

Il-Ħbieb Isejħu











Iben t'Alla sar Bniedem

Kulħadd kien iqis lill-anzjan Indjan bħala
għerf kbir għax barra li kien intelliġenti ħafna, barra li qara ħajja. Sikwit kienu jmorru xi
żgħażagħ jistaqsuh dwar xi problema partikulari u r-risposti li kien jagħtihom kienu jinkitbu biex jibqgħu jiftakruhom u jippruvaw jattwawhom.
U darba żagħżugħ minnhom staqsieh:
“X’tagħmel kieku tkun taf li xi ħadd gideb fuqek u pprova
jħammiġlek ismek ma’ ħbiebek?”
U x-xiħ wieġeb:
“Noqtlu imma qabel immur noqtlu npejjep tliet tipi tabakk.”
Iż-żagħżugħ deher konfuż għax ir-risposta dehret bla sens.
“Waqt li nkun inpejjep l-ewwel pipa noqgħod naħseb ftit u nifhem kemm ser nidħol f’inkwiet jekk noqtlu. Nispiċċa l-ħabs u forsi jaqtgħuhieli għall-mewt. Allura niddeċiedi li flok noqtlu mmur u nagħtih xebgħa kbira b’ħatar oħxon.
“Imbagħad waqt li nkun qed inpejjep it-tieni pipa nifhem li xebgħa bħal din tista’ tħallih inkapaċitat għal għomru u nispiċċa rrid immantni lil familtu. Niddeċiedi għalhekk li flok xebgħa b’ħatar immur u nagħtih xebgħa b’ilsieni.

“Iżda x’ħin inkun qed inpejjep it-tielet pipa nifhem li jekk immur niġġieled miegħu bil-kliem iebes hu jirrispondini bi kliem iebes u l-gideb joktor. Niddeċiedi għalhekk li mmur u nkellmu bil-kwiet u nurih kemm ħsara qed jagħmel b’ilsienu meta jigdeb fuq in-nies. U nemmen li nispiċċaw ħbieb u la nkunu ħbieb ma jkomplix jigdeb fuqi u abbli jgiddeb lilu nnifsu fuq dak li jkun qal qabel.”
Issa ż-żagħżugħ fehem x’ried jgħidlu l-anzjan Indjan bir-risposta tat-tliet pipi. Aħna wkoll jiswielna li flok naġixxu fis-saħna tal-mument inħallu ftit ħin jgħaddi biex ma jiddispjaċiniex talli nkunu fattarnieha għax ma nkunux ħsibnieha biżżejjed. U dan nagħmluh bla ħtieġa li npejpu tliet pipi tabakk għax it-tipjip ma jagħmlilniex tajjeb.
Diċembru2024

kien awtur prolifiku u kelliem
magħruf sew f’nofs is-seklu l-ieħor. Kiteb ħafna kotba miżgħuda bi stejjer qosra li jwasslu messaġġi
pożittivi u jistgħu jservuna ta’ gwida għal ħajjitna.
Fil-ħarġa ta’ dan ix-xahar ser nirrakkontaw fi kliemna
l-ġrajja ta’…
Maħbubin ta’ veru
Kienu fil-honeymoon tagħhom. Jaqsmu l-oċean fuq il-vapur lussuż Cristobal Colon. Ma kienx xi vapur kbir. Iżda xorta kien qed jofroq il-mewġ b’ħeffa kbira. U ġewwa kien meravilja ta’ lussu. LIspanjoli li bnew il-vapur riedu juru li għadhom jafu jibnu vapuri ta’ klassi. Fis-swali kien hemm statwetti u pitturi ta’ artisti famużi u jżejnu l-ambjent kien hemm linef kbar b’għexieren ta’ xemgħa artifiċjali li kienu jdawlu l-irkieni kollha…
U l-miżżewġin friski kienu fuq ilgverta u t-tfajla qalet lil żewġha, “Kemm nixtieq li limħabba tagħna tkun sabiħa u sħiħa daqs dan il-vapur!” U żewġha wieġeb, “Nemmen li tkun isbaħ u 2




isħaħ għax aħna m’aħniex
weħidna. Magħna hemm il-Mulej li ser ibierek din l-imħabba.”

Għaddew bosta snin. U l-vapur lussuż Cristobal Colon spiċċa filmira tal-ġellieda li kienu qed jieħdu sehem fi gwerra ċivili
Spanjola. Iż-żewġ naħat riedu lvapur. Telgħu fuqu jiġġieldu u fi ftit sigħat qerdu s-sabiħ kollu li kien fih il-Cristobal Colon. Vapur tant lussuż spiċċa gozz injam bla sura. Sakemm kumpanija Amerikana xtrat dan il-gozz injam, ħaditu Bermuda u fil-baħar ċar talgżira, għarqu l-vapur, issa mfarrak, biex iservi ta’ bejta għallħut u ġenna tal-art għall-għaddasa. Il-kumpanija kienet torganizza wkoll vjaġġi lit-turisti biex f’jiem ta’ baħar ċar teħodhom ħdejn ilvapur mgħarraq u jkunu jistgħu jarawh mitluq għal ġenbu imdawwar b’ħafna ħut u b’xi għaddasa.

U darba fost dawn it-turisti kien hemm il-koppja li semmejna filbidu. Kienu qed jiċċelebraw il-25 sena tal-anniversarju taż-żwieġ tagħhom. Tħajru huma wkoll imorru jaraw il-vapur li fuqu għamlu l-honeymoon tagħhom. Waqt li kienu qed iħarsu lejn ilbaħar ċar kristall bil-vapur jidher jistrieħ fuq ġenbu, il-mara qalet lil żewġha: “Imħabbitna kienet verament isħeħ minn dan il Il-Cristobal Colon spiċċa f baħar, gozz injam bla sura waqt li l imħabba tagħna għadha ħajja u sħiħa.” U żewġha tbissem u qalilha, “Ma konniex weħidna. Magħna kellna l-Mulej jakkompanjana.”
U Fulton Oursler jispiċċa l-ġrajja hekk:
‘…U jekk forsi taħsbu li din hi xi ħrafa niżgurakom li din hi storja li ġrat tassew. Naf li ġrat għax il-miżżewġin tal-ġrajja konna jien u marti.’



DR CORONATO GRECH
M.D. ikompli jiktbilna dwar:

Mill-aspett talAstronomija moderna l-kostellazzjoni ta’ Orion hija wkoll interessanti ħafna. Pereżempju l-kewkba ‘Rigel’ hija waħda mill-iktar qawwija fid-dawl, tant li minkejja li hija madwar 870 light years1 bogħod hija waħda mill-iktar prominenti fis-sema. Il-kewkba l-oħra, Betelgeuse, fl-ispalla ta’ Orion hija kewkba enormi, madwar 400 ikbar mix-xemx, u ħamranija (ikklassifikata bħala red supergiant), varjabbli, u tinsab flaħħar fażijiet tal-evoluzzjoni ta’ kewkba. Imbagħad, qrib iċċintorin ta’ Orion hemm sħaba enormi, the Great Orion nebula, f’distanza ta’ madwar 1,500 light years 2, fejn nafu li fiha jiffurmaw kwiekeb ġodda. Din in-nebula tidher ftit bl-għajnejn bħala tikka

ċpar.
Andromeda.
Andromeda kienet ittifla sabiħa tar-re Cepheus (kostellazzjoni oħra) u r-reġina
Cassiopeia (kostellazzjoni oħra).
Meta Cassiopeia ftaħret iżżejjed bis-sbuħija tattifla tagħha u insulentat xi nimfi, l-alla tal-baħar Nettunu, bagħat ilmonstru Cetus (kostellazzjoni oħra) biex jeqirdilhom ir-renju. Biex isalvaw ġildhom, Cepheus u Cassiopeia rabtu lil Andromeda ma’ blata biex isibha Cetus. Imma inzerta għaddej l-eroj Perseus (kostellazzjoni oħra) fuq iżżiemel li jtir Pegasus (kostellazzjoni oħra) u li kien qed iġorr ras Medusa li kien għadu kif qatel. Issa Medusa kellha xagħar tas-sriep u ħarsa tant terribbli li kull min iħares lejha jsir tal-ġebel
1. Light year huwa kejl ta’ distanza u hija d-distanza li d-dawl, bl-iktar veloċità possibbli fl-univers, dik ta’ 300,000 kilometri fis-sekonda jagħmel f’sena. Dawn huma distanzi inkomprensibbli għalina.
2. Għalkemm il-kwiekeb fis-sema jidhru li qishom kollha fl-istess distanza, però dawn huma f’distanzi ferm differenti.

(Perseus apparentament kien jaraha indirettament riflessa fuq ittarka). Perseus qatel lil Cetus billi wrih ir-ras terribbli ta’ Medusa. Perseus iżżewweġ lil Andromeda u meta din mietet l-allamara Atena poġġietha fis-sema.

Oġġett interessanti ħafna filkostellazzjoni ta’ Andromeda hija dik imsejħa the Great Andromeda Nebula, li tidher anke bl-għajnejn biss bħala sħaba żgħira bajdanija. Ġiet deskritta l-ewwel darba millastronomu Persjan Sufi, madwar is-sena 950. Però minkejja l-isem, (‘nebula’ hija kelma Latina għal sħaba) din ma hija xejn inqas minn galassija enormi u spirali, bħal dik li qegħdin fiha aħna. Tinsab iktar minn żewġ miljun light years bogħod, u hija l-iktar oġġett imbiegħed li nistgħu naraw b’għajnejna.
Cepheus. Fil-miti qodma, Cepheus kien re tal-Etjopja, għalkemm oriġinarjament kien wieħed mill-ħamsin argonawti li marru ma’ Jason biex ifittxu lġezza leġġendarja tad-deheb, jew
Tusun. Issejħu argonawti għax ilbastiment ta’ Jason kien jismu
Argo.
Fl-Astronomija moderna kewkba minnhom Delta Cephei3, hija kewkba famuża, għax hija kewkba varjabbli, jiġifieri ddawl tagħha jvarja regularment, f’dan il-każ madwar kull ħamest ijiem u nofs. Din it-tip ta’ kewkba tintuża għal metodu minnhom kif l-astronomi jkejlu distanzi enormi. L-ewwel astronomu li studjaha fid-dettal kien l-Ingliż John Goodricke (1764-86) bravu ħafna, imma xortih ħażina, kien mutu u trux u miet qasir il-għomor.
Cetus. Cetus kien monstru talbaħar li ntbagħat biex jeqred irrenju tal-Etjopja bħala kastig lil Cassiopea, imma ġie meqrud minn Perseus. F’xi verżjonijiet li ġew wara ġie identifikat malbalena4 ta’ Ġona u anke lLevatjan ta’ Ġob.
Fl-Astronomija, kewkba minnhom, Omicron Ceti, hija varjabbli, imma irregulari, madwar kull ħdax-il xahar; u tant tvarja fid-dawl li tagħmel madwar ħames xhur minnhom ma tidhirx.
Jisimha wkoll Mira (bil-Latin għal ‘tal-għaġeb’), ġganteska, ħafna ikbar mix-xemx, u ħamranija.
(Dr Grech ikompli dan l-artiklu filħarġa ta’ Marzu)
3. F’kostellazzjoni, il-kwiekeb huma msemmija bl-alfabet Grieg.
4. Avolja fl-istorja ta’ Ġona ħuta kbira hemm imsemmija, mhux balena.


Ħaġa ħaġa
Henry
Mortor
Stanley kien
irnexxielu jidħol ’l ġewwa f’ġungla li kienu




jaħsbu li ħadd ma seta’ jiskopri daqskemm kien hemm perikli. Meta staqsewh kif irnexxielu fejn oħrajn qatgħu qalbhom weġibhom, “Għax jien kont nara biss il-periklu ta’ quddiemi. Xi
annimal selvaġġ, xi serp velenuż, xi blata li timblokka t-triq. Kont nara dak il-periklu jew dak lostaklu ta’ dak il-mument. U kont ngħid lili nnifsi, ‘Dan kapaċi nirbħu!’ Kieku kelli nara l-perikli kollha f’daqqa ma kont nasal qatt li naqsam il-ġungla!”
Anke fil-ħajja. Jekk tħares lejn 5 snin ta’ università jidhru bla tmiem imma jekk tħares lejhom jum wara jum isiru possibbli. U hekk għal kull għażla oħra filħajja.
Perċezzjoni
L-istejjer marbuta mal-kultura talLvant fihom ħafna x’tomgħod. Waħda minnhom tirrakkonta li sultan bagħat għall-kanċillier tiegħu li kien bniedem kapaċi imma kattiv u qallu:

“Dur dawra mas-saltna u ġibli fil-palazz tlieta min-nies ta’ qalbhom tajba.”
Dan mar idur u wara sena ġie lura b’risposta negattiva.
“Fis-saltna kollha ma sibtx bniedem wieħed ta’ qalbu tajba.”
Is-sultan imbagħad dar fuq issegretarju tiegħu li kien baħbuħ u qalbu f’idejh. U qallu:
“Dur dawra mas-saltna u ġibli fil-palazz tlieta min-nies ta’ qalbhom ħażina.”
Anke dan obda u bħal ta’ qablu mar lura b’risposta negattiva.
“Sire, fis-saltna lanqas sibt bniedem wieħed ta’ qalb ħażina.”
Fil-kultura tagħna nħobbu ngħidu li kulħadd ifassal fuq persuntu!

Avviż importanti
Ix-xufier ta’ coach fl-Ingilterra talab l-attenzjoni tal-passiġġieri għax ried jagħmel avviż importanti. Il-passiġġieri kollha waqfu jistennew l-avviż... addio gazzetti, addio mobiles, addio laptops. U min kien kważi rieqed qam għax ħadd ma ried jitlef xejn minn dan l-avviż li żgur kien importanti ħafna biex ix-xufier talab l-attenzjoni tagħhom.
Meta ra li kien hemm is-skiet u attenzjoni x-xufier qalilhom: “Għidu l-jum it-tajjeb lil ta’ maġenbkom u taraw kif il-jum ikun tajjeb għalikom ukoll.”
Kien hemm tbissima ġenerali. Ma stennewx avviż bħal dan iżda filli kien hemm passiġġieri siekta u f’mument dawn donnhom saru ħbieb u bdew jitkellmu u jiċċajtaw. Imbagħad infexxew f’ċapċipa lixxufier li kien irnexxielu jibdlilhom il-burdata.
Kos hux, daqsxejn ta’ tislima kemm kapaċi ġġib bidla. Ejja nkunu aħna li meta niltaqgħu ma’ xi ħadd, anke jekk ma nafuhx, ngħidulu bil-qalb, ‘l-għodwa ttajba’.

Apprezzament
Raġel ried ibigħ id-dar u mar fejn ħabib tiegħu li kien poeta u talbu li jagħmillu reklam sabiħ... bi kliem magħżul biex jiġbed ħafna attenzjoni. U l-poeta kitiblu ftit kliem verament sabiħ: ‘Dar b’veduta tal-għaġeb. Mit-twieqi tagħha tista’ tara seħer in-natura. Fiha tista’ tiggosta lkwiet għax ftit li xejn jgħaddi traffiku minn quddiemha. Għandha ġnien imdaqqas li jservik ta’ żvog meta l-ħajja tidher iebsa u diffiċli. U fiha wkoll garage li barra li jesa’ karozza għandu wkoll spazju għall-bank taxxogħol fejn tista’ tqatta’ ftit ħin f’xi hobby li tħobb.’
Meta reġa’ ltaqa’ mal-poeta dan staqsieh x’rispons kellu r-reklam, “Meta qrajt dak il-kliem sabiħ ittendejt li kont iblah li ridt inbigħ id-dar!”
Kemm drabi fil-ħajja ma napprezzawx biżżejjed is-sabiħ li jkollna madwarna.



IL-LAQGĦA TA’ JANNAR
L-Arċipriet il-Kanonku Krystof
Buttigieg beda
l-laqgħat tagħna ta’ matul din issena. Kienet lewwel laqgħa tiegħu u
għamlilna
ħafna kuraġġ sabiex
inkomplu. Dun Ġorġ kien iħobb jgħid li

t-tagħlim it-tajjeb hu l-għajn ta' kull ġid. Beda l-lezzjoni fuq isseba’ opri tal-ħniena li jmissu lġisem u s-seba’ l-oħra li jmissu rruħ. Meta ngħinu lill-proxxmu tagħna b’kull mezz li nistgħu nkunu qegħdin inpoġġu filprattika l-fidi tagħna. Fl-opri talħniena li jmissu l-ġisem faċli nindunaw bil-bżonnijiet taloħrajn… bil-ġuħ, bil-għatx u lbqija imma f’dawk li jmissu r-ruħ mhuwiex daqstant faċli. Mhux dejjem nindunaw b’min ikun
inkwetat, b’min għandu bżonn parir, b’min nieqes minn ċertu tagħlim u l-oħrajn. Meta nħarsu lejn il-ktieb tal-Ġenesi nindunaw li l-ewwel bnedmin iddubitaw f’Alla meta ttentahom ixxitan.
Daħlilhom f’moħħhom li Alla ħbielhom tagħrif importanti għalihom. Ixxitan irnexxielu jdaħħlilhom iddubju f’moħħhom. Qerdilhom iċċertezza li fiha kienu jgħixu. U ma obdewx lil Alla. U ma’ din iddiżubbidjenza kollox tħawwad. Mietu għall-innoċenza li kellhom. Bdew jistħu minn xulxin u minn Alla. Ma baqgħux aktar ‘trasparenti.’ Il-bniedem beda jaħseb ħażin f’kollox u f’kulħadd. Għalina llum important li nagħrfu kemm iħobbna Alla u nwarrbu ddubji li jista’ jkollna. Dan nagħmluh meta nintebħu li Alla
dejjem iżomm kelmtu, dejjem iħobbna, nagħmlu x’nagħmlu. Sfortunatament it-trobbija tagħna fit-tajjeb u l-ħażin tagħha taffettwana ħafna fil-mod ta’ kif naraw lil Alla. Min qatt ma ħassu maħbub isibha diffiċli ħafna li jaċċetta li Alla jħobbu bla ebda kundizzjonijiet. Irridu noqogħdu attenti li ma nħawdux reliġjon ma’ fidi. Meta nsemmu reliġjon niftakru f’ħafna liġijiet u preċetti li għandna nħarsu. U nistgħu naqgħu fl-iżball li nippretendu li għax inħarsu dawn il-liġijiet millaħjar li nistgħu ma għandu jiġrilna xejn ħażin. Nistgħu nħarsu lejn ħaddieħor li jiġi jaqa’ u jqum minn dak kollu li hu marbut mal-knisja u donnu dejjem tiġih sew. Imma laffarijiet ta’ Alla ma jaħdmux hekk. Minkejja dak kollu li jiġrilna jekk aħna nafdaw f’Alla nippruvaw nifhmu li anke meta laffarijiet ma jiġuniex kif nixtiequ imma Alla, li jħobbna, ippermetta dan għall-ġid tagħna. Min-naħa loħra l-fidi hija mibnija, anke bħala kelma, fuq il-fiduċja. Irridu nitgħallmu nafdaw li Alla jaf x’inhu l-aħjar għalina u filwaqt li nitolbu għall-bżonnijiet tagħna, dawk ta’ madwarna u l-għeżież li ħallewna inħallu kollox f’idejh. U dan li awguralna l-Arċipriet. Nafdaw f’Alla u ħajjitna tkun aħjar.


GĦAL-LAQGĦA TA’ FRAR
Fi Frar ser ikollna fostna mill-
Perù lill-ħabib kbir tagħna Dun Raymond Portelli. Il-
laqgħa ta’ Frar ser issir nhar is-Sibt 1 ta’ Frar u tibda fis7.30p.m. Dun Raymond dejjem iżejjen il-lezzjoni tiegħu bi ġrajjiet li jkun għadda minnhom tul din is-sena li għaddiet kif ukoll jagħtina sinteżi ta’ dak li jkun qed iwettaq filparroċċa tropikali tiegħu.
Mela ħabib nistennewk. Nhar is-Sibt 1 ta’ Frar fis-7.30p.m. Ejjew int u ħajjar lil sħabek jiġu wkoll.



Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk irid xi ħadd
jimxi warajja, jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu u jimxi warajja...” Mattew 16:24
Ħafna snin ilu, fil-London Times
deher avviż żgħir: ‘Irrid irġiel għal vjaġġ diffiċli.
Pagi żgħar, ksieħ enormi, xhur ta’ dlam perfett. Unur u fama f’każ ta’ suċċess.’
Kien hemm 5000 applikazzjoni.
Minn dawn kollha, Sir Ernest Shackleton għażel 27 raġel
sabiex jesploraw is-South Pole. Kienet spedizzjoni li rnexxiet u kollha marru lura d-dar bl-unuri u saru famużi.

Ġesù kien jaf bil-qawwa tal-isfida. L-ewwel dixxipli tiegħu aċċettawha u hekk għadhom jagħmlu qlub kuraġġjużi.
Xi jġegħelni naċċetta din l-isfida?
Agħmel l-aħjar li tista’ bl-aqwa mod li tista’ u agħmlu issa. Ralph W Sockman





PARIĠI
Il-Pariġini jsostnu li belthom hi lisbaħ belt tad-dinja. U mhux faċli tmerihom għax Pariġi hi verament belt mill-isbaħ. Jekk tinzerta fuq lArc de Triomphe f’Champs Elysees tħossok qisek qiegħed tara murtal jinfetaħ f’qawsalla ta’ kuluri f’ċirku perfett. It-toroq prinċipali ħerġin minn punt ta’ tluq u jiffurmaw ċirku li jwasslek f’postijiet differenti tal-belt. U kull destinazzjoni għandha l-meravilji u s-seħer tagħha.
Pariġi hi belt antika. Kienet diġà teżisti bħala raħal ta’ ħdejn ixxmara qabel il-wasla tal-militar Ruman. Imma kienu r-Rumani li tawha iktar importanza billi ħolqu binjiet u għamlu mil-lokal ċentru ta’ kummerċ tul ix-xmara Siene. Iżda aktarx li qatt ma bassru li dan ir-raħal għad isir il-belt li nafuha llum. Din issawret matul ħafna sekli u donnha kull ġenerazzjoni riedet tħalli belt isbaħ minn dik li sabet. Iżda dan dejjem sar bil-pariri ta’ nies esperti li kienu jafu li riedu jibnu kapolavur fosthom Baron Haussmann li ried jagħmel lil Pariġi l-isbaħ belt tad-dinja. Kien hu li qered id-distretti 11

foqra tal-belt u flokhom sawwar toroq ġodda b’arkitettura li ssaħħrek u ġonna zgħar li jgħaxxquk.
Pariġi tal-lum għandha ħafna x’toffri. Għal min hu dilettant talmużewijiet viżta fil-Louvre toffrilu vetrina artistika universali. Għax f’dan il-mużew il-Franċiżi jesebixxu l-krema talarti Ewropea u magħha oġġetti ta’ valur kbir li huma ġabu minn bosta pajjiżi fosthom dawk flAsja, fl-Afrika u fl-Amerika t’Isfel. Il-pittura tal-Mona Lisa tibqa’ waħda mill-attrazzjonijiet l-iktar popolari u għalina l-Maltin u l-Għawdxin ġirja għal fejn hi xxabla ta’ La Valette tħallina b’ħafna nostalġija u diqa nazzjonali għax konna nippreferu narawha esebita f’pajjiżna.
Pariġi tiftaħar ukoll bi knejjes u katidrali l-ġmiel tagħhom. Sabiħ tassew hu l-katidral ta’ Notre Dame u wara li sofra ħruq estensiv reġa’ kiseb s-seħer ta’
qabel b’rikostruzzjoni artistika li għamlet isbaħ dak li qabel kien sabiħ. Anke l-knisja ta’ Sacre Coeur imperrċa fil-għoli għandha faxxinu speċjali għad li mhux ilPariġini kollha kienu jaqblu malbinja tagħha. U wħud għadhom sal-lum jikkontestawha.
Ikona speċjali hu t-torri Eiffel. Anke dan meta nbena qala’ ħafna kritika u għal xi żmien kien hemm id-diċeriji li ser jiżżarma.
Iżda llum il-Pariġini jiftaħru bih. U l-fama tiegħu kisbet dimensjoni ġdida permezz tal-Loghob Olimpiku li sar s-sena l-oħra għax miegħu ddendlu ċ-ċrieki kkuluriti li huma s-simbolu ta’ dan illogħob mondjali.
Tpassi fit-toroq ta’ Pariġi tiftakar li artisti kbar bħal Picasso, Van Gogh u Dalì għad li mhumiex
Franċiżi għexu f’din il-belt bħalma għexu wkoll fiha awturi kbar Franċiżi fosthom Victor Hugo u Alexander Dumas. Post speċjali jgawdi l-artista Rodin li għandu mużew iddedikat għalih bl-istatwa mlaqqma - Il-ħassiebtiddomina s-sala prinċipali. Iżda għall-Franċiżi l-ikbar persunaġġ jibqa’ Napuljun u viżta lil qabru f’Les Invalides iħossha qisha dmir min iħobb l-istorja. Anke jekk dan il-ġeneral f’ħajtu ġab ħafna inkwiet u mwiet.
U minn Pariġi, il-Palazz ta’ Versailles u d-dinja maġika ta’ Disney ma tantx huma bogħod.

