1 minute read

Mormi Barra t‑Triq

B’xorti ħażina, fit‑Tanżanija għad hemm min jaħseb li d‑diżabilità hija kastig jew xi diżunur. Għalkemm kontra l‑liġi, ikun hemm min saħansitra jasal li jeħles mit‑tarbija tiegħu baxx baxx jekk din tkun twieldet b’xi forma ta’ diżabilità.

Iċ‑ċkejken Movè huwa eżempju ċar ta’ din id‑diżgrazzja. It‑tifel twieled

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

b’diżabilità u ntrema barra fit‑triq. B’xorti tajba, xi nies twajba sabuh u ħaduh f’Dar Ġwanni Pawlu II, ċentru ta’ rijabilitazzjoni għall‑persuni b’diżabilità, li joffri terapija u servizzi speċjalizzati. Peress li Movè nstab mormi barra, ftit li xejn jafu dwaru, għax la ħadd jaf min huma l‑qraba tiegħu, la ħadd jaf minn fejn hu u lanqas ħadd ma jaf kemm għandu età eżatt. Il‑voluntiera taċ‑ċentru jikkalkulaw li għandu bejn tmien u għaxar snin. Meta nstab, it‑tifel ma kienx

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt jitkellem, imma kien jaf ilissen biss il‑kelma Movè, kelma li kien jirrepeti ta’ spiss u li kien iwieġeb għaliha. B’hekk it‑tifel issemma Movè.

Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI!

Għalkemm juża s‑siġġu tar‑roti, Movè huwa tifel mimli enerġija u meta jara tfal oħra jilagħbu jkun irid imur jingħaqad magħhom u jagħmel bħalhom!

Minħabba li jbati minn paraliżi ċerebrali, it‑tifel jeħtieġ assistenza u attenzjoni kontinwa. Minkejja li

Dar Ġwanni Pawlu II m’għandhiex residenti fissi, għaliex toffri rijabilitazzjoni għal ftit ġranet biss, Movè qed jgħix f’dan iċ‑ċentru għaliex ma kellux fejn imur.

Jekk tixtieq tgħin lid‑Dar

Ġwanni Pawlu II tkompli tagħti għajnuna lil tfal f’sitwazzjonijiet simili bħal ta’ Movè, tista’ tagħmel id‑donazzjoni tiegħek fuq wieħed minn dawn in‑numri li jidhru hawn.

5170 2063 ‑ €15

5180 2064 ‑ €25

5190 2061 ‑ €50

SMS 5061 8820 ‑ €6.99

This article is from: