10 minute read

San Jozef Damjan de Veuster

Jozef Damjan twieled f’Tremelo, il‑Belġju, fit‑3 ta’ Jannar 1840.

Fil‑bidu tal‑1859 beda n‑novizzjat tiegħu u għażel l‑isem ta’ Damjan. Kien ta’ kuljum jitlob quddiem ix‑xbieha ta’ San Franġisk

Saverju, il‑patrun tal‑missjonijiet, sabiex jintbagħat fil‑missjoni. Fl‑1863, ħuh li kellu jmur għall‑missjoni fil‑gżejjer tal‑Ħawaj, marad. Għalhekk, peress li kellu kollox lest, is‑Superjur

Ġenerali ta l‑permess lil Damjan biex imur minfloku. Damjan wasal Ħonolulu fid‑19 ta’ Marzu 1864 u xahrejn wara, fil‑21 ta’ Mejju, ġie ordnat qassis.

F’dawk iż‑żminijiet il‑gvern tal‑Ħawaj għamel miżuri ħorox ta’ kwarantina bħala prevenzjoni biex ma tinfirixx il‑marda tal‑lebbra. Kull min kien infettat, kien jintbagħat fuq il‑gżira ta’ Molokaj.

L‑Isqof Louis Maigret inkwieta fuq dawn in‑nies u ħass li kien hemm bżonn ta’ qassisin biex jassistu lill‑morda. Imma ma xtaq jibgħat lil ħadd għax kien jaf li din il‑missjoni setgħet tfisser il‑ħajja ta’ dawn il‑qassisin. Però erba’ qassisin riedu jmorru volontarjament fuq il‑gżira u Damjan kien l‑ewwel wieħed li telaq lejn Kalawpapa, nhar l‑10 ta’ Mejju 1873. Fuq ix‑xewqa tiegħu u tal‑lebbrużi, huwa baqa’ Molokai għal sittax‑il sena sħaħ sakemm ittieħed ukoll mill‑marda kiefra. Huwa miet fil‑15 t’April 1889, fl‑età ta’ 49 sena u nħaraq fiċ‑ċimiterju taħt l‑istess siġra li raqad ta ħtha l‑ewwel darba li rifes Molokai. Fuq talba tal‑gvern Belġjan, fl‑1936 il‑fdalijiet tiegħu tqiegħdu fil‑kripta tal‑Knisja tal‑Kongregazzjoni tal‑Qlub Imqaddsa f’Louvain.

Damjan kien magħruf mad‑dinja kollha li ta ħajtu volontarjament waqt kwarantina mal‑lebbrużi ta’ Kalawpapa tal‑Peninżula ta’ Molokaj. It‑tluq tiegħu lejn din il‑gżira, l‑aħbar tal‑marda tiegħu fl‑1884 u l‑mewt tiegħu ħallew impatt fuq id‑denominazzjonijiet kollha. Damjan kien fuq kollox missjunarju Nisrani li llum huwa magħruf bħala eroj tal‑karità għax ħadem mill‑qrib ma’ dawk morda bil‑lebbra. Huwa kellu rispett kbir lejn dawk ta’ reliġjonijiet oħra u dejjem aċċettahom bħala persuni b’ferħ kbir u kien jgħożż l‑għajnuna tagħhom. Kellu qalbu miftuħa għal min hu emarġinat u vulnerabbli, u dejjem sab post għal kulħadd fil‑knisja u fil‑parroċċa tiegħu. Ħbieb intimi tiegħu kienu Meyer: Luteran u supretendent tal‑lebbra,

Clifford: Anglikan, Moritz: ateu, pittur u tabib tal‑lebbrużi, u Masanao Gota: Buddista Ġappuniż u speċjalista tal‑lebbra.

Dan il‑qaddis għadu jispira eluf ta’ nies li jemmnu u li ma jemmnux, li jixtiequ jimitaw l‑eroiżmu tiegħu. Nies ta’ twemmin differenti u ta’ filosofiji diversi rrikonoxxewh bħala ‘Serv t’Alla’ għax hekk verament għex u għex dan ir‑rispett lejn kulħadd għas‑salvazzjoni tal‑erwieħ.

Papa Ġwanni Pawlu II ibbeatifika lil

Damjan De Veuster fi Brussell nhar l‑4 ta’ Ġunju 1995 u l‑festa tiegħu hija fl‑10 ta’ Mejju, il‑jum li fih telaq lejn Kalawpapa. 

Patri Damjan fl‑1889, ftit ġimgħat qabel mewtu. Ritratt meħud minn William Brigham fejn il‑ħajt tal‑ġenb tal‑Knisja Kattolika ta’ Santa Filomena fuq l‑insedjament.

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom:

Indirizz:

Belt/ Raħal: Kodiċi Postali:

Tel:

N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.

Qlub Imkebbsa, Saqajn Mexjin (cf. Lq. 24:13‑35)

Għeżież ħuti, Għall‑Ġurnata Missjunarja

Dinjija ta’ din is‑sena għażilt tema ispirata mir‑rakkont tad‑dixxipli ta’ Għemmaws, fl‑Evanġelju ta’ San Luqa (ara 24:13‑35): “Qlub imkebbsa, saqajn mexjin”. Dawk iż‑żewġ dixxipli kienu mħawdin u diżappuntati, imma l‑laqgħa ma’ Kristu fil‑Kelma u fil‑ħobż maqsum xegħlet fihom l‑entużjażmu biex jerġgħu jitilqu lejn Ġerusalemm u jxandru li l‑Mulej qam tassew. Fir‑rakkont tal‑Evanġelju, aħna nistgħu nintebħu bil‑bidla li seħħet fid‑dixxipli minn xi xbihat suġġestivi: qalbhom kienet imkebbsa ġewwa fihom waqt li Ġesù kien qed jispjegalhom l‑Iskrittura, għajnejhom infetħulhom meta għarfuh, u fl‑aħħarnett saqajhom mexjin. Filwaqt li nimmeditaw dawn it‑tliet aspetti, li jiddeskrivu l‑mixja tad‑dixxipli missjunarji, nistgħu nġeddu l‑ħeġġa tagħna għall‑evanġelizzazzjoni fid‑dinja tal‑lum.

1. Qlub imkebbsa «meta spjegalna l‑Iskrittura». Il‑Kelma ta’ Alla ddawwal u tbiddel il‑qalb fil‑ħidma missjunarja. Fit‑triq minn Ġerusalemm għal Għemmaws, il‑qlub taż‑żewġ dixxipli kienu mnikktin – kif kien jixhed wiċċhom – minħabba l‑mewt ta’ Ġesù, li fih kienu emmnu (ara v.17). Quddiem il‑falliment tal‑Imgħallem imsallab, it‑tama tagħhom li Hu kien il‑Messija għebet u sfaxxat fix‑xejn (ara v.21).

Imbagħad, “huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom” (v.15). Bħal fil‑bidu tal‑vokazzjoni tad‑dixxipli, anke issa fil‑mument tat‑telfa tagħhom, il‑Mulej jieħu l‑inizjattiva li jersaq lejn id‑dixxipli tiegħu u jimxi magħhom. Fil‑ħniena kbira tiegħu, ma jegħja qatt ikun magħna, minkejja d‑difetti, id‑dubji, id‑dgħufijiet tagħna, minkejja d‑dwejjaq u l‑pessimiżmu li jwassluna biex insiru “boloh u tqal biex nemmnu” (v.25), nies ta’ fidi żgħira.

Illum bħal dakinhar, il‑Mulej irxoxt jinsab qrib id‑dixxipli missjunarji tiegħu u jimxi ħdejhom, speċjalment meta jħossuhom mitlufin, skuraġġuti, jibżgħu mill‑misteru tal‑ħażen li jdawwarhom u li jrid jegħlibhom. Għalhekk, “ejjew ma nħallux lil min jisirqilna t‑tama!” (Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium 86).

Il‑Mulej hu akbar mill‑problemi kollha tagħna, speċjalment meta niltaqgħu magħhom fil‑missjoni tagħna li nxandru l‑Evanġelju lid‑dinja, għax din il‑missjoni fl‑aħħar mill‑aħħar hija tiegħu u aħna sempliċiment kollaboraturi umli tiegħu, “qaddejja li ma niswew għalxejn” (ara Lq. 17:10).

Irrid ngħid li nħossni qrib fi Kristu ta’ dawk il‑missjunarji kollha fid‑dinja, irġiel u nisa, l‑iktar ta’ dawk li għaddejjin minn mument diffiċli. Ħbieb l‑aktar għeżież, il‑Mulej irxoxt jinsab dejjem mag ħkom u jħares lejn il‑ġenerożità tagħkom u s‑sagrifiċċji li tagħmlu għall‑missjoni ta’ evanġelizzazzjoni f’artijiet imbiegħda. Mhux il‑jiem kollha ta’ ħajjitna huma mdawla u mingħajr sħab, imma ejjew dejjem niftakru fil‑kliem tal‑Mulej Ġesù lil ħbiebu qabel il‑Passjoni: “Fid‑dinja tbatu jkollkom, imma għamlu l‑qalb: jien irbaħt id‑dinja!” (Ġw. 16:33).

Wara li sema’ liż‑żewġ dixxipli fit‑triq ta’

Għemmaws, Ġesù Rxoxt “beda minn Mosè u l‑profeti kollha, ifissrilhom kulma kien hemm fuqu fl‑Iskrittura” (Lq. 24:27) U l‑qlub tad‑dixxipli tkebbsu, tant li fl‑aħħar wieħed lill‑ieħor bdew jgħidu: “Ma kinitx qalbna mkebbsa ġewwa fina huwa u jkellimna fit‑triq u jfissrilna l‑Iskrittura?” (v.32). Fil‑fatt, Ġesù huwa l‑Kelma Ħajja, li waħedha tista’ tkebbes il‑qlub, iddawwalhom u tibdilhom.

Hekk nistgħu nifhmu aħjar dak li qal San Ġilormu: “Min ma jafx l‑Iskrittura, ma jafx lil Kristu” (In Is. Prologu). “Jekk ma jkunx il‑Mulej li jdaħħalna fiha, huwa impossibbli li nifhmu l‑Iskrittura Mqaddsa fil‑profondità tagħha, imma l‑kontra hu daqshekk ieħor minnu: mingħajr l‑Iskrittura Mqaddsa nibqgħu ma nifhmux il‑ġrajjiet tal‑missjoni ta’ Ġesù u tal‑Knisja tiegħu fid‑dinja.”

(Ittra Appostolika Aperuit

Illis 1). Għalhekk, l‑għarfien tal‑Iskrittura huwa meħtieġ għall‑ħajja tan‑Nisrani, iktar u iktar biex inxandru lil

Kristu u l‑Evanġelju tiegħu.

Inkella, x’se tgħaddi lil ħaddieħor jekk mhux l‑ideat u l‑proġetti tiegħek? Qalb bierda tista’ qatt tkebbes qlub l‑oħrajn?!

Għalhekk ejjew inħallu lilna nfusna dejjem inkunu akkumpanjati mill‑Mulej Irxoxt li jfissrilna l‑Iskrittura.

Ejjew inħalluh ikebbes lil qalbna, idawwalna u jibdilna, ħalli nkunu nistgħu nxandru lid‑dinja l‑misteru tas‑salvazzjoni tiegħu bil‑qawwa u l‑għerf li ġejjin mill‑Ispirtu tiegħu.

2. Għajnejna “infetħu u għarfuh” fil‑qsim tal‑ħobż. Ġesù fl‑Ewkaristija huwa l‑qofol u l‑għajn tal‑missjoni.

Il‑fatt li qalbhom kienet imkebbsa għall‑Kelma ta’

Alla wassal lid‑dixxipli ta’

Għemmaws biex jitolbu lill‑vjaġġatur misterjuż biex jibqa’ magħhom meta l‑jum kien wasal biex jintemm. Meta nġabru madwar il‑mejda, għajnejhom infetħu u għarfuh meta qasam il‑ħobż. L‑element deċiżiv li jiftaħ għajnejn id‑dixxipli huwa s‑sekwenza ta’ azzjonijiet li għamel Ġesù: ħa l‑ħobż, bierku, qasmu u tahulhom. Huma ġesti ordinarji li jagħmel kull kap ta’ familja Lhudija, imma, magħmulin minn Ġesù Kristu bil‑grazzja tal‑Ispirtu s‑Santu, ġeddew fiż‑żewġ kumpanji tiegħu s‑sinjal tat‑tkattir tal‑ħobż u fuq kollox dak tal‑Ewkaristija, is‑Sagrament tas‑Sagrifiċċju tas‑Salib. Imma proprju fil‑mument li għarfu lil Ġesù fil‑qsim tal‑ħobż, “huwa għab minn quddiemhom”

(Lq. 24:31). Dan il‑fatt iġegħelna nifhmu realtà essenzjali tal‑fidi tagħna: Kristu li jaqsam il‑ħobż issa jsir il‑ħobż maqsum, imqassam bejn id‑dixxipli u kkunsmat minnhom. Huma ma rawhx aktar, għax issa kien daħal fil‑qlub tad‑dixxipli biex ikebbishom aktar u jqanqalhom biex jerġgħu jibdew il‑vjaġġ tagħhom bla tnikkir biex jikkomunikaw lil kulħadd l‑esperjenza unika tal‑laqgħa mal‑Mulej Irxoxt! Għalhekk Kristu Rxoxt huwa dak li jaqsam il‑ħobż u fl‑istess ħin huwa nnifsu l‑ħobż maqsum għalina. Mela kull dixxiplu missjunarju huwa msejjaħ biex isir, bħal Ġesù u f’Ġesù, permezz tal‑azzjoni tal‑Ispirtu s‑Santu, dak li jaqsam il‑ħobż u dak li jsir ħobż maqsum għad‑dinja.

Hawnhekk wieħed irid jiftakar li l‑qsim tal‑ħobż materjali, f’isem Kristu, ma’ dawk li huma bil‑ġuħ huwa diġà att missjunarju Nisrani. Aktar u aktar il‑qsim tal‑Ħobż Ewkaristiku li hu Kristu nnifsu, huwa l‑azzjoni missjunarja fl‑aqwa tagħha, għax l‑Ewkaristija hija l‑għajn u l‑qofol tal‑ħajja u l‑missjoni tal‑Knisja.

Bħalma fakkarna Papa

Benedittu XVI: «Ma nistgħux inżommu għalina l‑imħabba li niċċelebraw fis‑Sagrament [tal‑Ewkaristija]. Min‑natura tagħha stess, din titlob li tiġi kkomunikata lil kulħadd. Dak li għandha bżonn id‑dinja hija l‑imħabba ta’ Alla, li tiltaqa’ ma’ Kristu u temmen fih. Għalhekk, l‑Ewkaristija mhijiex biss l‑għajn u l‑qofol tal‑ħajja tal‑Knisja; iżda hija wkoll l‑għajn u l‑qofol tal‑missjoni tagħha: “Knisja tabilħaqq

Ewkaristika hija Knisja missjunarja”» (Eżortazzjoni Appostolika Sacramentum Caritatis 84).

Biex nagħtu l‑frott jeħtieġ li nibqgħu magħqudin miegħu (ara Ġw. 15:4‑9). U din l‑għaqda tinkiseb permezz tat‑talb ta’ kuljum, speċjalment fl‑Adorazzjoni Ewkaristika, billi nibqgħu siekta fil‑preżenza tal‑Mulej, li baqa’ magħna fl‑Ewkaristija. Id‑dixxiplu missjunarju jista’ jsir mistiku fl‑azzjoni billi jikkultiva bi mħabba din il‑komunjoni ma’ Kristu. Jalla qalbna dejjem tixxennaq għall‑kumpanija ta’ Ġesù, bħat‑talba ħerqana taż‑żewġ dixxipli ta’ Għemmaws, l‑iktar fil‑ħinijiet ta’ filgħaxija: “Ibqa’ magħna, Mulej!” (ara Lq. 24:29).

3. Saqajn mexjin, jirrakkuntaw lill‑oħrajn bil‑ferħ dwar Kristu Rxoxt. Iż‑żgħożija eterna ta’ Knisja li dejjem toħroġ.

Wara li għajnejhom infetħulhom, u għarfu lil Ġesù fil‑“qsim tal‑ħobż”, id‑dixxipli “dak il‑ħin stess qamu u reġgħu lura lejn Ġerusalemm” (ara Lq. 24:33). Din l‑għaġla biex wieħed jaqsam mal‑oħrajn il‑ferħ li ltaqa’ mal‑Mulej, turi li “il‑ferħ tal‑Vanġelu jimla l‑qalb u l‑ħajja kollha ta’ dawk li jiltaqgħu ma’ Ġesù. Dawk li jħallu lilu jsalvahom, jinħelsu mid‑dnub, min‑niket, mill‑vojt ġewwieni, mill‑iżolament. Ma’ Ġesù Kristu dejjem jitwieled u jerġa’ jitwieled mill‑ġdid il‑ferħ” (Eżortazzjoni

Appostolika Evangelii Gaudium 1). Wieħed ma jistax verament jiltaqa’ ma’ Ġesù Rxoxt mingħajr ma jkun imkebbes mix‑xewqa li jgħid lil kulħadd. Għalhekk, l‑ewwel aġenti, u l‑aġenti ewlenin tal‑missjoni huma dawk il‑persuni li għarfu lil Kristu Rxoxt, fl‑Iskrittura u fl‑Ewkaristija, u li jġorru f’qalbhom in‑nar tiegħu, u l‑leħħa tiegħu f’għajnejhom. Jistgħu jagħtu xhieda tal‑ħajja li ma tmut qatt, anke fl‑aktar sitwazzjonijiet diffiċli u fl‑iktar mumenti mudlama.

Ix‑xbieha tas‑“saqajn mexjin” tfakkarna għal darb’oħra kemm hi meħtieġa l‑missio ad gentes, il‑missjoni mogħtija lill‑Knisja mill‑Mulej Irxoxt biex twassal l‑Aħbar it‑Tajba lil kull persuna u lil kull poplu sa truf l‑art. Illum aktar minn qatt qabel l‑umanità, midruba minn tant inġustizzji, firdiet u gwerer, għandha bżonn il‑Bxara t‑Tajba tal‑paċi u s‑salvazzjoni fi Kristu. Għalhekk, nieħu din l‑okkażjoni biex nerġa’ ntenni li “Kulħadd għandu d‑dritt jirċievi l‑Vanġelu. L‑Insara huma fid‑dmir li jxandruh mingħajr ma jħallu lil ħadd barra, mhux qishom xi ħadd li qed jimponi obbligu ġdid, imma bħal min irid jaqsam ma’ ħaddieħor bil‑ferħ, jurih xefaq sabiħ, joffrilu ikla mixtieqa” (ibid. 14).

Il‑konverżjoni missjunarja tibqa’ l‑għan ewlieni li rridu npoġġu għalina nfusna bħala individwi u bħala komunità, għax “l‑azzjoni missjunarja hi l‑mudell ta’ kull ħidma tal‑Knisja” (ibid. 15).

Kif jgħid l‑Appostlu Pawlu, l‑imħabba ta’ Kristu ssuqna (ara 2 Kor. 5:14). Qegħdin nittrattaw hawnhekk imħabba doppja: dik li għandu Kristu għalina li jsejjaħ, jispira u li jqanqal l‑imħabba tagħna lejh. U hija din l‑imħabba li tagħmel lill‑Knisja żagħżugħa, għax hija Knisja li dejjem toħroġ! Għax il‑membri kollha tagħha għandhom il‑missjoni li jxandru l‑Evanġelju ta’ Kristu, konvinti li “Hu miet għal kulħadd, biex dawk li jgħixu ma jgħixux għalihom infushom, imma għal dak li miet u rxoxta għalihom” (v.15). Kulħadd jista’ jagħti sehmu f’dan il‑moviment missjunarju: bit‑talb u l‑azzjoni, b’għotjiet materjali u meta noffru t‑tbatija, u bix‑xhieda personali tagħna stess.

L‑Opri Missjunarji

Pontifiċji huma l‑istrument privileġġjat biex titrawwem din il‑koperazzjoni missjunarja fuq livell spiritwali u materjali. Għal din ir‑raġuni, il‑ġabra ta’ offerti fil‑Ġurnata Missjunarja tmur għall‑Opra Pontifiċja għat‑Tixrid tal‑Fidi.

L‑urġenza tal‑azzjoni missjunarja tal‑Knisja naturalment teħtieġ koperazzjoni missjunarja dejjem aktar mill‑qrib tal‑membri kollha tagħha u f’kull livell. Dan huwa l‑għan ewlieni tal‑mixja sinodali li l‑Knisja qed tagħmel bit‑tema: komunjoni, parteċipazzjoni, missjoni. Din il‑mixja ma tfissirx li l‑Knisja qed iddur fuqha nnifisha; u lanqas huwa xi tip ta’ referendum dwar x’għandna nemmnu u x’għandna nagħmlu skont kif jaħsbuha n‑nies. Anzi, bħad‑dixxipli ta’ Għemmaws, din hija mixja biex nisimgħu lill‑Mulej tagħna trid tkun li nirrakkuntaw bil‑ferħ dwar Kristu l‑Mulej, dwar ħajtu, il‑passjoni, il‑mewt u l‑qawmien tiegħu, u l‑għeġubijiet li l‑imħabba tiegħu għamlet f’ħajjitna.

Mela ejjew nerġgħu nitilqu aħna wkoll, imdawlin mil‑laqgħa tagħna personali mal‑Mulej Irxoxt u mqanqlin mill‑Ispirtu tiegħu. Ejjew nerġgħu noħorġu bi qlubna mkebbsin, b’għajnejna miftuħin u b’saqajna mexjin, biex inkebbsu qlub oħra bil‑Kelma ta’ Alla, biex niftħu għajnejn l‑oħrajn għal Ġesù Ewkaristija, u biex nistiednu lil kulħadd ħalli nimxu flimkien fit‑triq tal‑paċi u s‑salvazzjoni li Alla, permezz ta’ Kristu, ta lil kull bniedem.

Rxoxt li huwa dejjem fostna, biex ifissrilna l‑Iskrittura u biex jaqsam il‑ħobż għalina, biex inkunu nistgħu nkomplu l‑missjoni tiegħu fid‑dinja bil‑qawwa tal‑Ispirtu s‑Santu.

Bħalma dawk iż‑żewġ dixxipli rrakkontaw lill‑oħrajn dak li ġralhom matul it‑triq (ara Lq. 24:35), hekk ukoll it‑tħabbira

Madonna tat‑Triq, Omm id‑dixxipli missjunarji ta’ Kristu u Sultana tal‑Missjonijiet, itlob għalina!

Ruma, San Ġwann Lateran, 6 ta’ Jannar 2023, Solennità tal‑Epifanija tal‑Mulej.

Miġjub mit‑Taljan għall‑Malti minn Dun Roy Galdes

Sors Laikos.org

Direttur Ġdid għal

Missio Malta

Il‑Kongregazzjoni għall‑Evanġelizzazzjoni tal‑Popli tas‑Santa Sede ħatret lil Dun Victor Agius bħala direttur ġdid ta’ MISSIO Malta għall‑ħames snin li ġejjin (2023‑2028). Missio għandu l‑għan li jgħin lill‑Papa fit‑tixrid tal‑ispirtu missjunarju fost il‑qassisin, reliġjużi, adulti u tfal u jinkoraġġixxi l‑għajnuna lill‑foqra permezz ta’ għajnuna finanzjarja għal proġetti f’pajjiżi tat‑Tielet

Dinja. Missio jieħu ħsieb ukoll ix‑xandir tal‑Kelma t’Alla f’dawk il‑pajjiżi li qatt ma ġew evanġelizzati.

Dun Victor Agius għandu 73 sena u ilu 48 sena saċerdot. Wara esperjenza f’parroċċa, attenda kors fl‑ispiritwalità tat‑tqarbin fi Frascati fi ħdan il‑Moviment tal‑Fokolari. Wara wettaq il‑ministeru pastorali tiegħu bħala missjunarju fil‑Filippini, f’żewġ parroċċi: f’Manila (1977‑1983) u fi skola ta’ taħriġ għall‑qassisin u seminaristi fil belt ta’ Tagaytay , Cavite, l‑ewwel bħala assistent direttur u mbagħad bħala direttur (1983‑2002). Dun Victor wettaq servizz pastorali fil‑Makaw (2002‑2004) waqt li kien qed jistudja l‑lingwa Ċiniża, u aktar tard fil‑Kanada fil‑parroċċa tal‑Martri Ċiniżi f’Markham, Ontario (2004‑2006). Kien responsabbli mis‑seminaristi tal‑Moviment tal‑Fokolari fi Grottaferrata, Ruma, u membru tal‑Kunsill Ġenerali tal‑istess Moviment (2006‑2009). Dun Victor mar lura l‑Filippini bħala direttur tal‑iskola ta’ taħriġ għas‑saċerdoti u s‑seminaristi (2009‑2014).

Mill‑2014 ’il hawn wettaq il‑ministeru pastorali tiegħu f’Malta fil‑parroċċa ta’ Marsaskala.

Minn qalbna nawgurawlu u nitolbu għalih biex taħt it‑tmexxija tiegħu Missio jkompli jwettaq u jkabbar il‑ħidma tiegħu fost dawk l‑aktar vulnerabbli u mwarrba.

New Director for Missio Malta

The Congregation for the Evangelisation of Peoples of the Holy See has appointed Fr Victor Agius as the new director of Missio Malta for the next five years (2023‑2028). Missio aims to help the Pope in spreading the missionary spirit among priests, religious, adults and children and encourages supporting the poor through financial aid for projects in Third World countries. Missio also takes care of spreading the Word of God in countries that have never been evangelised.

Father Victor Agius is 73 years old and has been a priest for 48 years. After an initial experience in a parish, he participated in a course in the spirituality of communion in Frascati within the Focolare Movement. He then carried out his pastoral ministry as a missionary in the Philippines, in two parishes: in Manila (1977‑1983) and in a training school for priests and seminarians in Tagaytay City, Cavite, first as assistant director and then as director (1983‑2002). Father Victor then carried out pastoral service in Macao (2002‑2004) while studying the Chinese language, and later in Canada in the parish of the Chinese Martyrs in Markham, Ontario (2004‑2006). He was responsible for the seminarians of the Focolare Movement in Grottaferrata, Rome, and a member of the General Council of the same Movement (2006‑2009). Father Victor then returned to the Philippines as director of the training school for priests and seminarians (2009‑2014).

Since 2014 he has carried out his pastoral ministry in Malta in the parish of Marsascala.

From the bottom of our hearts we wish him well and pray for him so that under his leadership Missio continues to carry out and expand its work among the most vulnerable and marginalized.

RAYS JEWELLERY

384 Ray's Jewellery, Zabbar Road, Fgura FGR1015

21802130 info@raysjewellery.com www.raysjewellery.com

A.N.G. BORG LTD.

Coffee Dealers

Opening Hours: Mon to Fri ‑ 8.30am to 4pm Sat ‑ 9am to 1pm

Factory/Shop:

Tal‑Balal Road, San Ġwann SGN07 ‑ Malta

Tel: (00356) 2137 1626

E‑mail: gb864@go.net.mt

Web: www.kafeborg.com facebook: Kafe Borg

This article is from: