
1 minute read
Poeżija
Milied Hieni
Kont qed nara x’inhu jiġri, Rajt tliet slaten għaddejjin, Kellhom deheb, inċens u mirra, Dehru t‑tlieta mistagħġbin! Bdew resqin, rekbin fuq ġemel, U resqin maġenb il‑għar, U raw kewkba b’ħafna raġġi, Fl‑għar kien hemm baqra u ħmar. Ġewwa l‑għar raw lil Ġużeppi, Maġenbu kien hemm Marija, Fuq ftit tiben ġo maxtura, Raw jibki ’l Ġesù tarbija. Kant tal‑anġli beda jinstema’, Maġenb l‑għar rajthom ferħana, Resqu r‑rgħajja bin‑nagħaġ tagħhom, U dehru tassew ferħana.
Rajt is‑slaten jagħtuh xi ħaġa, Jien ma kelli xejn x’nagħtih, Tajtu qalbi, ġismi u ruħi, Ridt li mħabbti b’dan nurih!
Għedt li kieku l‑bnedmim kollha, Jersqu lejn Ġesù Bambin, X’paċi kbira jħossu f’qalbhom, Żgur ngħixu aktar henjin! Paul Caruana
Inti Qarrej/ja tal‑Provi jew Għalliem/a tal‑Malti?
Tixtieq tagħti ftit ħin minn tiegħek u b’mod volontarju tgħin fl‑iċċekjar tal‑lingwa Maltija ta’ din ir‑rivista? Jekk iva, ikkuntatja lil Claudia Cini fuq: claudia@missio.org.mt Grazzi mill‑qalb.
PAVIA
Hardware Stores
COSPICUA
4, BLK 12, TRIQ IR‑REGATTA, BORMLA
PLUMBERS, ELECTRICAL
GOODS DEALERS
SPECIAL DISCOUNTS ON WATER
HEATERS (GEYSERS)
Dealers in CLARKE and SEDEF Power Tools Tel: 2182 1174 ‑ Mob: 7782 1174 E‑mail: adrianpavia@onvol.net
Beauty ‑ Nails ‑ Tanning

John F.Marks Street, SAN GWANN t‑27014144 m‑79319129/ 79293183

St. Mary’s Bakery
...freshly baked daily
72, Sacred Heart Street, B’Kara Mob 9947 5459/ 7723 7702
ARTHUR
THE GILDER
Gilder, 70 Doni Street, Rabat ‑ Malta Tel: 00356 9982 1006 Email: arthurthegilder@gmail.com Gilder Arthur Vassallo
