
5 minute read
Mejju 2023
fil‑familji dejjem qegħdin jikkumplikaw irwieħhom u iktar minn qatt qabel irridu nkomplu nistinkaw. Is‑sekulariżmu huwa l‑isfida tal‑evanġelizzazzjoni l‑ġdida mixtieqa tant mill‑Knisja
Kattolika mmexxija mill‑Papa ħabrieki Franġisku.
Diversi movimenti religjużi fi ħdan il‑Knisja Kattolika qegħdin jgħinu u jagħtu s‑sehem tagħhom f’dan ir‑rigward, sabiex il‑Knisja ta’ Kristu tkompi tkun Knisja għal kulħadd mingħajr ebda distinzjoni. Il‑Leġjun ta’ Marija, pereżempju, xettel l‑għeruq tiegħu f’diversi pajjiżi tal‑missjoni u ta’ evanġelizzazzjoni, fosthom fil‑Korea ta’ Isfel l‑Asja, fil‑Kongo l‑Afrika u fl‑Abanija l‑Ewropa. Fil‑Brażil, fl‑Arġentina u fil‑Filippini hemm madwar miljun Kattoliku fil‑Leġjun ta’ Marija u 2.25 miljun leġjunarju f’170 pajjiż mad‑dinja kollha. Insemmu hawnhekk il‑Mixja

Neokatekumenali fejn tgħodd mad‑19,400 komunità fid‑dinja; fejn fl‑Italja hemm 10,000 komunità u fi Spanja hemm 7,000 komunità. L‑Azzjoni
Kattolika wkoll tinsab f’ħafna pajjiżi ta’ missjoni, fosthom fl‑Albanija, fil‑Bosnija, fil‑Burundi u f’Burma. Il‑preżenza tal‑Kariżmatiċi hija qawwija kemm fl‑Amerika kif ukoll fl‑Ewropa. Żgur li dawn il‑movimenti u l‑gruppi fil‑Knisja komplew jgħinu sabiex il‑Knisja tkompli titħawwel f’diversi postijiet fid‑dinja. U hawnhekk naraw fuq kollox it‑teżor tal‑lajċi fil‑Knisja li jkomplu jibnu u jsaħħu fejn ma jistgħux jaslu s‑saċerdot u r‑reliġjuż.
Dan huwa fuq kollox l‑iskop tas‑sinodu li qiegħda titħejja għalih il‑Knisja. Ejjew mela nkomplu naħdmu biex ngħożżu dejjem il‑wirt
Charity Shop
No.92, Qormi Road, Hamrun
Opening hours:
Monday‑Friday 8.30am‑12.30pm
Saturday 8.30am‑3.00pm
We sell:
Clothing for men, women, children and babies: Jackets, trousers, t shirts, shirts, tops, socks, ties, suits, dresses, bags, gloves, baby grows, hats, etc.
Baby essentials: Push chairs, cots, car seats, potties, baby high chairs, etc.
Accessories: Jewellery
Books: Educational, classic, fiction, foreign, religious, etc.
School Items: Stationery, pencils, covers, etc.
Toys: Soft toys, games, puzzles, etc.
Cards: Birthday, anniversary, Holy Communion, Christmas, Easter, Wedding, Christening, etc.
Kitchenware: Crockery, cutlery, plates, bowls, glasses, utensils, waterjugs, etc.
Glassware: Adverts tal‑fidi Nisranija f’Malta u f’Għawdex, u napprezzaw id‑diversi movimenti u gruppi, u tant oħrajn, bħas‑Soċjetà tad‑Duttrina

Nisranija li waqqaf San Ġorġ
Preca; għaliex it‑tagħlim hu l‑għajn ta’ kull ġid.

Homeware: Ornaments, statuettes, china, frames, carpets, sheets, pillowcases, crochet, doilies, knitwear, prints, paintings, decorations, etc.
Household Goods: Shades
Gifts: Occasional cards, Holy Communion, Confirmation, Wedding party souvenirs, etc.
Bric & Brac: Knick knacks, and much more.
We accept plastic bottle caps.
I ltqajt ma’ Ġerard f’Ottubru 1983 f’Tagaytay il‑Filippini, meta kien għadu seminarista. Kien student tat‑teoloġija fl‑Università
Kattolika ta’ San Tomas f’Manila. Ġerard kien intbagħat jistudja hemm mill‑isqof tiegħu għaliex kien intelliġenti u tifel tajjeb. Huwa kien tifel uniku minn familja fqira. Kif jgħid f’din l‑esperjenza, kien ġie f’kuntatt mal‑grupp tagħna f’Tagaytay meta ltaqa’ ma’ wieħed minna u hemm kien sab mod ġdid kif jgħix ħajtu bħala Nisrani u seminarista, u wara bħala saċerdot u isqof.

Mons. Ġerard Alminaza llum huwa l‑isqof tad‑djoċesi ta’ San Carlos fil‑gżira ta’ Negros fil‑Filippini. Huwa jaħdem ħafna fil‑Konferenza
Il‑Katina Hija b’Saħħitha
Daqskemm l‑Iżgħar Ħolqa
Hija b’Saħħitha!
Episkopali Filippina għall‑formazzjoni tal‑kleru. Nisimgħu l‑esperjenza sabiħa tiegħu.
Bħala żagħżugħ, sa sena qabel ma sirt saċerdot, kont mort fi skola għas‑seminaristi f’Tagaytay, qrib Manila, fejn kollox kien mibni fuq l‑ispiritwalità tal‑unità. Id‑direttur ta’ din l‑iskola kien Dun Toni Weber, saċerdot b’għerf u qdusija kbira, mill‑Iżvizzera. Kienu jiġu wkoll f’din l‑iskola xi saċerdoti li kienu jkunu għaddejjin minn xi żmien diffiċli fil‑ħajja tagħhom. Konna ta’ spiss nisimgħuhom jaqsmu l‑esperjenzi tagħhom magħna, waqt li konna nkunu fuq il‑mejda għall‑ikel jew f’xi gruppi waqt
‘sharing’, dwar kemm kienu batew minħabba nuqqas ta’ relazzjoni mal‑isqof tagħhom. Ma ninsiex dak li kien jgħidilna ta’ spiss Dun Toni Weber: “Kull qassis għandu bżonn ta’ dar!” U kien jgħid ukoll: “Jiena persważ li d‑disponibbiltà li saċerdot għandu jkollu u l‑kapaċità li jkun lest li jmur fejn qatt ma ħaseb li jmur, jakkwistaha l‑aktar meta jkun qed jgħix f’għaqda fraterna ma’ ħutu s‑saċerdoti, għaqda li tinbena fosthom u ssir bħala d‑dar spiritwali tagħhom.”

Attenzjoni u prijorità lejn saċerdoti li qed ibatu.
Meta fl‑2008 ġejt nominat Isqof Awżiljarju ta’ Jaro, fil‑gżira ta’ Panay, sibt ruħi Ruma nipparteċipa f’laqgħa mal‑isqfijiet, li bħali kien għadhom kif saru isqfijiet. Kien laqatni l‑kliem li kien qalilna Papa Benedittu XVI: “Ħudu ħsieb b’mod speċjali lis‑saċerdoti tagħkom, li huma l‑ewwel u l‑insostitwibbli kollaboraturi fil‑ministeru tagħkom. Huwa importanti li s‑saċerdoti kollha jħossu kemm l‑isqof tagħhom huwa qrib tagħhom bħala missier u bħala ħabib.” U hekk, bħala isqof awżiljarju, għal ħames snin, żammejt din bħala l‑prijorità tiegħi: l‑unità mal‑arċisqof tiegħi u r‑relazzjoni tajba tiegħi mal‑kleru tagħna. Konvint li l‑katina hija b’saħħitha daqskemm l‑iżgħar ħolqa hija b’saħħitha. Tajt attenzjoni, żammejt kuntatti, u żort u sibt il‑ħin kollu l‑aktar għalihom, is‑saċerdoti li kont naf li kienu feruti jew li kienu jgergru, inkella jħossuhom mhux mifhuma minn xi ħadd minna u li minħabba f’hekk ma baqgħux jiġu għal‑laqgħat ta’ kull xahar għalina s‑saċerdoti jew li kienu jirrifjutaw li jikkollaboraw ma’ inizjattivi pastorali fid‑djoċesi.
Għax jiena jien, jekk aħna aħna.
Meta fl‑2013 Papa Franġisku nnominani bħala l‑ordinarju tad‑djoċesi ta’ San Carlos, kont fraħt ħafna meta rajt li l‑arma li kien hemm imwaħħla fuq il‑bieb tar‑residenza tiegħi kienet tgħid: “Id‑Dar tal‑Isqof”.
Mill‑ewwel fakkritni li rrid nagħmel mid‑djoċesi verament ‘id‑dar’. Ftit ġimgħat wara li bdejt, il‑kleru talabni nagħmlilhom l‑irtir annwali u t‑tema kienet proprju: “Nagħmlu mid‑djoċesi l‑vera dar tagħna”. Inqdejt bi storja effettiva ħafna minn tribù Afrikan li studjajtha minn wieħed antropoloġist. Darba kien ġiegħel lit‑tfal ta’ dak it‑tribù jilagħbu logħba. Poġġa kannestru frott qrib siġra u qal lit‑tfal li min jasal l‑ewwel jirbaħ dak il‑frott tajjeb kollu. Kif qalilhom biex jitilqu jiġru, kollha qabdu id xulxin u ġrew flimkien. Waslu flimkien u qagħdu bilqiegħda jieklu u jgawdu l‑frott flimkien. Meta staqsiehom għaliex kienu ġrew flimkien b’dak il‑mod, meta kienu jafu li wieħed seta’ jirbaħ il‑frott kollu għalih biss, qalulu: “Ubuntu! Kif jista’ wieħed minna jkun kuntent meta l‑oħrajn mhumiex?” Ubuntu tfisser: Jiena jien, jekk a ħna aħna . Għal ħames snin issa, fil‑laqgħat ta’ kull xahar u fl‑irtiri annwali approfondejna u qsamna din il‑viżjoni jew aħjar din il‑paradigma ta’ ħajja. Is‑sala fejn is‑soltu niltaqgħu semmejnieha
Sala Ubuntu.
Lit‑timijiet tal‑kleru tal‑basketball u tal‑volleyball jafuhom bħala
Tim Ubuntu.
Il‑grupp teatrali taż‑żgħażagħ tagħna huwa rreġistrat bħala t‑Teatru ta’ Ubuntu u x‑xarabank tas‑seminarju tissejjaħ il‑Linja Ubuntu.
Fl‑2019, fl‑għeluq tal‑irtir annwali tal‑kleru, bħala konklużjoni u kulmini taċ‑ċelebrazzjoni tas‑Sena tal‑Kleru, il‑presbiterju qabel unanimament li nipprattikaw il‑komunjoni tal‑beni mill‑bidu tal‑2020.
U bħala sinjal tal‑fratellenza sagramentali tagħna u tal‑komunjoni li l‑Vatikan II isejħilna għaliha, iddikjarajna r‑rieda li ninkarnaw bejnietna l‑ispirtu Ubuntu, jiġifieri s‑solidarjetà fraterna.
Il‑kustodji ta’ ħutna
Providenzjalment, b’din id‑deċiżjoni ġejna ppreparati naħdmu flimkien ġo grupp, kemm fil‑vigarjat stess kif ukoll barra minnu, kull meta jkun hemm bżonn. Bejnietna hemm għarfien li qed jikber dejjem aktar, kif ukoll il‑konvinzjoni li aħna l‑kustodji ta’ xulxin. Li jkunu qrib tiegħi bħala l‑isqof tagħhom u li jkunu qrib ta’ xulxin hija xi ħaġa li aktar ma jgħaddi ż‑żmien aktar qed ninnutaw li ssir l‑għajnuna effettiva biex wieħed jegħleb is‑solitudni u t‑tentazzjonijiet fil‑ministeru, u anki li ssir l‑għajn li minnha joħroġ ministeru pastorali aktar effettiv. Bil‑mod il‑mod, qed nitgħallmu nsiru Knisja biex inħabbtu wiċċna mal‑pandemija. Minn Ġunju tal‑2020 sar aktar faċli li s‑saċerdoti jkunu qrib xulxin. Rajna kemm huwa veru dak li kien qal Dun Toni Weber, li meta aħna aħwa għal xulxin, insiru lesti li jibagħtuna fejn ikun hemm bżonn u fejn qatt ma immaġinajna li mmorru. Innutajt kemm kibret id‑drawwa li
Sinodali, anki qabel ma
Papa Franġisku indikalna t‑tema tal‑komunjoni, parteċipazzjoni u missjoni. Nimmassiminizzaw l‑użu tad‑diversi organi ta’ komunjoni u parteċipazzjoni li tipproponilna l‑Knisja. U hekk nimxu flimkien
’l quddiem biex nagħmlu d‑djoċesi verament dar u familja. www.adoptgrandparent.org

Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001.



POWERED BY
Jien Int Aħna Flimkien