Il-Hbieb Isejhu - Jannar 2025

Page 1


Il-Ħbieb Isejħu

Iben t'Alla sar Bniedem

JANNAR2025 numru 701

ħafna ħakkiema tal-Mangolia kien hemm ċertu Kublai Khan u dan kien jaħtar kultant żmien prinċipijiet pajjiż li kienu ’l bogħod mill-belt kapitali u palazz fejn kien jgħammar hu.

U darba wieħed minn dawk li kienu jippretendu

prinċipat mar fejn

Kublai Khan u talbu distrett biex imexxih. Iżda flok tah distrett, is-sultan tah mitt nagħġa u muntun u qallu biex jieħu ħsiebhom. Iżda dan qajla ħa ħsiebhom u fil-fatt fi ftit żmien tilifhom kollha.

Meta mar jgħidlu xi ġralu s-sultan ma għajjatx miegħu iżda tah ħamsin nagħġa oħra u magħhom muntun ieħor u din id-darba wkoll ir-raġel reġa’ tilifihom. U għal darb’oħra s-sultan ħadu bil-ħlewwa iżda issa tah biss għaxar nagħġiet u muntun. Din id-darba ħa ħsiebhom u billi kienu ftit beda jikkurahom u sar jafhom waħda waħda. U biż-żmien il-merħla kibret u minn għaxra saru mija. U ferħan mar fejn is-sultan u qallu bis-suċċess.

“Issa wasal iż-żmien li tieħu saltna għax tgħallimt tieħu ħsieb innagħaġ. Issa tkun kapaċi turi l-istess kura għall-bnedmin.”

U Kublai Khan tah distrett kbir f’saltnatu u l-prinċep mexxieh sew... bħalma kien tgħallem imexxi l-merħla.

Qabel tidħol għall-ħwejjeġ kbar trid titgħallem tagħmel ħwejjeġ żgħar.

kien awtur prolifiku u kelliem magħruf sew f’nofs is-seklu l-ieħor. Kiteb ħafna kotba miżgħuda bi stejjer qosra li jwasslu messaġġi

pożittivi u jistgħu jservuna ta’ gwida għal ħajjitna.

Fil-ħarġa ta’ dan ix-xahar ser nirrakkontaw fi kliemna l-ġrajja ta’…

L-istudent li falla

Ix-xewqa ta’ Johnnie Marvin kienet li jilħaq inġinier. U forsi xewqet il-ġenituri tiegħu kienet isħaħ minn tiegħu. Kien tifel uniku u kienu lesti jagħmlu kull sagrifiċċju biex jaraw lil binhom jikseb id-diploma ta’ professjonista.

Johnnie kien jistudja u jistinka iżda l-marki tiegħu qatt ma kienu għoljin. Jgħaddi b’marki imissu dejjem mal-minimu rikjest. Iżda dan ma qatagħlux qalbu. Baqa’ jittama li minkejja kollox għad jilħaq dak li dejjem xtaq.

Iżda meta ġie biex jidħol filkulleġġ sab ħajt quddiemu li mbarralu t-triq. Il-prinċipal bagħat għalih u qallu li minkejja xewqtu hu ma seta’ qatt jilħaq illivell meħtieġ biex jikseb id- 2

diploma ta’ inġinier. Kien ikun aħjar għalih li jfittex impjieg ieħor. U kompla jgħidlu: “Ibqa’ ċert li għalkemm m’intix tajjeb għal inġinier int għandek fik xi talent speċjali. IlMulej jaf iqassam u lil ħadd ma jħalli vojt minn xi kapaċità. Irsisti biex issir taf fejn tista’ tibbrilla.”

Il-ħolma ta’ Johnnie kienet sfumat. Beka, u miegħu bkew ukoll ilġenituri. Johnnie spiċċa d-dar. Ħassu li mhu tajjeb għal xejn. Iżda xorta baqa’ jitlob biex il-Mulej jgħinu jsib it-talent speċjali tiegħu.

Ma tantx kien qed jara talenti fih. L-uniku żvog li kellu kien li jinżel fil-ġnien li kellhom wara d-dar.

Jilgħab max-xtieli, jesperimenta b’ward ftit magħruf u joħloq ambjent ta’ ħafna kuluri. Ilġenituri tgħidx kemm kienu ferħana bil-ġnien tagħhom u bdew jistiednu lill-ġirien jiġu jaraw isseħer tan-natura f’qawsalla ta’ kuluri.

Il-ġirien ġew u kollha daħlu flimpika biex Johnnie jibda jieħu

ħsieb il-ġonna tagħhom. U Johnnie kien imur bil-qalb. U l-ġirien kienu jagħtuh iktar milli kien jitlobhom tant kienu jkunu sodisfatti b’xogħlu. Ir-rota bdiet iddur sew u kien jaqlagħha tajjeb.

U darba ra medda mdaqqsa ta’ art mitluqa. Kienet art tal-kunsill iżda ħadd ma kien jagħti kasha. Johnnie talab li jibda jieħu ħsiebha hu. Ma riedx ħlas iżda l-kunsill kellu jipprovdi xi xtieli u siġar. Johnnie kien iqatta’ kull ħin ħieles tiegħu hawn. U fi ftit xhur l-art mitluqa saret ġnien sabiħ. Il-kunsill għamel xi bankijiet. Hekk twieled il-park fil-belt ta’ Johnnie.

Ħafna kienu jżuru dan il-park u jiskantaw x’sengħa kellu Johnnie biex iħallat il-kuluri tal-ward. Ħoloq tapit mill-isbaħ. U hekk kiseb isem. Sar famuż. Kienu jsejħulu l-artist tal-ġonna.

Johnnie kellu issa l-kumpanija tiegħu bl-għan ewlieni li joħolqu ġonna mimlija kuluri.

U Fulton Oursler kien itemm lġrajja bil-kliem… L-istudent li falla sar artist imfittex. Il-Mulej għenu jsib ittalent speċjali li kien nebbet fih… li jkun ġardinar tal-prima. Toroq il-Mulej jafu jkunu misterjużi u mhux dejjem jaqblu ma’ xewqitna.

Is-sema ta’ bil-lejl huwa affaxxinanti. Wara dak id-dawl kollu tal-ġurnata u t-tifi talgħabex, tiġi d-dalma ta’ billejl, u fis-sema, tal-inqas meta huwa bnazzi, jitfaċċaw tikek żgħar ta’ dawl, ta’ qawwa differenti, u qishom mxerrdin bladdoċċ.

Jakkumpanjahom u f’fażijiet dejjem jitbiddlu hemm ilqamar, li meta mimli

jew kwinta, bħal igerrixhom u jidhru ħafna inqas.

Fi żminijiet tal-qedem, in-nies kienu familjari ħafna iktar mas-sema ta’ billejl mil-lum.1 L-osservaturi talqedem innotaw li ċerti disinji ta’ kwiekeb jerġgħu, matul is-sena, jitfaċċaw dejjem preċiż skont listaġuni waqt li xi ftit huma dejjem hemm. U wkoll, li dawn

dejjem jitilgħu mil-Lvant u jinżlu fil-Punent.2

Biex forsi jsiru iktar familjari mas-sema ta’ billejl, dawn losservaturi antiki, bħallEġizzjani, Persjani, u Kaldin, immaġinaw disinji u figuri fissema, ilkostellazzjonijiet. Lil dawn tawhom ismijiet u mlewhom karattri u stejjer mimlija fantasija u immaġinazzjoni. Dawn huma l-miti u leġġendi li hemm fis-sema, u minkejja l-Astronomija kollha moderna dawn għadhom affaxxinanti; u bżonjużi għax iservu biex l-astronomi juru l-lokalitajiet talaffarijiet li qed jiddeskrivu.

L-ewwel kollezzjonji ta’ dawn ilgruppi ta’ kwiekeb, jew kostellazzjonijiet, kien għamilha

1.Illum bl-ammont tremend ta’ dwal li billejl mdawrin bihom, is-sema ta’ billejl tilef ħafna mis-seħer tiegħu. L-iktar li baqa’ forsi jarawh tajjeb, bħall-antiki, huma s-sajjieda meta jkunu bogħod mill-art.

2. Kif preċiż tagħmel ix-xemx. U dan tista’ tgħidlu illużjoni, għax fil-fatt hija ddinja li qed iddur bina u tagħti l-illużjoni ta’ dawn il-movimenti.

l-istudjuż minn Lixandra flEġittu, Ptolemu (100-m170AD). Lixandra dak iż-żmien kienet

ċentru kbir kulturali b’librerija kbira famuża. Ptolemu ddeskriva 48 kostellazzjoni fil ktieb famuż Almagest.

Illum, is-sema kollu huwa mqassam fi 88 kostellazzjoni, ħafna minnhom ġodda, mis-seklu 17 meta l-esploraturi Ewropej baħħru mill-ekwatur ’l isfel u osservaw gruppi ġodda ta’ kwiekeb u allura immaġinaw kostellazzjonijiet ġodda.3

Orion. Din hija kostellazzjoni antika ħafna, mill-inqas erbat elef sena. Il-Kaldin sejħulha Tammuz, waqt li għall-

Eġizzjani kien l-alla Horus. Imma iktar familjari huwa

Orion, it-tifel ta’ alla tal-baħar Nettunu (Poseidon għallGriegi). Orion kien ġgant u kaċċatur kapaċi ħafna. Darba ftaħar li kapaċi joqtol l-annimali kollha u dan tant irrabja lil

S’intendi tawhom ismijiet ta’ dak iż-żmien, Horologium, Microscopium, Telescopium eċċ. Ovvjament, popli oħra, ta’ kull post u ta’ kull żmien ivvinataw ilkostellazzjonijiet differenti tagħhom, u kollha bil-miti u lleġġendi tagħhom, li naturalment jirriflettu l-kultura tagħhom.4

Interessanti li daqsxejn studju flAstronomija kapaċi jqajjem interess fil-mitoloġija.

Intant, minn daqshekk konstellazzjonijiet, liema tagħżel għal artiklu żgħir? Ovvjament liktar prominenti u interessanti, u hija daqsxejn kurjuża li dawn jinsabu fis-sema ta’ billejl taxxitwa. Fost dawn insibu:

Artemis, alla mara tal-kaċċa u annimali, li bagħtitlu skorpjun (Scorpius hija konstellazzjoni oħra fil-qrib) li gidem u qatel lil

Orion. L-allat poġġew lil Orion u l-iskorpjun fis-sema. Fis-sema

Orion jidher (b’naqra immaġinazzjoni mhux ħazin)

b’idu ’l fuq ixejjer stanga għal fuq barri (Taurus, il-barri, hija konstellazzjoni oħra fil-qrib).

Interessanti għalina li tliett kwiekeb minn din ilkostellazzjoni jisimhom Mankib, Dhira u Rigel, ismijiet Għarbin u ġejjin miż-Żminijiet tan-Nofs

meta l-Għarab kienu osservaturi kbar tas-sema.

(Dr Grech ikompli dan l-artiklu filħarġa ta’ Frar)

3. Peress li d-dinja hija tonda s-sema ta’ billejl huwa differenti n-naħa ta’ fuq (dak li naraw aħna) minn dak li jidher min-naħa ta’ isfel. Għalkemm ‘fuq’ u ‘isfel’ huma deskrizzjonijiet konvenjenti, għax fil-fatt ma hemmx ‘fuq’ u ‘isfel’.

4. Però għall-fini ta’ dan l-artiklu l-miti tal-Griegi u tar-Rumani, huma l-iktar ikkunsidrati.

Il-ħrejjef jafu jwasslu tagħlima qawwija daqs l-istejjer veri. Jgħidu li għasafar u l-bhejjem talforesta ltaqgħu biex jagħżlu min fosthom għandu l-isbaħ vuċi. Ħadd ma seta’ jivvota għalih innifsu. U b’għaġeb ta’ kulħadd sabu li l-iktar li kien ġab voti kien il-ħmar.

Ġara li kull min ippretenda li tiegħu kienet l-aħjar vuċi vvota lill-ħmar biex il-vot tiegħu ma jkunx qed jgħin lil xi kompetitur tiegħu. U peress li kien hemm ħafna li dehrilhom li tagħhom hi l-isbaħ vuċi, spiċċaw għażlu lil dak li ma tantx togħxa meta tisimgħu jinħaq.

Dari kienu jgħidu li l-għira qattiela. Żgur li twassal għal deċiżjonijiet banali.

Raġunar

Professur ateista kien qed jagħmel diskors importanti f’sala mimlija nies. Tgħidx kemm issaħħan u argumenta dwar dak li hu ma kienx jemmen fih. Waqqa’ għaċċajt l-Evanġelju għad li ftaħar li hu qatt ma sab ħin biex jaqrah għax għalih kien ktieb mimli ħmerijiet. Meta spiċċa stieden lilludjenza biex tistaqsih dak li jidhrilha. U wieħed missemmiegħa qam bilwieqfa u beda jiekol larinġa.

“Sinjur il-larinġa li qed niekol jien tal-ħelu jew talqares?”

“Kif nista’ nkun naf jekk ma nduqhiex?”

“U kif tista’ titkellem fuq Ġesù meta qatt ma qrajt ilVanġelu. Ikkundannajtu bla ma ksibt tagħrif dwar ħajtu u tagħlimu!”

Ir-raġel qam u telaq ’il barra u kien hemm min għamel l-istess.

Preparazzjoni għal vjaġġ

Raġel xtaq idur id-dinja u billi kien jaf b’ħabib li kellu l-istess xewqa mar ikellmu bil-ħsieb li jħajru jmur miegħu. Iżda dan il-ħabib ma riedx għax kellu bżonn ftit ġimgħat biex jipprepara l-ħwejjeġ li żgur ikollu bżonn tul din it-triq twila. “Ma għandna bżonn xejn għajr tazza biex meta niltaqgħu ma’ xi għadira jew xmara nixorbu u ftit ħwejjeġ biex ninsatru u ma mmutux bilbard.”

Iżda l-ħabib ried ferm iktar oġġetti utli biex imur. U għalhekk infirdu... wieħed biex jibda l-mixja u l-ieħor biex jipprepara għaliha.

Għaddew xi snin u r-raġel irritorna ferħan għax kien wettaq ħolmietu. U meta mar fejn ħabibu biex jirrakkontalu x’ra u x’għamel sabu għadu jipprepara oġġetti importanti li ried li jkollu fil-haversack qabel jitlaq għal dan il-vjaġġ.

Tajjeb li nippreparaw imma sewwa wkoll li nkabbru l-fidi tagħna filMulej li kapaċi jurina t-triq.

Jiddependi

Raġel raqad taħt siġra tal-ġewż tal-Indi (coconut). Rah xadin u tefagħlu ġewża kbira għal rasu. Laqtu u dan qam u tgħidx kemm għajjar lix-xadin, tgħidx kemm xengel is-siġra, tgħidx kemm tkellem ħażin.

Raġel ieħor kien rieqed taħt siġra tal-ġewż tal-Indi u xadin tefagħlu ġewża mdaqqsa għal rasu. Laqtu eżatt fuq rasu tant li l-ġewża nqasmet biċċtejn. Dan qabad ilġewża maqsuma, xorob il-benna miż-żewġ nofsijiet tagħha, imbagħad kiel it-tjubija tal-frotta u żamm nofs il-ġewża biex għamel minnha skutella li servietu biex ifittex ftit gallett li kellu filbarżakka meta ddeċieda li jitrejjaq b’naqra kafè li kellu fit-termos.

Kos hux... storja fittizja iżda turina li l-ħajja kif nagħmluha. Hawn min jilmenta għal kull kuntrarju u hawn min kuntrarju jibdlu f’opportunità.

IL-LAQGĦA TA’ DIĊEMBRU

Il-laqgħa mexxieha seħibna

Anton Mercieca u kif xieraq, peress li konna fl-ewwel ġranet ta’ Diċembru, qasam magħna ftit

ħsibijiet relatati mal-Milied. Qalilna li l-Milied għal xi wħud hu żmien ta’ taħbit, tgergir, spejjeż, rigali u ftit li xejn apprezzament. Iħarsu lejn il-

Milied b’mod negattiv tant li ma jixtiquhx jiġi. Iżda oħrajn, għax pożittivi jixtiquh u jifirħu meta

joqrob għax jaraw il-familja magħquda u jaqsmu flimkien likla speċjali tal-istaġun. Mela lMilied bħall-ħajja. Min igerger u jilmenta għax kien hemm

ħamiemu ħammeġ ftit fuqu u min irodd ħajr lill-Mulej li ma għamilx il-baqar itiru.

It-tieni ħsieb kien marbut massentiment reliġjuż ta’ din il-festa. Tħeġġiġna biex ilkoll insibu post għall-Mulej f’ħajjitna u f’darna. Għandna nsibu post ċentrali

għall-presepju jew grotta u mhux naħbuha taħt xi taraġ. U nagħmlu sew jekk maġenb is-siġra tal-

Milied inpoġġu l-immaġni ta’ Ġesù tarbija. Rajna mbagħad l-

aspett karitattiv tal-festa u ħsibna kemm ferħ jinkiseb meta aħna ngħinu lill-ħaddieħor speċjalment f’dawn il-ġranet sbieħ tal-Milied. Għad li din l-għajnuna għandha tingħata s-sena kollha. U meta ngħinu nibqgħu nifirħu li tajna din l-għajnuna. Il-karità tibqa’ thenni l-qalb anke meta jkun għadda ħafna żmien.

Fl-aħħar ftit minuti tal-laqgħa rajna clip qasira ta’ play li wasslet ukoll tagħlima sabiħa… li ninsew iddifferenzi li jista’ jkun hemm bejnietna u noffru l-id ta’ ħbiberija anke lil dawk li forsi fl-imgħoddi offendewna. Meta ngħidu li lMilied huwa festa ta’ paċi rridu nkunu aħna l-ewwel li nxerrdu l-

paċi fost dawk ta’ madwarna.

GĦAL-LAQGĦA TA’ JANNAR

Għal din l-ewwel laqgħa tas-sena l-ġdida ser jiġi jkellemna l-Arċipriet ilKan. Krystof Buttigieg.

Għalhekk ħabib immarka din id-data u ħin u tkun żgur preparazzjoni sabiħa sena l-ġdida filbidu tagħha. Mela għal Sibt 4 ta’ Jannar 7.30p.m. Ejja int u ħajjar lil ħbiebek jiġu wkoll.

IS-SENA

T-TAJBA

LILEK U

L-GĦEŻIEŻ KOLLHA

TIEGĦEK MIMLIJA

BIL-PAĊI

TAL-MULEJ

[F’jum il-Ħaqq, is-Sultan jgħid,]

“..Sqejtuni...”

[U t-tajbin jgħidu,]

“Meta?”

Imbagħad iwieġeb isSultan u jgħidilhom, “...kull ma għamiltu mal-iżgħar fost ħuti, għamiltuh miegħi.”

(Mattew 25:35, 37-38, 40)

Hemm xena krudila

fil-ktieb ta’ Victor Hugo Notre Dame de Paris li fiha l-ħotbi mlaqqam

Quasimodo, hu marbut ma’ rota u qed jissawwat quddiem marmalja. Id-demm beda ħiereġ mill-feriti, beda jittallab għall-ilma. Il-marmalja bdiet tiddieħak bih u tissuttah bil-ġebel.

F’daqqa waħda, tfajla b’buqar żgħir ilma tgħaddi minn qalb il-folla u tisqih.

It-tfajla rnexxielha tagħmel dak li l-bojji ma waslux għalih. Demgħa ġelbnet ma’ ħaddejh.

jgħaddi minn moħħi meta nimmaġinani preżenti din ix-xena?

Sabiex inserraħ qalb muġugħa rrid ninsa l-uġigħ tiegħi. Malcolm Muggeridge

Xieraq li nibdew din is-sensiela bilbelt ta’ Ruma għax f’din is-sena tal-ġublew, ħafna u ħafna miljuni ser iżuru din il-belt bħala parti millpellegrinaġġ reliġjuż tagħhom.

Ruma hi belt antika ħafna.

Għandha storja ta’ kważi 3000 sena. Bdiet bħala raħal tal-bdiewa u raħħala fil-widien tas-7 għoljiet li jdawru l-belt u spiċċat biex saret ilbelt kapitali ta’ wieħed mill-ikbar imperi fl-istorja tad-dinja… limperu Ruman. Kienet imlaqqma mir-Rumani bħala l-Belt Eterna. U meta dan l-imperu beda jisfuma l-belt saret iċ-ċentru tar-reliġjon

Kattolika bil-Papa jieħu għal bosta sekli il-post tal-Imperatur.

Ruma għandha tassew ħafna x’toffri lil min iżurha. Jekk tħobb larkitettura tal-imperu Ruman għandek binjiet bħall-Kastell Sant’Anġlu, il-Kolossew, ilPantheon, il-Forum Ruman u għexieren ta’ binjiet oħra. Anke taħt l-art Ruma toffri l-meravilji tal-katakombi.

Jekk inti dilettant tal-arti medjevali u tar-Rinaxximent għandek teżori kull fejn tħares u tpassi.

Kapulavuri ta’ artisti kbar

bħal Michelangelo, Raffaello, Bernini, Bramante, Cellini u oħrajn issibhom f’ħafna naħiet tal-belt. Tara mill-qrib l-istatwi tal-Pietà u Mosè u timxi taħt il-

Baldakkin ta’ Bernini. Jekk trid tara teżori kbar f’post wieħed żur il-Mużew tal-Vatikan u għandek quddiemek mappa ta’ tifkiriet antiki u moderni.

Jekk tħobb il-katidrali u knejjes tinfixel fejn ser tibda… San Paolo Fuori le Mura, San Ġwann

Lateran, Santa Maria Maggiore jew il-bażilka simbolu tal-belt… San Pietru tal-Vatikan (għad li teknikament u legalment lVatikan mhux parti mill-Italja xorta kollox idur miegħu u

madwaru u ma tistax titkellem fuq Ruma bla ma ssemmih).

Jekk tħobb il-funtani titgħaxxaq iddur madwar Pjazza Navona jew tissaħħar quddiem il-Fontana di Trevi. Pjazza Venezia toffri spettaklu ta’ ftuħ u t-Tarġiet Spanjoli għandhom ukoll ilfaxxinu tagħhom. Mistrieħ fuq xi tarġa minnhom waqt li tilgħaq xi

ġelat hi esperjenza li tibqa’ tiftakar speċjalment wara xi mixja li tkun qatgħetlek nifsek.

Għalina n-Nadurin din il-belt għandha seħer speċjali għax nafu li fit-toroq antiki tagħha passew, għallmu u batew il-patruni tagħna Pietru u Pawlu. U f’din il-belt ħallew ukoll ħajjithom għal min ħabbew… Ġesù ta’ Nazaret.

U nieħdu gost nimxu fit-Triq Appia għax fiha seħħet il-

leġġenda popolari ta’ Pietru jiltaqa’ mal-Mulej Ġesù. L-Insara kienu imbuttaw lil Pietru biex jitlaq minn Ruma għax Neruni ried joqtlu. Pietru sema’ minnhom iżda fil-ħarba tiegħu, proprju fi Triq Appia, jiltaqa’ ma’ Ġesù u hemm iseħħ dan iddjalogu:

“Mgħallem fejn sejjer?”

“Sejjer Ruma biex immut bħalma mitt f’Ġerusalemm għax lil min ħallejt minfloki beża’.”

Kien djalogu qasir imma Pietru fehem li postu kien f’Ruma. U hekk Ruma saret il-post ċentrali tar-reliġjon tagħna.

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.