Nimxu Id F'Id - Awwissu 2024

Page 1


Ritratt tal-faċċata: IL-GREMXULA TA’ MALTA - (Podarcis filfolensis maltensis) Rettilu endemiku għall-gżejjer Maltin. Ir-raġel ikun aħdar qawwi, filwaqt li l-mara tkun aħdar ċar kemxejn fuq il-kannella. Jiekol l-insetti żgħar jew fdalijiet li jħallu l-bnedmin. Jeżistu erba' speċi: Ta' Filfla; Tal-Gżejjer ta' San Pawl; Tal-Ġebla tal-Ġeneral; u dik ta' Malta, Għawdex u Kemmuna. Meta jħossu mhedded iwaqqa' denbu biex joħloq distrazzjoni. Wara ftit żmien id-denb jerġa’ jikbirlu. Kultant id-denb ma jinqatax kompletament; jibqa’ parzjalment imwaħħal, iżda xorta jkabbar ieħor. Dan jirriżulta fi gremxula b'żewġt idnub.

Ritratt meħud fi Ġnien Pubbliku r-Rabat Għawdex, fit-30 ta' Ġunju 2024 - Martin Attard

Nimxu Id F’Id - Awwissu 2024

ħarġa - numru 534

L-atleti magħżula għall-Olimpijadi jgħaddu minn snin ta’ tħejjija u kollha jkunu ffokati fuq dak il-mument meta jinstema’ l-ħoss tal-pistola u lkoll jitilqu jiġru biex jidħlu fl-ewwel postijiet, bit-tama li jiksbu xi medalja tad-deheb, fidda jew bronż.

Jekk tħares sewwa f’wiċċ ltara t-tensjoni tremenda li jkollhom biex jagħtu prestazzjoni li tagħmel ġieħ lilhom u lil pajjiżhom. U din it-tensjoni kienet tidher ukoll f’tiġrija partikulari tal-5,000 metru fl-Olimpijadi ta’ Rio, Brażil, li fiha fost l-oħrajn kien hemm l-atleti Nikki Hamblin (minn New Zealand) u Abbey d’Agostino (mill-Istati Uniti). Iżda

ġara li f’kisra minnhom dawn iżatleti tfixklu ma’ xulxin u spiċċaw mal

ġlieda kbira bejn dawn iż-żewġ atleti li t għar-rebħa ta’ xi medalja. Iżda flok qamu jiġġieldu u jitgħajru dehru jagħmlu kuraġġ lil xulxin biex ikomplu jiġru għad li ma kienx hemm tama li jilħqu lil sħabhom. U wara t-tiġrija dehru jitgħannqu biex juru lil kulħadd li ma kien hemm l-ebda ġlied bejniethom. Kien inċident li jista’ jiġri lil kulħadd meta tant saqajn jkunu qed jlebbtu qrib xulxin. Ma kien ħtija ta’ ħadd. Daħlu l-aħħar imma l-folla tgħidx kemm ċapċpitilhom għax rat l-ispirtu ġenwin li kien hemm f’qalb dawn iż-żewġ atleti. U dan l-atteġġjament ġibed l-attenzjoni anke tal-Organizzaturi li ddeċidew li jagħtu lil Nikki u Abbey medalja speċjali kull waħda. Medalja li tingħata biss lil dawk l-atleti li tul l-Olimpijadi juru spirtu sportiv. Fi storja li tkopri iktar minn 100 sena din il-medalja, imsejħa Pierre de Coubertin, il-bniedem li ħolom u ħoloq l-Olimpijadi, ingħatat biss 17-il darba.

Nikkompetu b’impenn imma mhux biex nirbħu bilfors. Sportiv ta’ veru jrid ikun jaf jitlef ukoll.

1

Wirt il-Fundatur

Dun Ġorġ ħallielna teżor

. . .f’kitbietu X’jaf min ma ġarrabx?

Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex

jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.

X’tgħallimt kemm ilek fid

 Tgħallimt li l

żmien jikxfu kull ingann.

 Tgħallimt li beati l id-dixxiplina fuq uliedhom.

 Tgħallimt li hemm diżordni fejn m’hemmx prudenza.

Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqda tiegħu fl-1956 permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien iħobb isejħilhom il‘four pages’. Din il-kitba ġiet stampata għall-pubbliku fl-2005.

 Tgħallimt li d kull rovina. 2 Nimxu Id F’Id -

Dizzjunarju bibliku

Tagħrif qasir dwar personaġġi bibliċi

Dalila

Mara mir-razza tal-Filistej li Sansun ġġennen warajha.

Laqgħetu f’darha u kienet turih li taparsi tħobbu iżda pulit irnexxielha tieħu minn moħħ Sansun is-sigriet qawwietu u mbagħad tatu idejn niesha biex irażżnuh ujregħxuh.

DrCoronatoGrech Mill-pinnata’

F’taqtira ilma

(. . .ikompli mill-ħarġa ta’ Lulju)

Forsi l-ewwel li tiltaqa’ ma’ dawn ilkreaturi żgħar, mikroskopiċi, u b’sorpriza, huwa fil-klassi tal-Bijoloġija fl-iskola sekondarja. U l-iktar tnejn komuni huma l-amoeba u l-hydra. (Ninnotaw li fil-mitoloġija Griega l-hydra kienet mostru forma ta’ serpent b’disat irjus. L-eroj Ercole kien qatilha f’waħda mit-tnax-il missjoni li kellu jagħmel.)

L-amoeba hija annimal uniċellulari jiġifieri jikkonsisti minn ċellola waħda, imma li għandha l-karatteristiċi kollha tal-ħajja: moviment, metaboliżmu, respirazzjoni, riproduzzjoni u reazzjoni għall-ambjent. Hemm ħafna speċi minnhom bl-ikbar minnhom kemm kemm jidhru bil-għajnejn. Il-hydra hija multiċellulari jiġifieri magħmula minn ħafna ċelloli, ikbar, imma peress li hija kważi trasparenti diffiċli taraha. Hemm ukoll ħafna pjanti uniċellulari, (pereżempju chlorella, ukoll fil-kotba tal-Bijoloġija elementari), li ħafna minnhom huma ħodor għax fihom il-kimika klorofil, li premezz tal-enerġija tax-xemx dawn il-pjanti jagħmlu l-ikel (zokkor), bi proċess jissejjaħ ‘fotosintesi’. Hemm ħafna u ħafna speci ta’ dawn l-annimali u pjanti mikroskopiċi. L-iktar li jinsabu huma fl-ilma, l-iktar dak tal-widien, bjar, għadajjar jew baħar. L-ilma li jintuża għax-xorb, għal min forsi beda jinkwieta, huwa pproċessat u ttrattat bil-kimiċi biex jitneħħew dawn il-kreaturi. Imma min jixrob ilma mill-bjar, nixxigħat jew funtani, (jew xi belgħa ilma baħar bi żball), ikun qed jissogra xi infezzjoni, avolja ftit ħafna huma li jġibu l-mard; u jerġa’ b’immunità tajba dawn kważi qatt ma jagħmlu xejn.

(. . .ikompli fil-ħarġa ta’ Settembru) 4 Nimxu Id F’Id - Awwissu 2024

Is-Serduk

Episodju li żgur hu familjari ma’

kulħadd hu ċ-ċaħda ta’ Pietru fejn kien isfel fil-bitħa u beżgħan ċaħad lill-Imgħallem tliet darbiet u minnufih idden is-serduk (Mk 14,66-72). Hawn San Pietru ftakar fil-kliem li kien qallu

Ġesù: “qabel ma jidden is-serduk darbtejn, tiċħadni tliet darbiet.” San Pietru nduna li żbalja u ddispjaċieh għax “beka biki tad-demm” (Mt 26,75). San Mattew, San Luqa u San Ġwann isemmu darba li idden is-serduk waqt li San Mark darbtejn. San Luqa jikteb ukoll li Ġesù tefa’ ħarstu fuq Pietru li fakkritu fil-kliem li kien ħabbarlu li kien ser jiċħdu imma fl-istess ħin li kien diġà ħafirlu wkoll.

Is-serduk jissemma wkoll meta Ġesù jwissi biex nkunu ppreparati għall-mewt għax ħadd ma jaf meta jkun “dak il-jum u s-siegħa. . . iftħu għajnejkom u ishru. . . għax ma tafux meta jiġi sid id-dar, filgħaxija, f’nofsillejl, xħin jidden is-serduk jew mas-sebħ” (Mk 13,32-37). Għal-Lhud “xħin jidden is-serduk” kien ikun qabel is-sebħ jiġifieri jkun għadu d-dlam.

Fi ktieb il-Qwiel ukoll għandna referenza għas-serduk fejn l-awtur jgħid li “tliet ħwejjeġ għandhom bixra sabiħa u erbgħa sbieħ fil-mixi: l-iljun, is-serduk wieqaf, il-bodbod u sultan miexi f’ras niesu (Qw 30,29-31).

Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.

Fl-elezzjoni li saret il-Ġermanja f’Settembru 2017, raġel xurban ma tħalliex jivvota fil-belt ta’ Guben għax ma kellux dokument tal-vot. Meta dan baqa’ jinsisti li għandu dritt jivvota, l-awtoritajiet sejħu l-għajnuna tal-pulizija. Dawn wara li identifikaw ir-raġel sabu li kien imfittex mill-ġustizzja għax kien kiser l-ordni pubblika fi ġranet oħra u f’partijiet oħra fil-Ġermanja u kellu sentenza ta’ 7 xhur ħabs li ma kienx skonta.

Kienu sabuh fl-aħħar wara li kienu ilhom xhur ifittxuh. U flok daħal jivvota sab ruħu f’ċella jistenna li jitressaq il-qorti. Ara x’qatgħa ħa meta għaddielu d-delirju tax-xorb u sab ruħu magħluq f’ċella. L-antiki kienu jgħidu: id-dnub ma jorqodx.

Nimxu Id F’Id - Awwissu 2024

Zachery Kingsbury ta’ Lynnwood Washington kiser xi liġijiet tat-traffiku waqt li kien qed isuq f’Settembru 2017. Meta ntebaħ li l-karozza tal-pulizija kienet qed issegwih iddeċieda li jaħarbilhom. Waqqaf il-karozza ħdejn il-baħar u qabeż fl-ilma jgħum ’il barra mill-bajja biex ma jintlemaħx.

Il-pulizija damu ftit ma skoprew x’għamel iżda ma kellhomx għalfejn jinkwetaw għax Zachery malajr reġa’ lura mwerwer peress li fil-baħar lemaħ kelb il-bahar jgħum fil-qrib. Iddeċieda li aħjar f’idejn il-pulizija milli f’ħalq il-ħuta. Għax il-proverbju li jgħid: minn ġot-taġen għal ġon-nar.

Nimxu Id F’Id

Uff. . . xi sħana!!

. . .jikteb

L-Air Fryer ġie vvintat minn Fred Van Der Weij, inġinier Olandiż. L-idea ġietu meta kien qed jitkellem ma’ ġara u din qaltlu kemm il-qali hu ta’ ħsara għas-saħħa. U dan beda billi bena l-ewwel forn li jsaħħan bl-arja (air fryer): qisu convection oven imma iktar effiċjenti. Fih element li jsaħħan (heater) u fan li ddawwar l-arja u t-temperatura tkun kullimkien l-istess. Hi l-arja sħuna li ssajjar l-ikel. L-ewwel prototip li għamel kien kbir: xi metru għoli. U l-patata baqgħet iffriżata fin-nofs, inħarqet fit-truf u baqgħet ratba u mbeżilqa. Il-mara u ż-żewġt ibniet tiegħu qalulu li ma jistax ikun li jużah iktar fil-kċina għax id-duħħan u r-riħa ma kinux jifilħu għalihom. L-ewwel prototip kien magħmul mill-injam u aluminju u l-basket kien magħmul

mill-wajer tat-tiġieġ. Bir-raba’ mudell, ġab ir-riżultati mixtieqa: sajjar frikandel, zalzetta tipikament Olandiża, b’mod perfett u l-patata wkoll ħadet il-kulur u kellha l-gidma ta’ patata moqlija. Il-Philips xtraw l-idea tiegħu (patent) u bdew jipproduċuhom fl-2010. Fl-erba’ snin li dam biex żviluppa l-idea tiegħu, li hu sejħilha Rapid Air Technology, il-familja tiegħu ma kinitx komda bil-flus. Il-mara tiegħu kienet għalliema u għajxet hi lill-familja. Wara s-suċċess imbagħad, reġgħu setgħu jibdew imorru għal vaganzi sbieħ. Is-sħana hi forma ta’ enerġija. Bl-enerġija jista’ jsir ix-xogħol: imbuttatura li toħloq ċaqliq. Meta l-ikel jissajjar, is-sħana tagħmel xogħol fuq l-ikel, tant li tagħmilha possibbli li s-sustanzi li minnhom hu magħmul l-ikel, ibiddlu l-istruttura tagħhom.

8 Nimxu Id F’Id - Awwissu 2024

Ortografija Maltija

Kif għandi nikteb: xi wħud jew x’uħud?

Għandek tikteb XI WĦUD.

Għaliex?

Il-frażi XI WĦUD hija magħmula mill-partiċella XI + WĦUD (il-plural ta’ wieħed).

Hawnhekk, il-partiċella ‘xi’ qed taqdi l-funzjoni ta’ aġġettiv indefinit u għalhekk m’għandhiex titqassar għal x’.

Barra minn hekk, ma tagħmilx sens li nqassru

l-partiċella u jkollna nbiddlu l-konsonanti dgħajfa ‘w’ għall-vokali ‘u’ biex niktbu x’uħud.

Mela ftakar, ikteb XI WĦUD mhux X’UĦUD!

tal-Qasam Mid-Djarju

Lulju jġib miegħu l-vaganzi tas-sajf u anke fil-Museum naqilbu wkoll għax-xift tas-sajf li jġib miegħu tagħlim u rikreazzjoni.

Mill-1 ta’ Lulju bdejna

b’xift wieħed għal kulħadd fejn

qabel il-lezzjoni jkun hemm

Lobissajf taż-Żgħar u wara mbagħad jkollna wkoll Lobissajf tal-Kbar. Bħas-snin l-imgħoddija

dan il-logħob jikkonsisti f’ħafna logħbiet kemm kompetittivi imma

fl-istess ħin ukoll logħob divertenti. Dan il-programm jibqa’ sejjer sal-ewwel ġimgħa sħiħa t’Awwissu meta f’nofs il-Ġimgħa

Museumina jinżamm il-Party u l-Premjazzjoni.

Kellna wkoll diversi attivitajiet għal kulħadd. Nhar it-tmintax ta’ Lulju, kellna l-Pizza Party għal kulħadd ġentilment offrut lilna minn Maria u Peter Muscat ta’ Rabokk Pizzeria. L-attendenza kienet tassew numeruża u l-Pizza kienet tiftaħlek sew l-aptit.

Kellna wkoll ħarġa l-baħar għall-klassijiet il-kbar. Din saret fil-bajja pittoreska tar-Ramla l-Ħamra u wara ħadna xi ħaġa tajba tal-ikel flimkien. It-Tlieta 23 ta’ Lulju kellna ġurnata fi Splash & Fun Park ġewwa Baħar iċ-Ċagħak. Konna grupp ta’ madwar 22 adolexxent u qattajna ġurnata niżżerżqu fuq diversi slides li joffri dan il-park.

Nimxu Id F’Id - Awwissu 2024

Bqajna għaddejjin ukoll bil-provi marbutina mal-attivitajiet tal-Ġimgħa Museumina li din is-sena ser tkun bejn it-3 u d-9 ta’ Awwissu.

Kellna diversi provi tal-Play li din is-sena ġġib l-isem ta’ Dijademi bla Gdiedem li tittratta dwar numru sabiħ ta’ aneddoti marbuta mal-ħajja tal-qaddisin. Din ser issir nhar id-9 ta’ Awwissu fil-ground tal-Qasam.

Mark

Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur u fuq issuu.com/Nimxu Id f’Id

Nimxu Id F’Id - Awwissu 2024 11

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Nimxu Id F'Id - Awwissu 2024 by Michael Debono - Issuu