Nimxu Id F'Id - Lulju 2025

Page 1


Triq it-Tiġrija, Nadur. Tel. 21552161

Ritra tal-faċċata: WIED L-GĦASRI - magħruf għall-bajja kwieta tiegħu, li tinsab 300 metru ’l ġewwa mill-baħar. Il-baħar huwa aċċessibbli biss permezz ta’ taraġ twil u wieqaf ferm li jwasslek f’bajja dejqa blirdumijiet għoljin fuq iż-żewġ naħat. Dan il-wied huwa ferm popolari matturisti, kif ukoll mal-għaddasa li jħobbu jesploraw id-diversi għerien marittimi li jinsabu fih, fosthom Għar il-Qamħ.

Ritra meħud nhar is-27 ta’ Ġunju 2025 - Mar n A ard

 L-Iben t’Alla sar bniedem

Nimxu Id F’Id

Lulju 2025 Ħarġa numru 545

Fi knisja żgħira f’Londra ddedikata lil Santa Katerina kien hemm drawwa li damet issir għexieren ta’ snin. Kull 16 t’O ubru, il-qassis inkarigat mill-knisja kien jagħmel prietka qasira dwar ġrajja li kienet seħħet ħafna u ħafna snin qabel f’xi pajjiż fl-Asja. Fil-fa it-taħdita kienet imlaqqma bħala l-Prietka tal-Iljun.

Raġel sinjur u twajjeb bl-isem ta’ John Gayer kien jagħmel par minn espedizzjoni li kienet qed iżżur diversi pajjizi fl-Asja. Darba minnhom kienu qed jaqsmu deżert flimkien imma għal xi raġuni John waqa’ 4it lura u flok lil sħabu lemaħ quddiemu ljun iħares lejh donnu lest biex jagħmel minnu l-ikla ta’ dak iljum. John kien bniedem reliġjuż u kien ja5a l-istorja ta’ Danjel. U bħall-Profeta talab lill-Mulej jeħilsu minn dan is-saram. U l-Mulej semgħu għax l-iljun għal xi raġuni jew oħra telaq bla ma a akkah u John seta’ jingħaqad ma’ sħabu.

John ħa nota tal-ġurnata u għamilha waħda speċjali għalih. U meta rritorna l-Ingilterra mar ħdejn il-qassis tal-parroċċa ta’ Santa Katerina u tah somma flus biex kull sena ssir prietka u jirrakkontaw ilġrajja tal-iljun li baqa’ ma a akkax lil John Gayer. U l-prietka baqgħet issir għal għexieren ta’ snin.

Kemm hi sabiħa l-gra tudni. Li trodd ħajr tal-ġid li tkun irċevejt. U jekk inħarsu madwarna għandna ħafna għax ngħidulu grazzi lillMulej.Anke jekk qa ma għexna l-esperjenza ta’ John u l-iljun.

Dun Ġorġ ħallielna teżor ... f’kitbietu Wirt il-Fundatur

X’jaf min ma ġarrabx?

Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.

X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja?

 Tgħallimt li l-kelma dejjem tagħmel ġid jew deni lil min jismagħha.

 Tgħallimt li jikteb min ma jridx jinsa.

 Tgħallimt li l-paċenzja rbaħ kollox, anki l-Ġenna.

 Tgħallimt li tmur fejn tmur dejjem is-salib li jkun jistenniek.

Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra

Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqda tiegħu fl-1956 permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien iħobb isejħilhom il-‘four pages’. Din il-kitba ġiet stampata għall-pubbliku fl-2005.

Nimxu Id F’Id - Lulju 2025

Dizzjunarju Bibliku

Tagħrif qasir dwar personaġġi bibliċi

Indrì

Ħu Pietru u bħal Pietru msejjaħ minn Ġesù biex jimxi warajh. Għażlu bħala appostlu. F t li xejn jissemma filVanġeli, forsi għax l-importanza kollha tal-familja jeħodha Pietru. Kien sajjied bħal ħuh u aktarx li għamel żmien jimxi wara l-Ba?sta. Meta sema’ lil dan jindika lil Ġesù bħala lħaruf t’Alla ried jimxi warajh u ħajjar lil Pietru jagħmel l-istess.

Dwar ħidmietu wara l-mewt ta’ Ġesù ma nafu xejn iżda it-tradizzjoni tgħid li mar jgħallem fl-ar jiet barra Iżrael u spiċċa msallab fuq salib forma ta’ X. Hu l-padrun tal-Iskożja.

Mill-pinna ta’ Dr Coronato Grech

L-Għabra

(... ikompli mill-ħarġa ta’ Ġunju)

L-għabra interstellari ġi mill-kwiekeb meta dawn fl-aħħar fażijiet tal-evoluzzjoni tagħhom isiru ġganteski, jespandu u jarmu materjal mill-atmosferi tagħhom. U jerġa’ hemm kwiekeb li fl-aħħar fażijiet, jikkollossaw u jesplodu regolari (novae) jew anke, jekk kbar ħafna, jikkollossaw, jesplodu totalment, l-hekk imsejħa supernovae u jferrxu l-materjal tagħhom kollu fl-ispazju interstellari. Dan il-materjal, gassijiet u għabra jifforma nebulae li forsi b’xi s molu ta’ supernova fil-qrib kapaċi jikkondensaw fi kwiekeb ġodda. U jekk madwar ilkwiekeb ġodda jiffurmaw sistemi ta’ pjane , il-pjane allura jkunu minn dan il-materjal interstellari. Għalhekk l-astronomu Amerikan Carl Sagan (1934-96) fi kwotazzjoni famuża kien qal “The notrogen on our DNA, the calcium in our teeth, the iron in our blood, the carbon in our pies, were made in the interior of collapsing stars. We are made of star stuff.”

Intant, din in-naqra ta’ kunsiderazzjoni fuq l-għabra ħaditna dawra sal-ibgħad reġjuni tal-univers. Probabbli 4it suġġe? familjari, komuni u trivjali li kapaċi jagħmlu hekk!

...

jikteb Ritchie Grech

Il-Ġjaċint

Il-ġjaċint - Hyacinthus orientalisxitla bil-basal li tagħmel Kuri blu sbieħ. Twarrad għal Frar u Marzu u kber abbundan fuq il-muntanja Karmel. Din il-blue hyacinth hi l-antenata talġjaċint modern li jinbiegħ fil-ħwienet.

Fil-Bibbja hemm referenza għaliha fl-aħħar k eb, l-Apokalissi, fejn l-awtur jgħid: “fid-dehra li kelli, iżżwiemel u r-rikkieba tagħhom rajthom hekk: il-kurazzi tagħhom kienu minn lewn in-nar u l-ġjaċint u l-kubrit; l-irjus taż-żwiemel kienu qishom irjus ta’ ljun; nar, duħħan u kubrit li kienu ħerġin minn fommhom” (Apok.9,17). Fil-k eb tal-Għanja tal-Għanjiet insibu din iddeskrizzjoni tal-maħbub: “idejh boċċi tad-deheb, b’ħaġar għani ta’ Tarsis imwaħħal fihom” (Għan.5,14). Fit-traduzzjoni bl-Ingliż insibu lkelma ġjaċint (hyacinth) flok ‘ħaġar għani ta’ Tarsis’. Il-ward ta’ din ilpjanta jfuħ ħafna u jiġbed ħafna inse?, fosthom naħal tal-għasel li jiġbor in-nektar egħu.

Fil-mitoloġija Griega jingħad li din ix-xitla ġiet imsemmija għal Hyakinthos li kien żagħżugħ li kien maqtul b’discus jiġifieri fi ġlieda ta’ għejra bejn l-allat Apollo u Zephir u minn ġo demmu nibet il-ġjaċint.

Nimxu Id F’Id - Lulju 2025

Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib... u forsi tbissima.

Meta f’Marzu 2018, il-manager tal-kantant Ed Sheeran iddeċieda li jagħmel il-kunċert annwali fil-belt ta’ Essen fil-Ġermanja qajjem plejtu sħiħ għax proprju fil-post fejn kien ser isir kienu jinġabru għall-mistrieħ tagħhom eluf ta’ għasafar. Naturalment f’kunċert taħt dawn is-siġar kien ser jagħmilha impossibbli għal dawn il-ħlejjaq li jsibu l-post tagħhom għal matul il-lejl.

Meta raw hekk lorganizzaturi amme ew li kienu għamlu żball flgħażla tal-post tagħhom u malajr biddlu ż-żona fejn kellu jsir il-kunċert. U minn flok Essen sar f’Dusseldorf, 4it mili bogħod u hekk l-għasafar setgħu jinġabru u jistrieħu b’moħħhom mistrieħ u bogħod biżżejjed mill-mużika li arrax li ssegwi kważi dejjem ħafna minn dawn ilkunċer .

Iżda xi ħadd tefa’ dan il-kumment fuq Twi er: Tgħid kieku n-nies tal-qrib ipprotestaw dwar il-ħoss, l-organizzaturi kienu jbiddluh il-post? Jew issa sirna nisimgħu mill-għasafar u naqgħu u nqumu mill-bnedmin?

Mijiet irrispondewh.Min qabel miegħu u min bagħtu jixxejjer.

Nimxu Id F’Id - Lulju 2025

Fil-bidu tas-seklu 20, il-kolazzjon kien jidher differen ħafna. Sal1905, ma kien hemm l-ebda mod rapidu biex tagħmel toast iqarmeċ, sakemm l-inġinier Albert Marsh biddel kollox billi skopra n-nikil u lkromju.

X'inhu daqshekk speċjali dwar in-nikil? Jista' jiflaħ temperaturi għoljin mingħajr ma jdub u jgħin biex xwi l-ħobż mingħajr ma jinħaraq b’mod istantanju! B'din l-iskoperta, fl-1909 dehret l-ewwel toaster tal-ele riku bl-isem Eclipse. Imma sa dan iż-żmien kellek toqgħod a ent għall-ħobż egħek, għax ma kienx jitla’ waħdu. Dan kollu nbidel fl-1921, meta Charles Strite, mekkanik minn Minnesota, xeba’ jara toasts maħruqin fil-kafe erija tal-fabbrika egħu. Ivvinta toaster b' mer u pop-up awtoma ku. Dak li beda bħala esperiment tal-metall issa huwa indispensabbli f'miljuni ta' kċejjen.

Nimxu Id F’Id - Lulju 2025

Mid-Dinja tax-Xjenza ... jikteb Joe Portelli

Il-Plastik

Il-plas k nużawh kullimkien: uċuħ ta’ mwejjed, pur eri, sufani, ġablo, lastku, ħwejjeġ bħal polyesters u rayons, papoċċi, komponen fl-użu tal-ele riku, kisi tal-intern ta’ karozza, fl-isptarijiet bħal labar, boroż u pajpijiet, fil-biedja fejn plas k jiksi mxietel biex jipproteġi ż-żerriegħa sakemm inebbtu u jikbru u l-bqija.

Il-plas k hu polymer sinte ku. Dan ifisser li hu molikola twila magħmula minn molikoli żgħar imwaħħlin flimkien. Il-molikola żżgħira hi msejħa monomer. Hemm ħafna plas ks differen . Eżempji ta’ plas ks huma:

♦ Polyethene: isiru minnu l-bask jiet tal-plas k. Il-prefiss poly jfisser ħafna. Din kelma ġejja mill-Grieg. Illum ngħidu polygon, Polynesia u l-bqija. Poly fil-plas k [isser li dan il-plas k magħmul minn ħafna molikoli mwaħħlin flimkien biex jiffurmaw molikola kbira.

♦ PET (polyethylene teraphthalate): fliexken tal-plas k.

♦ PTFE (polytetrafluoroethene) hu teflon u hu l-wiċċ ta’ twaġen li ma jwaħħlux. Mhux ta’ periklu għas-saħħa jekk ma taqbiżx il-260 grad Celsius.

Nimxu Id F’Id - Lulju 2025

Ortografija Maltija ... niktbu bil-Malti tajjeb

‘Dejjem juri l-qoħta għad li għandu l-ġid’

X’ifisser dan il-qawl?

Kont taf li dari konna nużaw il-kelma ‘qoħta’ biex infissru skarsezza, nuqqas u faqar kbir? Jidher li din il-kelma saret arkajka imma għadha ntuża xi 4it f’xi rkejjen madwar Malta u Għawdex. Serracino Inglo jagħ dawn it- fsiriet u s-sinonimi għal ‘qoħta’: żmien ta’ nixfa minħabba nuqqas ta’ xita; faqar; miżerja; xaħta; għatxa; kares ja; ġuħ; nixfa kbira.

Skont Briffa, fl-Għarbi l-kelma ‘qaħṭ’ hija ristre a għat- fsira ta’ sena b’nuqqas ta’ xita. Aħna l-Mal n estendejna b’mod figura?v it- fsira tagħha għal kwalunkwe sens ieħor ta’ nuqqas u skarsezza fil-ħajja b’mod ġenerali.

U kif sta’ ntuża? Biex nirreferu għal żmien ta’ għaks kbir nistgħu pereżempju ngħidu ‘żmien il-qoħta’. Hawn min simgħu jgħid li ‘jqis bil-qoħta’, jiġifieri li jqis kollox bl-eża .Għandna wkoll qawl fejn jidħol il-kunċe ta’ ‘qoħta’: Dejjem juri l-qoħta għad li għandu l-ġid. Dan jingħad għal min minkejja li jkun mogħni bil-ġid juri bil-kontra.

Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd.

Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com

Nimxu Id F’Id - Lulju 2025

tal-Qasam Mid-Djarju

Ix-xahar ta’ Ġunju huwa xahar iddominat milleżamijiet annwali u lfesta tal-Imnarja. Flewwel ħmistax taxxahar ikkonkludejna ż-żewġ kompe zzjonijiet tal-football li kellna, waħda għat-[al tal-Primarja u oħra għall-adolexxen tasSekondarja. Prosit lil kull min ħa sehem. Nirringrazzjaw lil Joe Portelli li ħa ħsieb jirreKa l-kompe zzjoni tas-Sekondarja. Issa li għalaqna dawn iż-żewġ kompezzjonijiet, intgħażlu mijiet ġodda biex flewwel ta’ Lulju jibda Lobissajf 2025, kompezzjonijiet ta’ logħob li jibqgħu sejrin salĠimgħa Museumina li din is-sena ser tkun bejn it-2 u t-8 ta’ Awwissu.

Nimxu Id F’Id - Lulju 2025

Il-Ġimgħa 6 tax-xahar kellna ċ-Ċerimonja tal-

Magħżulin. Din kienet lewwel darba li reġgħet saret wara s-snin talCovid. Prosit lil dawk ladolexxen li resqu għal din iċ-Ċerimonja u rċevew id-dis n v u lArloġġ ta’ Talb tal-

Magħżulin. Grazzi wkoll lill-Kandidat Joseph Mizzi li għamel id-diskors tal-okkażjoni. Preżen wkoll kien hemm is-Segretarju Ġenerali Daniel Micallef. Wara ċ-Ċerimonja, kemm ladolexxen kif ukoll il-ġenituri mis edna ħadu xi ħaġa flimkien.

Bħala par mill-a?vitajiet organizza għall-festa ta’ San Pietru u San Pawl, ħadna wkoll sehem filquddiesa tan-Novena ddedikata lit-[al.

Il-Quddiesa tmexxiet minn Fr Michael Said. Wara mbagħad kien hemm għadd ta’ a?vitajiet għat-[al fil-Pjazza kif ukoll il-marċ bl-istatwa ż-żgħira ta’ San Pietru u San Pawl.

Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna talFacebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur u fuq issuu.com/Nimxu Id f’Id

Id F’Id - Lulju

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.