Familja Dicembru 2025 numru 37

Page 1


Rivista Familja hi inizjattiva tal-Uffiċċju tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.

Familja toħroġ online, maħsuba u indirizzata għall-pubbliku bħala l-vuċi uffiċjali ta’ dan il-Ministeru. Din ir-rivista titqassam mingħajr ħlas.

Jekk jogħġbok tikkontribwixxi b’xi kitba, twassal proposti jew xi suġġerimenti, inkella għaddejt minn xi esperjenza li tixtieq taqsam magħna, nistiednuk tiktbilna fuq l-imejl: familja.media@gov.mt

Biex tirċievi r-rivista Familja tista’ tiktbilna fl-indirizz elettroniku jew bilposta:

Tonio Bonello, MSPC

Taqsima tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni, Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti

Nru 38

Triq l-Ordinanza, Il-Belt Valletta.

Il-kontenut f’kull ħarġa ta’ Familja mhux neċessarjament jirrifletti lopinjoni Editorjali.

Tonio Bonello

Editur

Archibald Attard
Helena Holland

Dan il-Milied aħseb fik innifsek u f’dawk l-aktar għeżież tiegħek,

IMMA AĦSEB UKOLL F’MIN M’GĦANDU LIL

ĦADD.

Ninsabu fl-aktar seklu fl-istorja tal-bniedem

fejn hawn l-akbar ammont ta’ mezzi, ta’ kull xorta kif nikkomunikaw, waqt li sadanittant

ninsabu f’dak l-aktar seklu fl-istorja talbniedem fejn is-solitudni laħqet kull rekord.

L-applikazzjonijiet kollha tal-media soċjali, iċ-ċellulari, it-telefown, il-messaġġi, l-ittri

elettroniċi forsi wassluna nersqu aktar b’kunfidenza, b’anqas mistħija lejn persuni oħrajn u dan hu tajjeb. Il-ħażin hu li dawn il-mezzi huma kollha virtwali u m’hemm l-ebda kuntatt uman, fiżiku fihom!

Ilbieraħ rajt koppja għaddejja jakkumpanjaw żewġt itfal żgħar mexjin fit-triq. Il-missier miexi jitħaddet fuq iċ-ċellulari tiegħu. L-omm tibgħat messaġġ fuq iċ-ċellulari tagħha. L-iben għaddej mitluf jilgħab logħba u l-bint iddawwar iċ-ċellulari f’kull pożizzjoni quddiemha tieħu l-famużi selfies. Din hi l-familja? Hekk saret tfisser il-komunikazzjoni? Dan hu lprogress li għamilna, aħna bejnietna?

Inħobb insemmi dan li ġej biex min għadu ma marx, jasal wasla sar-raħal t’Għajnsielem f’Għawdex u waqt li jista’ jżur il-presepju bin-nies tant magħruf li jsir hemm (jekk din is-sena se jsir), fid-daħla tiegħu fuq il-bankina hemm bank (jiġifieri fejn tpoġġi bil-qiegħda) imma mhux tas-soltu.

Fuq dan il-bank hemm tliet persuni. Fuq naħa hemm żewġ anzjani ħelwin qed jitkellmu bejniethom. Fuq it-tarf l-ieħor tal-istess bank hemm tfajla waħedha. Imma aktarx mhix waħedha kompletament għax qed titkellem ma’ xi ħadd fuq iċ-ċellulari.

Eżempju klassiku tal-ħajja tal-imgħoddi (anke jekk tassew riċenti) ta’ dawn il-gżejjer fejn konna naqsmu kelma bejn tnejn bl-aktar mod sempliċi imma l-isbaħ fil-ħajja umana versu l-ħajja attwali fejn nistgħu nitkellmu prattikament ma’ kulħadd, minn kull rokna tad-dinja iżda mingħajr dak il-kuntatt naturali li tant hu essenzjali fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna.

Waqt li t-teknoloġija hi sabiħa, kull forma ta’ addizzjoni hi kerha u l-użu taċ-ċellulari sar proprju vizzju ġdid mal-ħafna li għandna li qed jagħmlu l-bniedem aktar individwali, solitari, monologu. U bħal kull vizzju li għandu l-konsegwenzi tiegħu, hekk l-istess, anke jekk forsi ħafna għadhom biss intebħu, mexjin lejn soċjetà vvizzjata sa minn etajiet kważi infantili. Hemm bżonn nieqfu. Naħsbu ftit. Nirriflettu dwar kif qed ngħixu. X’qed nagħmlu. U waqafna nagħmlu milli konna nagħmlu. Hemm bżonn aktar tagħlim dwar dan fl-iskejjel. Hemm bżonn termini u kundizzjonijiet. Hemm bżonn regoli, restrizzjonijiet u politika li tħares lejn il-ġid komuni tassew.

Fl-10 ta’ Diċembru, dan ix-xahar, l-Awstralja se tkun l-ewwel pajjiż fid-dinja li se tipprojbixxi lużu ta’ social media kollha minn żagħżagħ taħt l-età ta’ 16-il sena. Deċiżjoni kuraġġjuża ħafna li persważ, la qed nitkellem dwar l-Awstralja, naf b’ċertezza li se taħdem żgur għax il-kultura

Awstraljana hi mibnija madwar politika li tilleġiżla iżda li aktar minn hekk, tinforza dak li tkun illeġiżlat.

Hemm bżonn għaliex nitkellmu ħafna dwar is-saħħa mentali. Jingħad ħafna dwar il-bżonn li nibqgħu persuni sħaħ, mentalment u fiżikalment, iżda forsi ftit nippruvaw naraw, qabel xejn x ’qed joħloq ċerti ċirkustanzi, sitwazzjonijiet, kulturi ġodda, problemi aktar minn qatt qabel ta’ dipressjoni, ta’ solitudni, ta’ nuqqas ta’ ħbiberiji ġenwini!

Ritratt: Lukas Rychvalsky

Nixtieq lilek, il-familja tiegħek u l-ħbieb tiegħek Milied tassew ħieni. Bi spirtu, mhux l-aktar alkoħoliku iżda bi spirtu ġenwin ta’ ferħ, imħabba u solidarjetà. U sena ġdida ta’ ħafna saħħa, paċi u kuntentizza. U jekk int waħdek, ftakar li m’intix waħdek!

Hawn mijiet u eluf fostna li jinsabu waħedhom. Imma fil-verità, illum ħadd mhu waħdu. Kulħadd jappartjieni għal komunità, is-soċjetà li ngħixu fiha u allura, meta forsi f’dawn il-waqtiet, meta t-toqol tal-ħajja u dak li stajt ġarrabt jew għadek qed iġġarrab tħossu xi ftit aktar, inħeġġek ġenwinament, sib min jisimgħek, fittex min jitkellem miegħek, jagħtik il-ħin kollu li tinħtieġ, għax hekk jistħoqqlok. Għax il-piż hu aktar eħfef meta jintrefa’ minn żewġ persuni milli minn bniedem waħdu!

L-għajnuna li tista’ qed tfittex tinstab biss ftit bogħod minnek. Ċempel issa, bla ħlas, 24 siegħa kuljum 1579 u wara se tħossok aħjar, żgur!

U jekk int li qed taqra dan il-messaġġ m’għandekx bżonn dan, iżda taf lil xi ħadd fil-familja, ħbieb jew fuq ix-xogħol li jistgħu jinħtieġu jitkellmu ftit ma’ xi ħadd, matul dan iż-żmien tassena ersaq lejh jew lejha, morru x’imkien għal kwiet, ħudu kafè flimkien, isma’ ftit il-persuna ta’ quddiemek u ftakar biex qabel tħallih jew tħalliha taqsam magħha dan in-numru, 1579.

B’ħinek, b’dak li se tagħmel dan il-Milied, il-ħajja ta’ persuna oħra tista’ tkun aħjar. Imma lakbar rigal se jkun għalik, għaliex meta int taħseb f’ħaddieħor, ħajtek ukoll se tħossha aħjar!

Il-paċi miegħek.

Lejn aktar titjib fil-kwalità

Mark Musù

Segretarju Permanenti

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal

IS-SENA 2026

Wasalna fi tmiem ta’ sena oħra li magħha ġġib għeluq ta’ kapitlu li matulu komplejna nagħtu aktar benefiċċji, servizzi u miżuri lill-poplu Malti u Għawdxi bl-għan ewlieni li titjieb il-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna.

Iżda issa, wara li wettaqna l-miżuri kollha mħabbra fil-Baġit 2025, bit-tħabbir tal-Budget 2026 infetaħ kapitlu ġdid - qed jiġu fdati f’idejna

€2.55 biljuni, €1.75 biljuni minnhom f’pensjonijiet u benefiċċji soċjali, biex bil-għaqal u l-ħidma ta’ kulħadd inkomplu nkunu ta’ servizz għas-soċjetà.

Il-baġit għas-sena l-ġdida jiżboq sew kull baġit li tressaq qabel, kif ġie rikonoxxut mill-istess media u kummentaturi dwar ix-xena ekonomika u soċjali. Huwa aqwa mhux biss filprogramm ta’ investimenti ġodda iżda wkoll fil-firxa ta’ miżuri soċjali li jiġbor fih.

Pakkett soċjali ta’ 53 miżura li jibgħat messaġġ qawwi ta’ wens u solidarjetà u li fi kliem ilCaritas “ikabbar il-fiduċja li l-politika soċjali tista’ tgħin lil kull familja tgħix b’aktar serenità, rispett u opportunitajiet”.

Aktar sostenn għal familji bit-tfal

Min-naħa tal-Ministeru għal Finanzi sar tnaqqis bla preċedent fit-taxxi sabiex jgħin u jagħti serħan il-moħħ lill-familji fit-trobbija tal-ulied u biex kemm jista’ jkun jagħti spinta biex tittaffa l-problema tal-fertilità fil-pajjiż.

Biex jikkumplimentaw dan il-pass, min-naħa tagħna fassalna miżuri biex inkomplu ngħinu u nħeġġu t-tkabbir tal-familji biż-żieda fil-bonus tat-twelid – li issa ġie stabbilit għal €1,000 għall-ewwel wild, €1,500 għat-tieni wild u €2,000 għat-tielet wild jew aktar.

Rajna wkoll li nkomplu ngħinu familji bit-tfal taħt is-sittax-il sena u dħul baxx jew medju billi ngħollu r-rati taċ-Children’s Allowance. Fil-fatt din kienet l-ewwel miżura li daħlet fis-seħħ

f’dan ix-xahar stess bit-twessigħ tal-limitu tad-dħul li jistabbilixxi r-rati li huma ogħla mirrata bażika.

B’hekk ir-rata massima tal-allowance żdiedet b’€167 għal €1,420 għal kull wild u ma’ dan se jkun hemm eluf ta’ familji li se jieħdu żidiet addizzjonali kull wild sa massimu ta’ €167. Fl-istess waqt, is-suppliment li jitħallas lil dawn il-familji ma’ din l-allowance żdied b’€250 u tela’ għal €910.

Għal familji fejn il-ġenituri jaħdmu ħsibna li nagħtuhom żieda oħra ta’ €75 għal kull wild firrata tal-In-Work Benefit biex b’hekk l-ogħla rata ta’ dan il-benefiċċju issa ser tilħaq €1,625

għal kull wild.

Investiment favur pensjonanti u anzjani

Bħalma għamilna f’dawn l-aħħar snin, komplejna b’sensiela ta’ miżuri oħra importanti li jolqtu l-pensjonanti u l-anzjani. Barra żieda ta’ €520 fis-sena lill-pensjonanti kollha, ser nissuktaw bl-aġġustament tal-pensjonijiet ta’ persuni mwielda qabel l-1962 biex jonqos iddistakk mal-pensjonijiet ta’ persuni mwielda wara dik is-sena.

Minn proċess ta’ aġġustament ieħor qed igawdu romol. Għal ħames sena konsekuttiva, barra ż-żieda fil-pensjoni, huma qed ikollhom titjib fir-rata tal-pensjoni sabiex toqrob aktar lejn dik li kienu jirċievu l-konjuġi tagħhom kieku baqgħu ħajjin. U dawk fosthom li għandhom tfal taħt it-23 sena ser jingħataw żieda ta’ €10 fil-ġimgħa fl-għotja li jirċievu għal kull wild.

Ħsibna wkoll f’dawk il-pensjonanti miżżewġa li qed jirċievu pensjoni minima b’rata mnaqqsa għaliex il-konjuġi tagħhom qed jirċievu pensjoni. Ser nieħdu passi biex din iddifferenza titneħħa.

Għal dawk il-pensjonanti w anzjani fl-età ta’ 75 sena u aktar ser imisshom żieda oħra flGħotja għal Anzjani – li ser titla’ għal €425 u €525, skont l-età tagħhom rispettivament.

Kif għidt, il-Ministeru jrid iwettaq 53 miżura b’kollox. Mhux possibbli f’din il-kitba nidħol f’ kull miżura. Li huwa ċert hu li jien u t-tim validu ta’ impjegati f’kull taqsima tal-ministeru ser inkunu ffukati biex bl-akbar professjonalità u effiċjenza inwettquhom fl-aqsar żmien possibbli matul l-2026.

Ritratt: Andrea Piacquadio

Sodisfazzjon u ringrazzjament

Iżda ppermettuli nagħlaq il‘Kapitlu 2025’ billi nesprimi s-sodisfazzjon tiegħi għaċ-ċertifikat pożittiv li ġie mogħti lilna fi stħarriġ xjentifiku ppreżentat mill-Prof. Vincent Marmarà f’Ottubru li għadda.

Filwaqt li nirringrazzja lill-Prof. Marmarà għall-istudju profond u professjonali li għamel dwar ħidmitna, ma nistax ma napprezzax ix-xogħol u d-dedikazzjoni ta’ dawk kollha, fi ħdan il-Ministeru u l-friegħi kollha tiegħu, li b’xi mod jew ieħor kienu involuti u taw sehemhom biex ksibna dawn ir-riżultati hekk pożittivi. B’saqajna mal-art inkomplu bilħidma tagħna biex intejbu fejn meħtieġ.

F’dawk li huma strateġiji u policies imbagħad, komplejna għaddejjin bil-ħidma tagħna sabiex mal-Viżjoni Soċjali 2035 u mal-Istrateġija kontra l-Faqar 2035, issa żidna fost oħrajn il-Pjan Soċjali għall-Familja 2030 u l-Politika għat-Tfal.

Qed noqorbu lejn il-ġranet sbieħ tal-Milied, staġun ta’ ferħ, staġun fejn niskambjaw lawguri lil xulxin. Dan l-aħħar laqtitni kwotazzjoni tal-mibki Papa Franġisku fejn kien qal:

“Il-Milied huwa staġun li wieħed jgħożż il-paċi u r-rieda tajba, li wieħed ikun abbundanti filħniena.

Il-Milied ifisser li wieħed ikollu l-ispirtu veru tal-Milied, l-ispirtu li tagħti mingħajr ma taħseb f’dak li se tirċievi.” B’dan il-ħsieb nixtieqilkom Milied ħieni u Sena Ġdida mimlija risq, hena, saħħa u barka.

Awguri!

€5 miljun f’għajnuna lil 25,000 familja

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ħabbar li fi tmiem l-ewwel ġimgħa ta’

Ottubru tħallsu l-pagamenti ta' żewġ benefiċċji differenti. Dawn jinkludu l-In-Work Benefit u l-Carers Grant, u li jkopru minn Lulju sa Settembru ta' din is-sena.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon flimkien mas-Segretarju Permanenti, Mark Musù waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn intqal kif mal25,000 familja qed igawdu minn dawn iż-żewġ pagamenti, b'investiment li jlaħħaq il-€5 miljun.

Is-Segretarju Permanenti Mark Musù spjega li l-maġġoranza ta' dawn il-benefiċċji qed imur għall-In-work Benefit, tant li minnu ser jibbenefikaw 24,427 benefiċjarju b'investiment ta' kważi €4 miljun. Qal li dan il-benefiċċju jitħallas lil koppji fejn it-tnejn jaħdmu bi dħul nett mill -impjieg li ma jaqbiżx €50,000 fis-sena; koppji fejn wieħed mill-ġenituri jaħdem bi dħul nett mill-impjieg li ma jaqbiżx €35,000 fis-sena; u single parents li jaħdmu bi dħul nett millimpjieg li ma jaqbiżx €35,000 fis-sena.

Is-Sur Musù żied jgħid li qed jitħallas ukoll il-Carer's Grant fejn hemm 539 benefiċjarju, li qed igawdu minn investiment ta' ftit aktar minn miljun ewro. F'dan il-pagament hemm ukoll 130 benefiċjarju ġdid li għandhom tfal b'diżabilità severa taħt is-16-il sena u li ser jirċievu lpagament b'lura minn Jannar 2025.

Il-Carer's Grant kien introdott lura fl-2021 għall-ġenituri li ma jkunux jistgħu jaħdmu biex jieħdu ħsieb wild b'diżabilità severa ta' 16-il sena jew aktar. Il-wild irid ikun intitolat għallAssistenza Miżjuda għal Diżabilità. Din ġiet imwessgħa sabiex issa anke ġenituri ta' tfal b'diżabilità severa taħt is-16-il sena bdew jirċievu l-Carer's Grant.

Ritratt: DOI

Appoġġ lill-priġunieri li jkunu waslu fit-tmiem tas-sentenza

Il-Gvern iffirma ftehim tranżitorju ġdid flimkien ma' żewġ NGOs li jaħdmu mill-qrib ma' persuni vulnerabbli fil-komunità, SOS Malta u Fondazzjoni Mid-Dlam Għad-Dawl. Dawn lgħaqdiet ser ikunu qed iħaddmu flimkien proġett pilota, bl-enfasi tkun integrazzjoni effettiva ta' priġunieri li jkunu waslu fl-aħħar tas-sentenza tagħhom.

Waqt dan il-ftehim li kien iffirmat matul it-tieni ġimgħa ta’ Ottubru fil-preżenza tal-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon tkellem dwar kif dan il-Gvern jinsab impenjat li jsaħħaħ is-servizzi u l-koordinazzjoni mas-soċjetà ċivili.

“Illum qed inħarsu lejn ftehim li se jwassal sabiex jibda jingħata servizz mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, u jitkompla wara li l-individwu jiskonta s-sentenza. Hawnhekk qed inħarsu illi nibnu mill-ġdid l-individwu qabel jerġa' lura fis-soċjetà," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Dan il-proġett pilota bl-isem OARS ser ikopri l-preparamenti meħtieġa marbuta mar-riżorsi umani, ħaddiema u taħriġ. Eventwalment malli jkun hemm l-istruttura fis-seħħ dan il-proġett jibda jingħata b'mod permanenti.

Min-naħa tagħhom, il-Kap tal-Finanzjament u l-Finanzi ta' SOS Malta, Graziella Schiavone u d-Direttur tal-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl Charlene Calleja, fissru dan il-proġett innovattiv bħala wieħed li ser ikun qed jagħti aktar appoġġ psikosoċjali, kif ukoll terapija, kemm individwali u anke għall-familja kollha. Aktar minn hekk jibdel il-vulnerabilità

f'opportunità u l-iżolament f'integrazzjoni. Il-proġett jgħin ukoll sabiex l-individwi jkunu preparati biex jirritornaw lura għad-dinja tax-xogħol u anke jgħin fl-ippjanar marbut ma' residenza permanenti.

Ritratt: DOI

Studju nazzjonali jitfa’ aktar dawl fuq is-servizzi soċjali f’pajjiżna

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ikkummissjona studju nazzjonali sabiex ikollu stampa aktar ċara dwar x'jaħseb il-poplu fuq il-livell ta' servizzi soċjali offruti u l-livell ta' sodisfazzjon minn dawk li jirċievu s-servizzi, fost oħrajn.

Matul it-tieni ġimgħa ta’ Ottubru ġew ippreżentati r-riżultati li ħarġu minn studju li wettaq Prof. Vincent Marmarà. B'reazzjoni għal dan, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tatTfal, Michael Falzon qal li dan il-Gvern kontinwament ikun ta' sostenn soċjali għal min ikun jeħtieġ l-għajnuna waqt li b'mod ħolistiku jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' kulħadd.

“Sodisfatti bir-riżultati li ħarġu, għax fil-maġġoranza n-nies huma sodisfatti bis-servizzi soċjali li noffru. Naturalment dejjem jibqa' fejn tista' ttejjeb u għaldaqstant ser inkunu qed nanalizzaw dawn ir-riżultati u nsaħħu dawk l-oqsma illi għandu jsir aktar impenn dwarhom," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Is-Segretarju Permanenti Mark Musù tkellem dwar kif fl-aħħar snin kienu introdotti benefiċċji u servizzi ġodda li ddaħħlu sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet partikolari. “Minkejja t-titjib kollu li sar, xtaqna ritratt tal-perċezzjoni tal-poplu Malti u Għawdxi dwar is-servizzi soċjali li qed nagħtu u kemm u min qed jagħmel użu minnhom. Iktar minn hekk ridna li jkollna stampa ċara ta' fejn nistgħu ntejbu," stqarr is-Segretarju Permanenti, Mark Musù.

Il-Prof. Vincent Marmarà li wettaq dan l-istudju qal li l-maġġoranza tan-nies juru livell ta' sodisfazzjon għoli għas-servizzi soċjali mogħtija f'pajjiżna, u dan kien attribwit għal 3.63 minn massimu ta' 5 punti.

Huma l-aktar in-nisa li jirċievu benefiċċji soċjali (60.2%), b'dawk il-persuni 'l fuq minn 66 sena huma l-aktar dipendenti fuq benefiċċji soċjali. L-iktar benefiċċju komuni huwa dak taċChildren's Allowance filwaqt li l-inqas huwa dak tal-unemployment benefit.

Aktar minn 60% ta' dawk li wieġbu l-istħarriġ tkellmu dwar kif il-benefiċċji soċjali wasslu għallkwalità ta' ħajja aħjar f'ħajjithom. B'aktar minn 70% ta' dawk li jirċievu benefiċċji jistqarru li huma kuntenti bl-informazzjoni mogħtija b'rabta mal-benefiċċju li jirċievu. Dawk li għandhom 'il fuq minn 65 sena rrapportaw li huma l-aktar sodisfatti bis-servizzi soċjali mogħtija.

L-għajnuniet lill-familji, fosthom dwar aktar bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol kienu fost il-fatturi identifikati f'dan l-istudju. Aktar minn żewġ terzi qalu li għandu jsir arranġament sabiex ikun hemm skema ta' pensjoni privata li tikkumplimenta l-pensjoni tal-istat.

Ritratt: Pixabay

Sapport u indipendenza lil persuni bi sfidi ta’ saħħa mentali

Il-Gvern qed ikompli jsaħħaħ il-ħidma tiegħu ma' entitajiet u NGOs li jaħdmu mill-qrib ma' persuni li għandhom sfidi ta' saħħa mentali. Dan kien rifless fi ftehim soċjali ieħor li ġie ffirmat bejn il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u l-Fondazzjoni Richmond, sabiex ikompli jingħata s-servizz ta' ħaddiema soċjali lill-klijenti tal-istess Fondazzjoni.

Il-Ministru Michael Falzon fisser dawn it-tip ta' ftehimiet bħala mezz li jirrikonoxxu r-realtajiet soċjali marbuta mas-saħħa mentali, u li jagħmlu differenza permezz tal-istruttura effettiva tagħhom.

“Politika pożittiva hija dik li tagħti tama, kuraġġ u f'każijiet bħal dawn hija mmirata għal dawk in-nies li jistgħu jgħixu f'ambjent indipendenti, mingħajr il-bżonn li jgħixu f'istituzzjoni.

Nemmnu bis-sħiħ fl-inklużjoni u għalhekk ser inkomplu ninvestu f'assistenzi bħal dawn," stqarr il-Ministru Falzon.

Dan il-ftehim soċjali b'investiment t'aktar minn €200,000 ser iwassal sabiex jiżdiedu iktar appartamenti tal-Fondazzjoni li huma akkumpanjati minn servizz ta' ħaddiema soċjali, sabiex isegwu lil dawn il-persuni.

Bħalissa hemm aktar minn 30 appartament tal-Fondazzjoni li fihom qed jgħixu 67 persuna bi sfidi differenti ta' saħħa mentali. F'dawn ir-residenzi tingħata attenzjoni 24 siegħa kuljum, bilprofessjonisti soċjali dejjem lesti sabiex jgħinu, speċjalment f'każijiet fejn l-individwu jħossu aġitat u f'diffikultà mentali severa. Il-Fondazzjoni Richmond taħdem fuq pjan ta' kura individwali, li jiġi rivedut regolarment u mħejji biex jiżgura approċċ ħolistiku u servizz effettiv.

Intant il-Gvern jinsab kommess li jkompli jaħdem flimkien ma' entitajiet u NGOs bl-għan

Ritratt: Emma Bauso

Diversi forom ta’ assistenza għal persuni b’diżabilità

Koordinatur fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti

Tajjeb li Tkun Taf

Numru sostanzjali ta’ benefiċjarji matul is-sena jgawdu minn xi forma jew oħra ta’ għajnuna għad-diżabilità. Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali joffri diversi forom ta’ din l-għajnuna li jinkludu għajnuna għal dawk neqsin mid-dawl, għajnuna ġenerali għad-diżabilità, u għajnuna severa għad-diżabilità, kemm dik fiżika kif ukoll dik intellettwali.

B’mod ġenerali jiġu offruti diversi tipi t’assistenzi għal persuni b’diżabilità li huma disponibbli taħt il-qafas tas-sigurtà soċjali. Dawn l-assistenzi huma mfassla biex jipprovdu appoġġ finanzjarju lil individwi b’diżabilità fiżika, intellettwali, sensorja, jew severa, skont letà u l-kundizzjoni medika tagħhom.

Ritratt: Cliff Booth

Dawn l-assistenzi jinkludu: Assistenza għal Diżabilità li tingħata lil individwi ta’ bejn is-16 sa taħt il-65 sena li jbatu minn paraliżi totali jew malfunzjoni permanenti severa u totali jew diżabilità totali permanenti permezz ta’ amputazzjoni, jew xort’oħra. Tingħata wkoll lil persuna b’impediment fissmigħ u/jew fid-diskors.

Assistenza oħra hija dik għal Diżabilità Severa Fiżika li tingħata lil individwi b’diżabilità fiżika li huma kapaċi jaħdmu filwaqt li Assistenza għal Diżabilità Severa Intellettwali tingħata lil individwi b’diżabilità intellettwali u ta’ tagħlim ġenerali.

Tingħata wkoll assistenza oħra lil persuni b’vista batuta - individwi ta’ 14-il sena u aktar li huma parzjalment jew kompletament viżwalment impeduti. Għal tfal li huma iżgħar milletajiet indikati hawn fuq, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jista’ jipprovdilhom ukoll allowance tat-tfal b’diżabilità skont il-kriterji ta’ eliġibbiltà.

Għal aktar tagħrif dwar dawn il-benefiċċji u kif wieħed għandu japplika wieħed jista’ jżur

https://socialsecurity.gov.mt

Kemm ikun Milied isbaħ li kieku nerġgħu nibdew nibagħtu l-kartolini lil xulxin With every Christmas card I write....

Doris Zammit

Xandara u Kittieba

Ngħid għalija l-Milied inħobbu wisq. Kollox inħobb, il-preparamenti minn Ottubru, ix-xiri tarrigali, il-kunċerti tal-għanjiet tal-Milied, it-tiżjin tas-siġra, it-tiżjin u d-dwal fit-toroq, l-għanja

“Dreaming of a White Christmas” ta’ Bing Crosby, u oħrajn, l-ikla tal-Milied, il-films bi stejjer tal-Milied, u anke jekk ma temmnux, ma niddejjaqx inqaxxar il-Brussels Sprouts u l-basal u lqastan u nsajjar.

Imma l-aktar li nħobb hija t-tradizzjoni antika madwar 180 sena - dik li nibagħtu u nirċievu lkartolini.... L-għaxqa tiegħi nħares lejn dawk il-pitirrossi, is-snowmen, ix-xeni tal-maxtura, u ssiġar tal-Milied kollha stampati fuq il-kartolini, kbar u żgħar, fuqiex aħna nibagħtu x-xewqat tagħna tal-Milied u għas-sena li tkun ġejja.

Huwa ritwal li ngħożż u nemmen li huwa wieħed mill-ftit drabi fis-sena li naqbad pinna b’idejja. It-tfal tagħna jistagħġbu jħarsu lejja u lejn il-munzell ta’ kartolini li jkolli quddiemi. Tabilħaqq huma dik il-ġenerazzjoni li sempliċiment ma jifhmux il-ferħ li wieħed iħoss meta jibgħat u jirċievi l-kartolini. Bla dubju, dan għaliex ma jqattgħux il-bqija tas-sena jibagħtu u jirċievu l-kontijiet!

Jekk huma jridu jkunu jafu x’qed jagħmlu sħabhom, jaċċessaw il-facebook, Twitter jew lInstagram. Mhux li jien ma nafx xejn dwar il-midja soċjali, u anke jien nużaha diversi drabi, imma xejn ma jista’ jieħu post dak il-Ħadd fil-bidu ta’ Diċembru u l-ġranet ta’ wara, meta għal ftit ħin ninfatam mid-dinja u ndur wieħed wieħed l-ismijiet fuq il-lista li għandi tal-kartolini talMilied.

L-aktar parti li nsib diffiċli hi meta nipprova nikteb l-aħbarijiet tagħna ta’ matulek ja sena. Niskanta kemm in-nies ikunu ġemmgħu f’ħajjithom fi tnax-il xahar - forsi wieħed attenda kors, biddel ix-xogħol, xi relazzjonijiet ġodda, żieda fil-familja, jew it-tfal telqu mid-dar.

Fil-familja tagħna wkoll, din is-sena li għaddiet kellna diversi avvenimenti sbieħ u anke mhux

Ritratt: Anna Tarazevich

daqstant sbieħ. Sifirna l-familja kollha flimkien, iż-żgħira tagħna Faye, l-unika neputija għalqet sentejn. Ix-xogħol tiegħi fil-kunsill ma jonqosx. Din is-sena ġejt nominata għall-Anzjanità

Attiva. Sena mimlija daqs bajda. Imma din is-sena ħallietna l-aħħar zija li kien fadalli min-naħa t’ommi.

U allura dan huwa l-bullettin ta’ aħbarijiet li l-ħbieb u l-qraba tagħna li joqogħdu ‘l bogħod minn artna b’mod speċjali, se jkunu qed jirċievu din is-sena. Napprezza li mhux se jkunu xi aħbarijiet ta’ barra minn hawn, imma jewwilla, il-kartolini tal-Milied mhux għalhekk qegħdinopportunità biex inżommu kuntatt, nagħtu togħma żgħira ta’ dak li għaddejjin minnu kull wieħed u waħda minna fil-familja u forsi wegħda biex niltaqgħu xi darba fis-sena l-ġdida?

Imma fuq in-naħa l-oħra tal-munita, il-Milied li għadda, irċevejt kartolina mingħand ħabiba antika tiegħi tal-iskola. Ma tantx nagħmlu kuntatt għaliex noqogħdu ‘l bogħod minn xulxin.

Għaldaqstant il-kartolini tagħna jkunu mimlija aħbarijiet.

Imma s-sena l-oħra l-kartolina tagħha kienet tgħid biss: “Il-Milied it-tajjeb, mingħand Jane.”

Dan messu kien biżżejjed biex jiċċaqalqu l-qniepen ta’ moħħi. Ċempiltilha u skoprejt li hi u rraġel tagħha (kienu ilhom miżżewġin 19-il sena) kienu nfirdu sitt ġimgħat qabel. Jane kienet imkissra u ftehemna biex tiġi tqatta’ l-aħħar tas-sena magħna. Sena wara qed terġa’ tibni ħajjitha.

Din is-sena wkoll nixtieq nirċievi kartolina mingħand il-ġara tiegħi li kienet ilha tipprova biex ikollha tarbija għal dawn l-aħħar tliet snin. Kienet qaltli li din is-sena kellha tkun l-aħħar darba li tipprova, u għall-grazzja t’Alla, f’April li għadda kellha tewmin subien il-ġmiel tagħhom. Dan filwaqt li reċentement fdat miegħi li qatt ma ħolmot li xi darba se tiffirma lkartolini tal-Milied b’4 ismijiet minflok tnejn!

Għaliex nibagħtu l-kartolini tal-Milied?

Bla dubju nistgħu nassumu li d-drawwa li jintbagħtu l-kartolini ma bdietx qabel ma kien

jeżisti s-servizz postali biex iwassalhom. L-ewwel kartolini ġew mibgħuta fl-1843 minn Sir

Henry Cole, sid il-Victoria u Albert Museum.

Kellu x’jagħmel wisq biex joqgħod jikteb l-ittri u għalhekk qabbad artist u ddisinjalu 1,000 kartolina, stampati b’xena tal-familja waqt festa u fil-wiċċ fuq barra tal-kartolina kien stampat awgurju ta’ “Il-Milied it-tajjeb u Sena Ġdida tajba lilek.” Sħabu kollha bagħtulu waħda s-sena ta’ wara.

Fl-1880 il-kartolini kienu saru tant popolari li l-pubbliku kien avżat għall-ewwel darba biex jimposta kmieni għall-Milied. Uħud minnhom jista’ jkun li għadhom f’xi qiegħ ta’ xi xkora tal-posta xi mkien!

Jekk jogħġobkom tħallux din it-tradizzjoni tmut. Nitlobkom bil-ħerqa biex tfarfru l-pinen tagħkom u terġgħu tibdew tiktbu mill-ġdid. Fadal ftit ieħor għall-Milied, tilħqu tibagħtuhom il-kartolini. Aħsbu kemm kuntentizza l-kartolini tagħkom jistgħu jġibu lilloħrajn - huma x’inhuma l-kisbiet tagħkom - jew in-nuqqas tagħhom. Awguri għall-Milied u s-sena l-ġdida

The goal of Sudoku is to fill a 9×9 grid with numbers so that each row, column and 3×3 section Sudoku

Can you spot 3 Differences?

Notification of Business Closure and Relocation Abroad

(Self-Employed Person)

Overview

This notification process applies to individuals who are self-employed in Malta and are planning to terminate their business activity due to relocation abroad. While the Maltese Social Security Number remains valid indefinitely, the obligation to contribute to the Maltese social security system ends.

Hence it is important for individuals to notify the Department of Social Security of Malta of their change in circumstances not only for informational purposes but also to enable the department to assess eligibility for certain benefits, while ensuring proper record-keeping without triggering contribution obligations.

When a self-employed decides to close down the business, a number of entities that one registered with as a self-employed, will need to be notified and certain deregistrations need to be affected. Click here for more information.

What You’ll Get

Assurance that your social security contribution obligations have ceased from the date of de-registration of the business.

Updated records with the Department of Social Security reflecting your business closure and relocation to another country.

You can rest assured that once this notification is submitted, you will no longer receive benefits or pensions from the Department of Social Security of Malta for which you may no longer be eligible for. This helps prevent overpayments that would otherwise need to be repaid if the change is not reported in a timely manner.

Eligibility

You are obliged to submit this notification if:

You are self-employed in Malta and have terminated your business activity and you are relocating abroad, either temporarily or permanently.

Documentation required

Though no specific documents are required, you are still to provide:

The date up till when you paid your social security contributions.

The VAT (Value Added Tax) deregistration date, unless you were exempted from paying VAT related to this business.

How to Notify

Fill in and submit the notification online

Notifikazzjoni ta’ Għeluq ta’ Negozju u Rilokazzjoni Barra minn Malta (Persuna li Taħdem għal Rasha)

Ħarsa Ġenerali

Dan il-proċess ta’ notifika japplika għal individwi li jaħdmu għal rashom f’Malta u qed jippjanaw li jtemmu l-attività kummerċjali tagħhom minħabba rilokazzjoni barra minn Malta. Filwaqt li n-numru tas-Sigurtà Soċjali Malti jibqa’ validu b’mod indefinit, l-obbligu li tikkontribwixxi għas-sistema tas-Sigurtà Soċjali Maltija tintemm.

Għalhekk huwa important li l-individwi jinnotifikaw lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’

Malta dwar il-bidla fiċ-ċirkostanzi tagħhom, mhux biss għal skopijiet ta’ informazzjoni imma wkoll biex id-dipartiment jevalwa l-eliġibilitajiet ta’ ċerti benefiċċji, waqt li jiġi żgurat żamma xierqa tar-rekords mingħajr ma jattivaw obbligi ta’ kontribuzzjonijiet.

Meta persuna li taħdem għal rasha tiddeċiedi li tagħlaq in-negozju, numru ta’ entitajiet li magħhom tkun irreġistrat bħala persuna li taħdem għal rasha jkollhom jiġu nnotifikati u ċerti tneħħija ta’ reġistrazzjonijiet iridu jsiru. Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni.

X’se tingħata

Assigurazzjoni li l-obbligi tiegħek ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali jieqfu mid-data tat-tneħħija ta’ reġistrazzjoni tan-negozju.

Rekords aġġornati mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jirriflettu l-għeluq tan-negozju tiegħek u r-rilokazzjoni lejn pajjiż ieħor.

Ikun hemm serħan tal-moħħ li ladarba ssottometejt din in-notifikazzjoni, inti ma tibqax

tirċievi benefiċċji jew pensjonijiet mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’ Malta li int tista’ ma tkunx aktar eliġibbli għalihom. Din tgħin biex tipprevjeni ħlas żejjed li jkun hemm bżonn li jitħallas lura jekk ma tinnotifikax b’din il-bidla fil-ħin.

Eliġibilità

Int obbligat li tissottometti din in-notifika jekk:

Inti taħdem f’xogħol għal rashek f’Malta u temmejt l-attività kummerċjali tiegħek u qed tirriloka barra minn Malta, kemm jekk b’mod temporanju, kif ukoll permanenti.

Dokumentazzjoni meħtieġa:

Għalkemm m’hemmx bżonn ta’ dokumentazzjoni speċifiċi, inti xorta trid tipprovdi:

Id-data sa meta ħallast l-aħħar kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali.

Id-data ta’ twaqqif ta’ reġistrazzjoni tal-VAT (Valur tat-Taxxa Miżjud), sakemm ma kontx eżentat li tħallas VAT relatat ma’ dan in-negozju.

Kif tinnotifika

Imla u ssottometti n-notifika online

Charles Meilak

Allowance speċjali

Koordinatur fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti

Tajjeb li Tkun Taf…

Allowance speċjali għal dawk li jkomplu l-edukazzjoni post-sekondarja

Bl-iskop li jkompli jħeġġeġ lill-istudenti jkomplu bl-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom, ilbaġit ta’ din is-sena ħaseb ukoll biex jgħin finanzjarjament lill-ġenituri ta’ dawn l-istudenti.

Dawn il-ġenituri din is-sena bdew jirċievu allowance speċjali ta’ €500 biex jgħinhom ikunu

aktar ta’ appoġġ fil-mixja edukattiva ta’ wliedhom. L-allowance titħallas għal 3 snin għal studenti li jattendu kemm skejjel tal-Istat kif ukoll dawk privati.

Filwaqt li madwar 10,500 familja fl-2025 ser jitħallsu t-tieni pagament, ġenituri li wliedhom minn dan ix-xahar bdew l-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom ser jitħallsu l-ewwel pagament. In-nefqa mistennija tilħaq madwar €6 miljuni.

Dan il-benefiċċju jgħin ukoll ġenituri li jiffosterjaw jew huma kustodji legali ta’ tfal bejn is-16 u l-20 sena imma li għadhom ma għalqux il-21 sena fil-bidu tas-sena skolastika u li jkomplu bl-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom, irrilevanti jirċievux stipendju mid-Dipartiment talEdukazzjoni jew le.

F’każ li l-istudent ikun jgħix waħdu jew dawk li jgħixu f’istituzzjoni, il-benefiċċju jinħareġ f’isem l-istudent. Intant, student li jagħlaq għoxrin sena matul is-sena skolastika, xorta jibbenefika mill-massimu ta’ tliet pagamenti ta’ €500 fis-sena sakemm jibqa’ fl-edukazzjoni post-sekondarja. Dan il-benefiċċju jingħata wkoll lill-ġenituri li jiffosterjaw.

Huma eliġibli għal dan il-benefiċċju dawk l-istudenti li huma ffosterjati jew jgħixu f’istituzzjoni u residenti f’Malta għall-perjodu ta’ mhux inqas minn ħames snin, u li għandhom bejn is-16 u l-20 sena iżda li ma jkunux għalqu l-21 sena fil-bidu tas-sena skolastika u li jkomplu bledukazzjoni full-time f’Malta, kemm jekk jirċievu stipendju jew le.

Studenti residenti f’Malta għall-perjodu ta’ mhux inqas minn l-aħħar ħames snin li jgħixu waħedhom u li għandhom bejn 16 u 20 sena imma li ma għalqux il-21 sena fil-bidu tas-sena skolastika u li jkomplu bl-edukazzjoni full-time f’Malta, kemm jekk jirċievu stipendju jew le, huma wkoll eliġġibli.

Biex jirċievi dan il-benefiċċju, l-istudent irid ikun jattendi istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja li tkun rikonoxxuta mill-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Għolja - MFHEA.

Ritratt: Filipe Sabino

Dan il-benefiċċju m’għandux test tal-mezzi, għaldaqstant student jista’ ikollu impjieg parttime fil-perjodu li jkun student full-time. Dawk il-ġenituri ta’ tfal li diġà jirċievu Allowance tatTfal għal wild ta’ bejn 16 u l-20 sena, jistgħu xorta jkunu eliġibbli.

Biex wieħed jikkwalifika għal din l-allowance, m’hemmx dokumenti meħtieġa għal istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja tal-istat. Intant, studenti li jattendu kors post-sekondarju f’Istituzzjoni Edukattiva għolja privata li hija liċenzjata mal-Awtorità ta’ Malta għallEdukazzjoni Avvanzata u Għolja, iridu jipprovdu dikjarazzjoni mill-Kap tal-Istituzzjoni.

Kif tapplika? M’hemmx applikazzjoni relatata ma’ dan il-benefiċċju peress li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jiġbor l-informazzjoni meħtieġa dwar studenti li jattendu edukazzjoni postsekondarja tal-istat mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni

Ottubru huwa rikonoxxut internazzjonalment bħala xahar kruċjali biex titqajjem kuxjenza

dwar żewġ elementi vitali tas-saħħa: Il-Kanċer tas-Sider u s-Saħħa Mentali. Dawn il-kampanji fuq livell internazzjonali jservu bħala mezz qawwi biex ifakkru dwar l-importanza li l-bniedem b’mod kostanti jieħu ħsieb saħħtu biex jagħmel eżamijiet meħtieġa.

Kif ukoll li jkun konxju u jżomm ruħu aġġornat dwar għarfien u żviluppi ġodda fil-kamp talmediċina u prattiċi oħrajn li jiżdiedu ta’ kuljum mal-lista dejjem tikber ta’ servizzi ta’ appoġġ, għarfien u sorsi u riżorsi ta’ għajnuna. Dan kemm fir-rigward tal-fiżiku tal-bniedem, iżda blistess qies dwar is-saħħa mentali tiegħu.

Dwar dan, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, f’Ottubru li għadda ħa linizjattiva jorganizza attivitajiet imfassla, mhux biss biex jinġabru fondi b’risq NGO, iżda wkoll biex iżid il-kuxjenza u jinkoraġġixxi l-iżvilupp personali fost il-komunità tagħna, kemm filkuntest tad-djar fejn ngħixu, però anke fuq il-post tax-xogħol.

Bejgħ ta’ Pjanti b’risq Hospice Malta

Din l-attività saret fid-daħla prinċipali ta’ Palazzo Ferreria bejn l-20 u l-24 ta’ Ottubru, kif ukoll mis-27 sad-29 ta’ Ottubru fejn kien hemm bejgħ ta’ pjanti b’risq Hospice Malta. L-inizjattiva ikkontribwiet, mhux biss bħala mezz ta’ ġbir ta’ fondi fil-kuntest ta’ dak li hu magħruf bħala

Responsabbiltà Soċjali Korporattiva, imma wkoll biex ippromwoviet il-benesseri fil-post taxxogħol.

Preżenza akbar ta’ pjanti fl-ambjent tax-xogħol fejn bniedem aktarx jagħmel l-akbar parti millħin ta’ ħajtu tgħin biex tippurifika l-arja u tħeġġeġ aktar pożittività tal-benesseri mentali msarrfa f’ambjent aktar kalm, seren u vitali fl-ispazji tax-xogħol imma forsi b’mod speċjali wkoll fid-djar tagħna.

Seminar - Together in Awareness

Il-Ġimgħa 31 ta’ Ottubru imbagħad, fl-Aula Magna fil-Belt Valletta kien organizzat seminar bit-tema ‘Together in Awareness’ b’għarfien dwar is-saħħa u l-benesseri mentali. Lavveniment kien jinkludi s-sehem ta’ numru ta’ professjonisti u kelliema li qasmu mal-udjenza li attendiet għarfien espert bl-għan li titnaqqas kemm tista’ l-istigma li teżisti dwar ċerti elementi tas-saħħa, partikularment dawk assoċjati mas-saħħa mentali.

Aktar minn serje ta’ preżentazzjonijiet, din kienet esperjenza interattiva unika li offriet spazju għal djalogu miftuħ, kollaborazzjoni u diskussjonijiet sinifikanti dwar il-psikoloġija tas-saħħa u l-benesseri mentali.

Ritratt: Caleb Oquendo

Mark Bezzina

F’isem Tim Ġemma

Meta jitwildulna t-tfal, isiru d-dinja tagħna. Il-ħajja tinbidel kompletament u kollox jibda jdur mal-bżonnijiet tagħhom. Il-prijoritajiet jinbidlu, u f’daqqa waħda l-futur tat-tfal tagħna jsir ilħsieb ewlieni tagħna. Probabbilment nagħtu każ il-futur tagħhom iktar milli nagħtu każ ilfutur tagħna. Fost l-aktar affarijiet importanti li nistgħu nagħmlu bħala ġenituri hemm dak li nippreparaw finanzjarjament għal dak il-futur.

Is-sigriet mhuwiex li tfaddlilhom ħafna flus, iżda li nibdew fil-ħin u nkunu konsistenti. Ħafna drabi naħsbu biss fil-preżent, jiġifieri fl-iskola, fil-ħwejjeġ u fil-logħob, iżda ż-żmien jgħaddi malajr u f’leħħa ta’ berqa t-tfal jikbru u jkunu jridu jkomplu jistudjaw, jibdew jaħdmu jew anke jixtru l-ewwel karozza, jew saħansitra l-ewwel dar tagħhom. Dawn huma mumenti fejn ftit tfaddil jista’ jagħmel differenza kbira.

Ħafna drabi ma nirrealizzawx kemm iż-żmien huwa importanti meta niġu għat-tfaddil. Jekk nibdew infaddlu ammont zgħir meta t-tifel jew tifla jkunu żgħar ħafna, il-flus ikollhom snin

twal biex jikbru u jakkumulaw. Anke jekk inqiegħdu ammont żgħir fix-xahar, maż-żmien dan jista’ jsir somma sabiħa.

It-tieni fattur importanti huwa d-dixxiplina. Kif inħallsu kont jew self kull xahar, hekk nistgħu nħarsu lejn il-futur tat-tfal bħala “kont” ieħor li rridu nħallsu. Dan l-impenn żgħir regolari jista’ jkun l-aqwa rigal li qatt nistgħu nagħtuhom.

Ħafna mill-familji Maltin jirċievu dak li ngħidulu, ‘Children Allowance’ mill-Gvern kull tlett xhur. Dan huwa ħlas regolari li jgħin biex inkopru l-ispejjeż tat-trobbija. Ħafna drabi dan lammont jintuża biex jiffinanzja l-bżonnijiet ta’ kuljum, iżda tkun idea tajba jekk parti minnu, jew saħansitra l-ammont kollu jitfaddal għal futur tat-tfal tagħna.

Jekk kull sena nżommu anke porzjon żgħir mill-allowance, maż-zmien dan jista’ jakkumula f’somma sabiħa li tista’ tgħin meta t-tifel jew it-tifla tagħna jilħqu l-età adulta. B’dan il-mod, fond żgħir li jiġi mill-Istat isir investiment dirett fil-futur tat-tfal tagħna.

It-tfaddil jgħin ukoll lit-tfal jifhmu l-valur tal-flus. Meta jkunu akbar, nistgħu ninkluduhom fiddiskussjoni dwar għaliex qed infaddlu u kif isir dan. Hekk nitfgħu ż-żerriegħa tal-għarfien finanzjarju.

Meta jkollna pjan ta’ tfaddil, inserrħu rasna wkoll. Dan mhux biss jgħin finanzjarjament, imma wkoll psikoloġikament. Pjan ta’ tfaddil jagħtina sens ta’ sigurtà u kontroll għaliex nafu li għandna xi ħaga taħt rasna għal uliedna. Il-messaġġ ewlieni hu li qatt mhu kmieni wisq biex nibdew naħsbu fil-futur tat-tfal. Tista’ tibda b’somma żgħira, iżda b’konsistenza tista’ tinbena bażi soda għall-ħajja tagħhom. Għax, fl-aħħar mill-aħħar, wieħed mill-aqwa rigali li nistgħu nagħtu lit-tfal tagħna mhux xi ħaġa li tinxtara, imma l-opportunità li jkollhom futur b’saħħtu u stabbli.

Ritratt: Caleb Oquendo

George Zammit

Gwida u Lajk

Minn ġimgħat ilu, anzi minn xhur ilu, il-ħwienet bdew jarmaw bil-Christmas trees, rigali, kartolini u fliexken tal-aqwa nbejjed. Restoranti fetħu l-bookings għal parties, ikliet u xorb.

Ħafna nies bdew jibbukkjaw il-leave fuq il-postijiet tax-xogħol sabiex isiefru xi safra sabiħa fejn jistgħu jattendu għall-Christmas markets f’xi belt kbira mimlija borra u silġ.

In-nisa tad-dar bdew jixtru l-ingredjenti sabiex jippreparaw ir-riċetta tal-log tal-Milied mimli

lewż inkaljat u mfarrak, b’xi ftit passolina, flimkien ma’ xi mgħaref xorb u b’daqxejn qoxra ta’ lumija sabiex intejbu t-togħma.

Fil-ħajja tal-parroċċa bdew jidhru l-ħinijiet taċ-ċelebrazzjoni tal-lejl tal-Milied, l-għanjiet kollha ferħ u tifħir u mhux inqas il-prietka tradizzjonali tat-tifel sabiex ifakkarna fil-lejl kiesaħ madwar is-skiet.

It-tfal jibdew bil-vaganzi, jieqfu ftit mill-iskejjel sabiex ikunu jistgħu jinġabru bħala familja flimkien madwar Ġesù Bambin jew il-presepju artistiku.

Però ħuti fil-verità x’tip ta’ Milied sejrin niċċelebraw din is-sena?

Jekk irridu, matul dan il-Milied nistgħu nagħmlu ċelebrazzjoni aħjar b’differenza mis-soltu.

F’dan il-Milied sib ftit ħin għall-kwiet, bogħod mill-istorbju li sfortunatament qiegħed dejjem jiżdied f’din il-festa, li suppost tiġi sabiex nistennew bil-ħerqa l-miġja ta’ Ġesù fil-ħajja tagħna.

Ipprova aqra anke silta qasira tal-Vanġelu sabiex tifhem aktar kif u għaliex twieled Ġesù għalina. F’dan il-Milied kun aktar pożittiv billi ma tiġġudikax lil dak jew lil dik, anzi sib kliem sabiħ fuq dawk li ser tiltaqa’ magħhom. Importanti li tiġbor lil membri tal-familja flimkien għal ftit ħin ta’ meditazzjoni bit-tema ta’ dan l-avveniment kbir storiku tal-Milied.

Tiċċelebrax dan il-Milied mingħajr ma tidħol f’xi kappella fejn għal ftit ħin tħares lejn Ġesù

Sagramentat u Hu jħares lejk. Jekk hemm xi firda ma’ xi persuna oħra, dan il-Milied għandu jkun l-okkażjoni perfetta sabiex tiktiblu jew tiktbilha ittra sabiħa jew xi e-mail sabiex isseħħ ilpaċi.

Ritratt: Friar Sergio Serrano OP

F’dan il-Milied jeħtieġ tmur ħdejn xi sodda ta’ marid, f’dar tal-anżjani, fejn tista’ twassal lawguri tal-Milied b’sempliċi kelma mill-qalb, bħal “Bonġu, kif int?” jew “Il-paċi miegħek”.

Ħuti, din is-sena dan il-Milied irid jagħmel bidla spiritwali bis-sens f’ħajjtina. Dan jista’ iseħħ

“biss” jekk nifhmu aħjar xi jfisser li l-Iben ta’ Alla sar bniedem bħalna. Hekk lil Ġesù nilqgħuh aktar f’ħajjitna, fi kliemna, fi ħsibijietna u f’għemilna.

Allura jekk ser niċċelebraw Milied mingħajr il-bumbardamenti ta’ riklami biex nixtru u nonfqu, allura ser ikun Milied Nisrani bis-sens. Jalla t-tentazzjonijiet biex nieklu u nixorbu bla kontroll ma jħarbtux din il-festa sabiħa milli nisimgħu l-Kelma ta’ Alla fin-novena tal-Milied.

Jien nawguralkom verament, “Milied tajjeb, ħieni u Nisrani” lil qarrejja kollha ta’ din rivista

FAMIILJA, sabiex b’aktar spiritwalità niċċelebraw dan il-Milied kif jixraq, fejn inkunu nistgħu naqsmu flimkien dak li għandu x’jaqsam mal-ħajja nisranija tagħna l-Maltin u l-Għawdxin. IlMilied it-tajjeb lilkom ilkoll.

Together for Mental Health

Understanding Mental Health

‘Mental Health is the basis of our all’, a phrase shared by a friend living with mental health problems, resonates strongly. This statement highlights the fundamental importance of mental health in our lives. It is often overlooked that mental health is something everyone possesses and mentioning this can sometimes draw surprised reactions. There is a frequent misunderstanding between mental health and mental ill-health, with the terms mistakenly used interchangeably.

The Meaning of Mental Health

Mental health refers to the state of our psychological and emotional well-being. It is a vital resource that underpins a healthy life and is a key contributor to overall health. Crucially, mental health is not synonymous with mental illness; rather, it describes a positive state of well-being that enables individuals to thrive.

Good mental health affords a person the ability to learn, work effectively, build healthy relationships, manage their emotions, and cope with life’s challenges. Furthermore, good mental health is closely linked to physical health, social engagement, and our ability to connect with the wider environment.

The Impact of Poor Mental Health

In contrast, poor mental health can precipitate both mental and physical illness. Terms such as mental illness, mental disorder, or mental health condition all refer to health issues that affect a person’s thinking, mood, and behaviour, often resulting in distress or impaired functioning.

The development of mental disorders is complex, arising from a combination of genetic factors, brain chemistry and structure, and environmental influences such as trauma, stress, and life experiences including abuse, neglect, or isolation. Additional contributors include long-term health conditions, substance use, and early-life exposure to toxins or viruses. There is no single cause, and the interplay of various risk factors results in each person being affected differently.

Socioeconomic pressures such as work-related stress, financial difficulties, and social exclusion can also trigger mental illness. Stressful environments, exposure to violence, and global challenges like economic downturns and climate crises further increase the risk.

Biological factors such as genetic predisposition, as well as significant events like bereavement or major life changes, can greatly impact mental health.

Resources and Support

While certain situations may be beyond personal control, there are tools and resources available that can help prevent mental illness or manage circumstances that may contribute to it. One such resource is the Resilience Programme, offered free of charge by the Directorate of Health Promotion and Disease Prevention.

This seven-week online programme is designed to help individuals develop the skills needed to adapt and flourish during challenging times. It is both flexible and engaging and is available in both Maltese and the English language. More information can be found on the following link: https://hpdp.gov.mt/form/resilience-programme

Another freely accessible resource is the Mental Health First Aid (MHFA) course, provided by the Ministry for Health and Active Ageing within the community. The MHFA course equips participants with the skills and knowledge to support friends, relatives, students, or colleagues facing mental health challenges. For further details or to register, please visit https://www.richmond.org.mt/mhfa-in-collaboration-with-ministry-for-health/

Challenges and Seeking Help

Life events such as addiction, disability, violence, neglect, and domestic abuse can lead to mental health difficulties. Other significant life changes including dementia, loneliness, pregnancy-related trauma, or relationship issues may also make coping feel impossible.

In these moments, seeking help should be viewed as a sign of strength and resilience, not weakness. Often, people are unsure where to turn during times of need. To address this, the Office of the Commissioner for the rights of persons with mental disorders, has compiled a list of local support helplines and online chats, offering free and timely assistance. The full list is available at https://commissionermentalhealth.gov.mt/en/helplines-apps-chats/

Mental Health affords a person the ability to learn, work effectively, build healthy relationships, manage their emotions, and cope with life’s challenges. Furthermore, good mental health is closely linked to physical health, social engagement, and our ability to connect with the wider environment.

Ritratt: Bret Sayles

Mary Anne Zammit

Artista u Kittieba

Intervista mal-kantawtur Malti Vince Fabri

Kemm jekk tkun kanzunetta satirika jew dik serja, titpaxxa tisma’ l-mużika tal-kantawtur popolari, Vince Fabri. Il-mużika tiegħu jirnexxielha teħodna f’dinja oħra personali, imżewqa b’emozzjonijiet partikulari, ħsibijiet u memorji fuq dak li nkunu għaddejna jew li ninsabu għaddejjin minnu.

Kienet għalhekk l-opportunità li kelli li niltaqa’ mal-istess Vince Fabri. Proprjament, Vince studja l-Inġinerija Mekkanika imma ma damx wisq biex beda juri l-ħajra għall-mużika.

Sewwasew meta kellu madwar erbatax-il sena Vince beda jdoqq l-istrument tal-kitarra. Dan kien l-ewwel pass għal vjaġġ twil fil-mużika.

Bla dubju, ħafna jiftakru lil Vince Fabri fis-serje televiżiva popolari, Aħna, Aħna jew m’ Aħniex produzzjoni li kien niżlet tajjeb ħafna mat-telespatturi. Prinċipalment, il-kanzunetti kienu nkitbu għat-teatru, partikularment għal drammi, u l-awturi ewlenin kienu Peppi Azzopardi u Joe Saliba. Iżda l-idea ta’ drammi nbidlet u ġie deċiż li minflok jinħolqu sensiela ta’ programmi bl-għan li jintwerew fuq it-televiżjoni.

Ir-rwol ta’ Vince kienet dik li jikteb il-mużika għall-istess programm. Biss, it-tim konċernat qatt ma kien konxju li l-programm kien ser ikun daqshekk ta’ suċċess. Vince sostna li dak li għamel il-programm popolari kien il-fatt li kien fih element ta’ satira, għax il-Maltin kellhom bżonn li jitgħallmu jidħku bihom infushom.

Wara dan il-proġett, Vince mexa għal aktar proġetti, fosthom it-tnedija ta’ cassettes bilpoeżiji tal-mibki, Profs. Oliver Friggieri. Eżattament, kien l-istess Friggieri li fis-sena 1990 talab lil Vince sabiex jikteb il-mużika għat-tnedija tal-ġabra ta’ antoloġija ta’ poeżiji, bit-titlu “Hemm ĦarstekTixgħel mal-Fanal.”

Il-programm Xarabank kien avventura oħra. Programm li dam sejjer għal madwar 23 sena.

Eżattament fis-sena 1997, Vince beda jinvolvi ruħu fil-programm permezz tal-mużika. B’hekk, Vince Fabri kiteb numru ta’ kanzunetti li kollha kienu jkunu relatati mas-suġġetti fuq diversi temi bħal ambjent u temi soċjali li kienu jkunu diskussi fil-programm.

Għal Vince, il-mużika hija mezz sabiex jikkomunika ma’ ħafna temi u l-kanzunetti tiegħu, kollha kellhom suġġett politiku u/jew soċjali. Iżda, mhux mużika biss għaliex Vince iħobb ipitter u kiteb ukoll ħafna mużika għat-teatru li kienu jinkludu, kemm ta’ ġeneru komiku però anke serju.

Fost dawn, madwar ħmistax-il pantomima li ntwerew fit-Teatru tal-Università, fid-Dar talProvidenza, fit-Teatru Manoel u saħansitra f’Dar il-Mediterran. L-aħħar pantomima li ħadem kienet sentejn ilu fejn ħadem b’kollaborazzjoni ma’ Trevor Zahra. “Inħossni komdu meta jien

nesprimi dak li nħoss permezz tal-mużika u s-suġġett jiġi millburdata li nkun fiha.”

Kien hemm ukoll sfida oħra li waslet għal suċċess ieħor.

Dawn kienu l-laqgħat letterarji ta’ Poeżija Plus li taw il-bidu tagħhom fis-sena 1999 u li

baqgħu għaddejjin sa żmien ilCovid. L-appuntament kien ikun kull xahar fejn kienet tittellgħa serata u l-poeti kienu jiltaqgħu u jesprimu xxogħlijiet tagħhom. Dawn kienu jkunu serati tassew sbieħ u mhux eskluż li forsi għad jerġgħu jibdew isiru.

L-istess Vince, kien ukoll irnexxielu jippubblika ktieb bil-poeżiji bl-isem “Ġimgħa wara

Ġimgħa”, u dan kien ta’ sodisfazzjon kbir għalih. Barra mill-qasam kreattiv, Vince huwa wkoll

Kunsillier fil-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Qabel din il-ħatra Fabri kien involut f’ħafna attivitajiet kulturali li kienu jsiru ġewwa l-Belt, speċjalment qabel il-Valletta 18. Permezz talKunsill, Vince baqa’ jagħti kontribut kostanti lill-istess Belt.

Iżda x’jaħseb Vince dwar il-qari, il-poeżija, il-mużika u l-isfidi li qegħdin jiffaċċjaw minħabba flinfluwenza tal-midja soċjali? “Illum ħafna nies qegħdin imorru għal stil ta’ ħajja fejn kollox donnu sar virtwali u/jew diġitali. Eżempju, bħal donnu ntilef dak il-gost li tixtri CD jew long play album u toqgħod tistenna li tisimgħu bil-kwiet.

Għal kuntrarju, illum tisma’ mużika li trid fuq Youtube. Kollox mar on-line u hija sfida kbira għal kull artist sabiex jadatta għal kull ċirkostanza. Ukoll, l-intelliġenza artifiċjali ser teħodna f’epoki ġodda u li rridu naddattaw għalihom.”

Fid-dawl ta’ dan, Vince Fabri jħares ‘il quddiem lejn esperjenzi ġodda. Dan waqt li jħossu xxurtjat għal fatt li xogħlu matul deċenji ta’ impenji kien dejjem apprezzat. Lil Vince nawgurawlu aktar suċċess f’dan il-vjaġġ kollu kreattività tiegħu.

Imniedi servizz ġdid mill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta reċentament nieda s-Servizz ta’ Rappurtaġġ Online. Dan jippermetti liċ-ċittadini jippreżentaw rapporti lill-pulizija għal kwistjonijiet li mhumiex ta emerġenza mingħajr il-bżonn li jżuru għassa. Dan is-servizz huwa miftuħ għal kulħadd, inkluż l-impjegati tas-Servizz Pubbliku, u jista’ jintuża kemm fuq bażi personali kif ukoll fuq bażi professjonali.

Permezz ta’ dan is-servizz, persuna tista’ tibgħat talba biex tiġi kkuntattjata mill-Pulizija f’ġurnata u ħin tal-għażla tagħha, fejn tiġi mitkellma minn uffiċjal tal-Pulizija permezz ta’ telefonata jew video call.

Matul din it-telefonata wieħed jgħaddi d-dettalji u dokumenti relatati biex ikun jista’ jiddaħħal ir-rapport. Wara jingħata n-Numru tar-Rapport, kif ukoll kopja diġitali tar-rapport.

Kwalunkwe każ li jkollu bżonn aktar investigazzjoni jiġi mgħoddi internament liddipartiment/i relevanti mill-Korp tal-Pulizija.

Din l-inizjattiva hi maħsuba biex tiffranka l-ħin, ittejjeb l-aċċessibbiltà u tassigura li r-rapporti jiġu ttrattati b’mod aktar effiċjenti - skont il-viżjoni tal-Gvern għall-amministrazzjoni pubblika diġitali u ta’ servizz eċċellenti. L-uffiċjali pubbliċi u l-pubbliku inġenerali huma mħeġġa jagħmlu użu minn dan is-servizz fejn meħtieġ, speċjalment f’pożizzjonijiet fejn ir-rapporti talpulizija huma kruċjali għall-ħidma ta’ kuljum.

It-talbiet għal dan is-servizz jistgħu jintbagħtu permezz tal-link kif ġej: https://pulizija.gov.mt/ en/file-a-report/

A new service launched by the Malta Police Force

Online Reporting

The Malta Police Force has introduced a Remote Reporting Service that allows members of the public to file non-emergency police reports without visiting a station. This service is available to everyone, including Public Service employees, and can be used both in a personal and professional capacity.

Through this service, an individual can request a callback at a chosen time and speak to an officer by phone or video call. Supporting details or documents may be shared during the interaction, after which a Police Report Number and a digital copy of the report are provided. Any matter requiring further investigation is directed internally by the Malta Police Force to the relevant units.

This initiative is designed to save time, improve accessibility, and ensure faster handling of reports, aligning with the Government’s vision of a digital-first and service-excellent public administration. Both Public Officers and especially the general public are encouraged to make use of the service where suitable, particularly in roles where access to police reports is essential to day-to-day work.

Callback Requests for the Remote Reporting Service may be submitted at the following link: https://pulizija.gov.mt/en/file-a-report/

Ma nistgħux nitkellmu dwar id-drittijiet tat-tfal mingħajr ma nitkellmu direttament magħhom!

Fl-20 ta’ Novembru ta’ kull sena, id-dinja kollha tiċċelebra l-Jum Dinji tat-Tfal. Ġurnata li

tfakkarna li t-tfal għandhom id-drittijiet u li lkoll flimkien għandna naħdmu biex inħarsu u nippromwovu dawn id-drittijiet.

Ix-xogħol tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal huwa kontinwu u naħdmu bla waqfien biex

nilħqu dan il-għan. Din il-ġurnata tagħtina opportunità biex nagħmlu enfasi dwar limportanza li naħdmu flimkien biex l-interessi tat-tfal u l-vuċi tagħhom jibqgħu prijorità f’xogħolna.

F’dan il-jum, il-Ġnus Magħquda qed tpoġġi lit-tfal fiċ-ċentru tad-diskussjonijiet. It-tfal huma parteċipanti attivi fis-soċjetà u għandna nisimgħu l-esperjenzi, l-ideat, l-opinjonijiet u l-ħolm tagħhom.

Meta nisimgħu lit-tfal, nitgħallmu dwar kif huma qed jaraw id-dinja. Dwar x’inhuma l-affarijiet

li għandhom bżonn. Dwar l-isfidi li qed jiffaċċjaw u kif aħna nistgħu nimplimentaw id-drittijiet tagħhom b’dak l-aktar mod adattat għalihom.

Ma nistgħux nitkellmu dwar id-drittijiet tat-tfal mingħajr ma nitkellmu direttament magħhom. Bħala parti mill-impenn kontinwu tagħna lejn id-drittijiet tat-tfal, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal iħeġġeġ lill-iskejjel kollha biex jiċċelebraw din il-ġurnata. Aħna nħeġġu u nkunu ta’ sapport għal diversi skejjel sabiex isiru attivitajiet u diskussjonijiet ta’ għarfien dwar iddrittijiet tat-tfal.

Biex tkun ikkommemorata din il-ġurnata, l-Uffiċċju nieda numru ta’ riżorsi li jistgħu jkunu ta’ għajnuna għall-edukaturi u professjonisti oħra fit-tagħlim dwar id-drittijiet tat-tfal. L-Uffiċċju pproduċa bil-lingwa Maltija, logħba tal-karti. Din il-logħba hi prodott oriġinali tal-UNICEF u saret bil-Malti bil-permess tal-UNICEF.

Din tikkonsisti minn 44 karta li kull waħda fiha spjegazzjoni, adattata għat-tfal, ta’ kull dritt li hemm imniżżel fil-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Bħala parti minn din il-logħba hemm diversi ideat ta’ logħob li jista’ jsir mat-tfal sabiex jinħolqu iktar diskussjonijiet u għarfien fost it-tfal u fl-istess waqt ikunu qed jieħdu gost.

L-Uffiċċju ħadem ukoll mal-Aġenzija tal-Għajnuna Legali sabiex iniedi toolkit dwar ġustizzja aċċessibbli għat-tfal li tħares id-drittijiet u l-bżonnijiet ta’ kull tifel u tifla. Dan it-toolkit

jikkonsisti minn serje ta’ vidjows u pjanijiet ta’ lezzjonijiet li jistgħu jintużaw mill-edukaturi sabiex ikun hemm iktar għarfien dwar is-sistema tal-ġustizzja fost it-tfal.

Dawn ir-riżorsi jelenkaw id-drittijiet tat-tfal meta jkunu f’kuntatt mal-liġi, kemm bħala vittmi, xhieda, jew anki meta jkunu akkużati b’reat. Dan it-toolkit tqassam fl-iskejjel kollha.

F’dan il-jum importanti kienet imfakkra wkoll l-importanza li nisimgħu dak li jgħidulna t-tfal. LUffiċċju nieda r-rapport “Not Just Words” li dan jiġbor fih dak kollu li qalu ‘l fuq minn 400 tifel u tifla waqt l-attivitajiet ta’ parteċipazzjoni tat-tfal li ttellgħu mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għatTfal matul is-sena skolastika 2024/25.

Dan ir-rapport sar biex l-Uffiċċju jiżgura li l-vuċijiet tat-tfal jinstemgħu u jittieħdu bis-serjetà. Irrapport jiġbor u jinkludi ħsibijiet tat-tfal dwar diversi temi bħall-edukazzjoni, is-sigurtà fittoroq, l-ambjent, it-teknoloġija, it-trobbija, is-saħħa u temi oħra ta’ natura fundamentali fiddinja u l-ħajja tat-tfal.

Il-Jum Dinji tat-Tfal għandu jfakkarna li t-tfal mhumiex biss il-futur, iżda huma wkoll il-preżent u għalhekk għandna nkomplu naħdmu sabiex it-tfal kollha jkollhom aċċess għad-drittijiet tagħhom u biex kull tifel u tifla jilħaq il-potenzjal tiegħu/tagħha. Ritratti:

World

Tony Micallef

Koordinatur Ministeru tas-Saħħa u Anzjanità

Changing Perceptions on HIV by combatting Stigma, Education and Awareness

World AIDS Day, observed annually on 1st December, is a time to reflect on the global and local response to HIV. While medical advancements have transformed HIV into a manageable condition, stigma and misinformation continue to hinder progress, especially in Malta.

Malta has seen a steady rise in HIV diagnoses in recent years a substantial number of these among foreign born residents. These trends highlight the need for increased awareness, early testing, and education to reduce stigma and linkage to care.

Changing Perceptions through Education

Public perception of HIV is often shaped by outdated beliefs and fear. This can lead to discrimination, social isolation, and a reluctance to seek care. Education is key to changing these attitudes. Accurate information about HIV transmission, treatment, and prevention helps dispel myths and encourages empathy.

One of the most powerful messages in HIV awareness is U=U (Undetectable = Untransmittable). This means that people living with HIV who are on effective treatment and maintain an undetectable viral load cannot transmit the virus to their sexual partners. Promoting this message helps reduce fear and stigma, and encourages people to get tested, seek appropriate care and treatment at the outset and to remain complaint to medical advice. .

Local Outreach and Support

In Malta, Sexual Health Malta, part of the Health Promotion and Disease Prevention Directorate, plays a vital role in raising awareness. Around World AIDS Day, the team intensifies its outreach efforts by:

Distributing educational materials in clinics and public spaces.

Organizing community events and awareness campaigns.

Promoting free and confidential HIV testing.

Engaging with the public through social media and online platforms.

These initiatives aim to normalize conversations around HIV and empower individuals to seek care confidently and without shame.

Get in Touch

For more information, resources, or support, you can:

• visit: sexualhealth.gov.mt

• message us on Facebook

• or Instagram: @sexualhealthmalta

Together, We Can Make a Difference

On this World AIDS Day, let’s commit to reducing stigma, promoting education, and encouraging open dialogue. By changing perceptions and supporting testing and treatment, we can build a more informed and supportive community where HIV is understood, not feared.

Ir-rwol kritiku tat-trasfużjoni tad-demm fil-kura tal-emerġenza

L-inċidenti, kemm jekk iseħħu fit-triq, fuq il-post tax-xogħol jew f’postijiet oħra, jistgħu spiss jirriżultaw fi ġrieħi li jheddu l-ħajja u telf sostanzjali ta’ demm. F’dawn is-sitwazzjonijiet kritiċi, lużu immedjat tad-demm ħafna drabi jkun essenzjali biex jiġu salvati l-ħajjiet.

Telf ta’ demm, speċjalment minħabba trawma kbira, jista’ jwassal għal xokk ipovolemiku, fejn il-ġisem ma jibqax kapaċi jżomm ċirkolazzjoni u kunsinna ta’ ossiġnu adegwat lill-organi vitali. Mingħajr intervent rapidu, dan jista’ jikkawża mewt f’qasir żmien.

It-trasfużjonijiet tad-demm huma pediment fundamentali fir-rispons mediku ta’ emerġenza waqt l-inċidenti. L-għan ewlieni huwa li jinħoloq mill-ġdid il-volum ta’ demm mitluf, tinżamm il-pressjoni tal-ġisem u jiġi assigurat li l-ossiġnu jibqa’ jasal fit-tessuti madwar il-ġisem.

Fil-kuntest ta’ fsada severa, jingħata ċelluli ħomor, xi drabi flimkien ma’ pjastrini u plasma biex jiġu indirizzati problemi ta’ koagulazzjoni u fsada li tkompli. Id-disponibbiltà f’waqtha ta’ demm kompatibbli hija kruċjali, peress li t-telf ta’ ħin jista’ jaggrava b’mod sinifikanti lprognosi tal-pazjent.

Is-servizzi tal-ambulanzi u d-dipartimenti ta’ emerġenza huma mgħammra biex jagħtu trasfużjonijiet, xi drabi anke qabel il-pazjent jasal l-isptar, grazzi għall-avvanzi fil-kura barra lisptar.

Barra minn hekk, id-demm universali O Negattiv jippermetti trasfużjoni immedjata meta t-tip tad-demm ma jkunx magħruf. Għalhekk id-domanda għal donazzjonijiet tad-demm tibqa’ kontinwa, minħabba li l-inċidenti huma imprevedibbli u jistgħu joħolqu pressjoni f’daqqa fuq il-provvisti tad-demm.

Tixrobx u Ssuqx biex tipprevjeni l-inċidenti

Waħda mill-aktar metodi effettivi biex jitnaqqas in-numru ta’ inċidenti serji – u għalhekk, il-bżonn għal trasfużjonijiet taddemm f’emerġenza – hi li qatt ma tixrob u ssuq fl-istess ħin. L-alkoħol ifixkel il-ġudizzju fis-sewqan, inaqqas il-ħinijiet ta’ reazzjoni u jnaqqas il-koordinazzjoni u dan kollu jżid b’mod drammatiku r-riskju ta’ kolliżjonijiet.

Ħafna inċidenti tat-traffiku li jeħtieġu

intervent mediku urġenti jistgħu jiġu rintraċċati għal sewwieqa li kienu taħt linfluwenza tal-alkoħol. Billi tagħżel li jekk tixrob ma ssuqx, individwi mhux biss jipproteġu lilhom infushom iżda wkoll lil utenti oħra tat-triq u nies pedonali.

Deċiżjonijiet responsabbli wara t-tmun jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sigurtà pubblika u jgħinu jnaqqsu l-pressjoni fuq is-servizzi ta’ emerġenza u l-provvisti tad-demm. Li tħeġġeġ lill-ħbieb u lill-maħbubin biex jużaw mezzi ta’ trasport alternattivi jew jinnominaw sewwieq sobru jista’ jagħmel differenza vera fil-prevenzjoni ta’ traġedji evitabbli fit-toroq tagħna.

Inħeġġu għalhekk għal iżjed donazzjonijiet regolari biex jiġi assigurat li dan ir-riżors li jsalva lħajja jkun dejjem disponibbli meta jseħħu l-inċidenti u biex fl-istess ħin jibqgħu jibbenefikaw il-pazjenti l-oħra fl-isptarijiet ta’ Malta u Għawdex.

F’dan iż-żmien tal-Milied, meta l-valuri tal-komunità, l-għajnuna u s-solidarjetà jissaħħu fostna, nieħdu l-okkażjoni biex nistednukom tagħtu d-demm. Il-bżonn għad-demm qatt ma jieqaf, anzi, matul il-festi, meta ħafna jkunu fuq btala u l-inċidenti jistgħu jiżdiedu, il-kontribuzzjoni tiegħek issir saħansitra aktar importanti.

Agħti donazzjoni bħala rigal li jista’ jsalva ħajja – dan hu l-aktar rigal prezzjuż li tista’ tagħti lil xi ħadd fis-silenzju u fis-sinċerità tiegħek. “Min jagħti lill-ieħor, jirċievi lura għax-xogħol tajjeb tiegħu.”

Jekk tixtieq aktar tagħrif dwar l-għoti tad-demm kellimna fuq –

Sit elettroniku - https://blood.gov.mt/

Indirizz elettroniku - customercare.nbts@gov.mt

Paġna Facebook - www.facebook.com/bloodmalta

Instagram - https://www.instagram.com/blooddonationmalta_official/?hl=en

Indirizz - Ċentru tal-Għoti tad-Demm, G’Manġa.

Linja fissa - 2123 4767 / 2206 6201

Linja ċellulari - 7930 7307

Linja Bla Ħlass - 8007 4313

Il-Berġa tax-Xewkija, Għawdex - 2155 6461

Tista’ ċċempel fuq l-istess numri t’hawn fuq għal trasport b’xejn

Programm tat-tnedija tal-pubblikazzjonijiet għal matul l-2026 Il-marka FAMILJA li tirrappreżenta l-ħidma kollha tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal

Resqin lejn tmiem sena oħra fejn bl-għajnuna t’Alla u tad-diversi kollaboraturi, kontributuri u entitajiet diversi wassalna lilkom il-qarrejja sena oħra ta’ pubblikazzjonijiet, ilkoll ta’ ġeneri speċifiċi iżda kollha b’għan wieħed, dak li f’isem dan il-Ministeru, ninfurmaw u nedukaw dwar il-ħidma li tkun għaddejja u żviluppi kostanti li jkunu għaddejjin minn żmien għal żmien.

Minn din is-sena qed nintroduċi wkoll dan l-artiklu speċjali ta’ tmiem is-sena fejn fih qed nagħti ħarsa lejn il-pubblikazzjonijiet kollha li se nkunu qed inniedu matul it-tnax-il xahar li ġejjin bid-dati meta se jkunu qed jiġu ppubblikati u bl-għan speċifiku ta’ kull waħda minnhom. Hekk għandkom bħal kalendarju / gwida li permezz tiegħu tistgħu ssegwu ħidmietna.

Nagħlaq billi nesprimi ħajr u apprezzament lill-Onor. Michael Falzon, Ministru għall-Politika

Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, is-Segretarju Permanenti is-Sur Mark Musù, id-Diretturi Ġenerali Alexia Vella u Grazio Barbara li dan tal-aħħar jieħu ħsieb il-qari tal-provi tax-xogħlijiet tagħna.

Id-Direttur dwar Strateġija u Pensjonijiet Helena Holland u s-sinjuri Peter Miceli Saydon u Archibald Attard li jieħdu ħsieb il-grafika u d-distribuzzjoni rispettivament.

Ma’ dawn, lista twila ħafna ta’ kontributuri u kollaboraturi li volontarjament, mingħajr ebda interessi ta’ xejn, b’mod regolari jibagħtu l-artikli tagħhom biex Rivista FAMILJA u lkumplament tal-pubblikazzjonijiet l-oħrajn kollha jistgħu jkunu s-suċċess li huma.

Fuq kollox però, ma nistax nagħlaq mingħajr ma ngħid grazzi kbira lilkom il-qarrejja tagħna, dawk li jiktbulna, jibagħtulna messaġġi u li jagħtuna l-appoġġ morali tagħhom biex aħna nibqgħu nservu ta’ sors utili biex kull Malti u Għawdxi jkun mgħarraf b’dak kollu ta’ interess għalih, mhux biss dwar benefiċċji u servizzi eżistenti u oħrajn li jkunu qed jiġu introdotti maż-żmien, imma anke bħala formazzjoni ħolistika fit-tkattir u l-iżvilupp tas-soċjetà ta’ dan innazzjon. Grazzi mill-Qalb ilkoll

IBQGĦU SEGWU

Il-Pubblikazzjonijiet MSPC li se jkunu ppubblikati matul l-2026 –

Diċembru 2025

Jannar 2026

Frar 2026

Marzu 2026

April 2026

Mejju 2026

Ġunju 2026

Rivista Familja : Ħarġa Numru 37

L-edizzjoni speċjali tal-aħħar tas-sena 2025

Is-Suppliment Familja Aħjar : Pubblikazzjoni Annwali

Ħarsa lejn il-miżuri mħabbra fl-aħħar Budget b'mod konċiż u simplifikat

Rivista Familja : Ħarġa Numru 38

L-edizzjoni ta' qabel il-festi tal-Għid

Fuljett ĠEMMA : L-Ewwel Ħarġa tal-2026

Ipprova warrab xi ħaġa għal meta tiġi bżonn

Rivista Familja : Ħarġa Numru 39

Tiftaħ l-istaġun tal-festi u tiċċelebra Jum l-Omm

Is-Suppliment Speċjali Annwali 2026

Din is-sena : Id-Drittijiet u l-Obbligi tat-Tfal u l-Ġenituri.

Se jkun qed jitwassal lilkom bil-kollaborazzjoni

tal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal

Rivista Familja : Ħarġa Numru 40

Tintroduċi l-istaġun tas-Sajf, tmiem l-iskejjel u l-eżamijiet, kif ukoll tiċċelebra Jum il-Missier

Lulju 2026

Awwissu 2026

Fuljett ĠEMMA : It-Tieni Ħarġa tal-2026

B'aktar tagħrif dwar infieq kawt

Rivista Familja : Ħarġa Numru 41

Is-safar, ir-rikreazzjoni, id-divertiment, imma tkompli l-ħidma u li kemm nistgħu nagħtu s-sehem tagħna f’servizzi u attivitajiet ta’ volontarjat wkoll

Ottubru 2026

Rivista Familja : Ħarġa Numru 42

Kulħadd lura għal xogħlu, jerġgħu jinfetħu l-iskejjel, naqilbu għal ħin tax-xitwa u l-ġabra fid-dar, u l-picnics fil-kampanja

Maltija u l-gost ta’ familja flimkien

Novembru 2026 Il-Fuljett ĠEMMA : It-Tielet Ħarġa tal-2026

L-importanza li naħsbu għal futur ta’ wliedna, f’kull sens!

Diċembru 2026

Rivista Familja : Ħarġa Numru 43

L-Edizzjoni Speċjali ta’ Tmiem is-Sena u nagħtu merħba għas-sena l-ġdida 2027

Għandek mistoqsija/opinjoni/suġġeriment/esperjenza/ilment/ringrazzjament: familja.media@gov.mt

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Familja Dicembru 2025 numru 37 by MSFC-Familja.media - Issuu