Il-Hbieb Isejhu - April 2025

Page 1


Il-Ħbieb Isejħu

April 2025

Iben t'Alla sar Bniedem

APRIL

ħolma li jirrakkonta l-awtur Taljan Bruno Ferrero. Ħolma li qisha leġġenda ħelwa.

Jgħid Bruno li l-ħolqien ħass li għandu jrodd ħajr lill-Ħallieq tas-sabiħ kollu li hawn fid-dinja tagħna. Għalhekk talab lill-Mulej biex ipoġġi fuq siġġu fi plajja sabiħa. U hemm il-ħolqien kellu jurih is-seħer ta’ dak li wettqu idejH ħafna ħafna snin ilu.

Quddiemu dehru l-ħut għaddejjin f’baħar ċar... minn ħut daqs sawrell u iżgħar għall-baleni. U f’nofs din il-mixja dehru d-dniefel li taw wirja spettakolari li għoġbot lill-Ħallieq.

L-annimali wkoll għamlu l-mixja tagħhom fuq ir-ramel dehbi tal-plajja. Minn annimali żgħar għall-iljunfanti. Sbieħ kienu l-ġiraffi u ż-żebri, l-iljuni u t-tigri, il-leopardi u ż-żwiemel. Dehra oħra ta’ seħer li għoġbot lill-Ħallieq. Fl-aħħar mill-aħħar kienet xogħol idejh u għalhekk ma setgħetx ma togħġbux.

Imbagħad dehru s-siġar li permezz tal-anġli kienu qed iwasslu l-frott tagħhom. Mijiet ta’ kwalitajiet ta’ frott... larinġ, tuffieħ, bettieħ u dulliegħ, banana u kiwi, ħawħ u għajnbaqar. Sbieħ fid-dehra u bnini fit-togħma. Anke din il-wirja tat gost lill-Ħallieq.

Imbagħad deher il-bniedem. Ħassu mifxul. Ma setax jiddeċiedi x’ser iwassal lill-Ħallieq. Ma setax jeħodlu frott għax dawn kienu ġa dehru. X’seta’ jagħmel biex juri lill-Ħallieq il-ħila tiegħu. Xi biċċa għamara, xi kompjuter, xi laptop, xi spacecraft. Minflok il-bniedem telaq b’ġirja lejn fejn kien il-Ħallieq u qallu: “Ja sidi, minkejja d-difetti kollha tiegħi nħobbok. Għinni biex inħobbok iżjed!”

U l-Mulej tbaxxa u għolla lill-bniedem u poġġieh fuq irkupptejh. U t-tbissima ta’ wiċċu kienet xhieda li l-bniedem kien u għadu l-ikbar ħlejqa maħluqa minnu.

Ħolma sabiħa. Leġġenda ħelwa. Tagħlima sublimi. Jalla aħna wkoll ntennu ta’ spiss it-talba li għamel f’isimna l-bniedem tal-istorja: “Mulej minkejja d-difetti tiegħi nħobbok. Għinni biex inħobbok iżjed!”

Diċembru2024

kien awtur prolifiku u kelliem

magħruf sew f’nofs is-seklu l-ieħor. Kiteb ħafna kotba miżgħuda bi stejjer qosra li jwasslu messaġġi

pożittivi u jistgħu jservuna ta’ gwida għal ħajjitna.

Fil-ħarġa ta’ dan ix-xahar ser nirrakkontaw fi kliemna

l-ġrajja ta’…

Tliet intervisti

Fulton Oursler jibda r-rakkont hekk:

Kont daqsxejn ta’ żagħżugħ, għadni nibda l-ħajja. Kont ili biss ftit ġimgħat naħdem bħala korrispondent tal-gazzetta Baltimore American. Ġie l-editur

fuqi u qalli: “Il-Papa għadu kemm għamel stqarrija importanti. Mur sib lillKardinal Gibbons u għamillu intervista dwarha.

Malajr qrajt x’kien qal il-Papa u bilġri tlaqt biex nara nistax inkellem lill-Kardinal. Kont naf ilknisja li kien jiffrekwenta u tlabt li jinzerta jkun hemm. Ma kellix appuntament. Kelli fija ħafna tensjoni.

Meta wasalt ħdejn il-knisja u għidtilhom li jien 2

korrispondent tal-Baltimore

American qaluli li l-kardinal kien fil-ġnien jippassiġġa. Qaluli biex mmur ħdejh u forsi jkollu ħin iwieġeb għall-mistoqsijiet tiegħi.

Taft kellu jikxef monument

f’Annapolis. L-editur reġa’ bagħat

lili biex nirrapporta d-diskors

tiegħu. Meta wasalt urejt lill-uffiċjal tas-sigurtà li kont ġurnalist u xtaqt li

jkolli f’idejja d-diskors talokkażjoni li l-President kien ser jagħmel.

Hawn ġuvnott id tixtieq!”

Lili tbissimli waqt li l-ħarsa li ta lil min kien kisirni ftit qabel ma kinitx ħarsa sabiħa. Anki din it-tbissima għadha f’qalbi.

L-Editur reġa’, għal darb’oħra, bagħat lili biex nirrapporta dwar laqgħa li l-multi-miljunarju

Amerikan Dale Carnegie kien ser jagħmel. Imma meta wasalt sibt li l-laqgħa kienet sospiża għax mart Dr Carnegie kien

ħassha ħażin. Jien xtaqt nikseb xi

tagħrif dwar saħħitha iżda ta’

madwarha keċċewni ’l barra.

Imma fil-pront tfaċċa Dr Carnegie u qalli, “Ħabib ħa ngħidlek dwar saħħet marti.

Nitolbok biex ma tagħtix l-aħbar b’mod sensazzjonali. Għid biss li

ħassha ħażin imma li malajr

reġgħet ġiet f’sensiha u fil-fatt ser tidħol għad-diskors li ser nagħmel.”

Fulton Oursler kompla hekk: Tliet persunaġġi. Kardinal, President u multi-miljunarju wrewni li mhux kull min jikseb suċċess fil-ħajja tikbirlu rasu.

Jalla nsiru x’insiru fil-ħajja

nibqgħu nistmaw lil ta’

madwarna b’rispett li kull bniedem jixraq li jkollu.

Il-Pleiades huma wkoll grupp ta’ kwiekeb relatati ma’ xulxin għax iffurmaw mill-istess nebula, li għadha tidher bħala ċpar madwarhom. Bl-għajnejn jidhru sitta jew seba’ kwiekeb, imma bi tromba jew teleskopju jidhru ħafna iktar. Jinsabu f’bogħod ta’ madwar 400 light years.

B’kuntrast, il-Hyades huma madwar 125 light years u Aldebaran 68 light years.

F’Taurus hemm ukoll il-famuża Crab Nebula1 tidher ftit bi tromba. Nafu li hija l-fdalijiet ta’ supernova (kewkba kbira li splodiet) u li ġiet osservata minn astronomi Ċiniżi fl-1054. Fiha wkoll, fil-1968, ġiet osservata waħda mill-ewwel pulsars2 .

Taurus hija wkoll waħda mittnax-il kostellazzjoni taż-żodjaku, li jinsabu madwar l-ekwatur tas-

sema fejn jgħaddu wkoll ix-xemx, il-qamar u l-pjaneti. Jissejħu żodjaku3 għax ħafna minnhom huma annimali: barri (Taurus), iljun (Leo), muntun (Aries), granċ (Cancer), ħut (Pisces), mogħża (Capricorn) eċċ. Dawn huma familjari minħabba l-astroloġija u l-oroskopji. Imma l-astroloġija fiha sustanza daqs kemm għandhom dawn il-miti!

Fis-sema, barra l-kwiekeb, hemm ukoll it-Triq ta’ Sant’Anna, ixxemx, il-qamar u l-pjaneti. U dawn ukoll għandhom il-miti tagħhom

It-Triq ta’ Sant’Anna. Skont ilmiti Griegi din l-istrixxa bajdanija matul is-sema hija riżultat tarrabja ta’ Ħera l-mara għajjura (u bir-raġun!) ta’ Żews. Meta ttarbija Ercole, li kien ta’ Żews

1. L-astronomu Lord Rosse li ddeskrivieha semmieha hekk għax stħajjilha granċ.

2. Pulsar hija kewkba densa ħafna, żgħira ħafna, iddur fuqha nnifisha mijiet ta’ drabi fis-sekonda. Hija l-fdalijiet ta’ supernova, jew l-kollass ta’ kewkba kbira ħafna.

3. ‘Żodjaku’ ġejja mill-Latin għal ‘ċirku tal-annimali’.

minn mara oħra, ġabuh biex jixrob minn sider Ħera waqt li din kienet rieqda, u din bir-rabja qamet u imbuttatu bis-saħħa, xi ħalib minn sidirha xxerred u fforma dik l-istrixxa bajdanija fissema ta’ bil-lejl.

Għaliex lokalment nafuha bħala tTriq ta’ Sant’Anna mhux ċar, talinqas għall-awtur.

Illum nafu li din it-Triq ta’ Sant’Anna hija magħmula minn miljuni ta’ kwiekeb kif millewwel juru t-teleskopji, imma li tant jidhru qishom ġo xulxin li jagħmlu strixxa bajdanija. Din

hija l-Galassija4 li qegħdin fiha u li hija f’forma ta’ rota enormi ta’ miljuni ta’ kwiekeb. U peress li aħna ġo fiha, meta nħarsu lejha, għalina tidher bħala strixxa bajdanija.

Ix-xemx. Fil-mitoloġija Griega lalla tax-xemx huwa Helios, (Sol jew Apollo għar-Rumani) wieħed mit-Titani. Helios kien ta’ kuljum jgħaddi bil-karru tan-nar, li hu xxemx, mil-Lvant għall- Punent.

Illum nafu li x-xemx hija kewkba oħra, tipika, u tidher daqshekk kbira, sħuna u tiddi, għax qiegħda relattivament qrib (madwar 150 miljun kilometru filwaqt li leqreb kewkba hija madwar 40 triljun kilometru). U bħala hemm madwar mitt biljun kewkba oħra li ma’ xulxin jiffurmaw ilGalassija.

U minn dawn hemm biljuni ta’ galassiji!

(Dr Grech ikompli dan l-artiklu filħarġa ta’ Mejju)

4. Anke l-kelma ‘galassija’ ġejja mill-Grieg għal ‘ħalib’. Il-kelma Galassija blewwel ittra kapitali hija għal galassija li qegħdin fiha, li fl-Astronomija moderna jisimha l-Milky Way.

Kwistjoni ta’ livell ta’ viżta

Mara daħlet f’ristorant u ordnat kafè u sandwich. Meta l-wejtres waslitilha l-ordni l-mara tatha

ħarsa qalila u qaltilha:

“Oqgħod bilqiegħda fuq is-siġġu ta’ ħdejja u duq il-kafè!” Il-wejtres riedet tkun taf għaliex qed tagħmel dik it-talba iżda lmara baqgħet tinsisti u fl-aħħar ilwejtres qagħdet bilqiegħda u ntebħet li fuq il-mejda ma kienx hemm zokkor.

“Skużani. Ma hemmx zokkor fuq il-mejda. Ħa mmur u nġiblek.”

“Hekk mela. Qed tara kif ittendejt xħin qgħadt bilqiegħda!”

Fil-ħajja kulħadd jiżbalja imma tgħid hemm bżonn nonfħu daqstant l-iżbalji ta’ ħaddieħor?

Difetti

diġitali

Raġel mar fejn tabib jilmenta, “Dott ma nafx x’daħalli! Kull fejn immiss b’subgħajja lwerrej qed inħoss weġgħa. Jekk immiss moħħi nweġġa’, jekk immiss widnejja nweġġa’, jekk immiss geddumi nweġġa’...” It-tabib waqqfu u talbu jurih sebgħu.

“Ħabib għandek rizza moħbija taħt il-ġilda u kull fejn tmiss qed tħoss din il-weġgħa. Iddifett f’subgħajk u mhux f’partijiet oħra ta’ ġismek!”

Jiġri fil-ħajja li kull meta nużaw subgħajna l-werrej biex nikkundannaw lil xi ħadd jista’ jkun li hemm tliet swaba’ jħarsu lejna biex nikkundannaw lilna stess.

Akkompanjati

Vjaġġatur kien qed jaqsam foresta u twerwer meta ntebaħ li mhux ser jilħaq jasal fid-destinazzjoni tiegħu qabel jidlam. Għalhekk ħa r-ruħ meta quddiemu ra kamra żgħira u fiha raġel imdaħħal fiż-żmien.

Għamel il-ħila u resaq ikellmu.

Intebaħ li kien eremit li kien iqatta’ ħinu hemm waħdu, jitlob u jimmedita.

Ir-raġel laqgħu bil-qalb u qasam miegħu l-ftit ikel li kellu. Imbagħad qabdu diskursata u l-vjaġġatur xtaq ikun jaf kif jista’ jkun li jqatta’ ħinu waħdu f’dak il-bosk. U x-xwejjaħ wieġbu, “Min qallek li jien waħdi?”

“Għax billi ma rajt lil ħadd ħsibt li...”

“Jien ma jien qatt waħdi. Meta nħares ’il fuq nara sema sabiħ u niftakar li hemm għandi Missier li jaf bija u jakkompanjani.”

“Ili jum sħiħ f’din il-foresta u għalkemm ħarist ’l hawn u ’l hemm insejt inħares ’il fuq u għalhekk għaddejt jum waħdi meta bħalek stajt inkun akkompanjat għax dak li jimxi miegħek lest li jimxi miegħi wkoll.”

Almenu kien intebaħ x’kapaċi jagħmel att ta’ fidi. Jalla aħna nkunu kapaċi nagħmluh ukoll!

Perċezzjoni

Pawlu u Ġanni kellhom ħanut talħelu kull wieħed eżatt quddiem liskola. Iżda għal xi raġuni misterjuża, il-ħanut ta’ Pawlu kien ferm iktar popolari. Xi ħadd fettillu jara għaliex u sab ir-raġuni li qaluhielu t-tfal stess:

“Għax Pawlu jagħtina ħelu extra u Ġanni jnaqqsilna minnu!”

It-tfal stqarrew dan għax Pawlu kien jitfa’ fil-miżien ftit inqas mill-kwart ta’ kilo li jkunu jridu ttfal u allura jispiċċa jżid xi tlieta jew erba’ ħelwiet oħra biex iġib ilpiż waqt li Ġanni kien jitfa’ żżejjed u mbagħad quddiem it-tfal ikollu jneħħi minnhom.

Fid-dinja tan-negozju lperċezzjoni tilgħab parti importanti ħafna. Aħna m’aħniex tfal. Ma nħallux lil min iqarraq bina bil-perċezzjoni. Niddeċiedu fuq il-fatti u mhux fuq dak li jidhru li huma l-fatti. Kultant bejniethom ikun hemm qabża ġmielha.

IL-LAQGĦA TA’ MARZU

Kellna lezzjoni interessanti ħafna minn Dr Michael Galea PhD, psikoloġista kliniku, li ntlaqgħet tajjeb ħafna minn dawk preżenti. Kellemna dwar is-saħħa mentali. Beda billi staqsa x’inhi s-saħħa mentali. Li kieku kellu jistaqsi x’inhu l-futbol it-tweġiba kienet tkun ċara. Imma mhux la kemm tfisser is-saħħa mentali fi ftit

kliem. Ħafna drabi meta nisimgħu din il-ħaġa norbtuha ma’ ħwejjeġ negattivi. Imma s-saħħa mentali nistgħu narawha b’mod differenti. Illum qed tidħol moda l‘mindfulness’ li fiha nnifisha ma hix xi ħaġa ġdida. Ir-reliġjon Nisranija turina l-importanza talmument preżenti. Dak li qed ngħixu issa hija preparazzjoni

għal ħajja li ġejja. Il-fatt li nkunu ffokati fuq il-mument preżenti. Għalhekk sew li kultant nistaqsu lilna nfusna kif aħna, x’qegħdin nagħmlu, aħniex kuntenti bina nfusna eċċ. Sabiex nieħdu ħsieb is-saħħa mentali tagħna rridu noqogħdu attenti x’nieklu għaliex kollox għandu effett fuq il-menti tagħna. Jekk tmur il-ħanut tixtri likel fuq stonku vojt ilprobabbilità hi li ser tixtri affarijiet tal-ikel li ma intix ser tuża. Noqogħdu attendi għal min huma l-ħbieb tagħna għaliex dawn ser jaffettwawna. Naraw jekk għandniex bilanċ san f’ħajjitna. Naraw jekk aħniex norqdu biżżejjed għaliex fejn ma hemmx mistrieħ biżżejjed

jirrifletti f’għejja mentali li twassal għall-mard. Neżaminaw lilna nfusna u naraw kif aħna lejn ħaddieħor. Min kapaċi jżomm mibegħda lejn ħaddieħor ikun ħabsi tiegħu nnifsu li żgur ma jgħinx fis-saħħa mentali. Nelson Mandela ma żammx f’qalbu għal min żammu 27 sena l-ħabs.

Sfortunatament illum id-droga hija komuni ħafna u l-użu tagħha jwassal ukoll għall-mard. Difett ieħor li jara Dr Galea fis-soċjetà preżenti hija s-sens ta’ ‘entitlement’ meta wieħed iħoss li għandu ħafna drittijiet... għandu dritt għal kollox. U l-ġenerazzjoni li tiela’ qed tixrobhom dawn laffarijiet li fit-tul taż-żmien ma humiex ser iħallu fihom stoffa sabiex jieqfu fil-waqtiet diffiċli li jgħaddi minnhom kulħadd. Irridu nistaqsu x’irridu nħallu lil uliedna u kif insaħħuhom anke mill-aspett mentali tagħhom.

Tant intlaqgħet tajjeb li minkejja li dam kważi tliet kwarti fillezzjoni kulħadd kien attent għal dak li kien qed jgħid. Kienet lezzjoni prattika u mhux biss dak li jiġi studjat mill-kotba. Dr Michael Galea ġabilna wkoll

żewġ kotba li kiteb hu ‘Bilanċ għal ħajja aħjar’ li tellajna fost ilpreżenti. Nirringrazzjaw lil Dr Galea talli jsib il-ħin u minn

żmien għal żmien jiġi jagħmlilna

ħsibijiet li jgħinuna fil-ħajja ta’ kuljum.

għal-LAQGĦA T’APRIL

Il-laqgħa ser issir ġimgħa qabel tibda l-Ġimgħa Mqaddsa u ħsibna li nagħmlu laqgħa

dwar l-ikla tal-Għid mill-aspett Lhudi. Għalina hija important għaliex kienet f’din l-ikla li

Sidna Ġesù Kristu waqqaf lEwkaristija. U għalhekk din likla Lhudija twassalna sabiex nifhmu aħjar it-tqarbin. Dan hu l-istess skop għalfejn issir iċ-Ċena tas-Sinjur fil-qasam tagħna. Dawk li jattendu żgur li jitgħallmu xi dettalji ġodda dwar din l-ikla.

Mela ħabib nistennewk. Nhar is-Sibt 5 ta’ April fit-8.00p.m. (peress li qlibna għall-ħin tasSajf). Ejja int u ħajjar lil sħabek jiġu wkoll.

[David kien ma’ xi suldati. Tfaċċa raġel li beda joffendih. Meta suldat ipprova jwaqqfu, David sikket lis-suldat jgħid,]

ħandu mnejn il-Mulej jixħet għajnejh

-hemm tiegħi

u jroddli l-ġid

flok is-saħta ta’ llum.”

2 Samwel 16:12

Missier u iben kienu fuq trejn.

Meta tfaċċa l-kunduttur jiċċekkja l-biljetti, irrabja u tkellem ħażin missier.

naħa tiegħu missier ma ssaħħanx. ’ kalm u sieket.

Wara dan l-inċident l-iben qallu, “Għaliex ma ħadthiex miegħu, Pa?”

U missieru wieġbu, Għaliex? Dak il-miskin għandu problema u jrid jgħix miegħu nnifsu kull ħin.

Jien għamiltha miegħu għal minuta waħda.”

Kemm nissaħħan meta xi ħadd jirrabja miegħi?

Xi jġagħalni nġib ruħi hekk?

Jekk affarijiet żgħar għandhom is-saħħa li jirrabjawk, ma taħsibx li dan juri ċ-ċokon tiegħek?

SYDNEY J. HARRIS

Madrid

Kien l-Imperatur Filippu II li għażel ilbelt żgħira ta’ Madrid biex tkun ilkapitali ta’ pajjiżu fl-1561. Fi ftit snin din il-belt żgħira ssawret f’belt kbira, b’popolazzjoni mdaqqsa u fiha bdew telgħin binjiet biex jagħtuha s-sura ta’ kapitali ta’ imperu. Għax Spanja kellha imperu enormi fl-Amerika t’isfel u l-

ġid miksub minn dawn l-artijiet taddinja ġdida għamel tajjeb għat-tisbiħ ta’ din il-belt kapitali.

Illum Madrid hi belt li tassew għandha x’toffri lil kull viżitatur. Xi wħud jsejħulha l-belt tal-pjazez maestużi u tassew hekk hi għax waqfa fi Plaza Major, jew f’Puerta del Sol jew Plaza di Espagna titfgħek fi ġrajjiet marbuta mal-passat u ddaħħlek f’dinja ta’ seħer. F’din l-aħħar pjazza jispikka lmonument lil Miguel de Cervantes lawtur tal-ktieb klassiku Don Quixote. U fi Puerta del Sol tara ħafna jieqfu jħarsu lejn il-monument tal-ors wieqaf fuq saqajh ta’ wara qisu qed jaqta’ l-frott mis-siġra li qed jistrieħ magħha. Iżda għall-Madrileni l-monument preferit jibqa’ dak ta’ Fuente de Cibeles. Madwar dan il-monument t-tim tar-

Real Madrid u s-supporters tiegħu jħobbu jiċċelebraw ir-rebħ ta’ xi

trofew… ġrajja li tiġri kważi f’kull staġun.

Għal min iħobb xi binja maestuża viżta fil-Palazz Irjali titfgħu filqalba tal-istorja monarkika

Spanjola. Jara ftit kemm ġid kisbet Spanja mill-artijiet talAmerika t’isfel. Kull kamra mimlija dekorazzjonijiet taddeheb li jixhed is-sinjorija talimperu li xi darba Spanja kienet tikkontrolla u tamministra.

Għal min iħobb il-knejjes u lkatidrali dawra mal-maqdes

iddedikat lill-Madonna taħt it-titlu ta’ Almudena turik is-sabiħ talarkitettura ta’ żmienna għax dan il-katidral tlesta minn kollox inqas minn 40 sena ilu u għalhekk jitqies modern. U jekk jogħġbok

iktar l-antik viżta fil-knisja iddedikata lil San Isodoru tagħtik sodisfazzjon u serħan il-qalb u lmoħħ.

Il-Mużew Del Prado hu fost likbar tad-dinja u fih hemm esebiti opri tal-arti li jkopru pittura, skultura u lettaratura. Sabiħ tassew u ta’ kobor immens. Trid tiddedika jiem sħaħ biex tara biċċiet minnu. Għax dan mhux

mużew li tidħol u tiġri fih imma li tieqaf u tiggosta r-rikkezza ta’ dak li kien l-Imperu Spanjol.

Għad-dilettanti tal-futbol żjara filBarnabeu titfagħhom f’dinja fantastika. Il-mużew li għandhom ir-Real mal-grawnd hu xhieda tarrebħiet kbar li t-tim tagħhom għamel matul is-snin. Meta żżur dan il-mużew sportiv joffrulek okkażjoni fejn tista’ tieħu ritratti ma’ immaġni life size ta’ players kbar li darba libsu l-jersey ta’ dan t-tim famuż fosthom plejers antiki bħal Di Stefano, Puskas u Gento jew dawk iktar viċin tagħna bħal Zidane u Ronaldo. Meta jagħtuk ir-ritratt tħossok qisek iltqajt ma’ xi wieħed minn dawn ilpersunaġġi famużi u ħadulkom ritratt flimkien.

U meta tkun għejejt tiġri u tagħqad mal-belt tista’ tintilef ftit fis-skiet tal-ġonna li Madrid għandha fil-konfini tagħha

fosthom Parque del Retiro, Real

Jardin Botanico jew il-ġonna Sabatini. Hemm tiċċarġja lbatteriji biex tkompli tpassi ttoroq sbieħ ta’ din il-belt meraviljuża. Għax f’kull waħda hemm ħafna x’tara.

Madrid… xhieda ħajja ta’ kemm

Spanja gawdiet mill-kixfiet li għamel Kristofru Kolombo u lammiralli l-oħra. Dawn taw lil

Spanja dik li kienet tissejjaħ ‘dinja ġdida’. Kienet għal Spanja baqra li ħalbet ħafna.

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.