Malta Missjunarja Ottubru 2021

Page 6

Ottubru 2021

UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Intenzjoni Missjunarja: Ottubru 2021 Intenzjoni għall‑Evanġelizzazzjoni Id‑Dixxipli Missjunarji

“Nitolbu sabiex kull persuna mgħammda timpenja ruħha fl‑evanġelizzazzjoni, disponibbli għall‑missjoni billi tkun xhieda tal‑ħajja li għandha t‑togħma tal‑Evanġelju.”

M

’hemmx dubju li Papa Franġisku huwa Papa li jħobb ħafna lill‑missjoni kif wera b’mod ċar riċentament dwar l‑Amażonja. Il‑Papa jkompli jurina li aħna lkoll bħala mgħammdin fi Kristu għandna jkollna fina dan

6

l‑ispirtu missjunarju. Il‑Knisja hija fuq kollox missjunarja. Wara kollox Ottubru ta’ kull sena, permezz tal‑Ġurnata Missjunarja, ifakkarna f ’dan l‑impenn tagħna. Għalhekk mela l‑Knisja mwaqqfa minn Sidna Ġesù Kristu, li bagħat lill‑appostli tiegħu sabiex imorru jħabbru lill‑ġnus kollha, għandha sejħa missjunarja u b’hekk il‑Knisja hija kollha kemm hi missjunarja sabiex twettaq il‑missjoni t’Alla ‘Missio Dei’. Jiġifieri kull mgħammed għandu din is‑sejħa missjunarja u dan il‑mandat missjunarju sabiex ikun ukoll missjunarju fil‑komunità tiegħu: “Il‑Knisja, mibgħuta minn Alla għand il‑ġnus biex tkun is‑sagrament ‘universali tas‑salvazzjoni’ minħabba l‑ħtiġijiet l‑aktar ta’ ġewwa tal‑Kattoliċiżmu tagħha, u waqt li timxi fuq

il‑mandat ta’ min waqqafha, tħabrek li xxandar il‑Vanġelu lill‑bnedmin kollha. L‑appostli nfushom, fil‑fatt, li fuqhom twaqqfet il‑Knisja, waqt li jimxu fuq il‑passi ta’ Kristu, “xandru l‑kelma tas‑sewwa u nisslu l‑knejjes. Huwa x‑xogħol ta’ dawk li jiġu warajhom li jissuktaw f ’din il‑ħidma mingħajr ma jieqfu, sabiex il‑Kelma t’Alla “tiġri u tingħata glorja” (2 Tess. 3:1) u s‑Saltna t’Alla titħabbar u sseħħ fl‑artijiet kollha. Madankollu, fil‑qagħda kif inhi llum, li minnha tqum kundizzjoni ġdida għall‑bnedmin, il‑Knisja, il‑melħ tal‑art u d‑dawl tad‑dinja hija msejħa b’għaġla akbar biex issalva u ġġedded il‑ħlejjaq kollha, biex kollox ikun imsewwi fi Kristu, u fih il‑bnedmin jiffurmaw familja waħda u poplu wieħed t’Alla”.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Malta Missjunarja Ottubru 2021 by Missio Malta - Issuu