
5 minute read
Dehriet Tal‑Madonna
Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja
Id‑Dsatax‑il Parti
Id‑Dehra tal‑Madonna ta’ Ocotlan f’Tlaxcala, il‑Messiku
Fis‑sena 1541 kien hemm epidemija tal‑ġidri fir‑raħal ta’ Xiloxostia, f’Ocotlan, fir‑reġjun ta’ Tlaxcala. Disgħa minn kull għaxra tan‑Nahuati Indiġeni bdew imutu biha. Fis‑27 ta’ Frar 1541, Juan Diego Bernardino, żagħżugħ Indiġenu ta’ Tlaxcala, kien fi triqtu biex iġib l‑ilma mix‑Xmara Zahupan, li dak ż‑żmien l‑Indiġeni kienu jaħsbu li l‑ilma kellu kwalitajiet mediċinali, fis‑sens li jfejjaq il‑mard. Juan Diego kkonverta għall‑Kattoliċiżmu, u kien magħruf għat‑tjubija tiegħu u kien ukoll jgħin fuq l‑artal fil‑kunvent tal‑Patrijiet Franġiskani tal‑post. Wara li mela l‑barmil bl‑ilma tax‑xmara, beda triqtu lura lejn ir‑raħal. Hekk kif kien għaddej f’masġar mimli siġar tal‑arżnu, ra mara sabiħa wieqfa quddiemu li staqsietu: “Jalla Alla jbierkek, ibni, fejn sejjer?”
Juan Diego qalilha li kien mar iġib l‑ilma mix‑xmara għall‑familja tiegħu li kienu morda bil‑ġidri, u kien sejjer lura biex jagħti dak l‑ilma lil familtu biex ifiqu. Imbagħad dik is‑Sinjura qaltlu: “Ejja miegħi. Jiena nagħtik ilma ieħor li jfejjaq mhux biss lill‑familja tiegħek, imma lil dawk kollha li jixorbu minnu, għax qalbi dejjem lesta biex tgħin lil dawk kollha li qed ibatu, u ma tiflaħx tara tant uġigħ u diqa fost in‑nies mingħajr ma tfejjaqhom.” Ħerqan li jieħu minn dak l‑ilma li qaltlu bih, huwa segwa lis‑Sinjura li wasslitu ‘l isfel mill‑għoljiet. Hemmhekk kien hemm xi siġar tal‑arżnu b’nixxiegħa

L‑istatwa tal‑Madonna ta ’ Ocotlan.
tal‑ilma li għadha teżisti sal‑lum. Juan Diego stagħġeb meta ra dik in‑nixxiegħa, għax għalkemm kien għadda minn dik il‑mogħdija diversi drabi, qatt ma kien raha. Is‑Sinjura qaltlu: “Ħu kemm trid minn dan l‑ilma u kun af li dawk kollha li jixorbuh, anki l‑iżgħar qatra minnu, mhux biss ifiqu mill‑marda tagħhom, imma jirċievu saħħa perfetta.” Imbagħad Juan Diego rema l‑ilma li kellu fil‑barmil u mlieh bl‑ilma tan‑nixxiegħa. Wara, huwa dar lejn lil dik is‑Sinjura biex jirringrazzjaha. Dak il‑ħin is‑Sinjura kompliet tgħidlu:

Il‑kappella tal‑bir (fejn tinsab il‑funtana oriġinali, li għadha tintuża sal‑lum). “F’ismi, għid lill‑Patrijiet Franġiskani li f’dan il‑post għandhom isibu x‑xbieha tiegħi, li turi l‑perfezzjonijiet tiegħi. Permezz tagħha, jiena nqassam b’mod l‑aktar ġeneruż il‑ħniena u l‑grazzji tiegħi. Meta jsibu din ix‑xbieha, il‑patrijiet għandhom ipoġġuha fil‑Kappella ta’ San Lorenzo.” Malli dik is‑Sinjura għebet qalb is‑siġar, Juan Diego għaġġel bl‑ilma prezzjuż lura għand familtu u qalilhom x’kien ġara. Meta l‑familja xorbu minn dak l‑ilma, fiequ. L‑għada Juan mar għand il‑Patrijiet Franġiskani biex jirrakkontalhom l‑esperjenza li kellu. Il‑patrijiet osservaw l‑espressjoni fuq wiċċ Juan Diego u emmnuh.
Il‑Franġiskani ddeċidew li jakkumpanjaw lil Juan lejn il‑masġar tal‑arżnu biex isibu n‑nixxiegħa u l‑istatwa li kien qalilhom biha. Fid‑dawl ta’ nżul ix‑xemx, is‑siġar kienu donnhom qed jinħarqu mingħajr ma jkunu kkunsmati. Siġra waħda kienet partikolarment eħxen mill‑oħrajn kollha, u għalhekk fetħuha bis‑saħħa ta’ mannara. B’għaġeb kbir ta’ kulħadd u b’mod mirakoluż sabu l‑istatwa tal‑Immakulata Kunċizzjoni, twila ħames piedi, kif kienet qalet dik is‑Sinjura, u li allura ma
Il‑Bażilika tal‑Madonna ta’ Ocotlan.

kienet ħadd ħlief il‑Verġni Marija. Huma ħejjew mifrex mill‑friegħi ta’ dik is‑siġra stess u fjuri, u għollew l‑istatwa fuq spallejhom biex jeħduha fil‑Knisja ta’ San Lorenzo, kif talbithom u xtaqet il‑Madonna. Minn dakinhar dik l‑Istatwa kienet is‑sors ta’ ħafna mirakli, grazzji u fejqan mhux biss għan‑nies ta’ Ocotlan, imma għan‑nies minn ħafna postijiet oħra, kemm fil‑Messiku kif ukoll minn pajjiżi oħra. Papa Piju XII fl‑1941. In‑nixxiegħa mirakoluża, fil‑Kappella tal‑Bir għadha tfejjaq lin‑nies sal‑ġurnata tal‑lum. Il‑Bażilika hija meqjusa bħala waħda mill‑isbaħ knejjes fil‑Messiku u lejha jsiru ħafna pellegrinaġġi. Fis‑Sena 1755, il‑Verġni Marija ta’ Ocotlan ġiet iddikjarata l‑Qaddisa Patruna ta’ Tlaxcala u tal‑Istat ġar ta’ Puebla. Fis‑Sena 1746, is‑Santwarju tal‑Madonna ta’ Ocotlan ittella’ għal dak tal‑Bażilika Liberjana ta’ Santa Marija Maggiore, l‑ewwel Knisja ta’ Ommna Marija f’Ruma u waħda mill‑Bażiliċi li għandha Bieb Imqaddes li l‑Papa jiftaħ kull 25 sena. F’dak iż‑żmien, Papa Benedittu XIV ta indulġenzi u indulti Appostoliċi lill‑fidili li jqimu x‑xbieha tal‑Madonna ta’ Ocotlan. Id‑devozzjoni lejn il‑Verġni ta’ Ocotlan hija kkonċentrata madwar id‑diversi purċissjonijiet li jsiru matul is‑sena. L‑istatwa tinħareġ min‑niċċa tagħha fi tliet dati fissi: L‑Ewwel tas‑Sena, u l‑ewwel u t‑tielet Tnejn ta’ Mejju. Il‑purċissjonijiet tat‑Tnejn jissejħu ‘bajada’ (inżul) u ‘subida’ (telgħa), rispettivament.
Approvazzjoni tal‑Knisja Kattolika
Sitt Papiet taw l‑approvazzjoni għal din id‑Dehra tal‑Madonna u taw indulġenzi lil kull min imur iqim din l‑istatwa mirakoluża: Klement XII fl‑1735, Benedittu XIV fl‑1746, Piju VI fl‑1799, Papa Piju X, li kien ħareġ digriet ta’ Inkurunazzjoni Kanonika fit‑18 ta’ Jannar 1909, u ġiet inkurunata mill‑Arċisqof Eulogio Gillow y Zavalza fil‑31 ta’ Lulju 1909, u
Il‑Miraklu ta’ Ocotlan
Ta’ min jgħid ukoll li proprju f’Ocotlan seħħ il‑magħruf

‘Miraklu ta’ Ocotlan’. Dan il‑miraklu seħħ fit‑3 ta’ Ottubru 1847, meta dehret fis‑sħab ix‑xbieha fiżika perfetta ta’ Ġesù Kristu Msallab li damet tidher aktar minn 30 minuta. Dan il‑miraklu seħħ ftit qabel il‑bidu tal‑quddiesa tal‑Ħadd li kienet saret fil‑Kappella tal‑Immakulata Kunċizzjoni ppreseduta mill‑Vigarju Parrokkjali, Patri Julian Navarro, meta żewġ sħabiet ingħaqdu flimkien fis‑sema fil‑majjistral, fejn dehret din ix‑xbieha ta’ Kristu Msallab. Aktar minn 2,000 ruħ preżenti għal din il‑quddiesa u n‑nies li kienu jgħixu fl‑ibliet tal‑qrib, inħakmu minn biża’ qawwi u stagħġib, hekk kif huma wkoll raw din id‑dehra. Din id‑dehra ta’ Kristu kienet tissejjaħ ukoll ‘Il‑Mulej tal‑Ħniena’, u f’ġieħu, f’Settembru 1875, ġiet imbierka u kkonsagrata Knisja Parrokkjali ġdida. Il‑Kardinal Jose de Jesus Ortizy Rodriguez, l‑Arċisqof ta’ Guadalajara, fid‑29 ta’ Settembru 1911, wara stħarriġ intens u stqarrijiet, ta xhieda dwar din id‑dehra ta’ Kristu Msallab u ffirma dokument li jivvalida din id‑dehra. “Irridu nirrikonoxxu bħala fatt storiku, ippruvat perfettament, id‑dehra tax‑xbieha Mbierka ta’ Ġesù Kristu Msallab, u li ma setgħetx tkun ħidma ta’ alluċinazzjoni jew frodi, peress li seħħet fid‑dawl tax‑xemx, fil‑preżenza ta’ aktar minn elfejn ruħ,” stqarr il‑Kardinal. Aktar tard, fis‑Sena 1997, Papa Ġwanni Pawlu II bagħat il‑Barka Appostolika tiegħu lill‑poplu ta’ Ocotlan fl‑okkażjoni tal‑150 Anniversarju ta’ dan il‑miraklu.
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena
Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib: Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet

Dan kollu għall‑prezz ta’ €21 għal abbonament ta’ sentejn li jinkludi wkoll Kalendarju MIssjunarju b‘xejn.