Nimxu Id F'Id - Gunju 2025

Page 1


Triq it-Tiġrija, Nadur. Tel. 21552161

Ritratt tal-faċċata: IT-TEMPJI MEGALITIĊI TAL-ĠGANTIJA jinsabu fix-Xagħra u huma fost l-eqdem tempji preistoriċi fid-dinja kollha, saħansitra eqdem mill-Piramidi tal-Eġittu. Huwa maħsub li nbnew madwar 3600-3200 sena Q.K. Jikkonsistu minn żewġ tempji; dak tat-Tramuntana u dak tan-Nofsinhar u kienu jintużaw bħala post ta' talb u qima. Il-Ġgantija hija sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Ritrattmeħudfil-24ta'Mejju2025 – Martin Attard

 L-Iben t’Alla sar bniedem

Nimxu Id F’Id

Ġunju 2025 Ħarġa numru 544

Kienet lejla ta’ maltemp. Peter, tfajjel ta’ xi 7 snin, kien għand in-nannaftit toroq bogħod minn dar il-ġenituri tiegħu. Is-soltu jgħaddi għalih missieru bil-karozza immadik il-lejla l-karozza kienetbil-ħsara u missieru qallu li kellhom jagħmlu l-vjaġġ bil-mixi. It-tnejn kellhom ilbies oħxon u qajla ddejqu bix-xita qliel li kienet nieżla. U l-missier kellu inċiratakbiraligħattiethomit-tnejn.

F’ħin minnhom Peter qal lil missieru: “Daddy, ma jien nara xejn bl-inċirata.”

“Tinkwetax Peter, żomm idek f’idi u imxi bla biża’. Naf minn fejn l-aħjar ngħaddu u ma ndumux ma naslu d-dar.”

U Peter hekk għamel. Għafas id missieru u komplew mexjin fittoroq ftit mudlama. Ġieligħaddewminn xi ħofra mimlija bl-ilma imma

Peter ma tax każ. Ħalla f’idejn missieru għax kien jaf li dan iħobbu ħafna u żgur dalwaqt iwasslu fejn il-mummy. Kemm għannqitu u bisitubil-qalb il-mummymetawaslud-dar.

U l-għażiż Papa Ljun XIV fl-ewwel diskors tiegħu minnfuq il-gallerija tal-Vatikan qalilna:

“Aħna lkoll qegħdin f'idejn Alla. Ejja mingħajr biża', flimkien nimxu id f'id miegħu.”

Il-fuljett tagħna jħeġġiġna biex aħna wkoll nimxu id f’id flimkien. Id f’id mal-ġenituri, ma’ ħutna, ma sħabna u mal-għalliema tagħna. Imma l-iktar mal-ikbar ħabib tagħna Ġesù lijħobbnaużguriwassalnafl-aħjarpost għalina.

Wirt il-Fundatur

Dun Ġorġ ħallielna teżor ... f’kitbietu

Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.

X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja?

 Tgħallimt liminikunsab ħabibtajjeb ikun sabteżor.

 Tgħallimt lil-għerq ta’ kull denihijar-regħba.

 Tgħallimt liqattxejn ma ġara addoċċ.

 Tgħallimt lil-għaniul-fqir humabżonnxulxin.

Ben Sira 6:14

Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqda tiegħu fl-1956 permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien iħobb isejħilhom il‘four pages’ . Din il-kitba ġiet stampata għall-pubbliku fl-2005.

Nimxu Id F’Id - Ġunju 2025

Dizzjunarju Bibliku

Tagħrif qasir dwar personaġġi bibliċi

Isaija

Huwa l-profeta Messjaniku għax xandar ħafnafuq is-Salvatur talpoplu. Kien jgħid lis-slaten ta’ Ġuda li kellhom jaħdmu biex il-poplu jibdel triqtu nkella ser jispiċċa ħażin.

Hedded il-poplu li ser jispiċċa lsir f’art barranija iżda qajla taw każ tiegħu.

Isaija għandu ktieb mimli tagħlim sabiħ li fih iwiddeb il-poplu biex jikkonverti. Meta ra li kliemu mhux qed jasal uriehom fejn ser jispiċċaw iżda xorta ħabrilhom li xi darba għad jiġi l-Feddej li jurihom il-vera triq: il-Messija ... is-Salvatur imwiegħed fil-Ġniental-Għeden.

(Aqra l-ktiebta’ Isaija)

Mill-pinna ta’ Dr Coronato Grech

L-Għabra

(... ikompli mill-ħarġa ta’ Mejju)

Hemm għabra fuq skala ferm kbira, dik tal-ispazju ta’ bejn il-kwiekeb, l-għabra interstellari. X’inhi din l-għabra u minn fejn ġiet? Din tikkonsisti minn gassijiet u partiċelli żgħar, uħud b’daqsijiiet ta’ millimetru, mikrometru (wieħed minn elf ta’ millimetru) u nanometru (wieħed minn miljun ta’ millimetru). Fost ilgassijiet hemm hydrogen (li huwa l-iktar gass komuni fl-univers), helium u oxygen. U fost il-frak hemm, fost ħafna oħrajn, karbon, silikon, ħadid u magnesium. U b’daqsxejn sorpriża hemm ukoll molekoli kkumplikati organiċi (mhux għax ġejjin minn xi ħajja imma jissejħu hekk minn klassifikazzjoni antika tal-kimika) bħal methanol, fromaldehyde, hydrogen cyanide (li hu gass velenuż ħafna) u cyanoacetic acid.

Dawn il-gassijiet u għabra għalkemm huma ta’ densità baxxa ħafna,però tant huma estensivilijiffurmawbħalsħab jewnebulae. U aħna ġieli narawhom indirettament meta jgħattu l-kwiekeb u jidhru bħala rqajja’ suwed, (dark nebulae), jew meta jixegħlu bid-dawl ta’ kwiekeb fil-qrib uspissikkuluriti (il-bright nebulae).

(... ikompli fil-ħarġa ta’ Lulju)

Nimxu Id F’Id - Ġunju 2025

... jikteb

Ritchie Grech

Il-Faqqus

Fil-Bibbja nsibu tissemma din ix-xitla tal-faqqus. Fl-Ingliż intużat il-kelma gourds, li tfisser ukoll qargħa. Ix-xitla selvaġġa bl-Ingliż hi wild gourd (Citrullus colocynthis) jew ġieli tissejjaħ ukoll colocynthis, xitlali tagħmelfrottqisudulliegħżgħirimmavelenużgħall-mewt.

Fil-Bibbja nsibu deskrizzjoni fit-tinqix tat-Tempju ta’ Ġerusalemm hekk: “Iċ-ċedru li kien hemm ġewwa nett fittempju kien imnaqqax f’għamla ta’ faqqus u ward miftuħ; kollox miksi biċ-ċedru u ġebel ma kien jidher xejn.” (1 Slat6,18).

Insibu wkoll il-ġrajja fejn sajru minn din il-ħaxixa velenuża: “u ħareġ wieħed mir-raba’ jlaqqat xi ħaxixa, u sab bħal dielja selvaġġa, u laqqat minnha ħjar selvaġġ. U mela l-mantar tiegħu. U mar u qattagħhom fil-borma tat-tisjir, għax ma kinux jafu x’inhuma” (2 Slat 4,39). Imbagħad il-profeta Eliżew tefa’ ftit dqiq fil-borma u l-ikel sar tajjeb. Bl-Ingliż ukoll intużat il-kelma gourds li hija referenza għal din il-ħaxixaselvaġġavelenużaħafna.

Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib... u forsi tbissima.

Ulied Catherine Palmer xtaqu ħafna li jagħtu sorpriża speċjali lil ommhom f’għeluq il-100 sena tagħha u rnexxielhom, għalkemm sena tard.

Catherine kienet ggradwat minn Victoria Manchester University fl1938 iżda qatt ma ġabret iċ-ċertifikat tal-gradwazzjoni. Għax f’dak iż-żmien

id-dinja kienet f’xifer ta’ gwerra u fi ftit xhur din bdiet u Catherine sabet

ruħha taħdem bħala infermiera fl-isptarijiet Ingliżi. Wara l-gwerra bdiet tgħallem fl-iskejjel tal-istat u baqgħet qatt ma ġabret iċċertifikat tal-Università. Iżda kienet tħobb issemmih u turi dispjaċir li ma għandhiexx’turilihigradwatatal-Universitàta’ Manchester.

Uliedha ddeċidew li jagħmlu ħilithom kollha li jiksbulha dan iċċertifikat għad li issa kienu għaddew għexieren ta’ snin. Ma rnexxielhomx jiksbuh meta għalqet il-100 sena iżda f’Marzu 2018, proprju meta Catherine għalqet il-101 snin kienu akkwistawh u

Catherine tgħidx kemm ferħet li fl-aħħar kellha tara ċ-ċertifikat tagħhatal-gradwazzjoni... 80senatard !!

Imma aħjar tard milli qatt.

Nimxu Id F’Id - Ġunju

Kien hemm min beda jitbissem imma ħafna oħrajn bdew jissaħħnu meta f’waħda mit-toroq prinċipali ta’ Georgia fl-Istati Uniti f’jum sabiħ t’April 2018, dehru 10 żwiemel għaddejjin ma’ xulxin b pass mgħaġġel iżda żgur mhux veloċi. Kienu ħarbu minn Little Creek Horse Farm u ddeċidew li la darba kienu ħielsa mill sidhom jagħmlu mixjamadwar il

Ma tantx damu jgawdu l-ħelsien għax malajr ġew ħaddiema tarrazzett u rnexxielhom jaqbduhom u jeħduhom lura lejn posthom. Iżda sadanittant il-highway 78 tal-belt kienet ippakkjata karozzi weqfin. Min kien għadu jitbissem u ħafna oħrajn jisħtu liż-żwiemel u iktar lissidienliħallewhomjaħarbu.

Għax fil-ħajja hekk. Jew teħodha biċ-ċajt jew tissaħħan iżżejjed għal kull kuntrarju b’detriment għal saħħtek.

Nimxu Id F’Id - Ġunju 2025

Mid

-

Dinja tax-Xjenza ...

jikteb

Joe Portelli

L-Elettrona Qisha Żugraga

Oġġett miexi għandu momentum. Momentum jirreferu għalih bħala quantity of motion u quantità di moto. Anke jekk l-oġġett qed idur fuqu nnifsu bħal żugraga għandu momentum li jsejħulu angular momentum.

L-istudju tad-dawl li jipproduċi element isejħulu spectroscopy. Bdew jinnottaw li linja ta’ dawl tinqasam fi tnejn meta l-element jitpoġġa ġo kalamita. George Eugene Uhlenbeck, imwieled Java (illum Jakarta fl-Indoneżja) u Samuel Abraham Goudsmit, Olandiż, iltaqgħu fl-Università ta’ Leiden fl-Olanda. Dawn ipproponew li elettrona qed iddur fuqha nnifisha qisha żugraga u għalhekk għandha angular momentum. Dan il-momentum għandu direzzjoni u għalhekk jagħmel differenza f’liema direzzjoni jkun ġo kalamita. Illum dan il-fenomenu huwa msejjaħ spin u hu parti integrali mill-istudju ta’ oġġetti li huma iżgħar mill-atoma (subatomic particles). Dan il-fenomenu hu użat ukoll fl-MRI.

L-istudju ta’ oġġetti u affarijiet oħra li għandhom daqs ta’ atoma jew iżgħar hu msejjaħ bħala Quantum Physics.

Ortografija Maltija ... niktbu bil-Malti tajjeb

Rawha tiġri jew ragħwa tiġri?

It-tnejn jinstemgħu l-istess, iżda liema waħda minnhom hija t-tajba?

Kemm il-kelma rawha kif ukoll ragħwa jeżistu u huma miktubin sew. Iżda għalfejn f’dan il-każ it-tajba hija biss rawha tiġri? Dan għaliex minkejja l-fatt li ż-żewġ kelmiet jinstemgħu l-istess, dawn iġorrutifsiradifferentiugħalhekkjintużawskontkif jitlob il-kuntest.

Żewġ kelmiet jew aktar li għandhom l-istess ħoss iżda jieħdu sura differenti fil-kitba u jkollhom tifsira li tvarja nsejħulhom ‘omofoni’. Dan il-fenomenu tal-lingwa ma jeżistix biss fil-Malti, iżda ssibu preżenti wkoll f’lingwi oħrajn. Ejja nagħtuħarsa lejndanl-eżempju liġej:

Rawha (they saw it/her) - Rawha tiġri bil-kelbħdejnil-baħar.

Ragħwa (foam) - Il-baħar kien imqalleb ħafna u l-mewġ deherkolluragħwabajdanija.

Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd.

Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com

tal-Fundatur San Ġorġ

Preca permezz ta’ quddiesa fil-Knisja Parrokkjali. Qaddes

Mons Salv Grima u ħa sehem ukoll il-kor talMuseum, bniet u subien.

tal-Qasam Mid-Djarju

Fraħna wkoll mattfal li din is-sena rċevew l-Ewwel Tqarbina nhar ilĦadd 25 ta’ Mejju.

Din is-sena kellna liżgħar klassi ta’ tfal subien, 6 b’kollox, li flimkien ma’ 18-il tifla għamlu lPreċett.

Il-Ħamis 29 ta’ Mejju kellna

l-Purċissjoni u l-Manifestazzjoni Marjana. Il-

Purċissjoni telqet millPjazza għas-7.30p.m. u

wara kellna Programm ad unur tal-Madonna filgrawnd tal-Qasam. It-tfal

Adam Said, Zane Portelli u

Matul ix-xahar ta baqa’ għaddej l

Football League bejn it

tliet timijiet mmexxija

minn Isaac Muscat, Daniel Sultana u Clyde Borg. Grazzi lil kull min għen biex setgħet tittella attività b’mod speċjali lir

referee Joe Portelli.

Eliza Hili rreċitaw poeżija filwaqt li Elias Caruana għamel il-prietka dwar ilMadonna. Il-Kor ukoll ta ssehem tiegħu b’għanjiet sbieħ Marjani. Wara lArċipriet Fr. Krystof għamel

Tista’ taqra wkoll il fuljett f forma diġitali. Żur il Paġna tal Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur u fuq issuu.com/Nimxu Id f’Id

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.