

Il-Ħbieb Isejħu











Iben t'Alla sar Bniedem

MARZU2025
numru 703
leġġendi reliġjużi fosthom waħda bl-isem salib’. Din il-leġġenda tirrakkonta li f’raħal qrib Napli ħafna ħafna snin ilu, kien hemm kappillan li kien iebes ħafna mal-penitenti. Imma billi kien saċerdot waħdu fil-parroċċa, l-irġiel ma kellhomx għażla għajr li jqerru għandu għad li kienu jafu li hu strett ħafna.
U fost dawn l-irġiel kien hemm ċertu Giacomo li kien dejjem jirrepeti l-istess kantalena meta jmur iqerr: “Sinjur, erġajt għamiltha. Wara li rċivejt il-paga tal-ġimgħa mort fil-ħanut tal-inbid u nfaqtha kważi kollha. Lil marti u wliedi bilkemm ħallejtilhom biex jitrejqu. U meta l-mara bdiet tgerger infexxejt nidgħi, insabbat u nkisser.”
Il-kappillan kien jurih bi kliem sempliċi biex jifhem kemm kien qed jagħmel ħażin u kemm kien urġenti li ma jkomplix fit-triq li qabad. Iżda kliem ilkappillan kien jidħol minn widna u joħroġ mill-oħra u Giacomo baqa’ jmur iqerr bl-istess storja ta’ sokor, tkissir u tisbit. Fl-aħħar il-kappillan hedded lil Giacomo li jekk ix-xahar ta’ wara jmur bl-istess kantalena ma jagħtihx assoluzzjoni. Iżda minkejja li pprova, Giacomo reġa’ waqa’ fl-istess żbalji.
Il-kappillan żamm kelmtu u bagħtu lura bla assoluzzjoni. Giacomo telaq millgrada tal-kappillan qisu ras maqtugħa. U quddiemu lemaħ kurċifiss li rah jaqla’ idu minn mas-salib u jagħmillu s-sinjal tal-maħfra li s-soltu jagħmel ilkappillan. Giacomo waqaf issummat. Intebaħ li l-maħfra tal-Mulej kienet ingħatatlu xorta. Din id-darba mill-Mulej innifsu.
U dan il-fatt tant impressjonah li l-leġġenda tgħid li Giacomo qatt iktar ma siker. U sikwit kien jirrakkonta l-ġrajja li għadkom kif qrajtu... tal-kurċifiss li baqa’ jaħfer anke meta l-kappillan ma ħafirx. U xi ħadd biex ifakkar din ilġrajja pitter il-fliexken tax-xorb taħt il-kurċifiss.
Kbar kemm huma kbar dnubiet il-bniedem, il-ħniena u l-maħfra tal-Mulej hi dejjem ikbar. Il-Mulej ma jegħja qatt jaħfer. Aħna li forsi kultant negħjew nitolbuh maħfra. U din mhix leġġenda imma verità li nsibuha fil-Vanġelu.

IL-ĦBIEB ISEJĦU/
Diċembru2024

kien awtur prolifiku u kelliem
magħruf sew f’nofs is-seklu l-ieħor. Kiteb ħafna kotba miżgħuda bi stejjer qosra li jwasslu messaġġi
pożittivi u jistgħu jservuna ta’ gwida għal ħajjitna.
Fil-ħarġa ta’ dan ix-xahar ser nirrakkontaw fi kliemna l-ġrajja ta’…
Gene Tunney… il-heavyweight boxer
Fulton Oursler jibda r-rakkont hekk:
Kien jisimha Laura. Ġiet ħdejja ftit qabel kelli nibda nkellem lilludjenza miġbura fit-teatru. Miegħi kellu jkun hemm kelliema oħra li jien ma kontx naf min kienu. U din it-tfajla mbikkija qaltli li kienet tilfet lill-ġenituri fi ftit xhur u issa tħossha weħidha. Lanqas kienet għadha titlob. Kienet intrebħet minn ħafna biża’. Kienet qed tibża’ tgħix. Tibża’ toħroġ barra ħlief għall-bżonn. Lanqas riedet tibqa’ sejra bl-għerusija tagħha. Iddeċidiet li tgħid lill-ġuvni li miegħu kienet toħroġ li ma xtaqitx tkompli. Kienet tilfet kull ħeġġa għall-ħajja. 2





Tajtha xi ftit pariri għad li ma nafx kemm kienet qed tagħti kas tagħhom. Imbagħad stedintha biex tibqa’ tisma’ t-taħdidiet li lkelliema kienu ser jagħmlu. Forsi xi ħadd minnhom jista’ jkun għaliha ta’ rfied fiż-żmien diffiċli


għexieren ta’ biżgħat oħra. Ilkuraġġ mhux li ma tibżax imma li tkun kapaċi tirbaħ il-biża’.
Personalment dan il-biża’ filħajja nirbħu bilfidi. Jien inzertajt nemmen.
Nemmen li m’iniex waħdi fil-ħajja.
li kienet għaddejja minnu.
Wieħed mill-kelliema kien Gene
Tunney, il-heavyweight boxer famuż li rtira mill-boxing bla ma ġie mirbuħ. B’kumbinazzjoni tkellem proprju fuq il-biża’ fil-ħajja. U rrakkonta kif lejlet il-ġlieda tant mistennija bejnu u bejn Jack Damsey qam f’nofs ta’ lejl jirtogħod bil-biża’. Kien għadu kemm kellu ħolma tal-biża’.
Qiegħed fir-ring ma’ Jack Demsey jaqla’ daqqa wara oħra bla ma jista’ jwieġeb.
U Gene Tunney kompla jgħid: “Għax kulħadd jgħaddi minn mumenti ta’ biża’ fil-ħajja. L-iblah biss jgħid li ma jibża’ minn ħadd u minn xejn. Il-bniedem normali jibża’ mill-futur… mill-mard… minn xi diżgrazzja… u minn
Maġenbi għandi Mulej li jieħu ħsiebi. Dak li jieħu ħsieb għasfur tal-bejt żgur mhux ser jinsa lili.”
It-tfajla li ġiet tkellimni ħasset li
Gene Tunney kien proprju qed ikellem lilha. Ma setgħetx tifhem kif raġel ta’ fuq sitt piedi, qisu muntanja ta’ saħħa, kien ukoll għadda minn esperjenzi ta’ biżgħat fil-ħajja. Kliemu niżel balzmu u għenna biex toħroġ mill-inkubu tal-biża’ li kien ħakimha u reġgħet bdiet tgħix ħajjitha.
Fulton Oursler spiċċa hekk:
Ferħan li llum din it-tfajla qed tgħix ħajja normali, imdawra b’żewġha u wliedha. Familja li tagħtiha ħafna sodisfazzjon. Inkunu boloh meta nħallu l-biża’ jkissrilna ħajjitna.


DR CORONATO GRECH M.D. ikompli jiktbilna dwar:

Perseus. Perseus kien iben Żews (Ġupiter tar-Rumani), u Danae. Fost ħafna intriċċi familjari, ilsultan Polidektes, biex jeħles minnu darba għal dejjem, bagħtu jġib ras il-mostru Medusa, dik b’xagħarha sriep, u li kull min iħares lejha jsir tal-ġebel. Imma, kif rajna, Perseus qatilha u żżewweġ lil Andromeda, mhux qabel imma ma ħareġ ir-ras terribbli1 quddiem Polidektes li xħin ħares lejha sar tal-ġebel.
Kewkba interessanti ħafna f’din il-kostellazzjoni hija Beta Persei, li għandha l-isem ukoll ta’ Algol, (mill-Għarbi Ras al-Ghul, ras iddimonju), probabbli għax rawha stramba u disturbanti. Dan minħabba l-fatt li din il-kewkba tvarja ħafna fid-dija regulari tagħha – kull 59 siegħa titfi kważi għal kollox għal xi 6 sigħat. Qisha qed tegħmeż. Dan kollu meta skont it-teoriji antiki ta’ Aristotli, mill-qamar ’il fuq xejn ma jitbiddel. Donnu hemm xi

ħaġa ħażina fiha!
Illum nafu (Goodricke l-ewwel li spjegaha sew) li dan it-tegħmiż kollu ta’ Algol huwa riżultat talfatt li din il-kewkba għandha kewkba oħra, ħafna inqas imdawla, iddur magħha, u kull darba li tgħaddi minn quddiemha, bħal titfiha.
Fil-kostellazzjoni ta’ Perseus, fissajf, madwar it-12 ta’ Awwissu, jitfaċċaw bħal bexxiet ta’

1. Din ras Medusa donnha kellha faxxinu morbidu għal ċerti artisti kbar inkluż Caravaggio, Benvenuto Cellini u Peter Paul Rubens. Il-Pleiades
huma frak ta’ kometa li ddinja f’dan iż-żmien tgħaddi minn ġo fihom. Lokalment insejħulhom id-Dmugħ ta’ San Lawrenz.
Taurus. Din hija lkostellazzjoni tal-barri, li filmiti Griegi kien l-alla Żews2 , li, minkejja, jew għax kellu l-mara, Ħera għajjura, kien iħobb in-nisa. Darba, meta ra lil Ewropa, prinċipessa mill-Feniċja tirgħa l-barrin, ħa forma ta’ barri sabiħ abjad. Dan tant saħħar lil Ewropa li rikbet fuqu u malajr dan ħarab biha lejn Kreta fejn reġa’ nbidel f’Żews.
F’din il-kostellazzjoni hemm żewg gruppi ta’ kwiekeb, ilHyades u Pleiades.

Jissemmew f’kitbiet antiki taċĊiniżi, Eġizzjani, Ħindi, Ażteki u anke fil-Bibbja, fil-ktieb ta’ Ġob (Ġob 38, 31). Fil-mitoloġija

Fuq il-Hyades hemm żewġ miti. Waħda hija li dawn il-ħames tfajliet ta’ Atlas, kienu ħadu ħsieb l-alla Dijonisju meta kien żgħir, u ta’ dan poġġiehom fis-sema. Flistorja l-oħra, dawn il-ħames aħwa bniet, tant bkew meta ħuhom Hyas miet mgħaffeġ minn barri, li Żews poġġiehom fissema.
Il-Pleiades huma mbagħad probabbli l-iktar grupp ta’ kwiekeb famużi fis-sema.
2. Ġupiter jew Ġove tar-Rumani.
Griega kienu seba’ bniet ta’ Atlas, imma ommhom kienet ċerta Pleione. Jingħad li tpoġġew fissema għax tant inkeddew għal missierhom li kellu jġorr id-dinja fuq spallejh. F’verżjoni oħra, tpoġġew fis-sema minn Żews, biex jeħlishom mill-kaċċatur
Orion li kien qed jiġri warajhom.
Fl-Astronomija moderna nsibu lkewkba, Alpha Tauri, li jisimha wkoll Aldebaran, u li tiġi l-għajn tal-barri. Għalkemm tinsab f’nofs il-Hyades, Aldebaran imma mhix membru minnhom għax tinsab ferm eqreb minnhom lejna. Din il-kewkba ħamranija llum nafu li hija ġganteska u fil-fażijiet aħħarija.
(Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-ħarġa ta’ April.)
3. Atlas kien wieħed mit-Titani li ħadha kontra Żews. Bħala kastig dan għabbieh u kellu jġorr d-dinja. Interessanti li l-ewwel għadma, vertebra (jew rukkell) tax-xewka tal-għonq li ġġorr ir-ras, jismha ‘atlas’ u anke ktieb ta’ mapep tad-dinja.




Katidral naturali
Ġuvnott ra patri xwejjaħ f’għarix
ġo foresta. Waqaf ikellmu.
“Patri għaliex ġejt filforesta?”
“Biex nitlob.”
“Mela Alla tal-belt mhux l-istess bħal Alla tal-foresta?”
“Iva Alla tal-belt hu listess bħal dak tal-foresta. Imma jien patri fil-belt m’iniex l-istess patri fil-foresta. Hawn flok nintilef naħseb dwar problemi talbelt nissaħħar nara l-ħolqien fisseħer kollu tiegħu u kull ħarsa ssir talba.”
Mixja fil-kampanja tgħinna nlissnu l-istess talba jekk kapaċi nieqfu u nosservaw seħer ilħolqien.

biex juru għaliex ma kinux filħin. Ħafna drabi l-kawtela kienet tkun li minħabba l-ammont kbir
tat-traffiku. Hekk kien jikteb lewwel ħaddiem li jasal tard u ta’ warajh kienu sempliċement jagħmlu ftit tikek biex ifissru li huma wkoll waslu tard għallistess raġuni.
Iżda darba l-ewwel ħaddiem li wasal tard kiteb, ‘Kelli nwassal lil marti lisptar. Kellna tarbija.’
U ta’ warajh għamlu t-tikek tassoltu!
Id-drawwa ssir biċċa min-natura tagħna. Nagħmluha u lanqas biss nintebħu li qegħdin nagħmluha. Inkunu boloh inħallu għemejjel żbaljati jsiru drawwiet fina.

Il-kumpanija
Bejjiegħ tal-għasafar kien iħobb jirrakkonta l-istorja ta’ żewġ pappagalli. Kienu aħwa iżda spiċċaw f’ambjent ferm differenti għax wieħed inbiegħ lil sid ta’ ħanut tax-xorb u l-ieħor lis-sorijiet. Kull meta inzerta f’dawn iż-żewġ postijiet in-negozjant kien iħobb jgħid lilu nnifsu, “Kos hux il-kumpanija tagħmel effett anke fuq ilpappagalli, aħseb u ara fuq ilbnedmin.”
Għax il-pappagall tal-ħanut kellu lsienu pesta u l-ħin kollu jitkellem ħażin, jhedded u jipprovoka waqt li dak tas-sorijiet kellu lsienu mimli talb u ħlewwa.
Niesna kienu jħobbu jwiddbuna, ‘Attenti ma’ min tagħmluha għax għeluq is-sena ssiru bħalhom!’.

aqwa kelliemi fl Istati Uniti. Li jiskantak hu l-fatt li meta kien fluniversità biex jistudja s-sengħa tal-komunikazzjoni mal-pubbliku, il-lekċerer tiegħu sejjaħlu waħdu u qallu:
“Isma’ minni Mr Wheeler. Insa l-komunikazzjoni malpubbliku. Int ma tasal qatt li tkun kelliem tajjeb. Jonqsok ħafna ingredjenti. Agħżel kors ieħor għax inkella tkun qed taħli ħinek u ħin min ikun qed jgħallmek.”
Ħabat tajjeb għal Wheeler li ma tax kas tal-kritika li rċieva u baqa’ jistinka sakemm sar dak li sar.
Mur aqta’ qalbek! Jgħidu sewwa li l-karovana li tieqaf għall-inbigħ tal-klieb ma tasal qatt fiddestinazzjoni tagħha.



IL-LAQGĦA TA’ FRAR
Bejn nofs Jannar u nofs
Frar Dun Raymond
Portelli jkun fostna għal ftit ġimgħat mistħoqqa ta’ mistrieħ. Nieħdu lokkażjoni sabiex jiġi jagħmlilna l-laqgħa ta’
Frar u dejjema jiġi bilqalb. Kull sena jtennilna li ilu issa tletin sena flistess parroċċa, mal-istess parruċċani u fl-istess kundizzjonijiet. Din is-sena lIsqof żiedlu parroċċa oħra, malħafna u ħafna rħula li ġa jieħu ħsieb. Uriena feature tax-xogħol tipiku tiegħu f’Iquitos, il-Perù. Iquitos hija l-ikbar belt fid-dinja li sabiex tasal fiha hemm żewġ modi… jew bl-ajruplan inkella b’dgħajsa fuq ix-xmara li sserrep qalb il-foresta tal-Amażonja. Filgħodu jservi ta’ tabib u wara nofsinhar xogħol pastorali ta’ qassis. Beda u jmexxi erbat idjar… waħda klinika/sptar għallmorda (kien bdieha għal dawk

morda bl-Aids iżda qed jaċċetta anke mard ieħor), night shelter għal dawk bla dar, ċentru ta’ diżintossikazzjoni għad-drogati u dar għall-anzjani. Stajna nammiraw ix-xogħol kbir li daħal għalih, apparti dak pastorali, u kemm għandu kuraġġ u viżjoni sabiex dejjem itejjeb ilkundizzjoni ta’ dawn il-Peruvjani ta’ madwaru. Kuraġġ bħal dan imżewwaq b’sinċerità u ġenwinità ġibed lejh benefatturi li meta toqgħod taħseb ftit ikollok tammetti li qed tara l-Providenza Divina f’azzjoni. Imprenditur prinċipali Malti jħallaslu l-pagi tat-30 impjegat li għandu fid-djar

tiegħu. Permezz tal-Missio Malta rnexxielu jakkwista art sabiex jibni ċ-ċentri tiegħu. Tliet universitajiet, waħda Peruvjana, waħda Amerikana (Washington) u oħra Spanjola ngħaqdu u rranġawlu dar minnhom. Dan
barra n-numru ta’ studenti u tobba u oħrajn li jżuruh matul is-sena minn bosta pajjiżi differenti. Dan
barra l-benefatturi Għawdxin, Maltin u Peruvjani stess li jgħinuh mill-aħjar li jistgħu.
Iquitos mhijiex belt fqira. Hemm minn kollox. Hemm sinjuri u hemm foqra. U Dun Raymond għandu numru ta’ benefatturi Peruvjani stess minn Iquitos li jgħinuh fix-xogħol tiegħu.
Nammirawh għall-entużjażmu kbir li għandu u nwegħduh li nitolbu għalih u għallintenzjonijiet tiegħu sabiex il-
Mulej iżomm idejh fuqu u jkompli jseddqu fix-xogħol siewi – kemm spiritwali kif ukoll materjali – li qed iwettaq.


GĦAL-LAQGĦA
TA’ MARZU
Peress li l-ewwel Sibt ser ikun il-karnival il-laqgħa ser issir it-tieni Sibt 8 ta’ Marzu fis-7.30p.m. Stedinna lil Dr Michael Galea PhD psikologu kliniku sabiex jagħmlilna din il-laqgħa. Ser ikellimna dwar is-saħħa mentali u kif għandna nieħdu ħsieb tagħna nfusna minn dan l-aspett. Illum sirna konxji ħafna li mhux biss għandna bżonn noqogħdu attenti għassaħħa fiżika imma wkoll dik mentali. Żgur li ser jagħtina tips ta’ kif inkunu nagħrfu ssinjali li jindikawlna lbżonnijiet tagħna u ta’ dawk ta’ madwarna.
Mela ħabib narawk nhar isSibt 8 ta’ Marzu fis-7.30p.m. Ejja int u ħajjar lil ħbiebek jiġu wkoll.




Mulej qalli:]
Jien nagħmlek
dawl tal-ġnus, biex jasal il-ħelsien tiegħi sa truf l-art.”
Isaija 49:6
novella tas-
Science Fiction
The War of the Worlds, H G Wells jirrakkonta invażjoni tad-dinja Marzjani.
Arma li għandhom hi xabla tad-dawl.
Din kapaċi toqtol bniedem u tħoll il-metall.
Illum nistgħu ngħidu li l laser huwa din l-arma.
Jgħidu li kapaċi taħraq
aktar minn wiċċ ix-xemx.
L-importanza tagħha
fil-mezzi ta’ komunikazzjoni huwa importanti ħafna.
Raġġ wieħed kapaċi jitrasmetti
Bibbja sħiħa f’inqas minn sekonda.
Dak li l-laser
hu fid-dinja materjali tal-univers, Ġesù huwa dak tal-aspett spiritwali.
[Ġesù qal,] “Jien id-dawl tad-dinja; Min jimxi warajja, ma jimxix fid-dlam...” Ġwanni 8:12





LONDRA
Ir-reklam turistiku ta’ Londra hu dan: Il-belt li tilħaq l-aspettattivi ta’ kulħadd.
Bdiet bħala raħal żgħir iżda meta Ġulju Ċesare invada l-Ingilterra ra limportanza tagħha u hekk bdiet ħidma sfiqa biex dan ir-raħal żgħir isir ċentru ta’ kummerċ viċin ix-xmara Thames.
Londra hi belt li rat żewġ esperjenzi ta’ qerda. L-ewwel fl-1666 meta parti kbira mill-belt inqerdet bir-nirien u mbagħad fit-Tieni Gwerra Dinjija meta ajruplani Ġermaniżi tefgħu fuq Londra tunnellati ta’ bombi li qerdu parti sostanzjali millbelt. Iżda minkejja dawn iż-żewġ esperjenzi koroh, Londra reġgħet qamet u llum hi meqjusa bħala waħda milliktar ċentri finanzjarji qawwija fiddinja.
Londra toffri minn kollox għat-turist. Jekk wieħed ikun dilettant talmużewijiet għandu selezzjoni tassew vasta. Jista’ jżur il-Mużew Brittaniku, dak ta’ Londra, dak ta’ Elizabeth u Albert, dak tax-Xjenza jew dak talIstorja Naturali. Kollha mużewijiet kbar b’mijiet ta’ eluf ta’ oġġetti esebiti li lIngliżi ġabru minn arthom u oħrajn li ġabuhom minn artijiet imbiegħda
meta kellhom taħt idejhom imperu li fuqu x-xemx ma kinitx tinżel għax kien ikopri pajjiżi f’kull kontinent.
Ben. Forsi l-iktar arloġġ famuż fid-dinja.

Għal min iħobb it-tradizzjoni, waqfa quddiem Buckingham Palace tieħdu lura fiż-żmien. Jara suldati jimmarċjaw, oħrajn fuq żwiemel u persunaġġi militari lebsin l-uniformi tagħhom li taf għexieren ta’ snin. Iwaqqfu ttraffiku kollu biex isir dak li jissejjaħ ‘Changing of the Guard’. Folklor li pajjiżi oħra ilhom li difnu imma l-Ingliżi għadhom jgħożżu. U mid-dehra għadu jiġbed il-folol għax quddiem Buckingham ikun hemm kuljum –speċjalment fix-xhur sajfin - eluf ta’ nies jistennew il-mument meta dan l-ispettaklu iseħħ.
Għal min iħobb l-istorja ma tistax tonqos żjara fit-Torri ta’ Londra. Jaraw il-gwardjani anke huma blilbies tradizzjonali magħrufa bħala Beefeaters. Dawra mat-torri qisha lezzjoni tal-istorja fejn jissemmew nies bħal Thomas More, Walter Raleigh, Anna Bolena u ħafna oħrajn. U jisimgħu dwar is-superstizzjoni taċ-ċawluni li l-gwida jgħidilhom li meta dawn iwarrbu minn madwar it-torri, tintemm ilmonarkija Brittanika.
Mixja max-xmara turik il-binja famuża tal-Parlament Ingliż u jiddomina fuqha hemm il-Big
Għal min iħobb il-katidrali hemm dak ta’ San Pawl, l-Abbey u lkatidral ta’ Westminster. Ġojjelli arkitettonici. F’dak ta’ San Pawl il-gwida ttellgħek ħdejn il-bażi tal-koppla min-naħa ta’ ġewwa u tintebaħ li l-vuċi tgħaddi min-naħa għall-oħra għad li tkun imlissna kważi minn taħt l-ilsien u minkejja li bejn min ilissen u min jisma’ jkun hemm jifirduhom għexieren ta’ metri.
Jekk tħobb il-mużika u t-teatru għandek għaxriet ta’ musicals u plays. Tinfixel liema ser tagħżel għax il-West End hu mekka ta’ dawn l-ispettakli. U għaddilettanti tal-football żjara flEmirates, Stamford Bridge jew Tottenham Stadium tiftħilhom album ta’ tifkiriet.
U għal min iħobb il-ġonna Kew Gardens u l-ġonna enormi ta’ St James, Holland u Hyde Park jitfgħuk f’dinja ta’ siġar, għasafar u fjuri li jnissuk l-istorbju kollu tal-belt. U s-sistema talunderground tgħaqqdek malpartijiet kollha ta’ Londra.
Sistema li nħolqot proprju f’Londra iktar minn 150 sena ilu.
Ikollna naqblu mar-reklam… Londra belt li taħseb għall-gosti ta’ kulħadd. Mhux ta’ b’xejn iżuruha iktar minn 30 miljun turist fis-sena.


