

Ritratt tal-faċċata: IĊ-ĊITTADELLA, magħrufa wkoll bħala Il-KASTELL. L-inħawi ilhom abitati sa minn Żmien il-Bronż u huwa maħsub li fi żmien ir-Rumani kien hemm Akropoli. Fiż-żmien medjevali din il-belt serviet ta' kenn għall-Għawdxin mill-ħbit tal-pirati, li sal-1637 kienu obbligati jgħaddu l-lejl hemm. Minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni dan ma baqax possibbli. Fl-1551 it-Torok irnexxielhom jidħlu fil-belt u ħatfu mal-5,000 persuna u kaxkruhom ilsiera. Iċ-Ċittadella reġgħet rat azzjoni fl-invażjoni u fl-imblokk tal-Franċiża fl-1798.
Ritratt – Martin Attard
Id-diriġenti taċ-ċirku kienu qed jippreparaw għas-serata ta’ dak il-jum. Kellha tkun serata speċjali mmirata għat-tfal ta’ dak il-lokal. U dawn kienu fuq ix-xwiek biex jaraw l-annimali mgħallma jagħmlu meravilji ta’ ħila. Żwiemel jiġru wara xulxin, ġerrejja jaqbżu minn fuq żiemel għal ieħor. Klieb jimxu fuq saqajhom ta’ wara u b’ta’ quddiem isellmu l-folla. Insomma, taħlita ta’ ħiliet li tħalli liż-żgħar u kultant lillkbar ukoll, b’ħalqhom miftuħ.
Iżda xi siegħa qabel kellha tibda s hemm traġedja. It-tinda prinċipali ħadet in buffu ħareġ jgħajjat liebes bil-libsa tal-mistier. Jiġri u jgħajjat li ċ-ċirku għandu bżonn l-għajnuna għax qed jaqbad. Iżda n-nies tal-post qajla taw widen għal dan l-għajjat. Ħasbu li kien qed jipprova jiġbed l-attenzjoni biex ikun ċert li dik il-lejla, l-udjenza tkun kbira. Iktar ma beda jiġri u jgħajjat iktar bdew jidħku u ħadd ma emmnu li ċ-ċirku qed jieħu n-nar.
U meta emmnu kien tard wisq għax il-ħsara laħqet saret u ntilfu ħafna bhejjem għax ma kienx hemm min imexxihom bogħod min-nar u xi atleti sofrew ħruq estensiv.
Hekk jiġrilu min fil-ħajja jgħawweġ il-verità. Anki meta dan ma jkunx qed jigdeb ħadd ma jemmnu għax la darba s-soltu jħarref jaħsbu li jħarref dejjem. Missirijietna kienu ħolqu l-qawl: “Giddieb darba, giddeb dejjem.”
Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.
X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja?
Tgħallimt li s-saħħa tal-ġisem hija l-paċi tal-qalb.
Tgħallimt li rbaħt iktar meta skitt milli meta tkellimt.
Tgħallimt li min ma jibżax mill-inganni jaqa’ fihom.
Tgħallimt li xejn ma jagħmel impressjoni lil min hu mdorri.
Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra
Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqda tiegħu fl-1956
permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien iħobb isejħilhom il‘four pages’ . Din il-kitba ġiet stampata għall-pubbliku fl-2005.
Nimxu Id F’Id - Jannar 2025
Prokuratur Ruman li daħal għal
din ir-responsabbiltà wara
Feliċ. Quddiemu deher Pawlu
għal bosta drabi. Festus kien
jaf li Pawlu hu ċittadin Ruman
u jidher li ttrattah tajjeb. Iżda baqa’ jtawwal iż-żmien biex
jaqta’ s-sentenza u meta Pawlu ra hekk ma kellux triq oħra għajr li jitlob li jidher quddiem Ċesri. Talba li Festus ma setax jiċħad. Iżda qabel bagħtu Ruma ried li jlaqqgħu ma’
Erodi Agrippa li ddikjara li kieku kien għalih kien jeħilsu. Iżda la darba kienet saret it-talba biex jidher quddiem Ċesri issa ma setgħux iżommu li l-proċess jitkompla.
(Aqra: Il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli kap 25 u kap 26) Tagħrif
(... ikompli mill-ħarġa ta’ Diċembru)
Is-sħab huwa ffurmat
minn triljuni ta’ taqtir ta’ ilma jew silġ, imma tant żgħar (madwar wieħed minn mija ta’ millimetru) li kapaċi jżommu fl-arja sakemm jevaporaw jew
jikkondensaw f’xita. Però biex l-ilma gass li jkun evapora jkun jista’ jikkondensa f taqtir, jeħtieġ partiċella ta’ għabra li sservi ta’ nukleu. Mingħajr għabra m’hemmx sħab. U s-sħab tant jagħmel is-sema interessanti! U għalkemm kultant din l-għabra hija resposabbli wkoll għaċ-ċpar baxx, però ħafna iktar agħar, mingħajr għabra, l-ilma gass tal-arja kontinwament jikkondensa fuqna u fuq kollox ta’ madwarna bħala nida kontinwa. Mhux xenarju sabiħ!
(... ikompli fil-ħarġa ta’ Frar)
...
Is-siġra tal-absint jew tal-assenzju, Artemisia absinthium, hija waħda mdaqqsa li hi marbuta mal-morr tagħha speċjalment il-werqiet tagħha li kienu jintużaw ukoll bħala mediċina. Jintużaw ammonti żgħar minnha għax hi tossika u jekk tintuża f’ammonti kbar tikkawża mwiet kemm fl-annimali u anki filbnedmin. Bl-Ingliż Absinthe u ġieli kienet magħrufa wkoll bħala Wormwood.
Tagħmel fjuri żgħar qishom buttuni sofor. Hi siġra li tiflaħ għan-nixfa u għalhekk setgħet titkabbar fil-Palestina. Fil-ktieb tal-profeta Ġeremija nsibuh iċanfar lillprofeti li kattru l-ħażen f’Iżrael: “għalhekk dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti kontra l-profeti: ‘Arawni, sa nitmagħhom l-absint, u nisqihom l-ilma avvelenat, għax mingħand il-profeti ta’ Ġerusalemm xtered il-ħażen mal-art kollha’” (Ġer 23,15). Fil-ktieb talProverbji nsibu l-parir li l-missier jagħti lil ibnu biex jaħrab il-mara żienja għax: “fl-aħħar hi morra daqs l-assenzju, taqta’ daqs sejf b’żewġt ixfar” (Prov 5,4). L-isem Artemisia ġej mill-Grieg Antik għal alla Artemis li kienet il-protettriċi tat-tfal, tal-foresti u tal-kaċċa.
Jannar 2025
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib... u forsi tbissima.
In-nies ta’ villaġġ qrib il-belt ta’ Viċenza fl-Italja kienu ilhom igergru li l-posta tagħhom mhux qed tasal b’mod regolari. Iżda lilmenti tagħhom kienu jkunu mwarrba għax kien hemm mijiet oħra li qatt ma gergru mis-servizz u allura min gerger ġie ttimbrat li jħobb imaqdar u ftit li xejn investigaw.
Iżda meta l-ilmenti żdiedu sew, l-awtoritajiet ma setgħux jibqgħu jitfgħu l-problema taħt it-tapit. F’Jannar 2017 iddeċidew li jinvestigaw. U malajr sabu li pustier minnhom kien jibda jqassam bħal sħabu imma f’ċertu ħin kien jitlaq lejn id-dar anki jekk ma jkunx qassam kollox.
Meta marru f’daru sabu eluf ta’ ittri u materjal ieħor li kellu jitqassam u fil-fatt baqa’ fil-kantina tal-pustier li bħala skuża qal: “Kelli l-ħsieb li xi darba nqassamhom.”
Min iħalli għal għada t-tajjeb li jista’ jagħmel illum jispiċċa bħal dan ilpustier ... ma jagħmel qatt dak li kellu jagħmel.
Nimxu Id F’Id - Jannar 2025
Jannar 2017 tliet żgħażagħ Ingliżi minn belt qrib Manchester fetlilhom jitilgħu muntanja fl-Iskozja. Il-gwidi tal-post riedu jingħaqdu magħhom iżda ż-żgħażagħ ippreferew li jagħmlu l-esperjenza waħidhom. Min jifhem f’dan l-ambjent perikoluż qallhom biex almenu jieħdu magħhom mappa dettaljata ħalli tagħtihom t-tagħrif meħtieġ iżda ż-żgħażagħ kienu ċerti li ma kinux ser jintilfu.
Izda meta qorob il-lejl u dawn kienu għadhom ma rritornawx, ilgwidi ntebħu li kien ġara xi ħaġa. Ċemplu lill-awtoritajiet li bdew tfixxija għalihom. Tfittxija li damet iktar milli ħasbu. B’xorti tajba sabuhom imrekknin f’għar ċkejken li kien hemm fil-ġenb tal-muntanja. U mnalla għax kieku aktarx li kienu jispiċċaw mejta bil-ksieħ u forsi bilġuħ ukoll.
Anki fil-ħajja. Dawk iż-żgħażagħ li jippreferu jimxu l-ħajja bla mappa (tagħlim) u bla direzzjoni (ġenituri, katekisti u l-bqija) faċli jispiċċaw ħażin. U mhux dejjem jsibu min isalvahom.
Nimxu Id F’Id - Jannar 2025
Il-Griegi ta' qabel Kristu kienu jaħsbu li l-istat naturali ta' oġġett hu wieqaf. Xi ħaġa miexja b'mod naturali tieqaf. Illum nispjegaw dan billi ngħidu li hemm forza jgħidulha friction li twaqqaf l-oġġett miexi. Din il-friction taħdem meta żewġt uċuħ iħokku ma' xulxin u dejjem taħdem kontra lejn fejn qed jiċċaqlaq il-wiċċ.
Kien Galileo Galilei (1564-1642) li qal li oġġett miexi jibqa' miexi bl-istess rata u fl-istess direzzjoni jekk ma jkunx hemm xi imbuttatura jew ġibda (forza) fuqu. Din illum jgħidulha Newton's First Law of Motion. Jules Verne (1865) jirrakkonta storja fejn familja tmur lejn ilqamar. Kienu qed jivvjaġġaw u mitilhom kelb. Ħarġuh barra mit-tieqa u ħasbu li ħa jaqa' lejn iddinja. Imma meta fetħu ttieqa tal-vettura tagħhom li kienet miexja ħafna, ħadu qatgħa għax sabu lkelb għadu jivvjaġġa magħhom. Billi ma kienx hemm x'jiġbdu 'l isfel baqa' miexi magħhom.
Fil-lingwa Maltija, xi drabi niltaqgħu mal-kelma
filwaqt u drabi oħra naraw fil-waqt?
Liema hija t-tajba, filwaqt jew fil-waqt?
Kemm filwaqt kif ukoll fil-waqt jeżistu fil-Malti. Meta niktbu filwaqt bħala kelma sħiħa nkunu qed infissru ‘mentri, iżda, waqt li’.
Meta niktbu b’mod separat, fil-waqt, inkunu qed infissru ‘fil-mument, fil-ħin, f’waqt partikolari’.
Nieħdu xi eżempji:
Il-ħaddiema bdew jilmentaw għax il-pagi baqgħu l-istess, filwaqt li l-ħin tax-xogħol kompla jiżdied.
Fil-waqt tal-inċident jien kont id-dar.
Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd.
Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com
Nimxu Id F’Id - Jannar 2025
tiegħu bit-tiżjin tal-Milied ma jonqosx li l-akbar attenzjoni tingħata lill-presepju li din is-sena nħadem minn Jean Paul Portelli. Spikka fih l-għamla tiegħu kif ukoll il-pasturi Naplitani imma lebsin ilbixra Lhudija. Dan il-presepju nfetaħ fit-8 ta’ Diċembru u jibqa’ miftuħ sal-festa tal-Epifanija.
Is-Sibt 14 u l-Ħadd 15 ta’
Diċembru tellajna l-Play blisem ta’ Milied li għaqqad Mużajk. Kienu bosta dawk li ħadu gost b’din il-play xi ftit differenti minn tas-soltu. Prosit lil dawk kollha li ħadu sehem, kemm atturi kif ukoll dawk ta’ wara l-kwinti.
Kellna novena kemm għat-tfal tal-Primarja kif ukoll għalladolexxenti tas-Sekondarja. Din kienet imżewqa permezz ta’ features u ħsibijiet marbuta mal-Milied. Jispikkaw fost l-oħrajn l-adorazzjoni li wasslilna l-Arċipriet Kan. Krystof Buttigieg u l-Premjazzjoni taż-Żgħar.
Nimxu Id F’Id - Jannar
Nhar Lejlet il-Milied
kellna l-Purċissjoni ta’ Ġesù Bambin li l-Qasam
tagħna jwassal f’għamla ta’ Pageant. Kienu bosta
dawk li libsu ta’ xi
persunaġġ u din is-sena kellhom jisfidaw il-kesħa li
kellna. Ħajr ukoll lit-tfal kollha li ħadu sehem kif ukoll lill-Banda Mnarja li
ta’ kull sena tieħu sehem f’din il-purċissjoni.
Nhar il-Milied kellna lKunċert li jkun mistenni minn bosta nies. Sa minn kmieni wara nofsinhar beda l-armar fuq il-palk, id-dawl u s-sound biex fis-7.00 p.m. beda lProgramm imżewwaq
b’għanjiet, poeżiji, il-Prietka tat-tifel u l-play qasira. Ħajr lill-Kor, il-kantanti u l-mużiċisti li taħt it-tmexxija tas-Surmast Antoine
Theuma, tawna Kunċert mill-isbaħ.
Ma setax jonqos ukoll li wara l-Milied ikollna wkoll il-parties.
Kellna wkoll l-ikla tal-ħbieb li ssir lil dawk kollha li jgħinu l-qasam tagħna matul is-sena kif ukoll il-Premjazzjoni tal-Kbar li saret it-Tnejn 30 ta’ Diċembru.
Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna talFacebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur u fuq issuu.com/Nimxu Id f’Id