

Ritratt tal-faċċata: IL-MITĦNA TAT-TMIEN KANTUNIERIhija l-eqdem mitħna li għandna f'Għawdex. Tinsab fi Triq l-Imġarr, ixXewkija, ikkommissjonata mill-Gran Mastru Ramon Perellos. Bdiet tiffunzjoni fl-1710. L-ewwel taħħan fiha kien Gio Maris Xickluna (Ġanni Scicluna). Baqgħet tintuża sal-1886 sakemm inħakmet min-nirien li għamlulha l-ħsara. Għal xi żmien (1956 -1965) serviet bħala l-każin talBanda Prekursur. Ġiet rrestawrata għall-istat orġinali u inawgurata fl2021. Illum hija miftuħa għal żjarat tal-pubbliku.
Ritratt meħud fid-29 ta' Marzu 2025 – Martin Attard
L-Iben t’Alla sar bniedem
Nimxu Id F’Id
L-awtoritajiet Franċiżi ma setgħux jifhmu kif numru tassew kbir tar-residenti talbelt ta’ Banneux riedu li jibdlu isem belthom. Żgur li ma kinitx xi ħaġa komuni. Imma n-nies ta’ Banneux m’għamlux din it-talba għalxejn. Jirrakkontaw li fil-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija, fl-1914, is-suldati Ġermaniżi kienu deħlin b’forza lejn Franza, jaħarqu u jeqirdu lbliet li kienu jitfaċċaw quddiemhom. In-nies ta’ din il-belt żgħira ta’ Banneux beżgħu li jekk l-armata Ġermaniża tgħaddi minn belthom jispiċċaw bi djarhom maħruqa. Ma kellhomx min jiddefendihom għax il-forzi Franċiżi kienu kkonċentrati f’Pariġi.
In-nies tal-belt, immexxija minn saċerdot żelanti, iltaqgħu filknisja u għamlu wegħda lill-Madonna li jekk belthom tkun meħlusa minn din il-qerda huma jagħmlu talba lill-awtoritajiet biex ma’ isem belthom jiżdiedu l-kelmiet Notre-Dame, is-sinjura tagħna, b’ħajr lillMadonna. L-armata għaddiet minn ħdejn Banneux imma ma daħlitx u niesha żammew il-kelma. Għalhekk t-talba biex jinbidel l-isem ta’ belthom kellha tant appoġġ. U l-awtoritajiet meta flew il-biċċa aċċettaw li jibdlu l-isem tal-belt li llum hi magħrufa bħala Banneux Notre-Dame.
U bħalma Marija ħelset in-nies ta’ Banneux, teħles ukoll lilna għax aħna wkoll bħan-nies ta’ dik il-belt ferħanin li aħna wliedha.
Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.
X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja?
Tgħallimt li qatt ma fetħuli meta ma ħabbatx.
Tgħallimt li s-saħħa tal-ġisem hija fil-kwiet, fid-dieta u fil-ferħ.
Tgħallimt li ħwejjeġ kbar bdew biż-żgħar.
Tgħallimt li l-mistoqsija hija oħt il-għerf.
Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra
Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqda tiegħu fl-1956
permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien iħobb isejħilhom il‘four pages’ . Din il-kitba ġiet stampata għall-pubbliku fl-2005.
Nimxu Id F’Id - Mejju 2025
Tagħrif qasir dwar personaġġi bibliċi
Imsejjaħ iben il-wegħda għax kien imwiegħed lil Abram minn ħafna snin qabel. Barra lil Iżakk Abraham kellu tfal oħra fosthom Ismagħel iżda l-poplu talMulej kellu joħroġ minn Iżakk. Kien, għalhekk, il-ġojjel tiegħu u ta’ martu Sara. Iżda l-Mulej ried jara safejn kienet twassal l-imħabba ta’ Abraham għalih u qallu biex lil ibnu Iżakk jissagrifikah. Minkejja l-imħabba kbira li Abraham kellu lejn ibnu tal-wegħda xorta obda. Meta l-Mulej ra l-imħabba ta’ Abraham bierku u qallu li minn Iżakk għad joħroġ poplu kbir li Hu kien ser ikun Alla tiegħu.
Iżakk kellu żewġ itfal. Kienu tewmin, Ġakobb u Għesaw. Minn Ġakobb ħarġu t-tnax-il tribù jew ġens ta’ Israel.
(Aqra l-ktieb tal-Ġenesi minn kap 21 sa 27)
(... ikompli mill-ħarġa ta’ April)
Kometi jitilfu materjal kull darba li jgħaddu qrib ixxemx u ġieli finalment jitfarrku
għal kollox, għalkemm xi frak u għabra minnhom jibqgħu u
meta d-dinja tgħaddi minnhom ikun hemm il-fenomenu ta’ bexxiet ta’ kwiekeb feġġejja. Dawn mhuma kwiekeb xejn imma frak u għabra rqiqa li jinħarqu n-naħa ta’ fuq tal-atmosfera. L-iktar famużi huma dawk li aħna nsejħulhom d-Dmugħ ta’ San Lawrenz li d-dinja tgħaddi ħdejhom madwar it-12 t’Awwissu.
Xi wħud minn dan il-frak, jekk huwa kbir biżżejjed, (oriġinalment ftit millimetri) ma jinħaraqx għal kollox imma jaqa’ bilmod mis-sema (mikrometeoriti). Forsi xi partiċella ta’ għabra f’ħoġor it-tieqa ġejja minn xi kometa, jew metorita jew mill-materjal oriġinali tas-sistema solari, jew minn jaf minn fejn mill-fond tal-ispazju! Huwa stmat li eluf ta’ tunnellati ta’ għabra kożmika jaqgħu fid-dinja kull sena.
(... ikompli fil-ħarġa ta’ Ġunju)
Nimxu Id F’Id - Mejju 2025
...
L-Ebbanu hu injam iswed dens u iebes ħafna. Tant hu dens li jegħreq flilma. Jagħmel parti millfamilja Diospyros. Meta jkun illustrat jagħti dehra sabiħa ħafna u għalhekk jintuża għad-dekorazzjoni. Minħabba użu mhux sostenibbli ta’ din is-siġra tal-Ebbanu, illum tinstab fi stat kważi ta’ estinzjoni, l-aktar fl-Afrika. Ilbejjiegħa tat-toroq li jbigħu suvenirs magħmulin minn dan l-injam ħadu d-drawwa li jużaw injam normali u jiżbgħuh iswed bil-blakk tażżarbun biex taparsi jidher Ebbanu. Għalhekk kun ċert li hu Ebbanu qabel tixtri xi ħaġa tal-injam.
Fil-Bibbja l-injam tal-Ebbanu ma tantx jissemma u x’aktarx ma kienx jikber fl-Art Imqaddsa. Hemm referenza għalih fil-ktieb ta’ Eżekjel fejn tissemma r-rikkezza tal-belt ta’ Tir: “…qrun tal-avorju u ebbanu kienu jagħtuk bi ħlas” (Eżek 27,15). Dan juri li l-Ebbanu kien jiġi nnegozjat minn żminijiet antiki ħafna, anke fost l-Eġizzjani talqedem. Kien jintuża għad-dekorazzjoni u anke fl-għamara.
Nimxu Id F’Id - Mejju 2025
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib... u forsi tbissima.
F’Marzu tal-2018 Kerry Porter ta’ 55 sena minn Kentucky fl-Istati
Uniti, irċieva kumpens ta’ iktar minn 7 miljun dollaru. Iżda xorta ħassu diżappuntat għad li issa kien sinjurun. Għax fil fatt Kerry għamel 11 il sena l-ħabs bla ħtija. Ġuri kien sabu ħati ta sena ħabs. Dejjem baqa’ jsostni li hu innoċenti iżda ħadd ma seta jħassar is-sentenza talqorti. Sakemm tfaċċaw xhieda ġodda li stqarrew li ma setax ikun ħati għax filħin tad-delitt Kerry kien xi mkien ieħor. U ta’ dan huma kienu xhieda.
Meta kkummenta fuq il-flus li l-qorti tah minħabba l-iżball qal: “Sabiħa s-somma iżda żgur mhux ser iġġibli lura 11-il sena ħajja li stajt għaddejt imdawwar minn familti. Kissruli ħajti. Il-flus ma jistgħu qatt iġibu lura ż-żmien sabiħ li jien stajt għext u li fil-fatt kelli nqatta’ magħluq f’ċella. Barra t-tbatija li batew qrabati għax għal ħafna jien kont qattiel. ”
Ejja aħna li qegħdin ngħixu ħielsa napprezzaw lill-familja tagħna bħalma apprezzaha Kerry meta kien mifrud minnha għal ħafna snin.
It-tronġa kienet frotta magħrufa ħafna fi żmienha. Tkun qisha lumija. Hemm varjetajiet li ma tagħrafhomx minn lumija u oħrajn li jkunu qishom lumija ftit imfattra. Il-bniedem ilu li tefa’ għajnejh fuq din il-frotta u lit-tronġa daħħalha f’ħafna riti reliġjużi sa mill-qedem. Il-Lhud kellhom il-festa msejħa LGħid tal-Għerejjex jew Sukkot. F’din il-festa l-Lhud kien ikollhom bżonn friegħi ta’ tronġa li jkunu nqatgħu minn siġra li ma tkunx imlaqqma. It-tradizzjoni kienet tgħid li s-siġra tat-tronġ, il-Lhud kienu ġabuha magħhom mill-Eġittu fejn darba kienu qattgħu ħafna snin ilsiera tal-Fargħun. L-Għarab jinsistu li jekk fid-dar ikun hemm siġra tat -tronġ, il-Ħares ma jidħolx għax jibża’ minnha; u mhux mis-siġra biss jibża’, imma anke minn tronġa waħda fid-dar. It-tronġa daħlet sew fil-folklor u l-kultura tan-nies ta’ madwarna u għandna nibqgħu ngħożżu lkelma u nkunu nafu għal liema frotta tirreferi. Ittronġa hi dik li bl-Ingliż tissejjaħ citron. Din il-frotta tant kienet popolari li ssawret ħrafa antika ħafna u hija popolari li jisimha Is-seba' Tronġiet
Mewwija (mewwija tfisser mimlija). Fl-1994 lawtur Malti Trevor Żahra wkoll ippubblika storja
ta’ fantasija bl-istess isem u li l-punt tat-tluq tagħha jibda minn din il-ħrafa Maltija. Fl-1995 dan ix-xogħol letterarju rebaħ l-ewwel post fil-PremjuLetterarju.
Id F’Id - Mejju 2025
Għandna bżonn xi 2 litri kuljum. Dan jinkludi l-ilma li nieħdu malbrodu, mat-te u l-bqija. Imma dan jiddependi fuq il-persuna. Iktar ma tkun kbira fid-daqs, iktar ikollha bżonn. Fis-sajf mod u fix-xitwa ieħor. Jekk persuna tagħmel xogħol fejn tagħraq ħafna, ovvja li jkollha bżonn iktar. Importanti li meta persuna tagħraq, ma tixrobx ilma biss imma tieħu l-electrolytes. Dawn jikludu melħ (sodium chloride) u l-bqija. Dawn l-electrolytes neħduhom ukoll jekk ikollna d-diarrhea. Ġisimna wkoll jipproduċi l-ilma meta jagħmel ir-respirazzjoni (respiration). Respirazzjoni hi meta ġisimna juża zzokkor (glucose) bħala fuel. Irrespirazzjoni hi: Glukosju + Ossiġenu → dijossidu tal-karbonju (carbon dioxide CO2) + Ilma. Xi 40% tal-ilma li għandna bżonn inġibuh mir-respirazzjoni.
Jekk qed tieħu ħsieb xi anzjan/a d-dar, importanti li ma j/tiġix dehydrated: jiġifieri li l-ġisem jispiċċa b’nuqqas ta’ ilma. Tinduna wkoll mill-ġilda: terfagħha biex tiċċekkja kemm hi elastika. Xi kultant tħossok bil-ġuħ imma fil-fatt jekk tixrob l-ilma, din is-sensazzjoni tgħaddilek. Tinduna li għandek bżonn tixrob iktar ilma meta tmur it-toilet u tagħmel l-awrina. Kulur safrani hu indikazzjoni li għandek bżonn tixrob iktar ilma.
Ħafna minnkom forsi smajtu bil-Kalanka tal-Qali (St. Peter’s Pool) u bil-Kalanka (jew il-Kalanka t-Tawwalija) lejn Delimara, iżda tafu xi tfisser verament il-kelma kalanka?
Kalanka hija element toponomastiku (isem ta’ post) li jfisser daħla fil-baħar, dejqa u żgħira. Din il-kelma kienet ukoll
ġiet irreġistrata minn De Soldanis fid-Damma ta’ c.1760, fejn jagħtiha t-tifsira ta’ ‘seno stretto e lungo, porticello’.
Il-kelma ‘kalanka’ tidher preżenti wkoll f’lingwi oħra ta’ pajjiżi li xxtajtiet tagħhom imissu mal-baħar Mediterran, fejn fit-Taljan insibu lkelma ‘calanca’, fil-Franċiż ‘calanque’, u fil-Korsikan ‘calanca’. Interessanti li l-Għawdxin jużaw il-kelma ‘kantra’ biex jirreferu għal din il-formazzjoni ġeografika, li skont De Soldanis ilha tintuża sa minn meta kien hawn l-Għarab fil-gżejjer tagħna.
Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd.
Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com
Nimxu Id F’Id - Mejju 2025
sar mill-Arċipriet Fr Krystof u preżenti kien hemm ukoll isSindku Edward Said flimkien ma’ xi kunsilliera. Din il-wirja
Nhar il-Ġimgħa l-Kbira organizzajna l-Viżti tas-Seba’
Knejjes għat-tfal, adolexxenti, ġenituri u ħbieb. Dawn il-viżti kienu wkoll mżewqa b’kitbiet tal-Fundatur. Wara tellajna xi rigali lit-tfal li attendew.
baqgħet miftuħa matul il-Ġimgħa Mqaddsa u kienu mijiet dawk li żaruha. Din is-sena, minbarra setting totalment ġdid, il-viżitaturi setgħu jisimgħu kummentarju li nkiteb apposta f’dan il-Ġublew tat-Tama u tqassmet tifkira fost dawk li ġew.
Il-Ħadd 27 t’April
kellna l-Play Faqar li
Stagħna. Ħadu sehem bosta adolexxenti u old boys tal-Museum. Id-
direzzjoni kienet f’idejn
Joseph Farrugia. Prosit lil dawk kollha li ħadu sehem, kemm l-atturi kif ukoll dawk li ħadmu bis-sħiħ wara l-kwinti.
L-attendenza kienet tassew sabiħa u tkompli tagħmlilna l-kuraġġ biex intellgħu aktar produzzjonijiet fil-futur.