

Il-Ħbieb Isejħu











Iben t'Alla sar Bniedem
SETTEMBRU 2025 numru 709
Kien vjaġġatur. Idur minn raħal għall-ieħor, minn reġjun għall-ieħor, u kultant anke minn pajjiż għall-ieħor. Darba inzerta daħal f’deżert biex
jgħaddi minn belt għall-oħra. Ried mingħalih iqarreb iżda spiċċa mitluf. Ma jafx fejn hu sejjer. Bit-tama li jsib it-tarf jew almenu xi oażi.
Fil-barżakka ma kien fadallu xejn għajr ġebla mdaqqsa li kien dejjem iġorr fuqu. Ħaseb li kollox spiċċa għalih.
Ma kienx fadallu saħħa jimxi, l-iktar b dahru. B’xorti tajba lemaħ sejjer għal ħdejh bedwin li tah x’jiekol u x’jixrob u wrieh it-triq lejn tarf id
Il-vjaġġatur raddlu ħajr u xtaq li jirringrazzjah billi jagħtih xi rigal imma qallu, “M’għandix x’nagħtik għajr din il
“Dik x’ġebla hi? Għalfejn qed iġġorrha miegħek? Il-piż tagħha għamilha iktar diffiċli li timxi fuq dan ir-ramel.”

“Għax ħamsa u tletin sena ilu raġel offendieni u dakinhar ħlift li jekk id-destin jerġa’ jlaqqagħni miegħu noqtlu b’daqqa ta’ din il-ġebla. Ma ridtx li forsi niltaqa’ miegħu u ma jkunx hemm ġebel li bihom nista’ nagħmel ħaqq minnu.”
Il-bedwin waqaf issummat.
“Iblah! Ilek iġġorr dan il-piż għomor ta’ bniedem. Kien ikun ħafna aħjar għalik li ħfirtlu. Il-vendetta f’qalbek għal ftit ma switlekx ħajtek.”
Din hi ħrafa tal-bedwini biex iwasslu l-messaġġ li min jagħżel li jġorr f’ħajtu ħsieb vendikattiv ikun qed jitgħabba b’toqol li jagħmel iktar ħsara lilu nnifsu milli lill-persuna li magħha jkollu xi jgħid. Ikun ħafna aħjar li joħroġ id tal-ħbiberija milli bħall-vjaġġatur jitgħabba b’ġebla mdaqqsa filbarżakka għal iktar minn ħamsa u tletin sena!
Diċembru2024

kien awtur prolifiku u kelliem
magħruf sew f’nofs is-seklu l-ieħor. Kiteb ħafna kotba miżgħuda bi stejjer qosra li jwasslu messaġġi
pożittivi u jistgħu jservuna ta’ gwida għal ħajjitna.
Fil-ħarġa ta’ dan ix-xahar ser nirrakkontaw fi kliemna l-ġrajja ta’…
Pazjent li fejjaq lilu nnifsu
Bill kellu storja ripetuta. Jaħdem matul il-ġimgħa, imbagħad is-Sibt u l-Ħadd jiddamdam b’xorb alkoħoliku li ħafna drabi kien jarah jispiċċa l-isptar. Idum hemm jumejn u jerġa’ jirritorna għaxxogħol biex fi tmiem il-ġimgħa jerġa’ jiddamdam. Jispiċċa dejjem fis-sakra għad li mhux dejjem kien ikun meħud l-isptar. Xi drabi kien jispiċċa waħdu ġo kamra jisħet lil xortih iżda donnu bla saħħa biex jibdel ħajtu. Il-vizzju kien sar aqwa minnu. Anke jekk Bill kien bniedem intelliġenti ħafna u kieku ma kienx dan il-vizzju żgur li kien jikseb ħafna suċċess fil-ħajja.
Darba qam u intebaħ li kien lisptar. It-tabib issa kien drah.
Sellimlu u qallu:
“Bonġu Bill, din tiegħek




illum hi il-50 viżta.”
“Mela ħaqqni grokk,” qal bi tbissima Bill.

“Nagħtik grokk jekk inti tagħmilli pjaċir.”
“Għall-grokk lest li naqdik. U mbagħad lilek iżjed u iżjed għax għandi ħafna dejn miegħek.” “Ejja miegħi u kellem ftit lill-pazjent żagħżugħ li lbieraħ ġabuh l-isptar fis-sakra. Ejja u għidlu kelma int. Urih fiex wasslek il-vizzju tax-xorb. Inħoss li iktar jemmen lilek milli lilna.
Forsi b’li nagħmlu nimbarrawlu ttriq li żgur ser twasslu għarrovina.”
Bill tbissem. Kif seta’ hu jipprietka kontra l-vizzju tax-xorb meta kien mifni bih hu stess.
Imma b’rispett lejn it-tabib u bittama li jixrob grokk mar ħdejn ilpazjent li kien qam mir-raqda imma donnu ma kienx f’sensih għal kollox. Qisu kien għadu jsofri
mill-hangover tal-bieraħ. U

Bill qallu, “Tiegħi llum hi l-50 viżta fl-isptar ħtija tax-xorb żejjed. Ix-xorb kissirli ħajti u farrakli familti. Nixtieq nieqaf imma l-vizzju hu isħeħ minni.” “Allura x’nista’ nagħmel biex ma nkomplix fit-triq li qbadt?” staqsa żżagħżugħ. “Lili qaluli biex nitlob. Waħdi ma nasalx imma jekk nitlob lgħajnuna tal-Mulej u tannies li jriduli l-ġid nasal. Imma jien ma emminthomx u komplejt nogħdos fil-vizzju. Int għadek żgħir. Għadek tibda. Forsi min jaf, tista’ ssib soluzzjoni qabel ħajtek titħabbel tant li taħseb li ma hemmx tama ta’ fejqan.”
It-tabib skanta kif Bill seta’ jitkellem b’tant konvinzjoni. Kien jaf li hu bniedem intelliġenti imma qatt ma basar li kien għaraf tant tajjeb dgħufitu. U talbu biex kuljum jasal wasla sal-isptar u jerġa’ jirrepeti dan il-kliem lill-pazjenti oħra. U Bill aċċetta. U beda jmur ta’ spiss qisu jagħti lectures lil żgħażagħ li kienu ntrikbu millvizzju tax-xorb.
ta’ madwaru. U bil-mod il-mod qata’ l-vizzju tax-xorb u ma’ xi ħbieb waqqaf assoċjazzjoni li lfini ewlieni tagħha kien li tiġbed lura mill-abbiss dawk li jkunu intrebħu mill-vizzju tax-xorb. Illum din l-għaqda hi mxerrda mad-dinja magħrufa bħala AA…
Alcoholics Anonymous. Ilfundatur tagħha mhu ħadd ħlief Bill Wilson… il-predikatur li ikkonverta lilu nnifsu.
Fulton Oursler itemm ir-rakkont bil-kliem: Kultant l-aħjar prietka ssir bejn il-persuna u l-kuxjenza tagħha.
U ntebaħ li dawn il-lectures kienu qed isiru lilu nnifsu. Anke hu ħass il-ħtieġa li jitlob… lill-Mulej u lil 3

DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna dwar:


Fl-iskola elementari tan-Nadur, fis-sena 1965, fil-klassi ta’ stage 3, (kif konna nsejħulha), kellna, għal-lezzjonijiet tal-Malti, il-ktieb Ġabra ta’ Ward it-Tielet Ktieb, miġbur minn E B Vella. Ta’ għaxar snin forsi l-iktar li jolqot l-
istudent żgħir huma l-istampi (fliswed u abjad). Imma minn ġo dan il-ktieb konna għaddejna lpoeżija Ritratt ta’ Toninu manNanna ta’ A. Cuschieri. Ta’ tfal li tkun, hemm ħafna iktar
x’jinteressak minn daqsxejn ta’ poeżija. Imma meta tikber u forsi
terġa’ tiltaqa’ ma’ din il-poeżija, tinduna x’ġojjel fiha, xi ħsibijiet profondi għandha u kemm hija maħduma tajjeb:
In-nanna bilqiegħda
Fuq siġġu tal-qasab
Bil-libsa tal-wegħda
Ftit ħamra biż-żmien;
Toninu f’ħoġorha
Bil-qmis imgħoddija,
Qalziet u sidrija
Minn lewn il-ġunġlien.
Hi wiċċha bin-nemex,
Għajnejha miksura,
Ftit safra u magħdura
Bil-mard u bil-hemm.
Toninu bħal xitla
Li għadha kemm titla’,
Toninu bħal warda
Li fetħet bilkemm.
Hi donnha trid tidħak
‘Mma d-daħka tmutilha
Xħin taħseb f’dak l-ieħor
Li Alla ħadilha.
U l-ftit li baqgħalha
Biex tmur taħt it-trab:
Toninu jiftakar
Ilbieraħ l-iskola
Kemm daħak, kemm għajjat, Kemm qabeż kemm għola,
U wiċċu jiddawwal
Bħal sema bla sħab.

Il poeżija hija mibnija fuq żewġ karattri opposti: tfajjel daħkan, mimli futur u enerġija, u mara xiħa u għajjiena, u li l-ħajja tatha ħafna fuq wiċċha. U biex ikunu iktar emozzjonalment marbutin ma’ xulxin, dawn huma neputi u nanna.
It-tifel huwa mxebbah ma’ xitla li qed tnebbet u warda li qed tiftaħ, waqt li n-nanna bil-wiċċ serju u bl-għajnejn miksura ta’ min ġarrab. Anke l-ħwejjeġ huma f’kuntrast: Toninu bil-qmis imgħoddija, waqt li l-libsa tannanna mitfija biż-żmien. Min jaf x’qed taħseb in-nanna millesperjenza ta’ ħajjitha?
Ċertament, bħal kull nanna, hija mkabbra b’neputi bħal dak, imma fl-istess ħin tirrifletti fuq dak kollu li taf ittih il-ħajja. Jidher sew iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna.
(Dr Grech itemm dan l-artiklu fil-ħarġa ta’ Ottubru)






Difett li jista’ jkun preġju
Meta kienu qed jaqtgħu s-siġar tal-bosk, siġra minnhom tħalliet hemm weħidha għax iz-zokk kien mgħawweġ u l-ħaddiema qalu li ma hi tajba għal xejn.

Maż-żmien il-bosk spiċċa bla siġar imma s-siġra mgħawġa baqgħet hemm weħidha u llum għexieren ta’ nies imorru jiggostaw in-natura taħt il-friegħi mimlija weraq tagħha.
Għalkemm imwarrba għax ma tiswa għal xejn swiet ħafna u għadha tiswa sal-lum. U dak li jgħodd għas-siġar jgħodd iktar għalina. Ma hawn ebda bniedem li mhu tajjeb għal xejn. Anke jekk kapaċi jitbissem biss ukoll hu tajjeb għal xi ħaġa u xorta joħloq atmosfera ferreħija kull fejn ikun.
Għal Mulej ma hawn ħadd għarrimi.
Bejn drawwa u superstizzjoni
Fuq Isle of Man hemm tradizzjoni mibnija fuq superstizzjoni imma n-nies tal-post għadhom iżommuha. Meta jkunu għaddejjin minn taħt pont isellmu lill-iħirsa tal-lokal bit-tislima ‘good morning’ jew ‘good afternoon’.
Ix-xufiera jgħiduha bil-qalb u listess il-passiġġieri għax jibżgħu li tiġrilhom xi diżgrazzja jekk ma jsellmux lil dawn l-iħirsa.
Imbagħad bħalxejn jidħku bik
jarawk trodd salib fil-bidu talvjaġġ li jkun ser jgħaddik minn taħt il-pont!
Xewqat
L-Imperatur Ċiru kellu ħabib kbir, eremita li kien joqgħod f’għar, qrib ix-xmara Ewfrate. Meta kien iħossu anzjuż kien imur iqatta’ ftit sigħat jitkellem ma’ dan ir-raġel twajjeb u qaddis imma li kellu moħħ fenomenali fejn tidħol ilpsikoloġija umana. Darba mar ħdejh u qallu,
“Inħossni inkwetat!”
“Għaliex?”

“Għax qed nibża’ li mhux ser nirbħilhom lill-Medi.” “U jekk tirbħilhom x’tixtieq?”
“Li nirbaħ ukoll lill-forzi Griegi.”
“U wara li tirbħilhom?”
“Imbagħad nipprova nirbaħ il-qawwa Rumana.”
“U wara li tkun irbaħt lirRumani?”
“Niġi hawn ħdejk u noqgħod nitkellem miegħek!”
“Mela għaliex ma tibdiex issa stess titkellem miegħi u insa lbattalji kollha li semmejt la darba fl-aħħar mill-aħħar ix-xewqa kbira tiegħek diġà tista’ twettaqha?”
L-Imperatur Ċiru kien jgħix ħafna sekli ilu imma x-xewqat ta’ xi nies għadhom l-istess. Donnu dejjem jixxennqu u ma huma qatt kuntenti b’xortihom. Ħasra. Inkunu nibdlu s-sħiħ mar-riħ. Nixxennqu għallqamar fil-bir meta l-qamar ikun diġà f’idejna u ma nkunux nintebħu bih.

Mill-ġdid
Fl-2014 fil-mużew tal-karozzi ta’ Kentucky kien hemm inċident li ħtija tiegħu waħda mill-karozzi liktar prestiġġjużi, Chevrolet Corvette sports car li kienet ilmiljun mudell li ħareġ millfabbrika, spiċċa rovinat b’ħafna daqqiet fuq il-body. Iżda ħaddiema tal-fabbrika ħadu lmudell u b’paċenzja kbira reġgħu ġabuh fl-istat oriġinali.
Kos, hekk jagħmel magħna lMulej meta nitolbuh maħfra talpassat. Jagħmel minna mudell ġdid għax jekk Chevrolet ma ntremietx imma ssewwiet kemm iktar il-Mulej isawwarna mill-ġdid f’mudell sabiħ minkejja l-iżbalji kollha li nkunu ħadna.




IL-LAQGĦA TA’ AWWISSU
Fil-bidu tal-laqgħa – li għaliha
attendew numru sabiħ ta’
ġuvintur u old boys - seħibna
Anton Mercieca rrakkontalna l
ġrajja tal-ewwel laqgħa tal-
ġuvintur li saret f’Awwissu 1965.
Qalilna kemm kien tħabat u
stinka Dun Mikiel Attard biex
jikseb l-indirizzi tal-ġuvintur
kollha tan-Nadur u jwasslilhom l istedina għal din il-laqgħa.
Smajna kemm kien ferħan Dun
Mikiel bin-numru ta’ ġuvintur li laqgħu l-istedina u kif dakinhar
il-ħwienet tat-triq prinċipali
jħajjar lil dawk preżenti u
mbagħad joqgħod f’tarf is-sqaq tal-Museum jistieden li dawk kollha li jinzertaw għaddejjin
sabiex jidħlu jisimgħu kelma ta’ ġid.
Hekk twieldet il-laqgħa talġuvintur tal-ewwel Sibt li għadha ssir sal-lum. Imma llum malġuvintur nistiednu wkoll lill-old boys. Frott din il-laqgħa twieled il-fuljett Il-Ħbieb Isejħu u dan welled is-serje ta’ kotba ‘Il-Ħbieb Isejħu bl-istejjer’.

stess iddeċidew li din il-laqgħa
tibda ssir kull xahar. Tant kien
assidwu għal din il-laqgħa li kull l-ewwel Sibt tax-xahar kien idur
Wara din l-introduzzjoni għamilna power point dwar proverbji ta’ missirijietna. Il-
qwiel huma għerf u sens komun
imqassar fi ftit kliem. Issibhom fil-kulturi kollha u sa minn żminijiet imbiegħda. Uħud minnhom issellifniehom minn popli oħra u għalhekk issibhom kelma b’kelma b’lingwi oħrajn (min isib ħabib isib teżor issibha prattikament b’kull lingwa); uħud fihom taqbila u għalhekk ikun eħfef li tiftakarhom (bniedem avżat nofsu armat); oħrajn huma marbuta ma’ morali – dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin (giddieb darba giddieb dejjem); qwiel oħra huma marbuta mal-ħajja (għidli ma’ min tagħmilha u ngħidlek x’int); insibu dawk li fihom issens komun jispikka ħafna (min jistad bil-frawli jispiċċa bilġewlaq vojt); hemm proverbji bibliċi – fil-fatt wieħed mill-kotba tat-Testment il-Qadim huwa talQwiel (tkunx idek miftuħa biex tirċievi u magħluqa biex tagħti) kif ukoll qwiel li għadda żmienhom (bla ħmar ma taħratx).
U wara kellna numru ta’ proverbji oħra li magħhom irbatna rakkont qasir li jista’ jgħin biex aħna niftakru iżjed dawn is-sentenzi mimlija għerf li ta’ qabilna għaddewlna. U kif dawn jistgħu jsawru ħajjitna.
Jalla matul laqgħat oħra nerġgħu naraw dan in-numru sabiħ li rajna għal-laqgħa li fetħet il-Ġimgħa Museumina 2025.


għal-laqgħa ta’ Settembru Għal din il-laqgħa stedinna lil ħabibna Joe Portelli sabiex ikellemna dwar temi bibliċi. Joe jħobb ħafna listudji bibliċi u kull darba li stedinnieh irnexxielu jgħaddilna informazzjoni sabiħa li qajla tismagħha minn postijiet oħra. Għalhekk min jiġi żgur li jitgħallem xi ħaġa ġdida dwar l-Iskrittura.
Mela ħabib narawk nhar isSibt 6 ta’ Settembru fit8.00p.m. Ejja int u ħajjar lil ħbiebek jattendu wkoll.



[Il-Mulej kellem lil Ġona
sabiex jipprietka lin-nies ta’ Ninwe.] “U qam Ġona biex jaħrab lejn Tarsis
minn quddiem il-Mulej...” Ġona 1:3
Il-Psikoloġista Abraham Maslow jgħid li ħafna minna nbatu
bil‘kumpless ta’ Ġona’. Kif Ġona ħarab is-sejħa ta’ Alla, ħafna minna naħarbu mis-sejħiet interni u l-ħolm tagħna.
U għaliex?
Naħsbu li dawn huma kbar wisq għalina.
Maslow kien jipprova jfisser lill-istudenti tiegħu, “Min minnkom jittama li jikteb
ktieb li jibqa’ jissemma
jew isir senatur xi darba?”
L-istudenti kienu jibdew
jiċċajtaw u jidħku.
Kienu jaħsbu li dawn is-sejħiet jew ħolm huma kbar wisq sabiex xi ħadd minnhom jilħaqhom.

sejħa jew ħolma li xtaqtha imma warrabtha?
Id-dinja tal-agħma hija limitata mis-sens tal-mess; l-injurant hu limitat Min-nuqqas ta’ għerf; u persuna normali limiti tal-viżjoni tagħha.
E PAUL HARVEY






VENEZJA
Venezja, il-belt mibnija fuq 126 gżira żgħira. Ilbelt li t-toroq tagħha huma kanali mimlija ilma bil-ġnub bankini għal min irid jimxi. U flok karozzi u muturi n-nies tal-post u kull min iżurhom juża l-gondoli. Belt unika u forsi għalhekk tant affaxxinanti. Hija belt b’iktar minn 400 pont biex jgħinu lin-nies jaqsmu minn triq għal oħra jew aħjar minn kanal għal ieħor.
Venezja għandha storja antika u għal bosta sekli kienet l-ikbar ċentru finanzjarju fid-dinja. Dan għamilha belt sinjura u dan l-għana għadu jidher sal-lum bil-palazzi mimlija opri tal-arti, deheb u ħaġar prezzjuż.
Iċ-ċentru tal-belt hi l-pjazza San Mark bilkatidral iddedikat lill-istess qaddis jiddomina lmadwar. Fil-katidral hemm bosta opri tal-arti u l-ventartal tal-katidral jitqies l-iktar prezzjuż fid-dinja għax fih element qawwi ta’ deheb u ħaġar prezzjuż. Iżda għall-Venezjani l-iktar oġġett prezzjuż hu l-ġisem tal-appostlu San Mark li l-Venezjani kien ġabu magħhom millEġittu fis-sena 820 u f’ġieħu bnew il-knisja li saret Katidral ħafna sekli wara jiġifieri fis-sena 1807.
Il-pjazza hi l-ikona tal-belt bil-mijiet ta’ ħnejjiet li jdawruha u b’numru kbir ta’ ħwienet li jimlew kull rokna tagħha. Fil-pjazza hemm ittorri tal-Qanpiena (Bell Tower) li minkejja li kien waqa’ fil-bidu tas-seklu l-ieħor reġa’ nbena kważi bl-istess ġebel. Illum dehra
minn fuqu ġġib il-belt taħtek u ikollok viżjoni sħiħa ta’ dak li jissejjaħ il-Gran Canal li matulu hemm għexieren ta’ palazzi, kollha mimlija teżori u dehbijiet.
Il-pont prinċipali tal-kanal jissejjaħ Ponte del Realto u hu mimli ħwienet ta’ klassi.
Dawra fil-gondola turik it-teżori
ta’ din il-belt mhux biss il-palazzi imma anke l-knejjes, uħud minnhom b’pitturi ta’ artisti kbar bħal Bellini, Carpaccio, Titian u Mantegna.
Imsemmija hekk għax inbniet b’wegħda. Il-Venezjani talbu lillMadonna teħlishom minn epidemija li kienet qed teqred ilpopolazzjoni ta’ ħafna bliet u b’ringrazzjament li Venezja ħelset minn dan il-flaġell bdew jibnu knisja ddedikata lill-Madoonna tas-Saħħa. Bdew fl-1631 u lestewha fis-sena 1651. Tul dawn is-sekli l-Venezjani komplew jimlew dan il-maqdes b’ħafna teżori.

Fost il-palazzi waqfa f’dak imsejjaħ Ducale tagħtik idea ta’ kemm din il-belt kienet u għadha sinjura. F’dan il-palazz kienu jsiru l-laqgħat tal-gvern għax
Venezia ma kinitx parti mill-Italja imma Repubblika għaliha. Kien biss fis-sena 1866 li ngħaqdet mas-saltna tal-Italja. Kull waħda minn dawn is-swali kellha u għad għandha teżori imprezzabbli
kollha opri tal-arti u kapolavuri ta’ artisti kbar li ġa semmejna. Anke dik imsejħa ‘Dar tad-deheb’ toffri esibizzjoni ta’ ħafna opri tal-arti. Id-deheb hu element komuni fis-swali ta’ dan il-palazz. U daħla f’dik msejħa l-Gallerija tal-Akkademja tagħtik okkażjoni biex tara bosta kapolavuri artistiċi li diffiċli tara x’imkien ieħor taħt saqaf wieħed.
Ħafna viżitaturi jħobbu jitbiegħdu ftit miċ-ċentru tal-belt u jmorru Murano biex jaraw fabbriki fejn jinħadem il-ħġieġ. Oħrajn jippreferu li jmorru Burano, lokal imsemmi mad-dinja għall-bizzilla tiegħu.
Tmur fejn tmur f’Venezia hemm x’tara. Mhux ta’ b’xejn li l-belt iżuruha kważi sitt miljuni fissena. Għall-Venezjani (popolazzjoni ta’ ftit iktar minn kwart ta’ miljun) dan in-numru hu ħafna iktar minn biżżejjed.
Għalhekk dan l-aħħar għamlu speċi ta’ taxxa biex inaqqsu nnumru. Kull turist ikollu jħallas ammont ta’ flus biex jixref filbelt. Illimitaw ukoll in-numru talcuiseliners li dejjem jidhru deħlin jew ankrati fil-Gran Canal.

Għad-dilettanti tal-knejjes, barra San Marco hemm il-knisja sabiħa ta’ Santa Maria della Salute.
Iżda n-nies tkompli sejra Venezja għax kif jgħidu bosta li jżuruha: ‘Bħal din il-belt imkien’. Venezja toffrilek esperjenza unika.

