Ritratt tal-faċċata: ID-DUBBIENA - musca domestica - (Common Housefly). Insett tassew mistmerr u fitt. Jeżistu ’l fuq minn 120,000 speċi ta' dubbiena, uħud minnhom rari. Iddubbiena m'għandhiex ħalq; fil-fatt ma tistax tiekol imma tixrob biss. Tobżoq xi likwidu biex tiddissolvi l-ikel solidu, imbagħad tixorbu. Is-sens tat-togħma tagħha jinsab f'saqajha; hemm qegħdin t-tastebuds tagħha. Normalment dubbiena tgħix minn 15 sa 30 ġurnata, imma ġieli torqod (hibernate) matul ix-xitwa. Tbid mal-100 bajda fuq materjal organiku li jkun qed jiddikomponi li minnhom ifaqqsu larvae żgħar. Mhux id-dubbien kollu jagħmel il-ħsara; uħud minnhom jagħmlu l-ġid. Id-dubbien jgħin fil-proċess ta' dekompożizzjoni tal-pjanti u annimali mejtin. Għalhekk ma ninsewx li d-dubbien iġorr ħafna mikrobi. Mhux ta' b'xejn ngħidu li d-dubbien jġib il-mard.
Ritratt miġbud minn Martin Attard fit-12 t'Awwissu 2024
Nimxu Id F’Id - Settembru 2024
ħarġa - numru 535
GħandekMinuta?
F’Awwisu 2016 is-sewwieq anzjan Keith Taylor ta’ tmenin sena ma setax jifhem għax il-karozzi kollha li magħhom kien qed jiltaqa’ kienu jteptpulu d-dawl. Għall-ewwel ħasibhom ħbieb li hu ma setax jagħraf għax kienu għaddejjin b’veloċità mhux ħażin. Imma mbagħad meta kważi kollha teptpulu d-dawl ħaseb li kien qed jagħmel xi ħaġa ħażina imma kompla għaddej għax fl-aħħar mill-aħħar hu kien qed isuq bil-għaqal.
Imbagħad daħal ħsieb f’moħħu. Ħaseb li kien hemm xi ħadd li biex jiċċajta kien dendillu xi kliem man-naħa ta' quddiem tal-karozza. Xi kliem dispreġġattiv jew xi kliem li seta’ joffendi. Imma ta’ dan kien responsabbli biss min waħħlu u mhux hu. Min waħħal il-kliem kellu jwieġeb għal għemilu. Hu kien innoċenti. U għalhekk minkejja t-teptip kollu hu baqa’ sejjer fi triqtu.
Iżda ma setax jifhem kif minkejja li kien għaddej b’veloċità baxxa ma kien hemm ħadd li pprova jgħaddih. Is-soltu jindikawlu b’xi ħorn biex iwarrab fil-ġenb ħalli jħallihom jgħaddu għax huma kienu mgħaġġlin. Dakinhar donnu li kulħadd kien kalm bħalu. Iżda skanta meta sema’ xi sireni tal-pulizija li ppruvaw jimbarrawlu t-triq. Kontra qalbu kellu jidħol fuq naħa tal-highway minn fejn ma kinux jgħaddu karozzi biex jara x’riedu l-pulizija. Kien dak il-ħin li Keith intebaħ li kien qed isuq wrong way. Mhux għaġeb li ħadd ma għaddieh u għalhekk ra tant teptip ta’ dwal.
Il-maġistrat kien ħanin miegħu u għalkemm ikkundannah 6 xhur ħabs qallu li kellu sentenza sospiża. Jiġifieri ma kienx ser jispiċċa maqful għax intebaħ li kien żball ġenwin imma jekk jerġa’ jagħmilha miskin hu. Imma diffiċli biex jerġa’ jagħmilha għax il-liċenzja tas-sewqan ġiet sospiża wkoll. U ma niskantax jekk l-awtoritajiet jiddeċiedu li ma jerġgħux jagħtuhielu.
Meta wieħed, tnejn, tlieta, għaxra, għoxrin juruk li int żbaljat tkomplix għaddej qisu mhu qed jiġri xejn. Ieqaf u aħseb. Fl-aħħar mill-aħħar kulħadd jiżbalja anke jekk ikun għadu ta’ età ferm iżgħar minn ta’ Keith Taylor.
DrCoronatoGrech Mill-pinnata’
(. . .ikompli mill-ħarġa t’Awwissu)
Dawk il-ħlejjaq mikroskopiċi li jinsabu fil-baħar, li kollettivament jissejħu phytoplankton, huma ferm importanti, għax fil-proċess talfotosintesi jagħmlu wkoll ossiġnu li jitfgħuh fl-atmosfera. Tant hemm
phytoplankton, għax wara kollox hemm iktar oċeani u ibħra minn art, li dawn jipproduċu iktar ossiġnu mill-pjanti u siġar kollha tal-art. U jerġa’, dawn huma il-bażi tal-hekk imsejħa food chain, għax iservu ta’ ikel għal dawk ikbar minnhom, f’piramida li twassal sal-ikbar kreaturi tal-baħar.
Barra minn hekk, ħafna speċi minn dawn il-phytoplakton jagħmlu qoxra tal-ġibs, li ġieli tkun ikkumplikata u sabiħa ħafna. Meta mbagħad dawn, fil-biljuni u triljuni, imutu u jinżlu fil-qiegħ, jiffurmaw saffi ta’ blat sedimentarju li huwa l-ġibs.
(. . .ikompli fil-ħarġa t’Ottubru)
Nimxu Id F’Id - Settembru 2024
. . .jikteb
Ritchie Grech
L-Astun
L-astun jew astur hu tajra talpriża b’saħħitha u sabiħa. Għandu qies medju u tul ta’ ġwenħajh madwar 55-60ċm. Hu tajra li jpassi u jasal anke f’pajjiżna, skars fil-ħarifa u rari fir-rebbiegħa. Hemm diversi tipi ta’ astuni. Hu wieħed mill-ftit tajr talpriża li jiekol annimali mejtin.
Fil-fatt fil-Bibbja jissemma fil-lista ta’ tajr projbit bħala ikel għallpoplu Lhudi: “Mit-tjur dawn għandkom tistkerrhu, u ma għandkomx tieklu minnhom, għax moqżieża: l-ajkla, il-bugħadam, il-kuċċarda, l-astur, kull xorta ta’ bies...” (Lev 11:13-14). Fit-traduzzjoni bl-Ingliż insibu li jissemmew kemm l-astun iswed kif ukoll l-astun aħmar: “the red kite, the black kite, any kind of falcon” (Dewt 14:13). Fil-fatt l-isem astun hu isem komuni mogħti lil ħafna minn dan it-tajr tal-priża mill-familja kbira Accipitridae.
Fil-mitoloġija tal-Eġizzjani tal-Qedem kien miżmum li Isis ħadet ilforma ta’ astun biex tkun tista’ tqajjem il-mejtin. Esopu wkoll juża l-astun f’xi leġġendi tiegħu biex iwassal it-tagħlima li jixtieq lill-qarrejja tiegħu.
Nispiċċaw b’fatt storiku interessanti fejn bil-Malti l-antik il-kelma għall-astun kienet ħida. L-ismijiet bħal Għerien il-Ħida u Ta’ Ħida finNadur Għawdex juru li dan l-għasfur fl-antik kien jagħmel il-bejta tiegħu anke f’pajjiżna.
Nimxu Id F’Id - Settembru 2024
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.
F’Marzu 2018 raġel Rumen ta’ 63 sena bl-isem ta’ Constantine Reliu għadda minn esperjenza li bilkemm titwemmen.
Kien qed jidher quddiem maġistrat biex dan jiddikjara li Constantine ma kienx mejjet imma ħaj tant li qed jidher quddiemu. Iżda l-maġistrat qallu li sakemm uffiċjalment hu mniżżel bħala mejjet ma seta’ jagħmel xejn biex jerġa’ jinkludih mal-lista tal-ħajjin. U la darba hu mejjet ma kellux dritt la għall-pensjoni, la għall-għajnuna soċjali, la għall-kura medika u lanqas seta’ jżomm liċenzja tal-karozza għax il-mejtin ma jsuqux.
L-istorja bdiet fl-1990 meta Constantine telaq mir-Rumanija biex jaħdem fit-Turkija. Kemm dam jaħdem hemm qatt ma rritorna r-Rumanija, lanqas għal xi vaganza qasira. U bil-mod il-mod qata’ kull rabta ma’ familtu meta l-ġenituri tiegħu kienu mietu. Niesu kienu jippruvaw jikkuntatjawh imma qatt ma rnexxielhom. Fl-aħħar fl2016 irċivew ittra uffiċjali li qaltilhom li Constantine kien miet f’inċident tattraffiku. U dawn bagħtu l-ittra lilluffiċjali Rumeni biex iniżżlu lil qaribhom bħala mejjet.
U tgħidx minn kemm inkwiet kellu jgħaddi Constantine biex ifiehem lill-awtoritajiet li hu fil-fatt kien għadu ħaj, tant li qiegħed ikellimhom.


Kate Mcclute, xebba ta’ 27 sena minn New Jersey ħadet il-qatgħa ta’ ħajjitha meta l-karozza li kienet issuq waqfet fuq Interstate 95. Intebħet li kienet ħalliet il-karozza bla petrol. Raha bil-bonnet miftuħ raġel homeless li kien f’ġenb ta’ triq jipprova jsib xi rokna għall-kenn biex fih iqatta’ l-lejl. Resaq u offrielha l-għajnuna. Qaltlu li kienet spiċċat bla petrol. Offra li jmur iġibilha landa petrol minn stazzjon li kien xi 2 kilometri bogħod. Iżda hi lanqas kellha flus kontanti. Kienet soltu tħallas bil-card. Xorta mar bil-landa u fil-fatt ġabilha l-petrol. Hi wegħditu li lgħada terga’ tgħaddi minn hemm u tagħtih il-flus li nefaq. Mhux biss żammet il-kelma imma daħħlet l-istorja fil-facebook u fi ftit ġranet ġabret lil dan ir-raġel qalbu tajba bl-isem ta’ Johnny Bobitt is-somma sabiħa ta’ 10,000 dollaru biex ikun jista’ jibda ħajtu mill-ġdid.
U anke kieku ma ġabritlux din is-somma, il-Mulej xorta kien iħallsu fil-wisa’ għall-karità li għamel ma’ bniedma li qatt ma kien raha qabel.
Vulkan
F’Jannar 2022, sploda l-vulkan Hunga Tonga-Hunga Ha’apai minn taħt il-baħar Paċifiku. Din l-isplużjoni tefgħet 146 miljun tunnellata ilma flatmosfera. Ix-xokk fl-arja wasal anke fil-Mediterran. Il-kolonna millisplużjoni telgħet 58 km ’il fuq fl-istratosfera u l-ħoss instema’ minn eluf ta’ kilometri ’l bogħod. L-ebda splużjoni fl-20 seklu ma kienet kbira daqsha. Splużjoni kważi bħalha kienet meta żbroffa l-vulkan ta’ Krakatoa fl-1883.
Dan il-vulkan qiegħed fejn jiltaqgħu żewġ tectonic plates mexjin lejn xulxin (convergent). Iżżewġ qoxriet huma l-Pacific
Plate li dieħla taħt (being subducted) l-Indo-Australian
Plate. L-enerġija biex jimxu dawn il-qoxriet u l-enerġija tal-vulkan u ddinja għadha sħuna ġewwa huma kkawżati minn materjali radjuattivi (radioactive).
Vulkan jiżbroffa meta l-pressa fuq l-magma tonqos u l-gassijiet maħlula fiha jibdew jiffurmaw boqoq; l-istess bħal meta tiftaħ soft-drink: il-gass maħlul fix-xarba joħroġ mill-ilma u jifforma boqoq meta l-pressa fuq ix-xarba tonqos. Dawn il-boqoq ikabbru l-volum tant li tinħoloq splużjoni.
Nimxu Id F’Id - Settembru
Liema hi t-tajba: terġax timlieh jew terġax timlih?
It-tajba hija terġax timlieh. Għaliex?
Hawnhekk għandna Verb (timla) + Pronom Mehmuż (lilu).
Jekk nifirdu l-pronom minn mal-verb, naraw li l-verb timla jispiċċa bilvokali a u għalhekk din issir ie meta l-verb jingħaqad mal-pronom mehmuż u jsir timlieh.
Innota: Ifred l-verb minn mal-pronom mehmuż = timla.
Ara jekk jispiċċax bil-vokali a jew i.
Il-verb timla jispiċċa b’a, mela jsir timlieh.
Meta jkollok verbi oħra li meta tifridhom
minn mal-pronom mehmuż ikunu
jispiċċaw bil-i, din tibqa’ i u ma ssirx ie, bħal pereżempju terġax tistaqsih.
Innota: Ifred l-verb minn mal-pronom mehmuż = tistaqsi.
Ara jekk jispiċċax bil-vokali a jew i.
Il-verb tistaqsi jispiċċa b’i, mela jsir tistaqsih.
tal-Qasam Mid-Djarju
F’Awwissu ta’ kull sena permezz tal-Ġimgħa Museumina nfakkru b’mod sabiħ l-anniversarju tal-bidu tal-Museum tas-subien fin-Nadur li uffiċjalment seħħ fl-1947. Din is-sena fakkarna s-77 anniversarju. IlĠimgħa Museumina norbtuha mal-ftuħ tal-Qasam il-Ġdid li sar fit-8 ta’ Awwissu tal-1965.
Is-Sibt 3 ta’ Awwissu kellna l-laqgħa tal-Ġuvintur u Old boys. Kellimna seħibna Anton Mercieca b’diversi anedotti sbieħ marbuta malqaddisin u nies oħra li jgħallmuna. Wara ħadna xi ħaġa tajba flimkien.
It-Tnejn 5 ta’ Awwissu kellna Quddiesa ta’ Ringrazzjament. Qaddes għalina l-Arċipriet maħtur Fr Krystof Buttigieg. Din kienet ukoll l-ewwel darba li Fr Krystof qaddes fil-qasam fil-bidu tal-parrokat tiegħu fin-Nadur. Ħa sehem il-kor taħt id-direzzjoni ta’ Antoine Theuma. Kien hemm ukoll numru sabiħ ta’ ħbieb u benefatturi li attendew.
It-Tlieta 6 ta’Awwissu kellna laqgħa għal kulħadd marbuta mattagħlim tal-Fundatur San Ġorġ Preca mis-Superjur Johann Tabone. Din saret fil-kappella u kien hemm ukoll numru sabiħ li attendew għaliha.
Nimxu Id F’Id - Settembru 2024
L-għada l-Erbgħa kellna jum ta’ logħob u sport
għat-tfal u l-adolexxenti kollha. Bdejna b’quddiesa fil-kappella minn Mons Ġużepp
Attard u wara kellna tournament tal-football għal kulħadd. Filgħaxija
komplejna bl-indoor games għall-kbar u ttmiem ta’ Lobissajf kemm taż-żgħar kif ukoll tal-kbar. Spiċċajna bil-party u kellna wkoll il-Premjazzjoni għal dawk kollha li ħadu sehem.
Il-Ħamis 8 ta’ Awwissu kellna siegħa Adorazzjoni fil-grawnd. Din tmexxiet minn Fr Michael Said u ħa sehem ukoll ilkor. Kien hemm ukoll numru sabiħ li attendew għal din il-laqgħa ta’ talb.
Il-Ġimgħa 9 ta’ Awwissu kellna l-Play fil-grawnd li kien jisimha Dijademi bla Gdiedem li kienet torbot flimkien ħafna xeni qosra fuq ilħajja tal-qaddisin. Ħajr lil dawk kollha li ħadu sehem, kemm atturi kif ukoll dawk li ħadmu minn wara l-kwinti biex din il-produzzjoni setgħet tittella’.
Mark
Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur u fuq issuu.com/Nimxu Id f’Id