6 minute read

Katekeżi

Noħolqu Netwerk ta’ Paċi fid‑Dinja Kollha

Fl‑ewwel kuntatti li kelli mat‑tfal Palestinjani, waqt ir‑rivoluzzjoni msejħa ‘Intifada’, wieħed minnhom staqsieni: “Tista tgħidilna x’inhi l‑paċi?” u kompla jgħidli: “X’nistgħu nagħmlu kieku jkollna ġurnata waħda biss mingħajr bombardamenti?” Dak il‑ħin indunajt li quddiemi kelli ġenerazzjoni sħiħa ta’ tfal li kibru bla ma qatt kellhom esperjenza ta’ almenu jum wieħed biss ta’ paċi! Għadda xi żmien u waqt li kont miexi f’żona tal‑Lhud f’Ġerusalemm, splodiet bomba ftit passi biss bogħod minni. Meta rġajt ftaħt għajnejja sibt ruħi b’wiċċi kollu demm, madwari nies mejta u feruti jgħajtu u jitolbu l‑għajnuna. F’sekonda rrealizzajt li dak kollu li kont ilni nara fuq it‑televiżjoni u naqra fil‑ġurnali, issa sar parti minn ħajti u bdejt nifhem xi tfisser tgħix f’pajjiż li hu fi gwerra. Jien u ħiereġ mill‑isptar ħassejt din id‑domanda tidwi f’qalbi: “Jiena, Carlos, x’nista’ nagħmel biex nibdel din il‑kultura ta’ gwerra u odju, f’kultura ta’ paċi? Kif nista’ nagħti l‑kontribut tiegħi għall‑paċi?” Kienu mistoqsijiet bla ebda risposta. Wara ftit ta’ żmien ġratli xi ħaġa sempliċi, imma importanti.

It‑twelid ta’ proġett

Bħas‑soltu, kont miexi lejn is‑Sacro Sepolcro biex nisma’ l‑quddies meta f’daqqa waħda nsib ruħi mdawwar minn grupp ta’ żgħażagħ Palestinjani li, għax ħasbu li

kont Lhudi, bdew iwaddbuli l‑ġebel. Hekk kif is‑suldati Iżraeljani ġrew lejja biex jgħinuni, biex nevita li dawk iż‑żgħażagħ jispiċċaw il‑ħabs, tlabthom jaħarbu qabel ma jinqabdu. Fl‑għaġla wieħed minnhom waqa’ u ġarrab xi feriti. Spontanjament, ġieni li nagħtih maktur biex iwaqqaf id‑demm u għentu jaħrab. Xi ġranet wara jħabbat il‑bieb tad‑dar fejn kont noqgħod u b’sorpriża kbira nara lil dak iż‑żagħżugħ; ġabli lura l‑maktur maħsul li kont tajtu flimkien ma’ ħobża li ommu kienet ħmiet għalija. F’dak il‑mument fhimt, b’mod profond, dak li kont diġà naf teoretikament, li jekk ridt nikkontribwixxi biex tinħoloq kultura ta’ paċi, kien hemm bżonn nibda mill‑kultura tal‑imħabba. Imħabba li mhix filantropiżmu u lanqas romantiċiżmu, imma li tagħti ħajtek. Minn dak il‑mument din il‑konvinzjoni baqgħet kontinwament ġo fija sakemm bqajt Ġerusalemm, u wara meta kont il‑Libanu, it‑Turkija u l‑Iraq, fejn kelli nħabbat wiċċi ma’ sfidi dolorużi qabel ma ħlist mill‑gwerra.

Ix‑Xintilla

Fil‑Kajr, fejn għext għal dawn l‑aħħar ħdax‑il sena, kont ngħallem l‑Ingliż fi skola Amerikana. Hemm ukoll bdiet ir‑Rivoluzzjoni tar‑Rebbieħa Għarab b’ħafna vittmi, fil‑maġġoranza tagħhom żgħażagħ, li xi wħud kienu mill‑iskola fejn kont ngħallem! Biex ngħin lill‑istudenti tiegħi jkollhom ambjent ta’ paċi, almenu waqt il‑ħin li kienu miegħi fil‑klassi, issuġġerejtilhom li nibdew il‑ġurnata bil‑kubu tal‑imħabba. Fuq is‑sitt faċċati tal‑kubu hemm stampa u frażi ta’ kif tista’ tgħix l‑imħabba lejn il‑proxxmu u kif tista’ tibni relazzjonijiet ta’ paċi: 1. tħobb dejjem, 2. tkun int l‑ewwel li tibda tħobb, 3. tħobb lil kulħadd, 4. titgħallem tisma’ sewwa lill‑ieħor, 5. naħfru lil xulxin, 6. inħobbu lil xulxin.

Il‑frażi tal‑ġurnata magħżula kienet issir ir‑regola ta’ dik il‑ġurnata biex jgħixuha kemm l‑għalliema kif ukoll l‑istudenti. Għaxar minuti qabel ma tispiċċa l‑lezzjoni konna ngħidu l‑esperjenzi ta’ kif għexnieha. Kont issuġġerejtilhom ukoll li kuljum f’nofsinhar, nagħmlu waqfa qasira; mument ta’ skiet jew talba, għall‑paċi. Fi ftit żmien l‑atmosfera ta’ dik il‑klassi nbidlet; it‑tfal bdew jgħinu lil xulxin u bdew jgħinu lil min kien l‑aktar batut. Min‑naħa tal‑għalliema, bdew jagħmlu inqas preferenzi bejn l‑istudenti u jitolbu skuża meta jagħmlu xi żball. Hekk bdejna ngħixu aktar bi spirtu qawwi ta’ mħabba u paċi. Effett ta’ dan indunajna li l‑istudenti saru kapaċi jifhmu aħjar dak li ngħallmuhom. Dan ġibed l‑attenzjoni tal‑għalliema l‑oħra u tad‑direttur, u kollha bdew jużaw il‑kubu tal‑imħabba. B’60 kubu u xewqa kbira li jinbidel il‑mod tat‑tagħlim, li niddjalogaw aktar u li nirrelataw aktar ma’ xulxin, litteralment saret bidla kbira fl‑iskola. B’hekk poġġejna l‑bażi għall‑proġett imsejjaħ ‘Living Peace’, li aktar tard ġie addottat f’għoxrin skola oħra fil‑Kajr, f’assoċjazzjonijiet li jaħdmu ma’ tfal b’diżabilità jew bi problemi ta’ integrazzjoni

soċjali, f’parroċċi, fondazzjonijiet, ħabsijiet u djar tal‑anzjani.

Id‑diffużjoni

F’2013, ġejt mistieden nippreżenta l‑‘Living Peace’ f’kungress internazzjonali fuq l‑edukazzjoni, u hekk il‑proġett beda jsir parti mit‑tagħlim f’diversi skejjel Ewropej. Fl‑2014, ġie ppreżentat fil‑Parlament Ewropew waqt il‑Forum Dinji tal‑Paċi u rċieva il‑Premju ‘Luxembourg for Peace’, l‑ewwel fost ħafna oħrajn mogħtija fil‑ħames kontinenti. Minn dak il‑mument, ħafna skejjel oħra addottaw il‑proġett ‘Living Peace’ u ħafna organizzazzjonijiet internazzjonali oħra riedu jikkollaboraw għad‑diffużjoni tiegħu. F’Awwissu 2015, il‑‘Goi Peace Foundation’, fil‑Ġappun, stednuna nippreżentaw il‑proġett f’Ħiroxima, fis‑60 anniversarju tal‑bomba atomika, quddiem madwar għaxart elef persuna, u n‑Nazzjonijiet Uniti ssuġġerewlna nippreżentawh waqt il‑Ġurnata Dinjija għall‑Paċi li kienet fil‑21 ta’ Settembru 2015. Fl‑2016, ‘Living Peace’ ġie ppreżentat fis‑sede tal‑Unesco, kif ukoll lit‑80 elf parteċipant għall‑‘Global Summit of Unity’ fi New York. Illum, dan il‑proġett, li twieled mill‑kubu tal‑imħabba bis‑sitt regoli tiegħu ta’ ħajja, huwa preżenti f’aktar minn 1,300 skola, universitajiet, ħabsijiet, knejjes, parroċċi, ċentri ta’ edukazzjoni artistika (kant, żfin, teatru), assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet f’135 pajjiż, b’aktar minn miljun tifel u tifla involuti fihom. 82 organizzazzjoni internazzjonali jagħmlu użu minnu. Huwa netwerk ta’ paċi li jilħaq lid‑dinja kollha. ‘kubu assioloġiku’ u ‘kubu etiku għall‑paċi’ f’ċentri għal studenti u persuni b’funzjonalità ridotta bħala ‘kubu għall‑paċi u għall‑inklużjoni’. Ma jonqsux ukoll il‑‘kubu inter‑reliġjuż għall‑paċi’ u dak għall‑‘psikoloġija’ fi Spanja, fejn dan l‑aħħar twieled ukoll il‑‘kubu kateketiku għall‑paċi’. Il‑waqfa li semmejna ssir f’netwerk enormi internazzjonali, b’modi diversi, skont il‑kultura u r‑reliġjon. Ukoll, madwar 60 ‘kubi għall‑paċi’ ta’ daqs kbir, tpoġġew ġo pjazez, ġonna pubbliċi u toroq f’ħafna bliet fid‑dinja, biex iħajru lil dak li jkun isir protagonista għall‑paċi u jgħix il‑valuri li jissimbolizzaw. Teżisti wkoll l‑app għall‑mowbajls u kompjuters b’ħafna lingwi u veżjonijiet.

Għaxar snin mit‑twelid tiegħu, dan il‑proġett ikompli jkun tassew ‘vulkan attiv’ li, b’fantasija mhix tas‑soltu, jiftaħ toroq ġodda mhux biss fil‑kamp tal‑edukazzjoni, imma wkoll f’oqsma oħra ta’ tagħrif u azzjoni, biex joħloq netwerk enormi ta’ relazzjonijiet fuq livell dinji, bejn persuni impenjati għall‑paċi, familji u żgħażagħ.

Kubu għall‑kulturi kollha

Il‑kubu tal‑paċi nxtered f’kuntesti l‑aktar varjati u b’ħafna verżjonijiet differenti, bi frażijiet meħuda mill‑Koran, minn Talmud u mill‑Vanġeli, jew b’valuri universali addattati għall‑kulturi kollha u għal kull faxxa ta’ età. Illum jinstab fi 30 lingwa u saħansitra bil‑Braille għal dawk għomja. Daħal fi kliniċi psikjatriċi bħala ‘kubu terapewtiku’ għall‑paċi, f’xi fakultajiet bħala Carlos Palma – Urugwaj. 

Adopt a Grandparent

Combat Loneliness

POWERED BY

MALTA

Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001.

www.adoptgrandparent.org

POWERED BY

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

Dan il‑proġett huwa ffinanzjat mill‑Malta Social Impact Awards.

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

RIEDA LI TAGĦTI

Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra. Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt

This article is from: