

Il-Ħbieb Isejħu










Iben t'Alla sar Bniedem

ĠUNJU 2025 numru 706
ġimgħa f kunvent tattrappisti. Dawn il-patrijiet iqattgħu l-ħin jitolbu u jaħdmu. Iżda ma tantx jitkellmu. Jippreferu s-skiet għajr għal xi ħinijiet waqt likel u waqt xi rikreazzjoni.
Ir-raġel mistieden ma setax jifhem għaliex dawn ilpatrijiet iqattgħu tant ħin fis-skiet u staqsa lil patri minnhom. Dan ħa lillmistieden ħdejn bir u wara li tefa’ ġebla mdaqqsa flilma qallu:

“Ħares fl-ilma u għidli x’int tara.”
“Ma qed nara xejn.”
Wara ftit minuti l-patri qallu:
“Ħares issa u għidli x’int tara.”
“Issa qed nara lili nnifsi.”
“Qed tifhem ħabib. Meta l-ilma kien aġitat bil-ġebla li tfajt ma rajt xejn. Meta l-ilma kkwieta rajt lilek innifsek. Hekk jiġrilek fis-skiet. Tidra tifhem aħjar lilek innifsek.”
Il-patri kien tkellem biżżejjed u tbiegħed b’rasu baxxuta u fis-skiet. Ir-raġel tal-aħħar fehem li s-skiet jgħinek tagħraf aħjar lilek innifsek. Imma fiddinja tal-lum mhux faċli ssib dawn il-mumenti. Trid tisforza imma meta ssibhom tintebaħ li jbiddlulek ħajtek.
Diċembru2024

kien awtur prolifiku u kelliem magħruf sew f’nofs is-seklu l-ieħor.
Kiteb ħafna kotba miżgħuda bi stejjer qosra li jwasslu messaġġi
pożittivi u jistgħu jservuna ta’ gwida għal ħajjitna.
Fil-ħarġa ta’ dan ix-xahar ser nirrakkontaw fi kliemna l-ġrajja ta’…
It-tfajla li riedet issir attriċi
Fulton Oursler jibda l-ġrajja hekk:
Kienet lejla xitwija. New York kien miksi silġ. Raġel liebes pulit inqabad f’din il-maltempata. Ruħ twajba ratu barra u daħħlitu f’darha fejn dan ir-raġel ingħata ikla sħuna. Il-familjari ferħu bih u hu rringrazzjahom bil-qalb. Ried iħallashom imma l-familja ma riditx ħlas. Li għamlu għamluh b’karità. Qabel telaq ħallielhom biljett b’ismu. Il-biljett indika li rraġel li laqgħu f’darhom u temgħuh kien il-producer famuż tal-films David Belasco.
Għaddew is-snin u Elsie, bint ilkbira tal-mara ta’ qalb tajba, bdiet tgħid lil ommha biex tikteb ittra lil dan David u tgħidlu li bintha xtaqet ħafna li ssir attriċi. Kienet l-ikbar xewqa ta’ 2






ħajjitha. Kienet lesta li tkisser għerusija li kellha ma’ żagħżugħ li kien jgħix qrib tagħhom. Kien iħobbha b’imħabba tal-ġenn. Imma assolutament ma riedx li titlaq lejn l-istudios fejn kien

xortiha fl-industrija tal-films. Xtaqha li tibqa’ fl-ambjent tagħhom. Hemm irabbu l-familja u bil-ħidma flimkien ma jkun jonqoshom xejn.
Imma ma riditx tisma’. Baqgħet tiffitta lil ommha biex tibgħat ittra lil David u hi twassalhielu bl-idejn. U tgħidlu jagħtiha imqar parti żgħira f’xi film.
Ommha ħassritilha. Riditha tiżżewweġ lill-ġuvni li tant kien iħobbha. Iżda t-tifla baqgħet issostni li din kienet il-ħolma tagħha. U riedet twettaqha. Fl-aħħar ommha ċediet. Kitbet l-ittra u bintha telqet lejn l-Istati Uniti biex tiltaqa’ ma’ Dave Belasco.
Dave qara l-ittra. Ftakar fil-qalb tajba tal-familja u b’rispett ta’ hekk kien lest li jagħtiha xi parti żgħira. Jara kif tmur u ’l quddiem forsi jkun jista’ jagħtiha partijiet ferm iktar impenjattivi.
ħolma ta’ ħajjitha bdiet titwettaq. Iżda wara l-ewwel esperjenza bdiet tħoss il-vojt tal-familja. Ilfirda mill-għarus bdiet tagħfas fuqha wkoll. Flok ferħana ser ittir bdiet tmur f’kamritha tibki. Intebħet li din tagħha ma kinitx il-ħolma fantastika li kienet xtaqet.

Fulton kien jispiċċa l-ġrajja bilkliem: Iddeċidiet li tmur lura. Ommha u l-għarus laqgħuha bilferħ. Issa fehmet li l-ħolma tagħha kienet biss fantasija. Għax mhux kull ħolma hi ħolma ta’ suċċess. Uħud veru jiftħulna orizzonti ġodda waqt li oħrajn ikissrulna ħajjitna għax ixewquna għal dak li ma jissodisfax. Ikunu biss duħħan.
Bżieżaq tas-sapun.
L-għaqal jgħinna nagħmlu għażliet tajba. Parir ta’ min iħobbna mhux ta’ min iwarrbu u jarmih bla ma jiflih.

DR CORONATO GRECH M.D. ikompli jiktbilna
dwar:

Mars. Mars kien prinċipalment
alla Ruman, alla tal-gwerra u talbiedja, żewġ karatteristiċi importanti ta’ Ruma bikrija. Lalla li jixbhu fil-letteratura Griega huwa Ares, it-tifel ta’ Żews u Ħera, li ma tantx kien stmat għax fil-gwerra ta’ Trojja ma żammx mal-Griegi. Mars Ruman kien ukoll it
Ġupiter (Żews) u Ġuno (Ħera). Kien alla importanti tal kellu ħafna festi, l fix-xahar ta spiċċa msemmi għalih (Martius Rumani Mars kien missier Romulus u Remus, tewmin subien, waqt li ommhom, Rhea Sylvia, kienet waħda mill-verġni vestali li jieħdu ħsieb in-nar sagru. Meta, fuq ordni tar-re li beża’ minnhom, it-tewmin ġew abbanduanti f’foresta, huma ġew salvati u mrobbija minn lupa. Din
il-lupa u t-tewmin ilhom simbolu ta’ Ruma sa mill-inqas it-tielet seklu q.K. Imma skont il-miti, Romulus u Remus iġġieldu, Remus spiċċa maqtul u Romulus kien il-fundatur ta’ Ruma. Mars donnu dejjem kien assoċjat malvjolenza.

Il-pjaneta Mars, meta tkun prominenti fissema, għandha kulur kemmxejn ħamrani, u għalhekk probabbli assoċjawha malgwerra. Skont xi miti Rumani, ilpjaneta Mars
kienet tinġarr fis-sema fuq karru miġbud minn żewġ żmiemel Phobos (biża’) u Deimos (terrur). U meta fil-1877 instabu żewġ qmura żgħar madwar Mars issemmew Phobos u Deimos1 .
1. U huma żgħar, madwar 25 km u 15 km (Deimos, kważi daqs Għawdex). Tant żgħar li lanqas huma tondi bil-gravità, imma iktar irregulari qishom patata.

Mars hija pjaneta pjuttost żgħira, madwar nofs id-dinja, iddur f’orbita madwar ix-xemx li tieħu madwar sentejn tagħna, waqt li fuqha nnifisha madwar 24 siegħa, bi kważi l-istess inklinazzjoni, u allura għandha wkoll l-istaġuni għalkemm idumu d-doppju tagħna, b’tibdil ta’ bjuda firreġjuni polari li jidher li huwa carbon dioxide li jiffriża u jevapora. Minn vetturi spazjali li waslu fuqha nafu li għandha temperaturi baxxi, kważi dejjem taħt iż-żero sew, atmosfera ta’
densità baxxa ħafna, fil-biċċa lkbira carbon dioxide, xi sħab, maltempati ta’ rjieħ globali, muntanji, vulkani għolja estinti, widien (li jidher li xi darba kien fihom l-ilma), ħofor, u pjanuri u deżerti kbar ta’ ramel ħamrani. Anke s-sema jidher ħamrani.
Mars hija l-unika pjaneta li nistgħu nosservaw dirett il-wiċċ tagħha u fil-passat xi osservaturi ħasbu li raw xi kanali. Hija l-iktar pjaneta li tixbah lid-dinja2 .
(Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-ħarġa ta’ Lulju)
2. H G Wells, fl-istorja famuża War of the Worlds, immaġina li l-Marzjani invadew id-dinja għax ma kienx baqgħalhom riżorsi. U meta fil-1938, flAmerika, Orsen Wells għamel radjudramm realistiku ta’ din l-istorja, ħafna emmnu li waslet invażjoni minn Mars u kien hemm paniku kbir!






Taħseb minn qabel
Meta l-Ammiral Amerikan
Richard Byrd ġie lura wara li kien mexxa spedizzjoni fl-Antartika xi ħadd resaq fuqu waqt riċeviment u qallu: “Ħallini nieħu b’idejn lammiral li għex din l-avventura stupenda!” “Ħabib tagħna, ma kinitx avventura imma spedizzjoni. Avventura tmur għar-riħ id-dinja imma għal spedizzjoni irid ikollok kollox imħejji u ppjanat ħafna xhur u forsi snin qabel!”
Is-suċċess ħafna drabi hu frott ta’ ħafna ħidma u mhux ta’ xorti tajba.

Kritika
Wara diskors pjuttost twil, ilkelliema staqsiet lil żewġha, “Kif mort? X’jidhirlek mid-diskors tiegħi?” Żewġha qalilha, “Kont qisek karozza Rolls Royce.” Il-mara ħadet pjaċir iżda r-raġel kompla, “Bħal Rolls Royce bilkemm kont tinstema’, bħal Rolls Royce kellek materjal antik u bħal Rolls Royce ħsibna li m’inti ser tieqaf qatt!”
X’ġara wara ma nafux!

Skont il-loġika

Kienu żewġ ħassieba intelliġenti u studjużi. Inzertaw daħlu fi ġnien sabiħ, miżmum b’kura, kollox f’postu, ringieli dritti ta’ fjuri, siġar imħawla b’ċerta simetrija u sistemja inġenjuża ta’ irrigazzjoni. Xtaqu li jkellmu lill-ġennien biex jifirħulu iżda ma setgħu jsibuh imkien. Imbagħad b’ton sarkastiku l-ħassieb kredenti qal lil sieħbu lateist,
“U iva, forsi dan kollu sar waħdu!”
“Sar waħdu kif jista’ jkun? Ringieli tant dritti, siġar b’tant simetrija, tisqija b’tant inġenwità?”
“Mela dan li semmejt ma setax sar waħdu u tant sbuħija ta’ fjuri u frott tgħid li saru weħidhom? Fejn hi l-loġika?”
L-ateist ma tkellimx u għaġġel joħroġ minn fejn kien daħal.
għax ħaseb li dak jiswa ħafna flus. Meta ntebaħ li ma kien fadal xejn ta’ preġju qabad u telaq iżda leremit għajjatlu, “Tista’ almenu tgħid ‘grazzi’ tal-vażun li tfajt flixkora!” “Grazzi.” U ħaffef ’il barra.
Iżda xi jumejn wara l-pulizija ġabuh lura fl-għar tal-eremita. Kien il-ħalliel stess li qalilhom minn fejn kien kiseb il-vażun. Iżda l-eremita qalilhom, “Dak ma seraqhulix.
Tajthulu bil-qalb u fil-fatt qabel telaq kien qalli ‘grazzi’.”
Grazzi li salvat lill-ħalliel u tista’ ssalva ħafna relazzjonijiet jekk inkunu kapaċi ngħiduha meta xi ħadd jagħmlilna xi pjaċir. Ftit apprezzament kulħadd jixxennaq għalih.


IL-LAQGĦA TA’ MEJJU
Tradizzjonalment miżmum

bħala x-xahar tal-Madonna u għalhekk kien xieraq li l-ħsieb tal-laqgħa jkun marbut ma’ din ommna tas-sema.
Kellemna l-Kan Dun Joe Cardona u żejjen il-laqgħa interessanti tiegħu b’episodji li jgħaddi minnhom bħala

kappillan l-isptar, ovvjament stejjer li ma daħalx f’dettalji żejda u li ilhom ftit li ġraw sabiex ma
jikxifx l-identità tal-individwi. Darba waħda ċempillu xi ħadd u qallu li f’sala partikolari kien hemm marid serju imma li ilu li ma jridx jaf bil-Knisja u birreliġjon. Qabel mar ħdejh għadda sal-kappella sabiex jitlob quddiem is-sagrament u ħa miegħu santa tal-Madonna Ta’ Pinu. Mar fis-sala u jsib bosta familjari miġbura. Xi ħadd għamillu sinjal sabiex jitlaq iżda Dun Joe ried ikellem lill-pazjent. U hekk għamel. Dan inħasad imma laqgħu tajjeb u qallu li xtaq ikellmu privatament. Xi jiem wara bagħat għalih u kienet laqgħa tajba ħafna tant li riedu
jqaddislu fil-funeral. Dun Joe jinsisti li kienet il-Madonna li sabet irkabtu tas-sitwazzjoni. Listess konvinzjoni ra f’għajnejn mara li kellha tagħmel operazzjoni delikata u riedet li magħha jkollna l-labtu ta’ Marija li tant kienet devota lejh. Ilkirurgu qalilha li ftit ikunu loperazzjonijiet tali li jkollhom riżultat daqshekk tajjeb. Ilpazjenta qalet lil Dun Joe li hi tgħid li l-Madonna qabżet għaliha biex kellha l-fejqan mixtieq. IlMadonna hija ommna u b’xorti tajba f’pajjiżna hawn devozzjoni kbira lejha. B’hekk it-talb tagħna lejn din ommna tas-sema u grazzji li nistgħu naqilgħu nattribwuhom lil din l-omm li tħobb lil uliedha. Imma konvinti li dak biss li hu ta’ ġid għalina
naqilgħuh. Min jaf kemm tlabna għal affarijiet u ma qlajniex u żżmien uriena li ma kienx ta’ ġid għalina. San Bernard kien jgħid li ma hemm ħadd il-ġenna li ma kienx devot ta’ Marija u ħadd linfern li kien devot tagħha.
Nirringrazzjaw lil Dun Joe tallaqgħa sabiħa li għamlilna.

Għażiż ħabib, nawguraw lilek u l-familja tiegħek ilfesta t-tajba.
Bħala preparazzjoni għallfesta tal-patruni tagħna ma hemm xejn isbaħ minn qrara u tqarbina.
Il-Bord Editorjali


għal-LAQGĦA TA’ ĠUNJU
Fi tmiem dan ix-xahar tant għażiż għalina n-Nadurin niċċelebraw il-festa tal-patruni tagħna San Pietru u San Pawl. Bħalma nagħmlu s-soltu llaqgħa tkun marbuta b’xi mod ma’ dawn iż-żewġ kolonni kbar tal-Knisja. Din is-sena lħabib tagħna Daniel Meilak ser ikellimna dwar postijiet f’Ruma marbuta ma’ dawn ilqaddisin li ħallew ħajjithom f’din il-belt li b’hekk saret iċċentru tal-Kattoliċiżmu.
Ser issir nhar is-Sibt 7 ta’ Ġunju fit-8.00p.m. Ejja int u ħajjar ħbieb tiegħek sabiex jattendu wkoll. Tkun preparazzjoni sabiħa għallfesta.



[Ġesù qal,]
“Tassew, tassew
ngħidilkom, Kull ma titolbu ’l Missieri jagħtihulkom f’ismi...
Itolbu u taqilgħu...”
Ġwanni 16, 23-24
Storja bl-istampi tirrakkonta
ġrajja ta’ insett żgħir ħafna
jħares lejn insett kbir.
Wara li flieh sew staqsieh:
“Int x’tip ta’ insett int?”
“Jien praying mantis,” wieġbu.
“Bla sens!” wieġeb iż-żgħir.
“L-insetti ma jitolbux!”
Malli sema’ hekk il-praying mantis qabdu minn għonqu u għafsu tant li għajnejh qabżu ’l barra

filwaqt li ż żgħir għajjat, ”
Xi nies huma bħal dan l-insett.
Jinjoraw jew jirridikulaw it-talb sakemm ikunu magħfusa.
Imbagħad jitolbu, “Għinni Mulej!’
Xi jġagħalni nibqa’ nitlob speċjalment meta Alla nħossu mhux jismagħni?
Meta Alla jdum ma jfissirx li ma semgħekx. Awtur mhux magħruf




DUBLIN
Dublin hi belt antika ħafna u dejjem kienet fiċ-ċentru tal-Istorja Irlandiza. Meta l-Vikingi kienu jinvadu l-Irland kienu jissetiljaw f’Dublin u hekk għamlu l-Ingliżi meta ħadu taħt idejhom dan il-pajjiż. Dublin kellha wkoll sehem kruċjali fil-ġlieda għallindipendenza meta l-Ingliżi kellhom jirtiraw minn parti kbira tal-gżira
Irlandiża.
Dublin għandha ħafna x’toffri lit-turist li jżurha. Għal min iħobb l-knejjes viżta lill-knisja ddedikata lil San Patrizju tagħtih żgur ħafna sodisfazzjon. GħallIrlandiżi dan il-qaddis hu verament popolari. Mhux ta’ b’xejn hu l-patrun ta’ pajjiżhom u fl-Irlanda ssib għexieren ta’ eluf li jġorru ismu. Barra dan il-maqdes wieħed jista’ jżur ilkatidral tal-belt iddedikat lil Kristu, li wkoll għandu ħafna x’joffri storikament u artistikament.

Viżta lill-kastell tal-belt jagħtik ħjiel dwar l-istorja Irlandiża u kemm batew Irlandiżi taħt ħakmiet barranin sakemm kisbu l-indipendenza u sawru Repubblika tagħhom. Is-swali u lkmamar tal-kastell juru ċerta sinjorija klassika li tagħha l-Irlandiżi huma xieraq kburin. Mixja f’dawn

il-kmamar qisek qed tqalleb
paġna paġna l-ktieb tal-istorja Irlandiża.
Ma tistax tmur Dublin u ma tagħtix titwila lil wieħed millikbar parks tal-Ewropa – Phoenix Park. Spazju enormi ta’ wesgħat, passaġġi u siġar. Timxi fih u donnok ma tistax tkopri la lwisgħa u lanqas it-tul tiegħu. Ambjent miftuħ fejn wieħed jista’ joqgħod jistrieħ għad-dell tassiġar.
Esibizzjoni ħelwa hi dik imsejħa
Dublinia. Min jidħol jaraha jogħxa jitgħallem kif kienet il-belt meta kienet maħkuma millVikingi. Hi esibizzjoni interattiva u għalhekk ħafna familji Irlandiżi jżuruha biex iż-żgħar tagħhom jitgħallmu dwar pajjiżhom u listorja mqallba tiegħu. U dan jitgħallmuh b’mod modern u sabiħ.
Għal min hu dilettant talletteratura biblika viżta lit-Trinity College hi mistennija. Hawn żgur li jara dak imsejjaħ ‘Book of Kells’. Ktieb antik ħafna magħuf għall-istampi kuluriti li fih u għall-kontenut antik tiegħu. Hu
ktieb bibliku li fih hemm parti kbira mill-Ġdid Testment. Ħasra li xi paġni tiegħu ntilfu matul iżżmien. Għandu storja ta’ iktar minn 1200 sena.
Il-binja tal-General Post Office hi teżor ta’ storja Irlandiża. Ħdejh u fih segwew ħafna mill-ġlidiet bejn il-forzi Ingliżi u dawk Irlandiżi.
Fih mietu ħafna suldati Irlandiżi li għan-nies tal-lokal huma eroj u martri. Kien f’din il-binja li l-
patrijott Irlandiż Patrick Pearce qara l-Proklamazzjoni talIndipendenza. Fil-ġlied li sar il-
General Post Office ġarrab ħsarat kbar fl-intern tiegħu, iżda l-faċċata tal-granit baqgħet hemm tisfida lil kull min kien jazzarda jattakkaha. Din il-binja reġgħet inbniet internament mill-gvern indipendenti Irlandiż fl-1929.
F’pajjiż ta’ ftit iktar minn 5 miljun
abitant, f’Dublin u l-konfini tiegħu jgħixu iktar minn miljun ruħ.
Persentaġġ għoli meta mqabbel mal-popolazzjoni ta’ kapitali oħra.


