
5 minute read
Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija
Santissima B ħala Missjunarja
L‑ERBGĦA U GĦOXRIN PARTI
Id‑Dehra tal‑Madonna f’La Vang, il‑Vjetnam
Il‑Madonna ta’ La Vang (bil‑Vjetnamiż Dúc Me La Vang) tirreferi għad‑dehra
Marjana rrappurtata fi żmien meta l‑Kattoliċi kienu ppersegwitati u maqtula fil‑Vjetnam. Is‑Santwarju tal‑Madonna ta’ La Vang jinsab f’dik li llum hija l‑komun ta’ Hải Phu fid‑Distrett ta’ Hải Lăng tal‑Provinċja ta’ Quảng Tri, fil‑Vjetnam Ċentrali.
B’biża’ mit‑tixrid tal‑Kattoliċiżmu fil‑Vjetnam, l‑Imperatur Cảnh Thinh, sa mis‑sena 1798, beda jillimita u jwaqqaf kemm jista’ jkun il‑prattika tal‑Kattoliċiżmu fil‑pajjiż. Ftit wara, l‑Imperatur ħareġ editt anti‑Kattoliku u hekk bdiet persekuzzjoni ħarxa kontra l‑Kattoliċi u ħafna minnhom sfaw ittorturati u maqtula. Għaldaqstant, ħafna Kattoliċi bdew ifittxu kenn fil‑ġungla Mejju 2023 tropikali. Madanakollu, ħafna min‑nies mardu u mietu kemm minħabba l‑kesħa kbira, b’mard ieħor ambjentali kif ukoll minħabba nuqqas ta’ ikel sustanzjuż u mediċini. Barra minn hekk, kienu jiġu attakkati u maqtula mill‑bhejjem selvaġġi fil‑ġungla. Waqt li kienet tistaħba fil‑ġungla, il‑komunità Kattolika maħruba minn darha u mbeżżgħa li tinqabad, kienet tinġabar kull lejl f’riġlejn siġra sabiex titlob ir‑Rużarju. Lejl wieħed, fis‑sena 1798, dehra ssorprendiethom! it‑terminu La Vang huwa oriġinarjament derivat mill‑kelma li tfisser ‘biki’. Ipoteżi oħra hi li La Vang tirreferi għall‑weraq ta’ pjanta indiġena tal‑ġiżimin imsejħa ‘jasminum subtriplinerve’ li l‑weraq tagħha jintuża biex isir minnu t‑te.
Fil‑friegħi tas‑siġra dehret mara liebsa l‑libsa tradizzjonali Vjetnamiża ảo dải u żżomm tifel f’idejha b’żewġ anġli ħdejha. In‑nies preżenti interpretaw din id‑dehra bħala l‑Verġni Marija b’binha Ġesù Kristu.
Fis‑sena 1802, meta l‑persekuzzjoni naqset, il‑Kattoliċi reġgħu lura lejn l‑irħula tagħhom u xandru l‑ġrajja tad‑dehra tal‑Madonna u l‑messaġġ tagħha lin‑nies l‑oħra tal‑irħula. Hekk kif bdiet tinxtered din il‑ġrajja, gruppi ta’ nies, minkejja l‑post iżolat fil‑muntanji għoljin, bdew isibu modi kif jippenetraw fil‑ġungla fonda u perikoluża sabiex imorru jitolbu lill‑Madonna ta’ La Vang u joffru l‑inċens. Fis‑sena
1820 inbniet miz‑zkuk u t‑tiben tal‑ġungla kappella żgħira ddedikata lill‑Madonna ta’ La Vang biex fiha l‑pellegrini setgħu jitolbu u jqimuha aktar.
Mill‑1830 sal‑1885 mewġa oħra ta’ persekuzzjonijiet ħakmet mill‑ġdid lill‑pajjiż kollu li matulha t‑tensjoni bejn il‑qorti Imperjali
Vjetnamiż u l‑Kattoliċi laħqet il‑quċċata tagħha.
Numru kbir ta’ saċerdoti u lajċi Kattoliċi sfaw maqtula. Il‑popolazzjoni
Kattolika naqset b’mod sinifikanti u l‑kappella żgħira tal‑Madonna ta’ La Vang spiċċat meqruda. Iżda fis‑sena 1886 il‑persekuzzjonijiet mill‑ġdid bdew jonqsu. Mill‑1885
’il quddiem inbnew diversi kappelli, waħda wara l‑oħra b’devozzjoni kbira lejn il‑Madonna, li kompliet dejjem tikber u tiżdied fost il‑Kattoliċi u nies oħra f’dawk l‑inħawi u f’inħawi oħra fil‑qrib. Ħafna kienu l‑grazzji u l‑fejqan miksub bl‑interċessjoni tal‑Verġni Marija. Fis‑sena 1886 bdiet tinbena kappella ġdida u akbar, u din ġiet rinovata fl‑1924 u fl‑1959. Matul il‑perijodu tal‑1886 u l‑1928, il‑lokalità ta’ La Vang kienet dipendenti mill‑Parroċċa ta’ Co‑Vuu, fil‑provinċja ta’ Quang Tri. Fl‑1928, sabiex iwieġeb għall‑bżonnijiet tan‑numru dejjem jikber ta’ pellegrini, l‑Isqof Ewġen Allys waqqaf La Vang bħala parroċċa indipendenti. Wara li l‑persekuzzjonijiet spiċċaw uffiċjalment, l‑Isqof Gaspar ordna li tinbena knisja akbar f’ġieħ il‑Madonna ta’ La Vang.
Minkejja l‑post prekarju u l‑finanzi limitati, il‑knisja nbniet u tbierket mill‑Isqof Gaspar f’ċerimonja solenni li għaliha pparteċipaw ’il fuq minn 12,000 ruħ. L‑Isqof ipproklama lill‑Madonna ta’ La Vang bħala protettriċi tal‑poplu kollu ta’ dak il‑post.
Fit‑13 ta’ April 1961, l‑isqfijiet tan‑Nofsinhar tal‑Vjetnam inġabru f’Hue u għamlu wegħda lill‑Qalb Bla Tebgħa ta’
Marija biex jikkonsagraw tempju lill‑Verġni Mqaddsa meta ċ‑ċirkostanzi jippermettulhom, u talbu lill‑Madonna għal‑libertà sħiħa tal‑Knisja fil‑Vjetnam u l‑paċi għaż‑żewġ partijiet tal‑Vjetnam. Fit‑8 ta’

Awwissu 1961, fl‑ittra konġunta tagħhom tal‑istess sena, La Vang ġiet rikonoxxuta bħala Ċentru
Marjan Nazzjonali. Aktar tard, fit‑22 ta’ Awwissu
1961, Papa Ġwanni XXIII għolla l‑knisja ta’ La Vang għal status ta’ Bażilika.
Madanakollu, fis‑sajf tas‑sena 1972 il‑knisja nqerdet waqt il‑Gwerra tal‑Vjetnam. Għalkemm għad m’hemm l‑ebda rikonoxximent uffiċjali tal‑Vatikan ta’ din il‑ġrajja tad‑dehra Marjana, fid‑19 ta’

Ġunju 1988, Papa Ġwanni
Pawlu II, fiċ‑ċerimonja tal‑kanonizzazzjoni tal‑117‑il martri Vjetnamiż, irrikonoxxa pubblikament u ripetutament l‑importanza u s‑sinifikat tal‑Madonna ta’
La Vang, u esprima x‑xewqa li terġa’ tinbena l‑Bażilika ta’ La Vang b’tifkira tal‑200
Anniversarju mid‑Dehra tal‑Madonna. Fl‑2012, il‑Bażilika l‑ġdida nbniet uffiċjalment bl‑approvazzjoni tal‑Gvern Vjetnamiż. Fil‑15 ta’ April 2008, il‑gvern lokali tal‑Provinċja ta’ Quang Tri qal ukoll li se jagħti lura kważi l‑art kollha ta’ madwar il‑Bażilika ta’ La Vang, li kienet inqabdet u ttieħdet mill‑Komunisti fl‑1975. Fit‑22 ta’ Jannar 2015, il‑Kardinal Fernando Filoni, Prefett tal‑Kongregazzjoni għall‑Evanġelizzazzjoni tal‑Popli, għamel żjara pastorali fis‑Santwarju Marjan ta’ La Vang, u ħabbar id‑Dedikazzjoni u l‑Konsagrazzjoni tal‑Bażilika l‑ġdida li se ssir waqt il‑Kungress ta’ La Vang mill‑14 sal‑15 ta’ Awwissu ta’ din is‑sena.
Id‑Dehriet tal‑Madonna fuq Radju Marija
Id‑Dehriet tal‑Madonna fl‑Istorja tal‑Kristjaneżmu:‑ Sensiela ta’ programmi fuq Radju Marija bi produzzjoni u preżentazzjoni tal‑koppja Manwel u Lilian Cutajar.
Dawn id‑dehriet Marjani li ġew jew għad iridu jiġu ppubblikati f’Malta Missjunarja bit‑titlu ta’ Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja, qed jinqraw minn Lilian b’xi riflessjonijiet u talb Marjan fl‑istess programm fuq Radju
Marija fl‑iskeda l‑ġdida tar‑rebbiegħa 2023, kull nhar ta’ Erbgħa fis‑2:30pm b’ripetizzjoni l‑għada l‑Ħamis fid‑9:30pm.
Inħobb niekol il bajtar
Inħobb ħafna t tuffieħ
Inħobb ħafna n naspli
Inħobb anke l bettieħ.
Inħobb ħafna ċ ċirasa
Inħobb il mandolin
Inħobb niekol il ħawħa
Inħobb ħafna t tin.
Alla Ħanin
Inħobb ħafna l għajnbaqar
Inħobb ħafna l berquq
Inħobb it tut u ċ ċawsli Kull frott li hawn maħluq.
Mulej xi ħloqt għalina Kemm int veru ħanin Int tajtna dal frott kollu Tajjeb, mill aktar bnin.
Paul Caruana
Tfal Missjunarji
Programm għat‑tfal bi produzzjoni ta’ MissioTfal u preżentazzjoni ta’ Claudia Cini bl‑għajnuna ta’ Nancy Camilleri.
Kull nhar ta’ Tnejn u kull nhar ta’
Ġimgħa fit‑3:30pm fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) / 107.8FM (Għawdex).
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio
(Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 90 sena
Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja.
Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar
Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet

Dan kollu għall‑prezz ta’ €21 għal abbonament ta’ sentejn li jinkludi wkoll

Kalendarju MIssjunarju b‘xejn.
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
SOPPA BAJDA – Mill‑Italja
X’għandek bżonn:
• 3 patatiet kbar
• Basla kbira
• 70 gramma butir
• 200 millilitru ħalib
• 600 millilitru stokk tal‑ħaxix
• Ġobon maħkuk
Metodu:
• Qaxxar u qatta’ f’biċċiet żgħar il‑patata u l‑basla.
• Qalli l‑basla fil‑butir sa ma tiħmar, żid il‑patata u sajjarha fuq nar baxx sa ma tirtab.
• Żid il‑ħalib u l‑istokk, u kompli sajjar għal madwar nofs siegħa oħra.
• Servi s‑soppa sħuna bil‑ġobon maħkuk.
Jiena:
Indirizz:
Kodiċi Postali:
Tel/Mob: E‑mail:
Kurżità:
San Riccardo Pampuri twieled fit‑2 t’Awwissu 1897 fi Trivozio, Milan, l‑Italja. Meta kellu 30 sena daħal bħala reliġjuż mal‑Fratebenefratelli, ordni ta’ infermiera mwaqqaf minn San Ġwann t’Alla sabiex jieħdu ħsieb il‑morda. Riccardo kien tabib ħabrieki jdur bil‑morda matul il‑jum kollu u filgħaxija kien jgħaddi s‑sigħat jitlob fil‑knisja. Aktar tard f’ħajtu, marad u fl‑età ta’ 32 sena, nhar l‑1 ta’ Mejju 1930, miet. Kien Papa San Ġwanni Pawlu II li kkanonizzah mal‑qaddisin. Il‑festa tiegħu niċċelebrawha fl‑1 ta’ Mejju, il‑jum li fih ħalla din id‑dinja.
San Riccardo kien veġetarjan. Għalhekk, kien iħejji ħafna drabi sopop tal‑ħaxix. Din is‑soppa bajda kien iħobb jagħmilha għalih u għall‑morda.

Meħuda mir‑rivista Dawl Franġiskan.
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil
Missio fuq:
Isem:
Indirizz:
Tel/Mob:
Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi
Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta
Nagħti abbonament rigal lil:
Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Kodiċi Postali:
E‑mail:
Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity
Qed nagħmlu ‘Home
