining days, the employer is to issue the salary less the sickness benefit amount due from the Department of Social Security.
4. I work with the Public Service and when I submit a blue medical certificate of more than three (3) days, I do not receive sickness benefits from the Department of Social Security. Why is this?
Answer: If you are a Public Service employee you continue to receive your full salary, without any sickness benefit deductions until the exhaustion of your full pay sickness entitlement days.
5. What happens if I am a Public Officer and have exhausted my full and half-pay sick leave days?
Answer: If you are on sick leave on half-pay and eventually on no-pay you need to inform your Human Resources department to communicate with the Department of Social Security. When on half-pay, you are entitled from the employer to receive half the basic wage less full Social Security Contributions, while the Department of Social Security pays Sickness Benefits from the commencement of half-pay sick leave. When eventually, you avail yourself of all your sickness days both full and half-pay wages you will receive the Sickness Benefit payments from the Department of Social Security. Payment of Sickness Benefits by the Department of Social Security is subject to contributory and eligibility criteria.
6. What should I do if my illness lasts longer than fourteen (14) days?
Answer: If your illness lasts longer than fourteen (14) days, the Blue Medical Certificate must be renewed for every further two (2) weeks of sickness, until you are fit to resume work. Ensure that each certificate is properly filled and submitted within ten (10) calendar days from date of examination to the Department of Social Security.
Photo - Andrea Piacquadio
7. Why do I need to include details of my spouse or ex-spouse in the Blue Medical Certificate?
Answer: The payment rate for the Sickness Benefit depends on your civil status.
If you are a married or cohabitating and your spouse/partner is employed, you are awarded the single rate of benefit payment.
If you are married or cohabitating and your spouse/partner is unemployed you are awarded the married rate of benefit payment.
If you are separated and not maintaining your ex-spouse, you are awarded the single rate benefit payment.
If you are separated and maintaining your ex-spouse, you are awarded with the married benefit rate.
8. Why do I need to inform the department of my working days?
Answer: The Department of Social Security issues sickness benefit payment according to your working schedule as a fixed rate not exceeding six (6) days per week.
9. What should I do if I cannot submit the Blue Medical Certificate due to hospitalisation?
Answer: If you are hospitalised and unable to submit the Blue Medical Certificate within the required ten (10) calendar days, the certificate will not be considered late if submitted once you are discharged, and is properly filled by the hospital medical practitioner, stating the exact hospitalisation dates and stamp.
However, once discharged, should you still require to be on sick leave, the blue medical certificate must be submitted regularly within ten (10) calendar days from the continuation date.
10. How should I handle the submission of the medical certificate if my treatment abroad was an emergency requirement approved by Mater Dei?
Answer: As a result of International Bi-Lateral Agreements, patients needing medical treatment which cannot be provided in Malta will receive sickness benefit for treatment abroad for both planned or emergency requests. A Treatment Abroad Form (TAF) is filled in by the Mater Dei Entitlements Section and duly sent to the Department of Social Security from Mater Dei, whereby the payment for Sickness Benefit is issued to the applicant.
Once the patient returns from treatment abroad and resumes/continues treatment in Malta, the Blue Medical Certificate is to be submitted to the Department of Social Security as per regular procedure every ten (10) calendar days.
11. Will the Department of Social Security accept a foreign medical certificate for Sickness Benefit claims?
Answer: Yes, when due to being temporarily abroad it is not possible to submit the blue medical certificate, the Department of Social Security accepts a foreign medical certificate for Sickness Benefit claims, provided it includes all necessary information and is properly translated. Ensure that the certificate is detailed with your personal information and accurately reflects your medical condition and treatment. You can submit the medical certificate online, or at one of the Servizz.gov hubs.
12. What steps should I take if I am hospitalised or require treatment abroad unexpectedly, like when on holiday or temporarily posted to work abroad and cannot submit the Blue Medical Certificate within the required timeframe?
Answer: In the case of unplanned hospitalisation or treatment abroad, you can submit the foreign medical certificate online or upon your return. You can submit the medical certificate issued by the foreign medical practitioner. If the certificate is in a language other than English or Maltese, a translated version is to be provided. Ensure the certificate includes the dates of your hospitalisation period, the nature of your illness and a visible medical clinic stamp.
13. What happens if I fail to submit the foreign medical certificate within the required timeframe due to hospitalisation or treatment abroad?
Answer: Unless you have already submitted your medical certificate online, upon your return to Malta, it is important to submit the foreign medical certificate as soon as possible to avoid benefit payment delays. You can submit the foreign medical certificate online.
14. What information should be included in a foreign medical certificate?
Answer: The foreign medical certificate should include: Your full name and other personal details, including your Nationality. The country where you are being treated or hospitalised. Period of treatment or hospitalization indicated by dates. Diagnosis and nature of the illness. Details of the medical treatment received.
Signature and contact information of the examining medical practitioner, including the Medical Clinic stamp.
15. What is the Increased Sickness Benefit and how do I qualify for it?
Answer: Beneficiaries who have a continuous claim accepted for one hundred and fifty-six (156) days of benefit will have their claim automatically converted to Increased Sickness Benefit (ISB). The ISB rate is similar to the Invalidity Pension rate. Payment will continue to be issued either until final certificate date is submitted, or through a Medical Board decision date, or exhaustion of social security contributions, or exhaustion of four hundred and sixtyeight (468) days of benefit, whichever happens first.
16. How can I submit the Blue Medical Certificate or a Foreign Medical Certificate to the Department of Social Security?
Answer: You can submit a copy of the original Blue Medical Certificate online by authenticating with your own e-ID. In addition, make sure that foreign medical certificates are translated in either the English or Maltese language before submission upon your return to Malta, or online.
You can also submit the original copy of the Blue Medical Certificate or a foreign medical certificate to the nearest Servizz.gov hub. The Department of Social Security no longer accepts blue medical certificates submitted by third parties, whether online or forwarded to Servizz.gov.
Photo - Tima Miroshnichenko
17. Why after being on long sick leave, my sickness benefit is suddenly stopped?
Answer: The Sickness Benefit is paid up to a maximum of six (6) months according to the amount of contributions paid before the claim. Once the exhaustion date is reached you will be required to attend a medical board examination that will decide if you are entitled to continue receiving sickness benefit or else you are fit to return to work. The medical board may also recommend that the beneficiary applies for the Invalidity Pension.
Claimant in receipt of sickness benefit while abroad may still have their claim verified by a medical board. Nevertheless, claim needs to be reviewed by the International Relations Unit once six months of sickness have elapsed.
18. Can I request to have my Sickness Benefit payments directed to a different IBAN account from where I receive other benefits payments?
Answer: Since only one IBAN number may be provided to the Department of Social Security, any social security benefit payment is deposited in the provided bank account number. You can view or change your IBAN account number held with the by clicking here.
19. If I have a garnishee order, can I request to have my Sickness Benefit to be paid by cheque?
Answer: No, you cannot request to have your sickness benefit paid by cheque if you have a garnishee order. In such cases, you are to inform your preferred bank, that as per Article 381 of the Code of Organisation and Civil Procedure (Cap. 12.), allows to have a bank account issued in your name, wherein all Social Security payments will be deposited irrespective of any garnishee order.
Empowering Trusted Professionals… Through Financial Capability Training
Daniela Camilleri ĠEMMA Team Member
In today’s fast-paced and financially demanding world, individuals and families often turn to trusted professional such as educators, social workers, NGO staff, youth workers, therapists, and counsellors for help in navigating life’s challenges. These professionals are not expected to be financial experts, but they play a vital role in guiding those they support toward stability and resilience.
Balancing a demanding job, family life and professional development can be overwhelming. Still, many professionals manage to take that step forward. Whether you're a working parent, mid-career professional or simply someone eager to grow, it's never too late to continue learning. Even with a full schedule, lifelong learning is possible and can lead to real, meaningful change for oneself and for others.
Recognising this need, ĠEMMA, in collaboration with MCAST, has launched an accredited Level 4 course: the Award in Fundamentals in Financial Capability. Fully sponsored by ĠEMMA, this course equips participants with essential knowledge in financial literacy and wellbeing, without preparing them to act as financial advisors. Instead, it empowers them to serve as guides, confidently recognising signs of financial stress and referring individuals to the right resources when needed.
Why This Course?
This practical training opportunity enables participants to:
Recognise Financial Stress Signals – Understand how financial pressure manifests and impacts individuals, particularly those in vulnerable situations.
Promote Financial Literacy – Encourage informed decision-making and help individuals understand basic financial concepts.
Guide But Not Advise – Learn how to refer individuals to professional financial assistance, maintaining appropriate boundaries while still offering valuable support.
Learning Outcomes
By the end of the course, participants will be able to: Define Financial Capability – Understand key concepts that contribute to personal financial wellbeing.
Recognise Financial Stress Triggers – Identify underlying causes and emotional consequences of financial hardship.
Practice Basic Money Management – Create realistic budgets, implement savings strategies and help others plan for future needs.
Assess Financial Scenarios – Spot risk factors such as over-indebtedness and guide individuals toward appropriate support services.
This course goes beyond offering a qualification, it equips professionals with the required confidence, skills and insight to truly support others in meaningful ways. As they deepen their understanding of financial wellbeing, participants become trusted guides who can respond with empathy and clarity.
Their impact extends far beyond the individual: by fostering financial confidence and connecting people with the right support, they help nurture stronger, more resilient communities where financial wellbeing is recognised as a vital part of everyday care.
It-tilqima kontra l-mard pnewmokokkali
Dr Justine Farrugia Preca
Principal General Practitioner
Primary Child, Youth Health and Immunisation Unit
X’inhi t-tilqima kontra l-mard pnewmokokkali?
It-tilqim inġenerali għandu rwol importanti ħafna fil-protezzjoni tagħna kontra mard li jittieħed. Tilqima li ddaħħlet reċentement fl-iskeda nazzjonali tat-tilqim, iżda li ilha fis-suq dinji f’forom oħra għal ħafna snin, hija t-tilqima kontra mard pnewmokokkali.
Fl-2007 din it-tilqima kienet tipproteġina kontra 7 mikrobi tal-familja tal-pnewmokokku, mikrobi li jikkaġunaw infezzjonijiet fil-pulmun, fid-demm, wara t-tanbur tal-widnejn u saħansitra fl-inforra tal-moħħ. Tul is-snin, il-vaċċin ġie żviluppat biex il-protezzjoni li joffri, jiżdied, minn 7 mikrobi għal 20.
Issa dan il-vaċċin qed jiġi offrut b’xejn lin-nies f’Malta u Għawdex li għalqu l-65 sena u nies oħrajn ta’ età iżgħar li però jbatu minn mard illi, jekk jiltaqgħu ma’ mikrobu mill-familja talpnewmokokku, dan jikkaġunalhom infezzjonijiet aktar serji li saħansitra jistgħu jiddaħħlu bihom l-isptar.
Min huwa f’riskju ta’ mard pnewmokokkali aktar sever?
Nies illi jbatu minn ċertu kundizzjonijiet mediċi msemmija hawn taħt, flimkien ma’ nies kbar fletà huma kollha f’riskju ta’ infezzjonijiet aktar serji jekk jiltaqgħu ma’ wieħed minn dawn ilmikrobi. Il-kundizzjoni mediċi huma dawn:
Mard tal-pulmun, inkluż azzma
Mard tal-qalb
Mard tal-kliewi
Mard tal-fwied
Nies li għandhom ‘cochlear implant’ jew ‘leak’ ta’ likwidu ċerebrospinali
Dijabete
Nies li qed jieħdu trattamenti jew għandhom kundizzjonijiet mediċi li bihom tiddgħajjef ssistema immunitarja
Din it-tilqima jekk tittieħed f’età ta’ ’l fuq minn sentejn għandha bżonn biss ta’ doża waħda għal protezzjoni dejjiema. Fit-tfal żgħar, wieħed irid jara każ każ.
X’jista’ jagħmel wieħed jekk diġà ħa tilqima simili fil-passat?
Minħabba l-fatt li kien hawn tilqim ta’ dan it-tip għal ħafna snin, wieħed jaf ikun diġà ħa xi titqiba simili fil-passat li tkun toffri protezzjoni kontra inqas mikrobi, eżempju: PCV 10, PCV 13 jew PPSV 23 (din, avolja tagħti protezzjoni kontra 23 mikrobu tal-familja tal-pnewmokokku, ilprotezzjoni mhijiex dejjiema allura jkollha bżonn boosters). Fil-każ li wieħed ikun diġà ħa titqiba waħda minn dawn imsemmija u jixtieq jestendi l-protezzjoni tiegħu kontra aktar mikrobi, jista’ jagħmel dan billi jieħu l-PCV 20 mill-inqas sena wara li tkun ittieħdet it-titqiba ta’ qabel.
Jekk wieħed ikun ħa kemm il-PCV 13 u anke il-PPSV 23 fil-passat minħabba mard serju, wieħed xorta jista’ jieħu il-PCV 20 sabiex iżid il-protezzjoni tiegħu kontra iktar mikrobi. F’dan il-każ però, l-intervall bejn l-aħħar titqiba mill-anitki u din il-ġdida għandu jkun ta’ 5 snin.
Minn fejn jista’ wieħed jaċċedi għal din it-tilqima?
L-anzjani ta’ ’l fuq minn 65 sena jistgħu jieħdu t-tilqima miċ-ċentri tas-saħħa kollha mit-Tnejn
sal-Ġimgħa bejn l-10am u l-5pm u fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi miċ-ċentri tas-saħħa talFurjana, Raħal Ġdid, Mosta u r-Rabat Għawdex bejn l-10am u l- 5.00pm.
Adulti ta’ bejn it-18 u l-64 sena, li jaqgħu taħt il-kategoriji ta’ pazjenti msemmija aktar ’l fuq, huma mitluba jieħdu riċetta tat-tabib magħhom biex jieħdu din it-tilqima b’xejn. B’hekk linfermiera jkunu jafu li dak li jkun huwa intitolat għat-tilqima b’xejn. Huma wkoll jistgħu jieħdu t-tilqima fiċ-ċentri tas-saħħa kollha fil-ħinijiet imsemmija hawn fuq.
Tfal taħt it-tmintax-il sena wkoll għandhom bżonn riċetta ta’ tabib u jistgħu jieħdu din ittilqima fiċ-ċentri tat-tilqim ġewwa ċ-ċentri tas-saħħa kollha billi jċemplu fuq 2123 1231 ext.7 jew billi jibagħtu imejl fuq immunisation@gov.mt sabiex jingħataw appuntament.
It-tilqima tal-PCV 20 hija tilqima sigura, li vaċċini mill-istess familja ilhom jintużaw għal ħafna snin u huwa importanti li min hu eligibbli għaliha jeħodha mingħajr biza’ biex jipproteġi lilu nnifsu minn mard li jittieħed u li jista’ jkun serju ħafna.
Din it-tilqima tista’ tittieħed ukoll flimkien mat-tilqima tal-influwenza u tal-covid hekk kif ilkampanja ta’ kull sena tat-tilqima kontra l-influwenza ser tibda dalwaqt.
Għal iktar informazzjoni jew jekk għandkom xi diffikultà, jekk jogħġobkom ibgħatu imejl fuq immunisation@gov.mt jew kellmu lit-tabib tagħkom.
L-Imħabba lejna nfusna - mhijiex lussu, imma bżonn
Dr Elaine Cutajar
Mit-Tim tal-Programm għar-Reżiljenza
Health Promotion and Disease Prevention
Fid-dinja tal-lum, faċli nħossu pressjoni biex inkunu produttivi, nieħdu ħsieb dawk ta’ madwarna, jew nidhru perfetti. Għalhekk, l-idea li nipprattikaw l-imħabba lejna nfusna tista’ tidher stramba, jew anke xi ftit egoista.
L-esperjenza tagħna fil-Programm għar-Reżiljenza fi ħdan id-Direttorat urietna li wieħed millaktar suġġetti li jqanqal reazzjonijiet emozzjonali hu proprju dan. F’kull grupp li niltaqgħu miegħu – kemm impjegati, kemm ġenituri, kif ukoll studenti u anke adulti inġenerali – ilparteċipanti jaqsmu magħna diversi ostakli li jwaqqfuhom milli jieħdu ħsieb tagħhom infushom.
Pereżempju, ħafna jgħidulna li qatt ma ħasbu dwar kif għandhom jitkellmu magħhom infushom. Oħrajn jirrealizzaw li kultant ikunu iktar ġentili ma’ ħaddieħor milli magħhom infushom. Dan waqt li oħrajn iħossu sens ta’ ħtija meta jippruvaw jinvestu iktar ħin fuqhom infushom.
L-imħabba lejna nfusna m’għandniex narawha bħala forma ta’ għażż jew egoiżmu. Anzi, li nieħdu ħsieb il-bżonnijiet tagħna għandha tkun għażla ta’ kuljum li ġġib magħha diversi benefiċċji għal saħħitna.
Fi ftit kliem, bħalma nibnu ħbiberija ma’ ħaddieħor bil-paċenzja, il-ġentilezza, mumenti sinċieri flimkien, u azzjonijiet favur il-benesseri u l-kuntentizza ta’ xulxin, bl-istess mod irridu nibnu l-imħabba u l-apprezzament lejna nfusna. Il-benefiċċji huma ċari: iktar kunfidenza, inqas stress, relazzjonijiet aktar b’saħħithom u saħħa mentali u fiżika aħjar. Għaldaqstant, li tipprattika l-imħabba lejk innifsek hija bżonn u mhux kapriċċ. Minn dak li nisimgħu u naraw fil-Programm għar-Reżiljenza, hawn taħt huma tliet ostakli komuni li jxekklu l-imħabba lejna nfusna, flimkien ma’ xi pariri prattiċi li jistgħu jgħinu lil dak li jkun biex jikkumbattihom.
Fil-ħajja ta’ kuljum, speċjalment fuq il-midja soċjali, faċli li nibdew niffukaw fuq in-nuqqasijiet tagħna, speċjalment meta nikkumparaw ruħna mal-oħrajn. Dawn il-paraguni jistgħu jnaqqsulna l-valur li nagħtu lilna nfusna, u jżidu mal-pressjoni li tbegħedna minna nfusna. Għalhekk, huwa iktar u iktar importanti li nqattgħu ħin ta’ kwalità magħna nfusna, u li ndawru l-attenzjoni ’l ġewwa. Biex nagħmlu dan, nistgħu nallokaw ħin għal riflessjoni jew
li jinkludi l-valuri, il-prijoritajiet u l-bżonnijiet tagħna. B’hekk iktar inkunu qed ngħixu ħajja b’iktar intenzjoni, ċioè, b’armonija aħjar mal-bżonnijiet tagħna.
Wieħed mill-akbar ostakli għall-imħabba lejna nfusna huwa l-mod kif nitkellmu magħna nfusna, speċjalment f’mumenti diffiċli. Ħafna minna mdorrijin nisimgħu vuċi interna li tikkritikana bla ħniena. Din il-vuċi tista’ tgħidilna affarijiet bħal: “Ma stajtx tagħmel aħjar?”, jew “Għaliex inti hekk?’’.
Dan il-kliem jiġġenera sens ta’ ħtija, pressjoni żejda, u biża’ mill-falliment. Meta ninnutaw din il-vuċi, nistgħu nistaqsu: “Kieku ngħid hekk lil xi ħadd li nħobb?”. Jekk inwieġbu ‘le’ għal din il-mistoqsija, kif inhu aċċettabbli li ngħidu dan lilna nfusna?
Irrifletti: “Kieku xi ħadd li nħobb kellu jgħaddi minn dan, x’ngħidilhom?”. Meta nbiddlu llingwaġġ tagħna, nibdew noħolqu lok għal titjib minflok ġudizzju. Dan ma jfissirx li ninjoraw l-iżbalji tagħna – iżda li narawhom bħala parti mill-esperjenza umana. Xi ġranet tkun faċli: tħossok tajjeb u tagħraf il-ħiliet tiegħek mingħajr diffikultà. Ġranet oħra tkun iktar diffiċli – u proprju f’dawk il-mumenti li tkun l-iktar fil-bżonn tiżdied l-importanza li tkun hemm għalik innifsek, billi tfakkar lilek innifsek li int jistħoqqlok ir-rispett, il-ġentilezza u l-paċenzja.
It-tielet ostaklu prinċipali li jaqsmu magħna l-parteċipanti huwa l-ħsieb żbaljat li l-prattika talimħabba lejna nfusna hija xi ħaġa li jistħoqqilna biss meta naħdmu biżżejjed għaliha, jew meta nkunu ħlisna mir-responsabbiltajiet tagħna.
Hemm tendenza li ngħidu, “issa nistrieħ meta jkolli ċ-ċans jew meta nsib minuta”, jew nużaw mumenti żgħar ta’ kura tagħna nfusna bħala premju għal ġurnata jew ġimgħa xogħol (jew aktar!) Iżda l-imħabba hija iktar minn sentimenti temporanji jew azzjonijiet ta’ darba fill.
Tista’ tkun ta’ għajnuna li nħarsu lejn din l-imħabba bħala żerriegħa li teħtieġ il-kura u lkultivazzjoni biex tikber. Bl-istess mod, int għandek bżonn kura konsistenti: ġesti ċkejknin ta’ ġentilezza, mumenti ta’ nifs u riflessjoni u kliem li jsaħħek flok iwaqqgħak. Meta tagħżel li tagħmel hekk, tkun qed tibni r-relazzjoni tiegħek miegħek innifsek. Sabiex din ir-relazzjoni tibqa’ waħda b’saħħitha, importanti wkoll li tistabbilixxi konfini
b’saħħithom billi tgħid ‘le’ għal affarijiet li ma taqbilx magħhom. B’hekk tkun qed turi li lbenesseri tiegħek hu prijorità.
L-istess jgħodd għal meta tagħżel ikel li jagħtik is-saħħa, tidħol f’konverżazzjonijiet li
jirrispettawk, jew tirrepeti affermazzjonijiet ġentili bħal: “Jien nista’ nikber u nitjieb” jew “Jien jistħoqqli l-mistrieħ”. Jekk tirripetihom u temminhom bis-sħiħ, affermazzjonijiet bħal dawn jistgħu jagħmlu differenza kbira.
Ftakar, il-konsistenza tiswa mitqlu deheb. Meta kull ġurnata ssir opportunità biex tieħu ħsieb lilek innifsek b’mod sempliċi u sinċier, l-imħabba tikber. Maż-żmien tinduna li l-aktar
relazzjoni importanti li għandek hija dik ta’ miegħek innifsek.
Għalhekk, illum stess, ibda billi tistaqsi lilek innifsek; “X’nista’ nagħmel illum biex infakkar lili
nnifsi li jiena niswa?”.
Għal aktar informazzjoni dwar il-Programm għar-Reżiljenza, u għal aktar suġġerimenti u għodod prattiċi żur is-sit mentalwellbeing.gov.mt
Mary Anne Zammit
Artista u Kittieba
Intervista ma’ Juanita Vella Grech
“Għandna tendenza naħsbu li ħafna mill-isportivi fil-futbol huma rġiel, però f’dawn l-aħħar
snin kien hemm żieda sostanzjali fin-nisa f’dan il-kamp,” qaltiltna Juanita Grech, fiżjoterapista fid-dinja tal-isports.
Juanita Vella Grech iggradwat mill-Università ta’ Malta fl-2015 b’Baċellerat fil-Fiżjoterapija.
Kompliet l-istudji tagħha b'Master’s fil-Mediċina tal-Isport u l-Eżerċizzju mill-University College London (UCL).
“Matul dawn l-aħħar snin, kelli l-opportunità naħdem ma’ diversi klabbs tal-futbol lokali, fejn żviluppajt għarfien fit-trattament ta’ kundizzjonijiet u injuries relatati mal-isport. L-għan hu li niddentifika l-kawża tal-injury u nittratta s-sintomi sabiex l-atleti jirritornaw għall-attività tagħhom b’mod sigur, effettiv u malajr.
Bħala membru tal-Malta Association of Physiotherapists (MAP) u tal-Council for the Professions Complementary to Medicine (CPCM) inkun regolarment involuta f’taħriġ u aġġornament professjonali sabiex inżomm l-istandards għoljin fil-prattika tiegħi.”
Juanita tħossha privileġġjata li ġiet imħarrġa fil-Pilates, dry needling u fil-metodu Human Tecar, teknika terapewtika innovattiva li tgħin fl-irkupru aktar malajr u tnaqqas l-uġigħ b’mod effettiv. Hi għażlet il-fiżjoterapija tal-isport għax dejjem kellha passjoni kbira għallfiżjoterapija u r-relazzjoni bejn il-ġisem tal-bniedem u l-moviment, u kif l-eżerċizzju jista’ jsaħħaħ, ifejjaq u jreġġa’ lura l-ħsara.
“Ix-xogħol mal-atleti joffri sfida u sodisfazzjon kbir għalija, mhux biss għax jirrikjedi għarfien tekniku avvanzat, iżda għax kull każ hu uniku u jeħtieġ gwida personalizzata. L-iskop tiegħi hu li ngħin lin-nies jerġgħu jirritornaw għall-ogħla livell ta’ prestazzjoni tagħhom, kemm jekk huma atleti professjonali kif ukoll jekk huma dilettanti.”
Il-motivazzjoni għal Juanita hi li tara bniedem jitjieb ġurnata wara l-oħra, jegħleb l-uġigħ u jerġa’ jieħu fiduċja f’ġismu. Juanita ħadmet ma’ timijiet tal-handball, atleti, u plejers tattennis. Illum qed taħdem fil-kamp tal-futbol fejn l-injuries huma komuni.
Dan jirrikjedi li hi tkun preżenti fi klinika kif ukoll ġol-grawnd waqt il-logħob kompetittiv.
Juanita tittratta l‘injuries’ meta jiġru u taħdem dwar prevenzjoni, monitoraġġ tal-kundizzjoni fiżika tal-atleti, kif ukoll tfassal programmi ta’ eżerċizzji terapewtiċi biex jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ korrimenti.
“Il-klijenti huma kemm nisa u rġiel. Inħoss li l-irġiel ikollhom ċerta kurżità jew riżervi, minħabba li għad hemm ftit sterjotipi dwar il-mara f’qasam relatat mal-isport. Illum nista’ ngħid li nirċievi ħafna rispett minn klijenti rġiel u ħidmieti titqies fuq l-istess livell bħal kwalunkwe professjonist ieħor, irrispettivament mis-sess. ”
L-aktar injury komuni hi dik tal-ligament tal-irkoppa, partikolarment ACL tears (anterior cruciate ligament). Din hija tip ta’ injury serja ħafna li taffettwa l-istabbiltà tal-irkoppa u tista’ tieħu xhur ta’ riabilitazzjoni.
“Strains tal-muskolu hamstring u sprains fl-għekiesi huma frekwenti ħafna wkoll, speċjalment fi sports li jinvolvu ħafna moviment mgħaġġel, bidla fid-direzzjoni, jew żbalji fit-tluq u l-inżul.
F’każijiet ta’ trawma serja jew kundizzjonijiet newroloġiċi kumplessi, it-trattament jeħtieġ tim multi-dixxiplinari u/jew teknoloġija u għaldaqstant nippreferi naħdem f’kollaborazzjoni ma’ professjonisti oħra, jew nirreferi lill-klijent għal min jista’ jagħtih l-aqwa kura possibbli.”
Juanita ssemmi każ li baqa’ f’qalbha fejn persuna wara li għamlet operazzjoni fl-irkoppa u sabitha diffiċli immens biex terġa’ tibda timxi. Wara proċess ta’ riabilitazzjoni fit-tul hi reġgħet lura għan-normal.
“Dawn l-esperjenzi jġegħluni nħobb dak li nagħmel għaliex il-fiżjoterapija mhix biss dwar eżerċizzji u terapiji, imma dwar relazzjonijiet, fiduċja u tama. Hemm l-impatt dirett u tħoss li għamilt differenza reali u l-aktar tifsira, mhux biss għalija, imma għal min jidħol u jgħidli: "Kont bżonnok."
Għal futur Juanita tixtieq tkompli testendi l-għarfien tagħha fil-fiżjoterapija tal-isport u f’oqsma aktar speċjalizzati waqt li tibqa’ toffri spazju fejn il-klijenti jħossuhom siguri, mifhuma u appoġġjati. Lil Juanita nawgurawlha ħafna aktar suċċess u opportunitajiet.
George Zammit
Gwida u Lajk
Mistoqsijiet li qed nisma’ spiss huma dawn: Fejn huma ż-żgħażagħ? Għaliex ftit qegħdin jidhru fil-parroċċi? Għaliex ħafna żgħażagħ qed iħallu l-merħla tar-Ragħaj it-tajjeb? Il-Knisja tal-lum saret inqas sinifikanti għalihom?
Bla dubju l-knisja trid tibda tħejji riċerka b’esperjenzi ġodda billi tisma’ aħjar liż-żgħażagħ u lproblemi diffiċli tagħhom. Tfittxija tal-knisja tal-futur fejn tinkludi liż-żagħżagħ jieħdu sehem f’aktar proġetti b’ħidma u riformi ġodda. Kull nisrani huwa msejjaħ sabiex jgħin u jinvolvi ruħu f’ħidma mal-knisja lejn il-formazzjoni taż-żagħżagħ flimkien mal-edukaturi u l-familji stess.
It-tagħlim tar-reliġjon fl-iskejjel għandu jkun inkluż f’dan il-proġett, sabiex it-tfal tagħna jibdew jaħsbu mill-ġdid dwar dan il-vjaġġ spiritwali tagħhom bl-għan li jgħixu l-bqija ta’ ħajjithom eqreb lejn il-ferħ tal-Vanġelu. Għal dawk li jħobbu lil Kristu u l-Knisja, wieħed ma jistax ma jirriflettix u ma jkunx imħasseb dwar ċerti sitwazzjonijiet komplikati li qegħdin iħabbtu wiċċhom magħhom iż-żagħżagħ ta’ llum. Allura hu l-obbligu tagħna bħala nsara li mad-dinja taż-żagħżagħ naqsmu dak il-ferħ abbundanti tal-Vanġelu magħhom.
Sfortunatament kultant issib l-attitudnijiet ta’ ċerti nies li ħafna drabi jkunu ta’ skoraġġiment jew kritika flok ta’ kuraġġ jew għajnuna. Isostnu li ż-żagħżagħ ġeneralment huma bierda jew indifferenti fejn jidħol Alla. Dan l-atteġġjament mhuwiex prinċipju pastorali u morali validu, allura flok nikkritikaw pazjent żagħżugħ li għandu jiġi kkurat, jagħmel aktar sens li noqogħdu madwar mejda u nirriflettu dwar kif nistgħu nirbħu aktar żagħżagħ billi nibnu fiduċja magħhom.
Nitkellmu f’aktar seminars billi nfittxu aktar kollaborazzjoni mal-ħsibijiet u l-ideat tagħhom. Niddjalogaw magħhom ugwali, jigifieri mhux bejn superjuri u inferjuri jew viċi versa. Din irrelazzjoni aktar viċin maż-żagħżagħ u tfittxija għat-tweġibiet għall-problemi moderni tagħhom, tiggarantixxi s-saħħa u l-futur tal-Knisja ta’ Kristu.
Noqgħodu attenti kif niġġudikaw: Iż-żagħżagħ huma barra mill-knisja jew hi l-knisja li hi bogħod minnhom? Ħuti, wasal iż-żmien li nifhmu li ż-żagħżagħ iridu jiffurmaw parti fil-knisja, imma l-knisja u aħna n-nies tagħha jeħtieġ li nkunu qrib din il-ġenerazzjoni l-ġdida biex noffrulhom “Ħajja sabiħa bl-abbundanza”.
Il-Knisja trid titkellem b’dak it-ton żagħżugħ billi tagħti l-attenzjoni meħtieġa u tisma’ liż-żagħżagħ sabiex tlaħħaq mal-bidliet u l-isfidi l-ġodda tagħhom. Għalhekk irridu nifhmu u nisimgħu aktar l-appelli, l-ilħna u l-ħsibijiet taż-żagħżagħ sabiex nibnu forma ta’ knisja li tkun sinifikanti għaż-żagħżagħ ukoll. U din isseħħ biss jekk issir riforma b’urġenza fil-knisja li tinvolvi aktar id-dinja taż-żagħżagħ billi tieħu ħsieb il-kura pastorali meħtieġa diretta lejhom.
Nagħmlu żball jekk nibqgħu ma noffrux aktar spazju u lanqas tama fil-ġenerazzjoni futura taż-żagħżagħ. Mela ejjew nibnu proġett ta’ riċerka billi nisimgħu r-relazzjoni taż-żagħżagħ mal-Knisja ta’ Kristu u l-fidi tagħhom. Inżommu quddiem għajnejna dawk il-kelmtejn spontanji tal-Qdusija tiegħu l-Papa Ljun XIV liż-żagħżagħ wara l-quddiesa li saret fil-Pjazza
San Pietru f’Lulju 2025 meta qal; “Intom il-melħ tal-art u intom id-dawl tad-dinja”.
Illum jeħtieġ nisimgħu l-ilħna tagħhom, l-entużjażmu tagħhom, l-għajjat tagħhom, il-
problemi u l-ugigħ tagħhom għax iż-żagħżagħ huma kollha ta’ Ġesù Kristu u aħna fid-dmir li nwassluhom sat-trufijiet tal-art.
Għalhekk, ejjew b’kuraġġ nibdew folja ġdida flimkien, nimxu mal-knisja din il-mixja l-Ġublew tat-Tama, għax id-dinja ta’ llum għandha l-għatx għall-Kelma ta’ Alla, għandha bżonn aktar messaġġi ta’ tama u l-istess żagħżagħ huma t-tama t’għada, kemm għal knisja u għal kulħadd.
A Silent Tragedy
Dr Luis Rojas Marcos
Professor of Psychiatry at New York University
Former Chief Executive of the NYC public hospital system
Former Commissioner of the city's mental health
There is a silent tragedy that is unfolding today in our homes and concerns our most precious jewels: our children. Our children are in a devastating emotional state!
In the last 15 years, researchers have given us increasingly alarming statistics on a sharp and steady increase in childhood mental illness that is now reaching epidemic proportions. Statistics do not lie:
1 in 5 children have mental health problems
A 43% increase in diagnosed ADHD
A 37% increase in adolescent depression has been noted
There has been a 200% increase in the suicide rate in children aged 10 to 14
What is happening and what are we doing wrong?
Today's children are being over-stimulated and over-gifted with material objects, but they are deprived of the fundamentals of a healthy childhood, such as:
Emotionally available parents
Clearly defined limits
Responsibilities
Balanced nutrition and adequate sleep
Movement in general but especially outdoors
Creative play, social interaction, unstructured game opportunities and boredom spaces
Instead, in recent years, children have been filled with:
Digitally distracted parents
Indulgent and permissive parents who let children "rule the world" and whoever sets the rules
A sense of right, of deserving everything without earning it or being responsible for obtaining it
Inadequate sleep and unbalanced nutrition
A sedentary lifestyle
Endless stimulation, technological nannies, instant gratification and absence of boring moments
What to do? If we want our children to be happy and healthy individuals, we have to wake up and get back to basics.
It is still possible! Many families see immediate improvements after weeks of implementing the following recommendations:
Set limits and remember that you are the captain of the ship. Your children will feel more
Photo - UT Southwestern Medical Center, Dallas, Texas, US
confident knowing that you have control of the helm.
Offer children a balanced lifestyle full of what children NEED, not just what they WANT. Don't be afraid to say "no" to your children if what they want is not what they need.
Provide nutritious food and limit junk food.
Spend at least one hour a day outdoors doing activities such as cycling, walking, fishing, bird/ insect watching.
Enjoy a daily family dinner without smartphones or distracting technology, let everyone feel valued.
Play board games as a family or if children are very small for board games, just let them pretend to play it.
Involve your children in some homework or household chores according to their age (folding clothes, hanging clothes, unpacking food, setting the table, feeding the dog, etc.)
Implement a consistent sleep routine to ensure your child gets enough sleep. The schedules will be even more important for school-age children.
Teach responsibility and independence. Do not overprotect them against all frustration or mistakes. Misunderstanding will help them build resilience and learn to overcome life's challenges.
Do not carry your children's backpack, do not carry the homework they forgot, do not peel
Photo - bodnarchuk (Science News Explores)
bananas or peel oranges if they can do it on their own (4-5 years). Instead of giving them the fish, teach them to fish.
Teach them to wait and delay gratification.
Provide opportunities for "boredom", since boredom is the moment when creativity awakens. Do not feel responsible for always keeping children entertained.
Do not use technology as a cure for boredom, nor offer it at the first second of inactivity.
Avoid using technology during meals, in cars, restaurants, shopping centres. Use these moments as opportunities to socialize by training the brains to know how to work when they are in mode: "boredom".
Help them create a "bottle of boredom" with activity ideas for when they are bored. Be emotionally available to connect with children and teach them self-regulation and social skills:
Turn off the phones at night when children have to go to bed to avoid digital distractions.
Become a regulator or emotional trainer for your children. Teach them to recognize and manage their own frustrations and anger.
Teach them to greet, to take turns, to share without running out of anything, to say thank you and please, to acknowledge the error and apologize (do not force them), be a model of all those values you instil.
Connect emotionally - smile, hug, kiss, tickle, read, dance, jump, play or crawl with them.
Source of Article Identification: Gertrude Buttigieg
Higher Speech Language Practitioner/Communications Officer
Office of the Commissioner for Promotion of Rights of Persons with Mental Disorders
Charles Meilak Koordinatur
fl-
Benefiċċju għall-Maternità
Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Parti mill-Pjan Soċjali għall-Familja 2025-2030
Sa jkunu enfasizzati diskussjonijiet mas-sħab soċjali dwar l-estensjoni tal-leave tal-maternità kif ukoll dak tal-paternità. Din hija fost id-diversi miżuri ta’ prijoritajiet li jagħmlu parti mill-Pjan Soċjali għall-Familja 2025-2030, imnedija reċentament mill-Prim Ministru Robert Abela. Dan il-pjan huwa qafas ta’ politika strateġika mfassal biex jappoġġja u jagħti s-setgħa lill-familji filforom kollha tagħhom.
Flimkien mal-leave tal-maternità u tal-paternità, dan il-pjan soċjali jindirizza firxa wiesgħa ta' prijoritajiet, inkluża assistenza mmirata għal familji vulnerabbli, kif ukoll miżuri biex jippromwovu relazzjonijiet familjari aktar b'saħħithom, partikolarment billi jinkoraġġixxu aktar ħin ta' kwalità flimkien.
Il-Benefiċċju għall-Maternità huwa ta’ massimu ta’ 14-il ġimgħa. L-ewwel parti tal-benefiċċju tikkonsisti fi ħlas ta’ 8 ġimgħat li jsir għal perjodu ta’ qabel it-twelid tat-tarbija. It-tieni parti talbenefiċċju jikkonsisti fi ħlas ta’ 6 ġimgħat li jsir għal perjodu ta’ wara t-twelid tat-tarbija. Filkażijiet fejn l-applikazzjoni tiġi sottomessa wara t-twelid tat-tarbija, it-total tal-ħlas isir fi ħlas wieħed biss. F’każ ta’ applikanta li tkun qed tistenna ta’ aktar minn twelid wieħed, lintitolament ikun biss għall-benefiċċju wieħed ta’ maternità.
Ta’ min jgħid li l-applikanta trid tkun ta’ ċittadinanza Maltija jew miżżewġa/tikkoabita ma’ ċittadin/a Maltija, tkun ċittadina ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, ta’ pajjiż membru taċĊarter Soċjali Ewropew, jew għandha status ta’ refuġjata jew ċittadina, u ordinarjament tgħix Malta jew Għawdex.
Hi trid tkun fit-tmien xahar tat-tqala jew welldet tarbija sa sitt xhur qabel id-data talapplikazzjoni għall-benefiċċju u ma tridx tkun tħallset għal-leave tal-maternità minn għand ilprinċipal tagħha.
L-omm tista’ tkun taħdem għal rasha imma tkun trid turi prova li ma kinetx qed taħdem matul l-14-il ġimgħa li għalihom tkun qed issir it-talba. Iridu jiġu ssottometti diversi dokumentifosthom dikjarazzjoni ffirmata minn tabib li jikkonferma li hi tkun daħlet fit-8 xahar ta’ tqala, waqt li jindika wkoll id-data tal-istennija tat-twelid.
Jekk l-applikanta kienet/hija impjegata qabel it-twelid tat-tarbija, trid timtela dikjarazzjoni minn min kien iħaddem. Dik li taħdem għal rasha, trid tipprovdi l-irċevuti uffiċjali talkontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tas-sena ta’ qabel it-talba.
Jekk it-tarbija twieldet barra minn Malta, irid jiġi pprovdut ċertifikat uffiċjali tat-twelid. Ċittadini taċ-Ċarter Soċjali Ewropew u Refuġjati li huma residenti ordinarji f’Malta, iridu jipprovdu kopja ta’ permess validu ta’ residenza.
Rtratt - RDNE Stock Project
Għal dawk mill-pajjiżi tat-tielet dinja jew minn pajjiżi ta’ Ċarter Soċjali, iridu jipprovdu kopja tal-Karta tal-Identità Maltija fejn turi permess ta’ residenza aġġornata. Għal aktar dettalji dwar id-dokumentazzjonijiet kollha meħtieġa, barra dawk msemmija hawn fuq, kif ukoll għal kopja tal-applikazzjoni, wieħed jista’ jżur https://socialsecurity.gov.mt - L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa fi żmien sitt xhur mit-twelid tat-tarbija. Il-benefiċċju jew parti minnu, jista’ jintilef jekk l-applikazzjoni tasal tard.
Mary Anne Zammit Uffiċjal tal-Probation
Opportunità unika biex tidħol f’karriera fejn biha tkun qed tgħin lilek innifsek, lill-ħaddieħor u lis-soċjetà
Illum se nagħtu titwila lejn il-karriera ta’ Uffiċjal tal-Probation. Dan hu vjaġġ twil fejn l-Uffiċjal tal-Probation timraħ fi spettru wiesgħa u tiġi wiċċ imb’wiċċ ma’ persuni li kissru l-liġi. Ħafna drabi s-soċjetà tħares bl-ikrah lejhom iżda wara dan kollu hemm stejjer twal u problemi bla qies.
Li tkun Uffiċjal tal-Probation ifisser li kuljum tħabbat wiċċek ma’ diversi sfidi u sitwazzjonijiet li jistgħu jkunu diffiċli. Ifisser ukoll, li l-Uffiċjal tal-Probation qed iservi bħala sors ta’ għajnuna u fattur importanti li saħansitra jista’ jwassal biex ibiddel il-ħajja ta’ tant nies. Bl-istess qies jagħti dik l-identità ġdida lil persuni li, anke forsi bla ma bassru u/jew minħabba f’ċirkostanzi oħra, ikunu marru kontra r-regoli tas-soċjetà.
Bħala xogħol inġenerali, ix-xogħol tal-Uffiċjal tal-Probation jirrikjedi li ssir superviżjoni fuq individwi li jkunu kissru l-liġi, xogħol li jseħħ kemm qabel is-sentenza mill-Qrati Kriminali kif ukoll wara li tingħata s-sentenza. B’hekk il-persuna konċernata tingħata l-opportunità li ssib l-
għajnuna tant meħtieġa u potenzjalment tiġi mgħejuna anke fl-aspetti familjari u dawk ta’ impjieg.
Fil-biċċa l-kbira, il-każijiet ikunu dawk relatati ma’ pussess ta’ droga, reati ta’ vjolenza, problemi ta’ imġiba, vjolenza sesswali, vjolenza domestika, serq u frodi. Is-superviżjoni tgħin sabiex ikun hemm kontroll fuq il-persuni filwaqt li jiġu mgħejuna jitbiegħdu mill-ħajja illeġittima, bit-tama li ma jwettqux reat/i oħra. Dan jgħin, mhux biss fit-tisħiħ tas-sigurtà u lħajja trankwilla tas-soċjetà, iżda b’aċċenn partikolari fuq l-istess persuna nnifisha biex ma tweġġax lilha nnifisha, biex tikseb il-qawwa, il-kuraġġ, il-fidi li tista’ tinbidel u tkun persuna oħra denja ta’ soċjetà ċivilizzata kif mistenni.
It-tieni aspett fix-xogħol tal-Uffiċjal tal-Probation hi l-kura tal-persuna li tkun suġġetta għassuperviżjoni. Permezz ta’ xogħol tal-uffiċjal tal-probation, flimkien ma’ professjonisti oħra, ikunu identifikati l-problemi ta’ dawn il-persuni u b’kollaborazzjoni sħiħa mal-istess professjonisti jsir pjan ta’ kura bil-għan li l-persuna tingħata kull għajnuna possibbli għarriabilitazzjoni tagħha.
Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Probation u l-Parole, is-Sa Carmen Borg issostni li x-xogħol ta’ Uffiċjal tal-Probation jagħmel ġid kbir, mhux biss lill-individwu li jkun qiegħed taħt superviżjoni tal-Uffiċjal tal-Probation, mhux biss lis-soċjetà inġenerali kif diġà spjegat, iżda wkoll lill-Uffiċjal tal-Probation innifsu.
Għaldaqstant, għalkemm ix-xogħol tal-Uffiċjal tal-Probation hu impenjattiv ħafna, iżda huwa wkoll ta’ sodisfazzjon kbir meta tara persuna miexja ‘l quddiem, bogħod mill-kriminalità u lura fil-komunità meta tibda tgħix ħajja integra.
Jekk inti mħajjar issegwi karriera bħala Uffiċjal tal-Probation, bħalissa qiegħed jiġi mniedi programm fejn min huwa interessat u ggradwa minn xi suġġett fil-Humanities, jista’ japplika għal Masters degree fis-servizzi tal-Probation, hekk kif offrut mill-Università ta’ Malta. Tajjeb jingħad li d-dipartiment qiegħed jippjana li joħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet sabiex min ikun qiegħed isegwi l-kors imsemmi hawn fuq jista’ jintagħżel biex jaħdem bħala Trainee
Probation Officer filwaqt li jkun jista’ jibqa’ jsegwi l-kors tiegħu/tagħha.
Id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole qiegħed ukoll jaħdem sabiex dawk magħżula jkollhom il-miżata tal-Università mħallsa mid-dipartiment innifsu. Għalhekk, jekk int interessat fix-xogħol tagħna, issa huwa ż-żmien li tapplika. Għal aktar informazzjoni, tista’ tippreżenta linteress tiegħek jew tistaqsi kwalunkwe domandi billi tikteb fl-indirizz elettroniku kif ġej: carmen.a.borg@gov.mt
Rtratt - RDNE Stock Project
Protecting children’s rights online
Suzanne Garcia Imbernon Manager Office of the Commissioner for Children
The impact of AI
Children today are growing up surrounded by artificial intelligence (AI). While AI can make life easier and more enjoyable, it also raises serious concerns about children’s rights, particularly in relation to privacy, safety and participation.
Even though the United Nations Convention on the Rights of the Child (UNCRC) came into force over 35 years ago, its principles still apply in today’s digital environment. As technology, including AI, becomes increasingly accessible, we must ensure that children’ s rights continue to be protected and respected.
AI presents many opportunities and can be extremely beneficial when used responsibly. From a very early age, children are exposed to smart devices, educational apps, video recommendations, and even AI-powered toys. This makes it essential to place greater emphasis on empowering children, parents, guardians, and other significant adults to make informed choices. Children need to be equipped with the skills to think critically and to use AI in a safe and responsible way.
AI tools can encourage creativity and support learning; however, they also collect data and personal information. Many children, and their parents or guardians, are not fully aware of what data is being gathered or how it is used. This lack of transparency can put children at risk.
AI is often used to generate content such as text, images, videos, or audio, whilst this could be a good thing, such content can pose risks to children. Deep fakes, videos that are altered digitally, are often used to spread false information.
AI-powered platforms can also contribute to harmful online interactions. Children may encounter violent or inappropriate content, or even individuals with harmful intentions. This increases the risk of bullying, harassment, and exploitation, particularly as children may find it challenging to distinguish between authentic and manipulated content.
Chatbots are another AI tool that can create risks for children. While some chatbots are designed to be educational or supportive, others may provide inaccurate information, expose children to inappropriate conversations, or be misused by individuals with harmful intentions. Since children may trust chatbots as reliable sources of advice or companionship, they can become particularly vulnerable to misinformation, manipulation, or even grooming.
The Office of the Commissioner for Children has formed part of BeSmartOnline, Malta’ s Safer Internet Centre for the last 15 years. The Office, together with the other project partners, strives to create awareness about online safety amongst children, youth, parents/ guardians and educators. One of the initiatives is the Rights 4U live-in, a three day live-in programme, promoted in all secondary schools in Malta and Gozo with the aim of empowering young people to be safe online.
Over the summer, two editions were organised in Gozo focusing on children’s rights in the digital environment. A total of 90 youths between the ages of 13 and 15 engaged and participated in the interactive programme which aimed to raise awareness about online risks, promote critical thinking, and encouraged participants to make responsible choices when making use of technology.
The Office did not only aim to create awareness but also to listen to the ideas and experience of the participants on how we can better support children to be safe online. The participants put forward the following recommendations:
• The need to integrate critical thinking, media literacy, and AI literacy into school curricula;
• The importance of providing more training and awareness for parents and educators so they can better support children;
• The need for stronger monitoring of online chats;
• The need for more effective age-verification systems;
• The introduction of child-friendly terms and conditions to ensure clarity and transparency when using online platforms and apps.
As AI continues to shape children’s lives, it is vital to strike a balance between embracing innovation and safeguarding rights. Children must be empowered with the knowledge and skills to navigate AI responsibly, while parents, educators, and policymakers must work together to provide guidance, protection, and support. By listening to children’s voices and acting on their recommendations, we can ensure that AI is used in ways that respect their rights, enhance their development, and create a digital environment that is safe, fair, and inclusive for all.
Il-ħbieb sal-bieb?
Doris Zammit qormija@gmail.com
Kittieba u Xandara Veterana
Hekk kienet tgħidli n-nanna Pawla, il-Mulej jagħtiha l-glorja tal-ġenna...
Aħna, kollha kemm aħna, ilkoll għandna bżonn ħbieb ta’ vera, ħbieb sinċieri. Ħbieb ta’ vera
jtejbulna l-kwalità tal-ħajja tagħna, tal-kuntentizza tagħna u anke bejnietna nieħdu ħsieb saħħet xulxin.
Il-kanzunetti “You’ve Got a Friend” ta’ Carol King, il-kanzunetta ta’ Barbara Streisand
“People... who need people.” U dik ta’ Joe Cocker; “With a little help from my friends,” jesprimu l-irwoli kruċjali li l-ħbieb jilagħbu f’ħajjitna.
Bħalkom, uħud mill-aktar ħbieb antiki u viċini tiegħi kienu u għadhom jagħmlu parti importanti f’ħajti. Kif jingħad; “Aħna nagħżlu l-ħbieb mhux lill-familja” li tfisser li n-natura talħbiberija personali u pożittiva hija volontarja. Aħna speċi li nħobbu nissoċċjalizzaw u għandna bżonn dak is-sens fejn inħossuna li nappartjenu lil xi ħadd, li aħna apprezzati minn dawk il-persuni li huma viċin tagħna.
Kulħadd jgħożż ħbiberija ta’ vera fit-tul. Ħbieb intimi jaqsmu l-esperjenzi ta’ xulxin u f’diversi drabi anke jidħlu fil-ħajja ta’ xulxin. Ħafna drabi jkollhom opinjonijiet u valuri simili. Ħafna drabi wkoll ikunu ġejjin mill-istess ambjent u tradizzjonijiet. Min jaf kemm jaqsmu flimkien
anniversarji u tibdiliet fil-ħajja, ċelebrazzjonijiet ta’ ferħ, però anke mumenti ta’ niket!
Dawk li m’għandhomx ħbieb ħafna drabi jesperjenzaw malinkonija, iżolazzjoni, dak l-istat li ħafna minna nħossu xi darba jew oħra. Għax ngħiduha kif inhi, “Ħajja mingħajr ħbieb qisha sema mingħajr xemx.”
Il-ħbiberija l-ewwel ma tiżviluppa fi tfulitna, meta bħala tfal nitgħallmu nitħalltu ma’ oħrajn.
Nitgħallmu kif ikollna opinjonijiet l-istess jew diversi, kif inbiddlu dak li rridu ngħidu jew naġixxu differenti biex nakkomodaw it-temperamenti tal-oħrajn. B’hekk inkunu nistgħu nagħmlu ħbieb ġodda. Dawn il-kapaċitajiet huma l-pedamenti ta’ ħbiberiji aktar ‘l quddiem. Il-ħbieb jaqsmu bejniethom, kemm ir-responsabbilitajiet, iċ-ċelebrazzjonijiet u anke l-faraġ. Meta ħafna minna nħossuna mhux daqstant f’sikkitna, infittxu l-ħbieb għall-appoġġ u xi pariri. Imma meta nkunu inkwetati ħafna aktarx li nevitaw kuntant ma’ nies oħra, jew għax ma jkollniex enerġija jew għax naħsbu li ma jistħoqqilniex rispett. Nidħlu fina nfusna meta l-aktar li jkollna bżonn l-appoġġ tal-oħrajn li jistgħu jgħinuna.
Minn studju li sar fuq il-ħajja tal-adulti instab li dawk li kellhom ħbieb sinċieri u għal ħafna snin, imorru ħafna aħjar minn dawk li kienu anqas soċjali. Il-midja soċjali suppost li tgħin linnies jagħmlu ħbieb ġodda permezz ta’ siti bħal Facebook, Twitter, Instagram u ħafna oħrajn, imma sfortunatament uħud minn dawn il-ħbieb onlajn huma aktar virtwali milli ta’ veru. Aktarx li dawn ir-rabtiet huma kollox barra li jfissru xi ħaġa u jista’ jkun mod kif ma nitħalltux ma’ nies oħra. Ironikament, l-internet jaf iservi biex iħalli ħafna nies mifruda. Il-midja soċjali qatt ma tista’ tieħu post l-awtentiċità u l-intimità ta’ kuntatt wiċċ imb’wiċċ.
Ħbieb ta’ veru huma ġenwini, onesti ma’ xulxin. Jittolleraw in-nuqqasijiet ta’ xulxin, japprezzaw id-differenzi ta’ bejniethom u jikkritikaw bl-aktar mod onest meta jkun neċessarju. Matul is-snin jipparteċipaw fl-attivitajiet; żwiġijiet ta’ bejniethom, fit-twelid u għeluq snin jew ġrajjiet importanti ta’ wliedhom u tan-neputijiet. Issibhom waqt il-mard, jew mumenti diffiċli, filwaqt li oħrajn jispiċċaw jibku t-telfa ta’ ħbiebhom, daqs li kieku tilfu parti minnhom infushom.
Fil-kanzunetta sabiħa ta’ Sondheim; “Old Friends” ħabib antik jgħid: “Here’s to us, who’s like us?” Fi kliem aktar ħafif, ħbiberiji ta’ vera huma ftit mill-isbaħ affarijiet fil-ħajja. Ħbieb tal-qalb huma dawk il-persuni li jisimgħu l-problemi tagħna u jagħmlu sagrifiċċji għalina.
Huma dik l-ispalla li aħna nistgħu nistrieħu fuqha u huma wkoll dawk li jiddefenduna minn dawk li jistgħu ma jridulniex il-ġid. Dawn il-persuni huma dawk li jemmnu fina u jieqfu
magħna f’kull pass li nagħmlu. Huma dawk li jifhmu l-passat tagħna, li jemmnu fil-futur u jaċċettawna llum kif aħna.
Biex ikollna ħbieb leali bħal dawn, hija xi ħaġa rari. U għaldaqstant għandna ngħożżu lħbiberiji tagħna billi nkunu ħbieb tal-qalb aħna wkoll. Biex inkunu ħbieb tal-qalb ma jfissirx li rridu nissagrifikaw xi għajn jew xi ħaġa oħra biex nippruvaw kemm aħna leali.
Ħbieb tal-qalb ma jfissirx li nkunu dejjem lesti b’xi parir fil-komma. Mhux bilfors li dejjem nifhmu minn xiex għaddejjin sħabna. Aħna m’aħniex psikologi jew naqraw l-imħuħ. Żgur li aħna m’għandniex superpoteri biex ngħinu lill-ħbieb u biex il-problemi tagħhom jisparixxu.
L-isbaħ ħaġa li nistgħu nagħmlu hi li bħala ħbieb tal-qalb inkunu dejjem hemm maġenb sħabna meta għandhom bżonna. L-istess għalina. Li jkollna lil xi ħadd maġenbna meta nkunu għaddejjin minn fażijiet mhux daqstant feliċi f’ħajjitna, dan huwa verament element importanti. Dak huwa l-veru valur u l-kwalità tal-ħbiberija.
Fatti psikoloġiċi dwar ħbieb ta’ vera
• Jekk ħbiberija ilha aktar minn 7 snin, il-psikoloġija tgħid li din tibqa’ għal dejjem.
• Tagħtix każ li titlef ħabib/a għaliex ħbieb ta’ vera qatt ma jintilfu.
• Il-ħbiberija mhix ma’ min l-aktar li tqatta’ ħin imma ma’ min l-aktar tieħu gost tqatta’ l-ħin.
• Ħbiberija soda m’għandhiex bżonn konversazzjoni u laqgħat kuljum.
• L-aħjar ħbieb huma dawk in-nies li l-problemi tiegħek jagħmluhom tagħhom, sabiex int ma tgħaddix minnhom waħdek.
• Ħabib/a ta’ veru huwa/hija dik il-ħabib/a li tara l-uġigħ f’għajnejk, filwaqt li kulħadd jemmen it-tbissima fuq fommok.
• Ħabib/a ta’ vera biss, j/tgħidlek f’wiċċek dak li ħaddieħor qal minn wara dahrek.
• Kultant, l-aħjar terapija li jkollok bżonn hija li tkun mal-akbar ħabib/a tiegħek.
Grazzi ħabib/a
Bis-saħħa tiegħek id-daħka tiegħi tirbombja ftit aktar, it-tbissima tiegħi ftit aktar imdawla u ħajti ftit aħjar. Kieku kelli fjura kull darba li rnexxilek iġġagħlni nitbissem u nidħak, kieku llum għandi ġnien fjuri fejn nippassiġġa għal dejjem. Grata li għandi lilek f’ħajti.
La qed nitkellmu fuq il-ħbieb.....
Bl-Ingliż insibu din it-taqbila:
“True Friends are like diamonds precious and rare,
False Friends are like autumn leaves found everywhere”
U maqluba bil-Malti tiġi xi ħaġa hekk:
“Ħbieb ta’ vera huma bħad-djamanti prezzjużi u rari, Ħbieb foloz huma bħal weraq fil-ħarifa li ssibhom kullimkien.”