Il-Qawsallafil-Miti
(. . .ikompli mill-ħarġa t’Ottubru)
Ħafna popli minn bosta postijiet differenti għandhom miti differenti biex jispjegaw il qawsalla.
Għall-Griegi l-qawsalla hija alla mara Iris. F’xi stejjer oħra, bħal dawk tal Iliad ta’ Omeru, il qawsalla hija dik t triq ikkulurita li Iris kienet tgħaddi, ’l fuq jew ’l isfel, twassal messaġġi bejn is sema u l art. Aċċidentalment ‘iris’ huwa l isem tal parti tal għajn li hija kkulurita: ċelesti, blu jew kannella, u li tinfetaħ u tingħalaq skont l ammont ta’ dawl.
Fil miti Skandinavi, il qawsalla hija Bilforst, pont li jgħaqqad id-dinja (Midgard) ma’ Asgard, id-dar tal-allat. Dan il-pont jistgħu jużawh biss l allat, jew xi gwerriera eroj li qed jiġu mtellgħin lejn is sema minn Valkiri, nisa sbieħ li jtiru fuq ż żwiemel, u jwasslu dawn l eroj sal Valhalla, sala kbira tal festi f’Asgard. Dawn il-Valkiri huma prominenti f’xi opri grandjużi ta’ Richard Wagner.
Għal xi Aboriġini Awstraljani, il qawsalla hija, (daqsxejn kurjuża!), serp li jista’ jkun kreattiv meta jġib ix-xita, jew distruttiv meta jinħeba taħt l art u tiġi n nixfa.
(ikompli fil-ħarġa tax-xahar id-dieħel)
4 NimxuIdF’Id-Novembru2022
...jiktebDr.CoronatoGrech
L-Iskorpjun
L-iskorpjun kien komuni għax insibu ħafna referenzi għalih bħal meta l Lhud kienu fid deżert: “Hu li mexxiek fid deżert kbir u jwaħħax, mimli sriep velenużi u skorpjuni, art niexfa bla ilma xejn, li ħariġlek l ilma mill blata taż żnied” [Dt 8,15].
Jissemma wkoll poplu Għaqrabbin li hija referenza għall iskorpjuni għax għaqreb hija skorpjun bil-Malti Semitiku: “imbagħad tilwi għat telgħa ta' Għakrabbim. . .” [Num 34,4]. Is Sultan Reħobogħam qal lill poplu: “Missieri sawwatkom bil frosti, imma jiena nsawwatkom bl iskorpjuni” [1 Slat 12,11]. L Ispirtu ta’ Alla jagħti parir lill profeta Eżekjel: "Imma int, o bniedem, la tibżax minnhom: se ssib ruħek qalb l-għollieq u x-xewk u timxi fuq l-iskorpjuni.” [Eżek 2,6].
Fil Ġdid Testment insibu referenza sabiħa għall Missier tagħna tas-sema: “min hu dak il missier fostkom li, jekk ibnu jitolbu ħuta, minflok ħuta jagħtih serp? [Lq 11,12] Inkella jekk jitolbu bajda jagħtih skorpjun?” [Lq 11,11 12]. U garanzija qawwija minn Ġesù: “araw, tajtkom is-setgħa li tirfsu fuq sriep u skorpjuni u. . . ebda ħsara ma jagħmlulkom” [Lq 10,19]. U fl Apokalissi nsibu l profeziji: “lilhom ingħatat setgħa bħal dik li għandhom l-iskorpjuni tal-art” [Apok 9,3]; “moħqrija bħal dik li jġibu l iskorpjuni fuq il bnedmin meta jigdmuhom” [Apok 9,5] u “kellhom denbhom bħal tal iskorpjuni” [Apok 9,10].
NimxuIdF’Id-Novembru2022 5
. . .jikteb Ritchie Grech
Naħseb li jkun hemm min jixxennaq li kien ħaddiem maċ-Ċiniż Li Jinyuan. Dan f’Mejju 2015 għażel l aħjar 6,000 ħaddiem mill-fabbrika tiegħu u tahom vaganza fi Franza. Kollox imħallas. Ġietu miljuni ta’ ewro iżda Li qal li dan kien apprezzament għal ħidma ta’ dawn il-ħaddiema li fl-aħħar mill-aħħar kienu huma li għamluh biljunarju. Sabiħa l-gratitudni. Jalla aħna nagħmluha ma’ dawk li għamlulna tant ġid u batew tant għalina. . . il ġenituri.
6 NimxuIdF’Id-Novembru2022
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.
Darba l-plejer leġġendarju Steven Gerrard laqat tifel f’inċident tat traffiku. Kien miexi bil mod bil karozza tiegħu imma f’daqqa waħda qasmlu tifel ta’ 10 snin u laqtu kemm kemm bil ġenb tal karozza.
Sar jaf li dan it tifel hu dilettant ħafna tal futbol u jżomm mal Manchester United. Mar jarah l isptar u ħadlu żarbun tal futbol iffirmat minn Wayne Rooney u b’messaġġ speċjali għat-tfajjel.
Kemm it tifel kif ukoll il ġenituri tgħidx kemm apprezzaw il ġest ta’ Gerrard li ħalla kollox biex jmur jgħid kelma ta’ kuraġġ lit tfajjel li l inċident tiegħu kien wieħed minuri.
NimxuIdF’Id-Novembru2022 7
Għaliex hu importanti li ma tisħonx ħafna id-Dinja?
Biex kemm aħna l-bnedmin u kemm ħutna l-ħlejjaq ikollhom ċans jadattaw.
Ħa nġib xi eżempji. Jekk il-klima tinbidel kif jidher li qed tagħmel, in nies ikollhom jiċċaqalqu jew jadattaw. Jekk tieqaf tagħmel xita u n nies tal post jiddependu fuq il biedja biex jgħixu, ikollhom jemigraw biex ma jmutux bil ġuħ. Jekk il livell tal baħar jogħla, ikollu jsir ilqugħ biex il-baħar ma jidħolx jew in nies ikollhom ifittxu artijiet oħra. Immaġina l-Bangladesh b’popolazzjoni ta’ 166 miljun u għandha partijiet minnha baxxi li jistgħu jsofru għargħar. U huwa żgur li ’l quddiem jistgħu jfaqqgħu gwerer minħabba l-ilma ħelu għax dan ħa jiskarsa minn ċerti postijiet. U min jaf kif ħa jinbidel wiċċ l Ewropa jekk il klima tinbidel. U jekk is-silġ fl-Arktiku jinħall, fejn ħa jgħix l ors polari? U jekk il fjuri jwarrdu iktar kmieni, il friefet li jpassu, jaslu fi żmien meta l fjuri diġà jkunu nixfu. U għalhekk ma jsibux x jieklu u jmutu. Għalhekk qed nippruvaw ma nħallux it-temperatura globali togħla b’iktar minn 2 gradi Celsius. Forsi hawn minn jgħid li bidla ta’ żewġ gradi mhix bidla kbira. Imma meta din l-average global temperature naqset b’nofs grad, id dinja daħlet fi żmien ta’ silġ. Għalhekk irridu nippruvaw nieqfu nagħmlu s C02 u gassijiet oħra li jikkawżaw l effett serra.
8 NimxuIdF’Id-Novembru2022
.
. .jikteb Joe Portelli
X’suppost tikteb, noqogħdu jew noqgħodu ?
It tajba hija ‘noqogħdu’ jiġifieri bil vokali o tiġi qabel l għ, iżda faċli li wieħed jitfixkel għax meta niġu biex niktbu ‘noqgħod’ il vokali o tiġi wara l għ.
Fortunatament hemm mod verament faċli kif tista’ tiftakar fejn għandek tpoġġi l-vokali o kemm timxi fuq il-mudell tal-verb ‘ħareġ’. Bħal ħafna mudelli oħra, l għ għandha tiġi fl istess post fejn tidher ir r f’‘noħorġu’. noħroġ - noqgħod
joħroġ
joħorġu
toħorġu
joħorġu
NimxuIdF’Id-Novembru2022 9 Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd. Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com . . .niktbu bil Malti tajjeb Ortografija Maltija
toħroġ toqgħod
- joqgħod
- noqogħdu
toqogħdu
joqogħdu
tal-Qasam Mid-Djarju
Bdejna sena oħra kateketika normali kif konna nafuha qabel beda l-Covid-19. Din is-sena għażilna li nkomplu nlaqqgħu l-klassijiet tal Primarja f’żewġ gruppi, min jattendi nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ħamis u min nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa. B’dan il-mod it tfal qed ikollhom aktar ċans li jużaw il faċilitajiet tal grawnd u tal gamesroom għax ikunu fi gruppi iżgħar. Matul Ottubru għamilna
tliet programmi ad unur tal Madonna, ma’ gruppi differenti fejn flimkien tlabna r-Rużarju, f’inizjattiva fejn it tfal tad dinja kollha ltaqgħu flimkien u talbu din it talba tant għal qalb il Madonna. Dawn saru fil-Kappella fejn tiddomina kien hemm kuruna kbira tar-rużarju mqiegħda mal-art bix xemgħat mixgħula.
Bdejna wkoll il-passiġġati ta’ nhar ta’ Ħadd. Ottubru kien bnazzi
10 NimxuIdF’Id-Novembru2022
tant li kważi kważi bqajna għaddejjin bis sajf. L ewwel passiġġata ħaditna lejn l-Għar tal-Mixta u wara nżilna lejn il bajja sabiħa tar Ramla l Ħamra fejn bosta minna bla ħsieb qabżu l baħar u gawdew x’aktarx l aħħar għawma ta’ din is sena. It tieni mixja ħaditna lejn l-Oqbra Puniċi ’l ġewwa minn ta’ Kerċem fejn wieħed jista’ jgawdi xena mill-isbaħ tal-bajja tad Dwejra. Qegħdin noqorbu lejn żmien il Milied u ġa bdew il preparamenti marbuta ma’ din il-festa. Beda x-xogħol fuq il-presepju artistiku, fdat f’idejn James Azzopardi u Jean Paul Portelli. Bdew il-provi tal-Kunċert talMilied fejn il kor qed iħejji ruħu għal dan il-programm li jsir nhar il-Milied filgħaxija fil Bażilika. Beda wkoll ix-xogħol marbut mal-play bl-isem ‘L Għanja li Niżlet mis Sema’, play li tirrakkonta l oriġini tal Għanja ‘O Lejl ta’ Skiet’, produzzjoni li fiha ser jieħdu sehem madwar 25 attur. Nieħdu l-okkażjoni biex nawguraw u ngħidu prosit lil dawk kollha li qed jgħinu fix xogħol kollu marbut ma’ din il-festa li kienet tant għal qalb San Ġorġ Preca.
Mark
NimxuIdF’Id-Novembru2022 11
fuljett f’forma diġitali.
Tista’ taqra wkoll il
Żur il Paġna tal Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubienNadur
-
-
-
Fuljett maħruġ mill
Museum tas
Subien tan
Nadur