3 minute read

Editorjal

Next Article
Katekeżi

Katekeżi

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm

Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt

Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg

Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook: missiomalta Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)

Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa:

2 Editorjal 4 Messaġġ Mid‑Direttur 6 Intenzjoni Missjunarja 8 Katekeżi 12 Congress Of Young Consecrated Life 16 Joan’s Crafts For Charity 22 Il‑Qaddisa Tax‑Xahar 24 90 Sena Ta’ Storja 28 Poeżija 32 Dehriet Tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni U Ċajt 39 Nitolbu Għall‑Mejtin Tagħna

Ritratt tal‑faċċata: Pondicherry, Indja ‑ Ġugarelli u pasturi tal‑Milied jinbiegħu f’suq ta’ triq.

Ġie f’Daru u Niesu Ma Laqgħuhx

Żgur li ġieli kellek l‑okkażjoni li tersaq lejn xi akkwarju bil‑ħut ġo fih, forsi biex titfgħalhom l‑ikel, u nnutajt li l‑ħut, kif lemħuk marru jistaħbew wara xi blata jew xi pjanta li kien hemm fl‑akkwarju. Dan għaliex, għalihom, aħna nidhru kbar wisq u allura jibżgħu minna. Kieku ta’ min jispjegalhom li inti tridilhom il‑ġid u kulma se tagħmel hu li titmagħhom. Imma dan ma tistax tagħmlu, għax il‑ħut mhux se jifhmek!

Kif naqraw fil‑Bibbja, Alla l‑Imbierek, il‑ħallieq tas‑sema u l‑art, ried jagħmel xi ħaġa li tidher tant kbira u impossibbli: dik li jibgħat lil ibnu, il‑Kelma t’Alla, fid‑dinja biex jifdi lill‑bniedem. Għall‑bniedem din kienet ħaġa li tidher impossibbli, allura Alla l‑Imbierek, fl‑għerf Tiegħu, iddeċieda li jibgħat lil Ibnu taħt forma ta’ bniedem bħalna biex aħna aktar inkunu lesti li naċċettawh u nemmnu li Alla ried isalvana. Iżda ‘niesu ma laqgħuhx’! (Ġw. 1:11) Il‑misteru tal‑Inkarnazzjoni huwa misteru ta’ fidi, bħal kull misteru ieħor. Imma dan il‑misteru huwa l‑aktar misteru li jikkonċerna lilna l‑bnedmin, għax minnu tiddependi s‑salvazzjoni tagħna. Ġesù Kristu

ġie fid‑dinja biex isalvana u jagħtina mill‑ġdid id‑dinjità ta’ wlied Alla biex iħallas għalina quddiem il‑Missier Alla għall‑offiża li għamlu l‑ewwel ġenituri tagħna, Adam u Eva.

Kemm għandna għax nirringrazzjaw lil Alla tal‑Ħniena kbira Tiegħu li għoġbu jibgħat lil Ibnu stess biex ipatti lill‑Ġustizzja Divina għad‑dnubiet, mhux biss li għamlu l‑ewlenin ġenituri tagħna, imma wkoll għad‑dnubiet tal‑bnedmin tad‑dinja kollha f’kull żmien passat, preżent u futur. Din hija l‑festa tal‑Milied li aħna, diżgrazzjatament, qegħdin indawruha f’festa kummerċjali u profana. Ma nħallux min inessina s‑sinifikat tal‑festa tal‑Milied billi jagħtiha ismijiet oħra jew inessina li Kristu huwa ċ‑ċentru u r‑raġuni għaliex niċċelebraw din il‑festa. Illum hawn it‑tendenza li flok ‘Christmas’ ngħidu ‘Xmas’ u flok ‘Happy Christmas’ qed jgħidu ‘Happy Holidays’ biex ineħħu l‑idea ta’ Kristu fil‑festa tal‑Milied. Dan m’għandux ikun jgħodd għalina li aħna Nsara u nistqarru t‑twemmin Nisrani.

Silta meħuda mill‑fuljett Mater Dei. 

F’dan il‑Milied, ejjew nirringrazzjaw lill‑Mulej tal‑barkiet kollha li ġejna mbierka bihom u noffru t‑talb tagħna għal jiem aħjar.

F’isem id‑Direttur, il‑bord editorjali tar‑rivista Malta Missjunarja, l‑istaff u l‑voluntiera ta’ Missio Malta, nawgura lil kulħadd Milied hieni u sabiħ. Jalla l‑preżenza ta’ Ġesù f’qalbna tibqa’ vera u l‑barkiet Tiegħu jkunu dejjem hemm biex iġibu ferħ u ċelebrazzjoni f’ħajjitna.

This article is from: