Nimxu Id F'Id - Ottubru 2022

Page 1

Ritratt tal faċċata: Żanżarell tal-Kullar - Collared Flycatcher (Ficedula albicollis) Għasfur li jpassi u narawh l aktar fi żmien ir rebbiegħa.
insetti żgħar l aktar
-Taljan zanzare u għalhekk jissejjaħ
Il-
f
WiedBinġemma,in
MartinAttard
Jiekol
nemus (bit
Żanżarell!).
faxxa bajda madwar għonqu tifforma speċi ta' kullar. Huwa għasfur tal foresti u ssibu fejn ikun hemm ħafna siġar. Ritrattmeħudfil 25t’April2020
Nadur

Għandek Minuta?

Nimxu Id F’Id

Ottubru 2022 Ħarġa Nru. 512

Ir ritratt tagħhom jitolbu flimkien tgħidx kemm rawh nies. Għax tpoġġa fuq il-YouTube u sar popolari. Miegħu hemm storja ħelwa.

John kellu kelb Alsatian bl isem ta’ Timy li trabba miegħu. Kibru flimkien qishom żewġ aħwa. Ma jinfirdux minn xulxin. Fejn imur wieħed aktarx li tara l-ieħor ukoll. Biex imur l-iskola jew il-knisja kien ikollu jqarraq b’Timy jew jorbtu. Xi ħaġa li Timy ma kienx jieħu gost biha u kien juri bl inbiħ tiegħu li kien qed jiddejjaq b’din il firda. Iżda maż żmien draha wkoll u kien jintasab ħdejn il bieb jistenna lil John ġej mill iskola jew jirritorna mal-familja wara l-Quddiesa tal Ħadd.

U din ir rabta ta’ bejniethom tant kienet qawwija li Timy kien jorqod ukoll fil kamra ta’ John. L-omm ma tantx kienet tieħu gost b’dan għax ġie li semgħet xi stejjer li dawn il-klieb ġie li jgħaddu minn estru u jispiċċaw jattakkaw lil sidhom. Iżda kliemha kien għalxejn għax kieku stess kellu jiġri xi ħaġa simili kienu żgur jisimgħu l għajjat u l inbiħ. U għalhekk aċċettaw ukoll din id drawwa ta’ rqad flimkien. . . John u l kelb fidil tiegħu Timy.

U kien proprju hawn li ġrat l-istorja. Għax John kellu d-drawwa li qabel jorqod jinżel għarkopptejh ħdejn is sodda, jagħlaq għajnejh u jgħid xi talba qasira. U l kelb beda jagħmel bħalu. Jinżel ħdejh u jpoġġi saqajh ta’ quddiem mas-sodda u bħal John ukoll kien jagħlaq għajnejh. Min ra r ritratt sejjaħlu l kelb li jaf jitlob. Fil fatt l kelb ma jafx jitlob. Jaf biss jimita. Iżda d dehra tiegħu ħdejn sidu, it tnejn b’għajnejhom magħluqin, iroddu ħajr lill-Mulej, żgur li qanqal ħafna nies biex huma wkoll isibu ftit ħin kuljum u jgħidu talba qasira qabel jidħlu f’soddthom biex jistrieħu għal lejl.

Jalla John u Timy ikunu ta’ eżempju għalina wkoll.

1

Tliet sorijiet tal karità kienu qegħdin jiġbru bieb bieb għall-foqra tal istitut tagħhom. Ħabbtu dar, u l omm indunat għalfejn kienu ġew dawk is sorijiet: allura bagħtet lil bintha ta’ xi sitt snin biex tgħidilhom li hija ma kenitx hemm.

It-tifla marret u qaltilhom: “Ommi qaltilkom li mhix hawn.” Is-sorijiet fehmu tajjeb din l-imġiba, u marru silenzjużi.

Wieħed għandu jaħseb b’min jinqeda.

Dan ir rakkont huwa meħud mill ktieb Gabinetti fil-Museum, kollezzjoni ta’ ġrajjiet b’tagħlimiet li Dun Ġorġ kien jippubblika minn żmien għal ieħor. Jeżisti abbozz ta’ dawn il ġrajjiet li x’aktarx huwa tat-tmiem l-1947 jew il-bidu tal-1948.

2 NimxuIdF’Id-Ottubru2022
Wirt il-Fundatur Dun Ġorġ ħallielnateżor . . .f’kitbietu

Il-Mistoqsija Oħt il-Għerf

Xi tfisser il-Ġnus Magħquda?

Fis-sena 1945, il-ġnus tad-dinja ntebħu kemm tbatija, ħsara u mwiet kienet ġabet il Gwerra l Kbira. Riedu li jsibu xi mezz biex dan id-diżastru ma jerġax jirrepeti ruħu. U ħolmu b’organizzazzjoni li jkun fiha n nazzjonijiet kollha tad-dinja biex meta jkun hemm xi konflitt, flok jibda l ġlied, jippruvaw jaslu bir-raġuni u t taħdidiet.

Qabilha kienu ppruvaw jagħmlu xi ħaġa fl 1918 permess tal-Lega tan-Nazzjonijiet imma ma tantx kienet suċċess. Iżda swiet biex l-iżbalji li saru fit-twaqqif tagħha ma jerġgħux jirrepetu ruħhom fl organizzazzjoni l ġdida. Illum din tinkludi iktar minn 190 nazzjon u għad li mis sena 1945 sal lum saru mijiet ta’ gwerer żgħar almenu ma kienx hawn konflitti li jikkomprendu d dinja kollha jew parti kbira tagħha.

NimxuIdF’Id-Ottubru2022 3

Il-Qawsallafil-Miti

Hija fenomenu tal-għaġeb. F’sema sħab sewdieni, imdawwal bir raġġi tax xemx u b’xita tqattar, titfaċċa arkata kkulurita li taqsam is-sema minn naħa għall-oħra. Proprjament biex tidher il-qawsalla, l osservatur irid ikun b’dahru lejn ix xemx (u allura qawsalla qatt ma tidher f’nofsinhar), u bix-xita quddiemu. L-ispjegazzjoni xjentifika tal-qawsalla kien għamilha l Ingliż Isaac Newton fil 1666 meta studja kif dawl, abjad, jinqasam fil-kuluri (msejħa spektrum), meta jgħaddi minn priżma, jew filkaż tal qawsalla minn taqtir tax xita.

Il kuluri huma, minn fuq għal isfel: aħmar, oranġjo, isfar, aħdar, blu u vjola. Ġieli jkun hemm żewġ qawsalli fuq xulxin, ta’ fuq ferm inqas prominent, u bil-kuluri l-kontra, jiġifieri vjola fuq u l aħmar isfel.

Naturalment fenomenu daqshekk prominenti, impressjonati u misterjuż ħoloq ħafna stejjer, miti u leġġendi. Għalina l iktar storja familjari hija dik biblika (Ġenesi 8-9) meta wara d-dilluvju li qered id-dinja, Alla, bħala sinjal tal patt ma’ Noè, għamel dak il qaws ikkulurit fis sema, li hija l-qawsalla.

(ikompli fil ħarġa tax xahar id dieħel)

4 NimxuIdF’Id-Ottubru2022
...jiktebDr.CoronatoGrech

Iż-

Żunżan

Fil-ktieb tal-Eżodu nsibu: “jien nibgħat iż-żnażan quddiemek, u jkeċċu l Ħiwwin, il Kangħanin u l Ħittin minn quddiemek” [Eż 23,28]. Skont il-professur tal-Bibbja Monsinjur Saydon hawnhekk jista’ jkun li dan hu simbolu ta’ xi pesta li Alla nqeda biha biex ikeċċi l poplu pagan minn quddiem il-Lhud li kienu mexjin lejn l-Art Imwiegħda. Din it-tema nsibuha ripetuta wkoll fil ktieb ta’ Ġożwè: “u bgħatt quddiemkom iż żnażan, u dawn, u mhux ix xabla jew il qaws tiegħek, keċċewhom minn quddiemkom, lilhom u ż żewġ slaten tal Amurrin” [Ġoż 24,12]. U anke fil ktieb tad-Dewteronomju: “u saħansitra ż żnażan jibgħat il Mulej, Alla tiegħek, fuqhom, sa ma jinqerdu dawk li jkun baqa' jew li jkunu nħbew minnek” [Dt 7,20]. Saydon ikompli jispjega li dan seta’ kien ukoll simbolu ta’ xi marda jew biża’ kbir li waqa’ fuq il Kanagħnin meta l Iżraeliti qasmu l-Ġurdan.

Bil Malti għal ‘hornet’ nużaw żunżan u ‘wasp’ hija naħla bagħlija. U hemm diversi speċi ta’ żnażen ukoll li kienu u għadhom jeżistu fl art tal Bibbja. It tingiża tagħhom tweġġa’ ħafna speċjalment taż żunżan bagħli li hu daqsxejn kbir bi strixxi sofor u kannella. U meta jkollu l bejta u jattakka f’numri kbar ikun perikoluż u kulħadd jibża’ minnu anke l annimali!

NimxuIdF’Id-Ottubru2022 5
. . .jikteb Ritchie Grech

Qorti f’Tessalonika fil Greċja, f’Mejju 2015, weħħlet raġel 6 xhur ħabs għax baqa’ ma ħallasx il-kont tiegħu tad-dawl u naqas ukoll li jidher il qorti bla ma informaha għan nuqqas tiegħu. Imma l awtoritajiet sabuha diffiċli ferm li jwettqu s sentenza għax ir raġel kien ilu mejjet ħafna ġimgħat u għalhekk qajla setgħu jibagħtuh il-ħabs.

6 NimxuIdF’Id-Ottubru2022
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.

Tgħidx kemm kien hemm ċapċip fl Università ta’ West Virginia meta f’Mejju 2015 Anthony Brutto tela’ biex jirċievi l-grad ta’ Baċellerat fl Arti. Ċapċip mistħoqq għax Anthony kien student ta’ 94 sena u wera b’għemilu li l-bniedem jista’ jibqa’ jistudja anki meta jikber u jixjieħ. U meta tawh ċans jitkellem qal:

“Issankompli nistudja biexnieħul Masters ukoll.”

Tagħlima għalina l istudenti żgħażagħ li wara l O levels nibdew naħsbu li nafu kollox.

NimxuIdF’Id-Ottubru2022 7

Huwa minnu li l-bniedem li qed jġib din il-bidla fil-klima? Jew hija xi ħaġa

naturali?

Għax fl-istorja tagħha d-dinja kellha tal-inqas ħames żminijiet tas-silġ (Ice Ages). L-aħħar wieħed beda xi żewġ miljun sena u nofs ilu. Dan spiċċa xi 11,700 sena ilu. U issa qegħdin f’perjodu fejn l ammont ta’ art miksija bis silġ naqas. Fi Żmien is Silġ ħafna mill Ewropa u l Amerika tkun miksija bis silġ. Issa minn 11,700 sena ’l hawn, is silġ beda jirtira. U qegħdin fi żmien ta’ bejn żminijiet tas silġ (interglacial period).

Din il bidla fil klima naturali hija kkawżata minn ħafna affarijiet: pereżempju, l orbita tad dinja madwar ix xemx tvarja matul is snin u l fus li miegħu ddur id dinja (Earth’s axis) jinqaleb iktar jew inqas u dawn l affarijiet jaffettwaw kemm nirċievu enerġija mix xemx. Barra minn hekk il-kurrenti fl-ibħra l-kbar (l-oċeani) għandhom effett ukoll. U anke l-vulkani u l-ammont ta’ CO2 fl-arja jagħmel differenza. Għalhekk hawn min jirraġuna li din il-bidla fil-klima u li l-atmosfera qiegħda tisħon mhijiex effett tal bniedem. Imma tista’ tgħid ix xjentisti kollha li jistudjaw il klima llum jgħidu li l bniedem kellu effett fuq il klima minħabba li pproduċa ħafna C02. Għalhekk importanti li biex il bidla ma tkunx daqshekk drastika u l effetti ma jkunux daqshekk katastrofiċi, importanti li nieqfu nitfgħu iktar C02 fl arja. Dan nagħmluh billi nieqfu nużaw il fossil fuels bħal petrol, diesel, faħam, gass tal-kukers u l-bqija.

8 NimxuIdF’Id-Ottubru2022
. . .jikteb Joe Portelli

. . .niktbu bil Malti tajjeb Ortografija Maltija

Lanqas jew l-anqas?

It-tnejn jeżistu. Iż-żewġ kelmiet jitlissnu bl-istess mod, iżda jġorru tifsira differenti. Ejjew naraw xi jfissru sewwa sew biex nifhmu fejn u kif għandna nużawhom.

1. Lanqas

L-ekwivalenti fl-Ingliż hija ‘noteven’ u nużawha bħal meta ngħidu: i. Lanqas ilħaqt wasalt sat taraġ li ma ċemplitx il qanpiena tal bieb! ii. Lanqas ridt nemmen dak li bdejt nisma’ b’widnejja!

2. L-anqas

L-ekwivalenti fl-Ingliż hija ‘the least’ u nużawha bħal meta ngħidu: i. Ġew irreġistrati l-anqas każijiet f’dawn l-aħħar ġimgħat. ii. Fost il pajjiżi l anqas żviluppati, għandhom l anqas rata ta’ inflazzjoni. NOTA: Niktbu wkoll: għall-anqas, mill-anqas, tal-anqas bis-sing (u nistgħu niktbu wkoll: l inqas, għall inqas, mill inqas, tal inqas u l bqija).

NimxuIdF’Id-Ottubru2022 9
Pristineworks Ltd. Għal
Tagħrif mogħti lilna minn
aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com

tal-Qasam Mid-Djarju

Mat tmiem il Ġimgħa Museumina taħbat il festa ta’ Santa Marija u l-Qasam jieħu ftit jiem tal-mistrieħ. Imma mill-għada ta’ Santa Marija tajna bidu għal kompetizzjoni ġdida tal futbol mal adolexxenti tat tieni xift, league li se jwassalna sal-għatba tal-bidu tal-iskola. Iż-żewġ timijiet mmexxija mill captains Jayden Abela u Kyle Haber qegħdin jagħtuna ġmiel ta’ kompetizzjoni eżatt wara l lezzjoni ta’ kuljum. Anke l attendenza tat tfal tal Primarja baqgħet tajba immens wara li ntemm Lobissajf fit tieni ġimgħa t’Awwissu.

Issa li wasalna biex nagħtu bidu għal sena skolastika ġdida u magħha sena kateketika ġdida qegħdin nitħejjew għal din is-sena mingħajr restrizzjonijiet tal-Covid-19 li bihom kellna nħabbtu wiċċna għal dawn l aħħar sentejn. Imma anke f’dan iż żmien ħaddimna prassi li kienu tajbin, uħud minnhom li ser nibqgħu nżommu.

10 NimxuIdF’Id-Ottubru2022

Fosthomhemmdikmarbutamal-ġranettat-tagħlimtal-Primarja. Ħassejna li t timetable tat tfal minn Year 1 sa Year 6 li naqsmuhom f’żewġ gruppi u li jattendu fi ġranet differenti ħadmet tajjeb ħafna tant li aktar tfal qed ikollhom ċans jilagħbu fil grawnd. L adolexxenti tas Sekondarja ser jibqgħu l istess bid differenza li issa jistgħu jerġgħu jintużaw il klassijiet flok is swali li għandna fil qasam.

Għalkemm għadna fl-ewwel ġranet t’Ottubru ġa bdew il preparamenti mal attivitajiet marbuta mal Milied ta’ din is sena. Ġa beda x xogħol fuq il presepju artistiku li anke din is-sena ser jinħadem mill ħbieb tagħna James Azzopardi u Jean Paul Portelli. U wkoll ix-xogħol marbut manNovena tal Milied li ntellgħu fis-sala tal-Qasam tagħna. Lejn l-aħħar t’Ottubru nibdew wkoll il Passiġġata tal Ħadd li tkun mistennija minn ħafna minnkom.

Fl aħħar nett nagħmlu appell lil kulħadd biex din is sena jattendi u jieħu sehem f’dak kollu li l Qasam tagħna qed iħejji. Għandna ħafna affarijiet mħejjija għalikom, attivitajiet u okkażjonijiet ta’ tagħlim li jgħinukom fil-formazzjoni tagħkom. Nistennewkom!

Mark

NimxuIdF’Id-Ottubru2022 11 Tista’ taqra wkoll il fuljett f’forma diġitali. Żur il Paġna tal Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubienNadur
-
-
-
Fuljett maħruġ mill
Museum tas
Subien tan
Nadur

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.