Ritratt tal-faċċata: FORTI CHAMBRAY – oriġinalment kellha tinbena belt ġdida għal Għawdex. Il-pjanijiet saru fl-1722, fi żmien il-Gran
Mastru Manoel de Vilhena u l-belt kellha tissemma Città Vilhena. Kollox baqa' wieqaf minħabba nuqqas ta' fondi. Fl-1749 il-Kavallier
Franċiż Jacques-François de Chambray, li kien għadu kif inħatar Gvernatur ta' Għawdex, ħallas għal dan il-forti li ħa ismu. Il-forti li tlesta fl-1760.
Ritratt meħud fit-2 ta' Jannar 2025 – Martin Attard
Nimxu Id F’Id
L-antiki jħobbu jirrakkontaw l-istorja tal-aħwa ġuvnotti Ġanni, Pawlu u Ġużepp li fid-dar dejjem kienu jitlewmu fuq kull tentufa. U darba missierhom qalilhom: “Għada nistedinkom tiġu miegħi nistadu. Iġġibu xejn magħkom. Naħseb għal kollox jien. Min minnkom jaqbad l-ewwel ħuta nagħtih 30 lira.”
Dakinhar tletin lira kienu flus u l-aħwa marru bil-qalb. Il-missier ġab miegħu tliet kaxxi u qalilhom: “Aqtgħu u min jiġi l-ewwel jagħżel kaxxa, it-tieni jagħżel oħra u t-tielet jieħu dik li jkun fadal. U ibdew stadu b’dak li ssibu fil-kaxxa.” U tahom siegħa żmien.
Meta fetħu l-kaxxi Ġanni sab qasba li kienet tintrama billi l-biċċiet jidħlu f’xulxin. Pawlu sab ħarira u magħha sunnara u Ġużepp sab kaxxa żgħira u fiha kien hemm ftit ġobon jinten daqs is-seba’ pesti. L-aħwa bdew jippruvaw jistadu. Wieħed beda jagħti bil-qasba biex forsi jolqot xi waħda. L-ieħor dendel is-sunnara iżda bla lixka ma ġibidx ħut. U tal-ġobon kellu ħafna ħut iżda biex jaqbadhom ma kellux. U għalhekk dan tal-aħħar qal: “L-aħwa, ejjew ningħaqdu flimkien. Norbtu l-ħarira mal-qasba u ejjew ħdejja.”
Hekk għamlu u malajr tellgħu ħuta sabiħa. U missierhom żamm kelmtu. Tahom it-tletin lira li nqasmu bejniethom u qalilhom: “Mifrudin ma wasaltux imma magħqudin irnexxejtu.
Jalla titgħallmu tagħmlu hekk ukoll fil-ħajja.”
Wirt il-Fundatur
Dun Ġorġ ħallielna teżor ... f’kitbietu
Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.
X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja?
Tgħallimt nibża’ minn min ifaħħarni.
Tgħallimt li ma nafdax biex ma nħallilx.
Tgħallimt li min jisraq bajda jisraq baqra.
Tgħallimt li skont il-ħajja l-mewt.
Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra
Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqda tiegħu fl-1956 permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien iħobb isejħilhom il‘four pages’ . Din il-kitba ġiet stampata għall-pubbliku fl-2005.
Nimxu Id F’Id - Frar 2025
Dizzjunarju Bibliku
Tagħrif qasir dwar personaġġi bibliċi
Ġakobb
It-tifel ta’ Iżakk u ħu Għesaw. Missieru Iżakk aktarx kien jippreferi lil Għesaw għax kien jarah iktar avventuruż iżda ommu Rebekka kienet iktar iġġib lil Ġakobb u ħadmet biex il-barka ta’ missieru jeħodha hu. Dan ġab ħafna inkwiet u Ġakobb kellu jaħrab minn dar missieru għax Għesaw ried joqtlu.
Il-Mulej biddillu ismu minn Ġakobb għal Israel u kellu 12-il tifel. L-iktar li kien iġib minnhom kien Ġużeppi u dan ġab għejra kbira fost ħutu tant li bigħuh lill-Ismagħelin. Lil Ġakobb kienu qalulu li Ġużeppi kien spiċċa vittma ta’ xi annimal selvaġġ għax ġabulu l-libsa tiegħu mċappsa bid-demm ta’ gidi.
Iżda fl-aħħar ħarġet il-verità sħiħa meta l-aħwa kellhom imorru l-Eġittu jixtru l-qamħ għax kien hemm ħafna ġuħ f’pajjiżhom. Hemm intebħu li l-Mulej kien ma’ ħuhom Ġużeppi li spiċċa viċirè tal-pajjiż. U stieden lil missieru Ġakobb u lil ħutu jiġu jgħixu miegħu fl-Eġittu.
(Aqra Ġenesi minn kap 25 sa kap 50)
Mill-pinna ta’ Dr Coronato Grech
L Għabra
(... ikompli mill-ħarġa ta’ Jannar)
Is-sema huwa blu matul il-ġurnata għax il-molekoli u lpartiċelli, bħal għabra, iferrxu dan il-kulur iktar mill-kuluri l-oħra. Iddawl tax-xemx jikkonsisti mill-kuluri aħmar, oranġjo, isfar, aħdar, blu u vjola (l-ispektrum). U jerġa’ ssema huwa kkulurit ħamrani fiżżerniq u fl-għabex huwa wkoll
minħabba l-għabra li issa tkompli tferrex l-blu/vjola tant li issa jibqgħu dawk l-kuluri ħamranija. U iktar ma hemm għabra iktar hemm sema spettakolari.
Meta fil-1883, fl-Indoneżja splodiet il-gżira ta’ Krakatoa, waħda mill-ikbar karastrofi naturali, madwar id-dinja kien hemm sema spettakolari filgħodu u filgħaxija għal xhur sħaħ. Anki aħna llum, fil-preżent, meta jiżbroffa l-vulkan Etna fi Sqallija jkollna ħafna frak u għabra sewdinija. Il-qawsalla wkoll, tant ikkulurita u impressjonanti, tiddependi indirettament fuq lgħabra tal-arja li tgħin jifforma t-taqtir tax-xita, liema taqtir jferrex irraġġi tad-dawl tax-xemx biex joħorġu l-kuluri spettakolari talispektrum.
(... ikompli fil-ħarġa ta’ Marzu)
Nimxu Id F’Id - Frar
... jikteb
Ritchie Grech
Il-Balluta
Il-balluta hi siġra li tħaddar is-sena kollha u togħla diversi metri. Għandha injam sabiħ u iebes magħruf bħala oak. Tagħmel il-frott (iż-żerriegħa) li nsejħulu ġandar (acorn) u fil-fatt ġieli tissejjaħ siġra tal-ġandar. Fil-Wardija f’Malta għad baqa’ ftit siġar ta’ madwar 500 sa 1,000 sena ilu li kienu jiffurmaw bosk imma li llum kważi nqered għal kollox. Dawn huma indiġeni għal pajjiżna. Referenzi għal din is-siġra fil-Bibbja nsibu: “Ġożwè kiteb dan il-kliem kollu fil-ktieb tal-liġi ta’ Alla, u ħa ġebla kbira, u waqqafha hemm taħt il-balluta li hemm fisSantwarju tal-Mulej” (Ġoż 24,26); “u safrattant kont jien li qridtilhom ġens l-Amurrin, minn quddiemhom, minkejja li… l-qawwa tiegħu qawwa tal-ballut. U qridtlu l-frott minn fuqu u sal-għeruq minn taħtu” (Għam 2,9). F’Sikem kien hemm balluta kbira u famuża għalLhud u taħtha Ġakobb difen l-allat foloz tal-ġnus: “u taw lil Ġakobb lallat kollha barranin li kellhom, u l-imsielet li kellhom f’widnejhom, u Ġakobb radamhom taħt il-balluta ta’ ħdejn Sikem” (Ġen 35,4); u anki difnu lil Debora taħt il-balluta: “u mietet Debora, l-imraddgħa ta’ Rebekka, u difnuha ’l isfel minn Betel, taħt il-balluta u semmieha: Allon bakut” (Ġen 35,8). Fil-ktieb tal-Profeta Isaija lil-Lhud jirreferi għalihom bħala ballut tas-sewwa: “Isejħulhom ballut tas-sewwa, imħawla mill-Mulej għal foħritu” (Is 61,4).
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib... u forsi tbissima.
L-għawm sabiħ fis-sajf imma li tara grupp kbir ta’ nies jgħumu flIngilterra fil-kesħa ta’ Jannar aktarx li ssibha diffiċli tifhem kif u għaliex. Sakemm tkun taf li organizzazzjoni li għandha d-dar ċentrali tagħha f attività kull
sena fl-ewwel tmiem il-ġimgħa tas-sena l-ġdida biex tiġbor fondi għal skopijiet filantropiċi fil-belt. U mijiet imorru jagħtu sehemhom biex mill-flus miġbura jirċievu l-għajnuna dawk li jkunu l-iktar bżonnha. Min jorganizza jgħid li wara din l-għawma jiskanta kemm jara ferħ u sodisfazzjon f’wiċċ dawk li jkunu pparteċipaw għax dawn ikunu jafu li s-sagrifiċċju tagħhom ser iferraħ ħafna oħrajn. U dan inessihom ilksieħ kollu li jkunu ħassew f’din l-ewwel għawma tas-sena.
’ wieħed mill-artikli:
Tixtieq tesperjenza splużjoni f’ħalqek.
Ħafna għoġbithom ferm l-esperjenza.
Kien titlu li jħajrek taqra l-kontenut għax ħadd żgur ma jieħu gost bi splużjoni f’ħalqu imma la darba kien hemm min għadda millesperjenza u qal li mar tajjeb tixxennaq biex tkun taf kif għamlu. U meta taqra ssib li l-artiklu nkiteb
minn ditta li tipproduċi tadam żgħir ħafna. Daqs l-għeneb. Jissejjaħ mini cherry tomatoes. Min jixtri
minnhom u jikolhom ikun jista’ jagħmel dan bla ma joqgħod iqatta’ t-tadam għax la hu tant żgħir jittiekel sħiħ. U naturalment biex tibilgħu trid qabel tkissru taħt snienek. U dan it-tkissir hu lisplużjoni li għamilna referenza għaliha.
X’sengħa hux għandhom dawk li joħolqu l-headlines biex iġegħluk taqra kitbiethom ... u naturalment tixtri l-prodott tagħhom. Sewwa kieku aħna ma ninġarrux mill-propoganda li jimbumbardjawna bihom ir-reklami u nixtru għax ikollna bżonn u mhux għax ibellgħulna xi lixka il-produtturi li jġegħluna nixxenqu għal dak li faċilment ngħaddu mingħajru.
Mid-Dinja tax-Xjenza
... jikteb Joe Portelli
Il-Momentum
Il-momentum ta' oġġett hu kemm jiżen l-oġġett multiplikat b'kemm hu miexi. Momentum = il-massa tal-oġġett x il-veloċità tiegħu.
Il-momentum jinbidel jekk jibqa' l-istess ammont imma jekk l-oġġett jibdel id-direzzjoni lejn fejn ikun miexi. Din il-kwantità ta’ momentum hi importanti għax meta ssir splużjoni jew ħabta, il-momentum totali jibqa' l-istess bħal qabel, basta ma jkunx hemm xi forza timbotta jew tiġbed lill-oġġetti minn barra. Li jiġri hu li f'ħabta karozza tgħaddi parti mill-momentum tagħha lill-oħra. U fi splużjoni, jekk parti mill-bomba telqet lejn naħa b'ċertu ammont ta' momentum, il-parti li tmur lejn in-naħa l-oħra titlaq bl-istess momentum. Din tista' tippruvaha.
Jekk tnejn ikunu fuq roller skates weqfin u jimbuttaw lil xulxin b'mod li jibdew jitbiegħdu minn xulxin, dak li għandu/ha piż iktar, jimxi b'veloċità inqas.
Iktar ma oġġett ikollu momentum iktar tbati biex tbiddilhulu. Għalhekk trakk kbir miexi bl-istess veloċità ta' karozza żgħira tbati iktar biex twaqqfu. Barra minn hekk billi għandu iktar momentum, jagħmel iktar ħsara fejn jaħbat.
Ortografija
Maltija
... niktbu bil-Malti tajjeb
Għaliex għandna niktbu online u mhux onlajn?
Sa ftit ta’ snin ilu, il-kelma ‘onlajn’ u kliem ieħor miktub la Maltija bħal ‘websajt’, ‘softwer’, u ‘erkondixiner’, kienu jiġu aċċettati fil-kitba. Iżda sa mill-pubblikazzjoni tar-regoli l-ġodda rigward il-kliem missellef millIngliż, id-Deċiżjonijiet 2, dan kollu nbidel.
Il-kliem li huwa kompost minn żewġ kelmiet jew aktar, ħlief dak li ħa sura grammatikali Maltija bħal ‘trejdjunjoniżmu’, għandu jitħalla miktub bl-Ingliż u m’għandux jiġi traskritt bil-Malti. L-unika eċċezzjoni
hija l-kelma komposta ‘futbol’ li, peress li biżżmien indrat tidher hekk fil-kitba, għandha tibqa’ tinkiteb hekk.
Għal aktar tagħrif dwar kif għandek timxi meta tiltaqa’ ma’ kliem missellef mill-Ingliż agħti titwila lir-rapport tad-Deċiżjonijiet 2
kien meta lqajna fostna lillIsqof tad-Djoċesi tagħna,
Mons Anton Theuma bħala
parti mill-Viżta Pastorali li
Bħas-soltu żammejna lQuddiesa tat-Tieni Ħamis taxxahar u komplejna wkoll bilpassiġġati ta’ nhar ta’ Ħadd fejn morna ta’ Ġordan, Ta’ Ċenċ kif ukoll id-Dwejra.
kien qed jagħmel filParroċċa tagħna. Dan kien it-Tlieta 14 tax-xahar. LIsqof wasal għall-ħabta tal-
Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof. Wara llaqgħa ħa l-okkażjoni wkoll biex jiltaqa’ mat-tfal tal-Ewwel
Tqarbina kif ukoll mal-adolexxenti tas-
-
5:30 p.m. fejn iltaqa’ mat-tfal -gamesroom għax
dakinhar kien jum ta’ xita. Fis-
6:00 p.m. daħal fil-klassijiet talPrimarja tal-Year 2, 4 u 6 u ’ wkoll mal-membri
Assenjatur. Fis-7:00 p.m. kellu laqgħa mal-ġenituri tfal li ser jagħmlu l-Ewwel
Sagrament tal-Konfer mazzjoni. Kienet żjara tassew sabiħa u li nibqgħu niftakru. Mal-Isqof preżenti kien hemm ukoll l-Arċipriet Dun Krystof Buttigieg, Fr. Simon
Cachia li jmexxi l-uffiċċju
Kateketiku f’Għawdex kif ukoll Maria Xuereb, Segretarja fl-Uffiċċju talArċipriet.
Mark
Tista’ taqra wkoll il fuljett f forma diġitali. Żur il-Paġna talFacebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur u fuq issuu.com/Nimxu Id f’Id