Il-Hbieb Isejhu - Mejju 2025

Page 1


Il-Ħbieb Isejħu

Iben t'Alla sar Bniedem

MEJJU2025 numru 705

Ħrafa Taljana li twassal messaġġ sublimi. Tgħid li darba f’raħal kien

Giovanni u Salvatore – li kienu ħbieb kbar. Kellhom ir-raba’ tagħhom ħdejn xulxin u tgħidx kemm kienu ta’ għajnuna wieħed lejn l-ieħor. Iżda x-xitan deffes denbu u bdiet tilwima bejniethom li wasslithom biex ma jibqgħux jitkellmu. Minn ħbieb kbar saru għedewwa.

U bħalma jgħidu meta l-ħaġa titwal issir serp. Mal-medda tas-snin inħolqot mibegħda bejn iż-żewġ familji. Ħadd mill-membri ta’ familja ma jħares lejn il-membri tal-familja l-oħra. Miġġildin għad li lanqas kienu jafu għaliex.

Darba wasal fir-raħal raġel qaddis li kellu jqatta’ xi xhur fil-kampanja ta’ dak ir-raħal f’għar ħdejn ix-xmara. Ried jgħix għal xi żmien ħajja ta’ eremit qabel ikompli triqtu lejn irħula oħra. U xi nies tar-raħal qalulu bilġlieda li kien hemm bejn iż-żewġ familji u kemm xtaqu li jgħinhom jerġgħu jsiru ħbieb.

Ir-raġel bagħat għal wieħed minnhom u qallu: “Jekk trid terġa’ titħabbeb ma’ sieħbek kulma għandek tagħmel hu li titla’ l-muntanja ta’ quddiemna. Hemm tiltaqa’ ma’ Alla u din il-laqgħa tgħinek terġa’ ssir ħabib ma’ sieħbek.”

U l-istess parir ingħata lit-tieni bidwi.

U b’ferħ għal kulħadd il-bdiewa reġgħu għamlu ħbieb. Għax it-tnejn irrakkontaw li meta telgħu l-muntanja biex jiltaqgħu ma’ Alla sabu li wiċċ il-Mulej jixbah ħafna l-wiċċ ta’ dak li għalihom kien għadu tagħhom.

Giovanni ra wiċċ Salvatore meta ħares lejn Alla u Salvatore ra wiċċ Giovanni meta ħarstu waqgħet fuq wiċċ il-Mulej.

Ħrafa iżda jekk noqogħdu nifluha nsibu verità kbira. Li jekk irridu naraw wiċċ il-Mulej inħarsu bi ħniena lejn wiċċ il-proxxmu speċjalment meta dan ikun jeħtieġ l-għajnuna tagħna. Li nagħmlu miegħu nkunu qegħdin nagħmluh mal-Mulej. Ejjew aħna wkoll naraw f’wiċċ il-Mulej il-proxxmu tagħna l-iktar meta dan ikun jeħtieġ s-sostenn tagħna.

IL-ĦBIEB ISEJĦU/

Diċembru2024

kien awtur prolifiku u kelliem

magħruf sew f’nofs is-seklu l-ieħor.

Kiteb ħafna kotba miżgħuda bi

stejjer qosra li jwasslu messaġġi

pożittivi u jistgħu jservuna ta’ gwida għal ħajjitna.

Fil-ħarġa ta’ dan ix-xahar ser nirrakkontaw fi kliemna l-ġrajja ta’…

Il-kritiku mużikali

Fulton Oursler jibda r-rakkont

hekk:

Kont għadni daqsxejn ta’ ġuvnott, ili naħdem biss ftit xhur ma’ gazzetta Baltimore American. Flistess belt tagħna kien hemm gazzetta oħra bl-isem ta’ Baltimore Sun. Bejnietna kien hemm dejjem xi ftit pika għax ittnejn ridna nkunu l-iprem gazzetta tal-belt.

Darba l-editur tagħna bagħat għalija u qalli: “Ir-reporter li s-soltu jkopri sserati mużikali li jsiru f’Baltimore miet f’daqqa. Ser ikolli nibgħat lilek biex illejla tagħmel rapport tas-serata mużikali li ser jagħti ssurmast famuż Fritz Kreisler flawditorju prinċipali ta’ Baltimore. Qis li tagħmel rapport iprem minn tas-Sun.” 2

Jien skantat bl-aħbar għidtlu, “Sur Editur, jien ma għandix edukazzjoni mużikali u allura diffiċli biex nagħmel rapport sura fuq din is-serata!”

L-Editur qalli biss, “Titgħallem ibżax. Titgħallem.”

U telaq għax kellu xogħol ieħor.

U jien tlaqt lejn l-awditorju biex inkopri s-serata u nagħmel irrapport li talabni nagħmel l-editur. Nistqarr li lanqas kelli l-iċken idea minn fejn ser nibda. Bżajt li dik ser tkun is-serata li fiha nitlef xogħli. U kien żmien diffiċli ħafna biex insib xogħol ġdid.

Meta dħalt ġewwa lmaħt ilġurnalist li kien ser jirrapporta dwar is-serata mibgħut mis-Sun.

Kien jidher bniedem ta’ esperjenza kbira. U l-editur ippretenda li jien nagħmel rapport iprem minn tiegħu. Kien qed jitlob limpossibbli!

Is-serata kienet ġenna tal-art. Tgħaxxaqt nisma’ l-mużika li tana dan is-surmast ċelebri. Meta spiċċajt ma kontx naf x’ser nikteb. Kelli quddiemi karta vojta u minkejja li ħsibt ħafna, vojta baqgħet. Għedt talba f’qalbi: ‘Mulej għinni għax inħossni mifxul u mitluf.’

Ġie ħsieb f’moħħi. Tlaqt wara lpalk, urejt lill-ħaddiema talawditorju li jien kont ilkorrispondent mużikali tal-

Baltimore American u tlabthom jeħduni fejn is-surmast Fritz Kreisler għax kelli xi ħaġa importanti ħafna x’ngħidlu.

Baltimore American kienet gazzetta stmata ħafna fil-belt u għalhekk il-ħaddiema ma sabuhiex bi kbira biex jilqgħu ttalba tiegħi. U sibt ruħi quddiem dan is-surmast ċelebri. U għedtlu problema li kelli.

nista’ nagħmillek jien, ruħi?” qalli bil-ħlewwa dan il-ġenju mużikali.

Għinni nikteb ir-rapport!” għedtlu.

Fritz tbissem. Qgħadt bilqiegħda u qalli: “Ikteb!”

U fi ftit ħin tani dettalji dwar dak li kelli nikteb. Xogħli kien biss inlaħħam dak li kien qalli u dakinhar il-Baltimore American ħarġet b’rapport stupend. Mhux frott ta’ Fulton Oursler imma ta’ Fritz Kreisler. Iżda dan kien sigriet bejnietna u allura jien ħadt il-mertu meta żgur ma kienx jistħoqqli.

Fritz Kreiser kien salvali limpjieg. Minn dakinhar bdejt naqra kull rapport mużikali li ġie taħt idejja. U hekk meta erġajt intbgħatt mill-editur għal xi serata oħra stajt nagħmel irrapport waħdi. Għad li ma kienx fil-livell tal-ewwel wieħed.

U Fulton Ourster itemm irrakkont bil-kliem: Għadni sallum imbierek il-qalb tajba ta’ dan il-ġenju mużikali… Fritz Kreisler.

Il-Qamar. Fil-mitoloġija Griega lalla-mara tal-qamar hija Selena (jew Luna għar-Rumani), u li tiġi

oħt Ħelios. Mara sabiħa, xagħarha twil li fih kuruna f’forma ta’ qamar felli. Ta’ kull lejl tgħaddi b’karru miġbud minn żewġ żwiemel bojod u tiġbed il-qamar warajha.

Fir-realtà l-qamar huwa eċċezzjoni fis-Sistema Solari għal fatt li huwa relattivament kbir ħafna għal ħdejn id-dinja, iktar qishom żewġ pjaneti jduru ma’ xulxin milli pjaneta u satellita. U dan għandu konsegwenzi importanti għall-ħajja fid-dinja għax bil-ġibda tal-gravità jżomm stabbli l-inklinazzjoni taddawrien tad-dinja fuqha nnifisha.1 U dan huwa importanti għallħajja li trid pjaneta stabbli biex tkun tista’ tevolvi bil-mod. U min-naħa l-oħra imma, lanqas stabbli żżejjed għax, ironikament,

katastrofi u estinzjonijiet jagħtu spinta għall-evoluzzjoni ta’ forom ta’ ħajjiet ġodda.2

L-antiki kienu jafu b’ħames pjaneti, li llum nafuhom bħala Mercury, Venus, Mars, Jupiter, u Saturn. U s’intendi dawn għandhom il-miti tagħhom.

Mercury. Ħermes għall-Griegi, u Mercurius għar-Rumani kien, fost loħrajn, alla tal-kummerċ, talvjaġġaturi, messaġġier bejn l-allat, u jakkumpanja l-erwieħ ta’ dawk li mietu għad-dinja tal-mejtin ta’ taħt l-art. Apollo, kien tah virga maġika, waqt li alla ieħor tah

1. Pereżempju Venus, kważi daqs id-dinja u mingħajr qamar, u Uranus kbira u bi qmura żgħar ħafna, iduru kważi rashom ’l isfel fl-orbiti tagħhom madwar ixxemx.

2. Pereżempju wara l-estinzjonijiet ta’ madwar 65 miljun sena ilu li qerdu, fost loħrajn, id-dinosawri, żviluppaw il-mammiferi żgħar u finalment aħna.

sandli tad-deheb bil-ġwienaħ biex jgħinu jtir.

Bħala pjaneta Mercury hija liżgħar waħda fis-Sistema Solari, u l-eqreb lejn ix-xemx. Għalhekk diffiċli ħafna tosservaha għax dejjem qrib ix-xemx, mhux iktar minn sagħtejn qabel titla’ jew sagħtejn wara li tinżel ix-xemx u allura dejjem mitfija fid-dija. Mercury hija pjaneta niexfa, sħuna u bla atmosfera u allura, bħall-qamar, is-sema tagħha huwa totalment iswed.

Venus. Venus għarRumani u Afrodite għallGriegi, kienet alla tal-imħabba u l-fertilità. U mara sabiħa. Fil-mitoloġija

Rumana kienet meqjusa bħala antenata tagħhom għax it-tifel tagħha Eneas, wara l-waqgħa ta’ Trojja, ħarab, wasal l-Italja u għamel kolonja qrib fejn ġenerazzjonijiet wara telgħet ilbelt ta’ Ruma. F’xi verżjonijiet oħra Kupidu, (jew Eros għallGriegi), alla tal-imħabba u attrazzjoni, kien it-tifel ta’ Venus. Dan spiss huwa irrappreżentat bħala tfajjel imqareb jitfa’ l-

vleġeġ tal-imħabba.

Bħala pjaneta, Venus tidher bħala l‘kewkba’ prominenti ħafna. Tagħmel madwar 9 xhur tidher fis-sema ta’ filgħodu, u madwar 9 xhur fis-sema ta’ filgħaxija, u bejniethom 7 ġimgħat ma tidhirx. L-antiki kienu jaħsbuhom żewġ oġġetti differenti, bil-kewkba ta’ filgħodu jseħulha Lucifer, u ta’ filgħaxija Vesper.

Il-pjaneta nnifisha ma fiha xejn sabiħ jew erotiku, anzi iktar qisha xi viżjoni orribbli tal-infern tradizzjonali Kristjan. Millinformazzjoni, li bagħtulna vetturi spazjali Russi li waslu sa wiċċ Venus, nafu li t-temperaturi huma madwar 400 grad ċentigradi, latmosfera hija densa ħafna bi pressa ta’ madwar 90 darba dik tad-dinja, tikkonsisti l-iktar millgas carbon dioxide3, sħab safrani mimli aċidu sulfiriku u allura xita aċiduża, bl-arja safranija mewweġija, kultant maltempati ta’ rjieħ globali, muntanji, widien, u probabbli vulkani, beraq u sajjetti. Minkejja li baqa’ ħafna li ma nafux x’hemm taħt latmosferea sfiqa u mċajpra, kollox ma’ kollox Venus hija post terribbli.

(Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-ħarġa ta’ Ġunju)

3. Għalhekk fil-fatt dik it-temperatura kollha, għax carbon dioxide huwa greenhouse gas li jżomm it-temperatura bħal serra.

L-omm

Tifel ta’ xi sitt snin, imħaddan ma’ ommu, staqsieha, “Mummy, kemm għandek żmien?” “Sitta u għoxrin sena.” “Mummy mela jien u int tlifna għoxrin sena li nkunu qrib xulxin!”

Ommu ħadnitu magħha u bisitu bil-qalb.

Kultant aħna wkoll ngħaddu

ħafna snin mitlufin għax ninsew li l-Mulej qed jistenniena biex iħaddanna miegħu.

Prova

Żagħżugħ kien qiegħed fuq stage jistenna l-karozza tal-linja u lemaħ kartiera fl-art. Ġabarha u staqsa, “Din ta’ min hi?”

Anzjan ħares lejn il-kartiera u qallu: “Dik tiegħi. F’ħajjitek sibthieli. Lanqas intbaħt li kienet waqgħetli.” “U fejn naf li hi tiegħek?” “Iftaħha u ssib stampa ta’ Kristu li fiha l-kliem ‘Jiena nafda fik’.

Iż-żagħżugħ fetaħ il-kartiera, sab is-santa u filwaqt li newwel ilkartiera qallu: “La ġġorr lil Kristu mhux suppost tigdeb.”

In-Nisrani jġorr lil Kristu miegħu u għalhekk l-eżempju tiegħu jrid ikun imsejjes fuq dak ta’ Kristu. Inkella jkun Nisrani ta’ nofs kedda.

Taf x’inhu

Iljun u serp inzertaw ħdejn xmara u riedu jaqsmu għan-naħa l-oħra. Għall-iljun ma kinitx xi ħaġa diffiċli imma għas-serp kienet impossibbli. Għalhekk dan talab lill-iljun biex iġorru fuq dahru għan-naħa l-oħra.

“U jekk ifettillek tigdimni waqt li qed inwasslek in-naħa loħra x’nagħmel?”

“Ma tarax! Jekk nigdmek tegħreq int u miegħek negħreq jien ukoll!”

L-iljun ħallieh jitla’ fuq dahru iżda meta kienu fin-nofs is-serp gidmu.

L-iljun ħass it-tingiża u l-effett kważi immedjat tagħha.

“Iblah. Ser negħreq jien u miegħi titlef ħajtek int ukoll!”

“Kollu veru imma nsejt li qegħdin f’nofs ix-xmara u għamilt dak li dejjem għamilt!”

Ħrafa li kultant tirrepeti ruħha meta nżommu ħbiberija li għalina tkun perikoluża daqs kemm kienet għalliljun. L-antiki kienu jgħidu, ‘Aħjar tagħmilha mat-tajjeb u tħallas għalih int, milli tagħmilha mal-ħażin u jħallas għalik hu.’

L-ewwel li tiekol l-għajn

Negozjant mar ikellem lil J P

Morgan – li kien sinjur kbir –għax xtaq li jissellef somma sostanzjali biex ikun jista’ jibda negozju ġdid. Morgan laqgħu fluffiċċju, sema’ x’kellu jgħidlu u mbagħad qallu, “Imxi miegħi.”

U ħarġu jippassiġġaw flimkien jitkellmu fuq kollox barra fuq ilflus. Meta kienu ilhom mexjin fittoroq prinċipali ta’ Manhattan għal iktar min-nofs siegħa in-negozjant qallu, “Dwar is-somma li tlabtek tislifni x’ser tgħidli?”

“Issa li rawk miexi miegħi fit-toroq prinċipali ta’ Manhattan mhux ser ikollok diffikultà li tissellef dawk il-flus. Il-fatt li int ħabib tiegħi għalihom hi garanzija biżżejjed.” U nfirdu.

Morgan reġa’ mar l-uffiċċju u nnegozjant ipprova jinqeda b’dik ilmixja biex jissellef is-somma li ried. U jgħidu li rnexxielu.

Ħallashiex lura l-istorja ma tgħidx.

Missirijietna kienu jgħidu, ‘lapparenzi jqarrqu.’

IL-LAQGĦA TA’ APRIL

Peress li konna fl-aħħar ġimgħat tar-Randan – ġimgħa qabel Ħadd il-Palm u għalhekk il-ftuħ taċĊena tas-Sinjur fil-qasamħassejna li jkun xieraq li nitkellmu fuq l-ikla tal-Għid tal-Lhud li flambjent tagħha ssawret lEwkaristija. LGħid Lhudi jfakkar il-ħruġ mill-Eġittu u lkelma proprja

Kull ħaġa fl-ikla kienet tfisser xi

ħaġa u xejn ma qiegħed hemm mingħajr spjega jew skop.

Jinxtorbu 4 tazzi nbid, waħda

għal kull verb fis-sentenza tal-

Eżodu 6, 6-7 “Jien il-Mulej; jien

Lhudija ‘Pesah’ tirreferi għallepisodju ta’ meta l-anġlu talmewt qabeż id-djar Lhud fejn kien hemm id-demm tal-ħaruf. Kull sena bdew ifakkru din ilġrajja tat-twelid tan-nazzjon tagħhom. U dan kien isir permezz ta’ ikla bil-ħaruf jieħu l-post ċentrali. Setgħu joqtlu gidi flok ħaruf. Kienet ikla li tieħu forma ta’ katekeżi fejn it-tifel iż-żgħir jistaqsi sensiela ta’ mistoqsijiet dwar x’kienu qed jiċċelebraw.

noħroġkom minn taħt it-toqol tal-Egizzjani u neħliskom milljasar tagħhom u nifdikom bi driegħ mimdud u b’kastigi kbar. Jien neħodkom b’poplu tiegħi u jien inkun Alla tagħkom.” Kienu jneħħu kull ħmira mid-djar tagħhom u l-ħobż li kienu jieklu kien ażżmu għaliex fl-ewwel lejl fl-Eġittu kienu mgħaġġlin sabiex joħorġu u ma setgħux jistennew lgħaġna titla’ qabel tissajjar. Ilħaxix morr kien ifisser it-tbatija li

batew missirijiethom fl-Eġittu filwaqt li l-ilma mielaħ simbolu tad-dmugħ tagħhom. Il-bajda

mixwija tfisser il-potenzjal ta’ ħajja ġdida. Kien importanti li lħaruf ma tinkisirlu l-ebda għadma

u kienu jħallu għadma fuq ilmejda bħala rabta mal-ħaruf tassena ta’ qabel. Fi tmiem l-ikla

kienu jiftħu l-bieb bit-tama li jitfaċċa l-profeta Elija. Jekk jinzertaw lil xi ħadd fqir kienu jdaħħluh jiekol magħhom għaliex f’dak il-lejl qaddis għalihom kulħadd kellu dritt jieħu sehem f’din l-ikla mgħobbija bl-istorja tal-poplu Lhudi. Għalina din likla hija importanti ħafna għaliex kien f’dan l-ambjent li Ġesù tana ġismu bħala ikel u demmu bħala xorb. U dan il-ħsieb wara ċ-Ċena tas-Sinjur Ġesù li nagħmlu filqasam sabiex dawk kollha li jżuruha jifhmu ftit aħjar l-istorja u l-importanza tal-Ewkaristija f’ħajjitna.

għal-LAQGĦA TA’ MEJJU

Mejju hu x-xahar tradizzjonalment iddedikat lill-

Madonna. U għalhekk stedinna lill-ħabib tagħna l-

Kan. Dun Joe Cardona sabiex jagħmlilna ħsieb dwar din lomm tagħna tas-sema.

Mela ħabib nistennewk. Nhar is-Sibt 3 ta’ Mejju fit-8.00p.m.

Ejja int u ħajjar lil sħabek jiġu wkoll.

Fit-tielet jum sar tieġ

f’Kana tal-Galilija, u kien hemm omm Ġesù...

Mela naqashom l-inbid...

Qalet ommu lill-qaddejja, “Dak li jgħidilkom, agħmluh.”...

Qalilhom Ġesù:

“Imlew il-ġarar bl-ilma.”

[Hekk għamlu u l-ilma

nbidel f’inbid.]

Ġwanni 2: 1, 3-5,7

Wara li temm l-kors

fl-Università ta’ Michigan, il-quarterback

Tom Harmon

sar pilota.

Jum minnhom

l-ajruplan kraxxja

f’ġungla

fl-Amerika t’Isfel.

B’miraklu salva.

Meta ddeskriva

l-esperjenza, kiteb

“Għedt tal-anqas miljun

Sliema u Qaddisa

jien u nimxi fil-ġungla.

Fil-fatt kont ngħidhom ngħajjat

bit-tama li xi ħadd jismagħni

waqt li nkun qed nitlob.”

Kemm hija importanti

il-Madonna, omm Ġesù

fil-ħajja spiritwali tiegħi?

Alla ma jistax ikun kullimkien għalhekk ħoloq l-ommijiet. Qawl Lhudi

MUNICH

Munich hi belt imwaqqfa mill-Patrijiet Benedittini fis-sena 750. Iżda baqgħet belt żgħira sakemm is-sultan Enriku, imlaqqam ‘l-iljun’, għażilha biex tkun il-kapitali ta’ saltnatu fl-1158. Minn dakinhar Munich baqgħet tikber sakemm illum saret waħda mill-ikbar bliet Ġermaniżi.

F’nofs il-belt hemm waħda mill-ikbar pjazez tal-belt u magħrufa bħala

Marienplatz bl-istatwa tal-Madonna mperrċa fuq kolonna għolja li

tiddomina l-ambjent kollu. F’din ilpjazza hemm ukoll arloġġ speċjali malfaċċata tar-Rathaus għax fih hemm 32 figurin life-size li mad-daqq tas-sigħat fil-11 ta’ filgħodu, f’nofsinhar u fil-5 ta’ filgħaxija joħorġu u jagħtu titwila fuq il-pjazza għaċ-ċapċip tal-folla numeruża li tkun qed tħares u tammira dan l-arloġġ teknoloġiku li fih hemm 43 qanpiena. Ilu jsebbaħ il-post mis-sena 1908.

Ftit ’l isfel mill-pjazza hemm knisja iddedikata lil San Pietru. Hi fost leqdem knejjes tal-belt. Knisja iktar moderna hi l-katidral tal-belt iddedikat lill-Madonna mogħni b’ħafna rikkezzi.

U jekk titħajjar titla’ fuq il-bejt tiegħu u jinzerta jum bnazzi b’sema ċar

tkun tista’ tara l-Alpi tal-Bavarja li jdawru l-belt.

Għal min jixxennaq għal ftit

kwiet żgur jitgħaxxaq idur madwar l-English Garden. Hawn

ħafna familji tal-belt joħorġu ma wliedhom biex jinsew l-istorbju li l-eluf ta’ turisti jagħmlu speċjalment fix-xhur sajfin. Uħud biex jistrieħu, jippreferu li jżuru ż-żoo tal-belt li hu mibni b’sengħa kbira. Hawn l-annimali tarahom iduru u jħufu f’wesgħat ta’ art u ma tarax gaġeġ blannimali maqfula fihom li tant huma prevalenti f’żoos oħra.

Għal min iħobb ix-Xjenza viżta lil Deutscher Museum hi esperjenza tremenda. Dan hu meqjus bħala l-ikbar mużew taxXjenza fid-dinja u t-turija talikbar skoperti li saru tul iż-żmien – sa żminijietna - jimpressjonaw tassew.

Għal min iħobb l-isports viżta lillOlympia Park titfgħu fi ġrajjiet lOlimpijadi tas-sena 1972 li baqgħu msemmija fl-istorja minħabba l-attakk terrorista li

kien sar fuq atleti Lhud u xi wħud minnhom sfaw maqtula. Il-park hu meravilja tatteknoloġija Ġermaniża u tintebaħ kemm dan il-poplu kien kapaċi juża ħafna minn dak li bena għall-Olimpijadi b’benefiċċji għan-nies tal-lum. Investiment li għadu jirrendi.

Għad-dilettanti tal-football ma tistax tonqos viżta lil Allianz Arena, il-grawnd il-ġdid ta’ Bayer Munich – il-ġganti tal-football Ġermaniż u Ewropew. Tara lmeravilja ta’ din il-binja u tkun tista’ żżur il-Museum li dan ilclub għandu fil-kumpless. Mużew mimli ritratti u trofej li jagħtu ħjiel dwar is-suċċess enormi li dan ilklabb għamel matul is-snin.

U għal min jixxennaq għal ftit storja żjara lill-kastell ta’

Neuschwanstein titfgħu f’dinja fantastika. Kien ir-Re Ludwig II li ħolom b’dan il-kastell maestuż.

Biex bnieh faqqar il-Bavarja. Innies kienu laqqmuh il-miġnun imma llum ibierku l-ġenn tiegħu għax dan il-kastell iżuruh kull sena miljuni ta’ nies u jħallu warajhom somom enormi ta’ flus li jistagħnew l-ekonomija talBavarja.

Munich hi belt li meta żżurha tispiċċa tgħid, “Nerġa’ niġi għax fadal ħafna x’nixtieq nara u ma kellix żmien narah.”

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.