Ritratt tal-faċċata: IL-QAMAR - huwa l-unika satellita naturali li torbita lid-dinja tagħna. Id-dijametru tiegħu huwa madwar kwart ta' dak tad-dinja. Jieħu 28 jum biex idur dawra sħiħa mad-dinja. M'hemmx atmosfera u l-ġibda tiegħu hija 1/6 (one sixth) tad-dinja. Huwa maħsub li l-Qamar ifforma wara kolliżjoni ta’ pjaneta jew meteorita kbira mad-dinja. Il-ġibda tiegħu tikkontribwixxi għall-fenomenu tat- tides (bidla fil-livelli tal-baħar matul il-ġurnata). Il-craters li hemm fuqu jindikaw diversi ħabtiet ta' meteoriti. Il-bniedem irnexxielu jinżel fuqu fis-16 ta' Lulju tal-1969. Imnalla li mhuwiex daqshekk faċli li mmorru hemm! B’hekk jista' jibqa’ naturali u bla mittiefes!
Ritratt miġbud minn Martin Attard fit-30 ta’ Ġunju 2024
Nimxu Id F’Id - Lulju 2024
ħarġa - numru 533
GħandekMinuta?
Il-familja Smith kienet ilha tosserva n-numru ta’ hummingbirds jiżdiedu fil-ġnien tagħhom. U biex iktar tagħmlilhom kuraġġ u turihom kemm kienu japprezzaw il-preżenza tagħhom, il-membri tal-familja għamlu platt żrieragħ biex l-għasafar ikollhom x’jieklu u forsi jitħajru jbejtu fis-siġar tal-ġnien. U ż-żrieragħ servew ta’ lixka attraenti għax in-numru ta’ għasafar li bdew ġejjin fil-ġnien kien xhieda tas-suċċess li kellu l-pjan tagħhom. Iżda wara ftit bdew jintebħu li minkejja n-numru sabiħ ta’ għasafar fil-ġnien, iż-żrieragħ ma kinux għadhom jittieklu. Bħallikieku l-għasafar kienu xebgħu minnhom. Imma ma setgħux jixbgħu meta fil-platt kien ikun hemm tipi differenti ta’ żrieragħ. Xi ħaġa kien ġara u l-membri tal-familja riedu jkunu jafu x’inhi l-kawża ta’ din il-problema.
U għamlu għassa stretta fuq dak li kien qed jiġri fil-ġnien. U humming bird minnhom li forsi kien iktar b’saħħtu mill-oħrajn kien ikkapparra għal kollox il-platt taż-żrieragħ. Malli l-familja tniżżel il-platt taż-żrieragħ l-għasfur kien ikun pront jinżel jiekol u ma kien iħalli lil ħadd jitrejjaq. Tant li meta jixba’ kien joqgħod fil jattakka lil kull min ifettillu jinżel inaqqar xi żerriegħa.
Kien ħoloq skjavitù personali għax la kien għadu jtir minn naħa għal oħra tal-ġnien, la kien għadu jitperreċ ikanta, u lanqas kien jitħajjar imur f’xi ġnien ieħor biex jibdel ftit l-ambjent. Dejjem fuq l-istess fergħa, eżatt biswit il-platt, lest li jinżel jiġġieled biex ikun ċert li ebda għasfur ieħor ma jitrejjaq b’żerriegħa waħda.
Kos hux, l-egoiżmu hu ikrah. Jagħmlek ilsir. Ikrah fl-għasafar, aħseb u ara fina l-bnedmin. Ejjew inkunu bħal Mulej. . . altruwisti. Naqsmu ma’ ħaddiehor dak li l-Ħallieq ikun ipprovdielna. L-għasfur egoist ma jafx l-opri tal-ħniena. Imma aħna nafuhom u bħala Nsara obbligati ngħixuhom. Għax fuqhom ser ikun l-eżami aħħari tagħna.
1
Wirt il-Fundatur
Dun
Ġorġ
ħallielna teżor
. . .f’kitbietu X’jaf min ma ġarrabx?
Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex
jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.
X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja?
Tgħallimt li kemm ili
nagħmilha man-nies tgħallimt it-tajjeb u l-ħażin.
Tgħallimt li x-xogħol huwa s-salmura tal-ġisem.
Tgħallimt li tgħid, tgħid u tgħid, xi ħaġa tibqa’ .
Tgħallimt li l-għażż għallem bosta ħżunija.
Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqda tiegħu fl-1956 permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien iħobb isejħilhom il‘four pages’. Din il-kitba ġiet stampata għall-pubbliku fl-2005.
2 Nimxu Id F’Id - Lulju 2024
Dizzjunarju bibliku
Tagħrif qasir dwar personaġġi bibliċi
David
Dan huwa t-tieni Sultan ta’ Israel. Alla għażlu minn età żgħira biex imexxi
l-poplu tiegħu meta bagħat lill-Profeta
Samwel għand missieru Jesse biex jidilku sultan għad li Sawl kien għadu ħaj.
Il-Mulej għenu biex jeħles lill-poplu minn
Gulija u mal-mewt ta’ Sawl il-poplu għażlu bħala Sultan.
Kellu l-iżbalji tiegħu iżda kien bniedem li xtaq iħobb lil Alla u kantalu bil-ferħ
ħafna Salmi li juru l-imħabba tiegħu lejn
il-Mulej. Il-poplu Lhudi ta’ kull żmien dejjem qies lil David bħala s-Sultan favorit, forsi għax mir-razza tiegħu kellu
jiġi l-Messija. Għad li meta ġie ma aċċettawhx. L-istilla ta’ David għadha sal-lum l-emblema tal-poplu Lhudi.
(aqra Il-kotba ta’ Samuel, l-ewwel u t-tieni ktieb.)
DrCoronatoGrech Mill-pinnata’
F’taqtira ilma
Aħna ninsabu mdawrin b’dinja mikroskopika li, mħabbtin kif aħna bil-ħajja ta’ kuljum, probabbli qatt ma naħsbu fiha. Anzi, sa nofs is-seklu sbatax ħadd ma kien jaf biha jew jobsorha.
Kien l-Olandiż Anton van Leeuwenhoek (1632-1723), li bħala delizzju kien jagħmel lentijiet, li skopra din id-dinja inviżibbli meta għamel l-ewwel mikroskopji. U kien kapaċi sew għax bihom fetaħ tieqa sorprendenti ħafna. Sfortunatament
Leeuwenhoek żamm sigriet il-metodi tieghu u kien snin wara sew li riċerkaturi oħra laħqu l-livell tiegħu.
U x’sorpriżi! Kważi kull ma eżamina, ilma, bżieq u l-bqija, sab ċorma kreaturi żgħar, animalikuli sejħilhom, kollha jiċċaqilqu u mimlija ħajja. Qatt ħadd ma kien jobsorhom. U lanqas illum, minkejja li nafu fuqhom, rari naħsbu fuqhom.
(. . .ikompli fil-ħarġa t’Awwissu)
4 Nimxu Id F’Id - Lulju 2024
Ir-Russett
Ir-russett hu tajra mill-familja tal-kwakki. Iħobb l-ilma u l-ikel tiegħu hu mill-kreaturi li jkun hemm fl-ilma, bħal ħut u żrinġijiet. Ġieli jiekol ukoll rettili żgħar u insetti kbar. Bil-Malti l-kelma russett u kwakk jintużaw għallistess tip ta’ tajr. F’Malta jużaw ħafna l-kelma russett waqt li f’Għawdex tintuża aktar il-kelma kwakk.
Diġà rajna informazzjoni fuq il-kwakk imma fil-Bibbja nsibu li jissemmew it-tnejn separatament. Dan insibuh fil-lista li ilna nirreferu għaliha tat-tajr ‘imniġġes’ għal-Lhud u għalhekk ma setax jiġi kkunsmat: “il-kwakk, il-pellikan, it-tiġieġa tal-baħar, il-laqlaq, kull xorta ta’ russett” (Lev 11,18-19).
Hawn l-awtur qed jirreferi għal speċi differenti minn din il-familja Ardeidae. Fil-fatt bil-Malti għandna wkoll ismijiet oħra għal tajr minn din ilfamilja bħal agrett, kappun, għarnuq u kwakka. Fil-Malti antik kienet ukoll kelma ‘airun’ li tfisser tajra talajru għax dawn l-ispeċi ta’ għasafar itiru għoli.
din il-familja nsibu tajr minn medju sa kbar, b’ras żgħira, munqar kbir u ppuntat, għonq u saqajn twal. Ir-raġel u l-mara huma tal-istess kulur.
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.
In-nies ta’ Tamaulipas, belt żgħira fil-Messiku, stagħġbu tassew meta f’Settembru 2017 mal-qtar tax-xita bdew neżlin ukoll xi ħut żgħir. L-ispjega għal dan il-fenominu tawha xi studjużi Amerikani li qalu li t-tornadoes li kien hemm fil-jiem ta’ qabel kienu ġibdu magħhom ħafna ħut mill-baħar u li naturalment ma setgħux jibqgu mdendlin fl-arja u waqgħu mal-qtar tax-xita.
Naħseb li n-nies ta’ din il-belt inkludew il-ħut fl-ikla tagħhom ta’ dak il-jum.
Ma nafx kif ħaduha s-sewwieqa Skoċċiżi li inzertaw għaddejjin minn A7066, triq pjuttost traffikuża f’Bathgate, f’Settembru 2017. Dawn kellhom jieqfu jistennew papra u papru, u maghhom uliedhom, jaqsmu min -naħa għall-oħra tat-triq.
Dawk fost is-sewwieqa li kienu mgħaġġlin ma naħsibx li ħadu gost jitilfu xi ħames minuti sakemm il-familja kollha tal-papri rnexxielha taqsam it-triq u tmur fl-abitat tas-soltu tagħha. Imma żgur li ħadd ma ried li joqtol dawn il-kreaturi ħelwin bl-iskuża tal-għaġla.
Il-Kawkaw (Cocoa bl-Ingliż)
. . .jikteb
Joe Portelli
Il-kawkaw ġej meta jitħnu ż-żerriegħa tal-kawkaw (cocoa beans). Meta jitħnu ż-żerriegħa, jifforma paste li jissejjaħ chocolate liquor jew cocoa mass. Xħin jippressawh, minnu joħroġ il-cocoa butter, xaħam bajdani safrani li minnu jagħmlu ċ-ċikkulata bajda, fost affarijiet oħra. L-ewwel darba li l-kawkaw wasal fl-Ewropa kien permezz tal-Ispanjoli li ħadu x-xarba tal-Ażteki msejħa xocoatl (li bil-lingwa Naħwatl tfisser: ilma morr). Minn hawn ġejja l-kelma ċikkulata. Mela l-ewwel li ntużat fl-Ewropa ċ-ċikkulata, kienet bħala xarba sħuna. Kienet l-ewwel xarba stimulanti li bdiet tintuża l-Ewropa filgħodu, qabel ma beda jintuża l-kafè jew it-te.
Imbagħad, kienet il-kumpanija Ingliża Fry and Sons fl-1847 li għamlet l-ewwel ċikkulata li tittiekel u kien Daniel Peter tal-Isvizzera fl-1876 li għamel l-ewwel ċikkulata tittiekel mħallta mat-trab tal-ħalib (milk chocolate). Ir-Re tal-Portugall Ġwann VI ħa s-siġra tal-kawkaw l-Afrika fl-1819 għax beża’ li jitlef ’il-kolonja tal-Brażil. Fil-fatt hu fl-Afrika tal-Punent bħall-Ghana li l-iktar li jipproduċu kawkaw.
Ejja nittendu kemm aħna foqra mingħajr il-prodotti li ġejjin minn nies foqra u kemm għandna napprezzaw ir-rigali li tipprovdilna n-natura biex hekk ma naħlux u jkollna kura tad-dinja.
Nimxu Id F’Id - Lulju 2024
Liema hi t-tajba: fuq nett jew fuqnett?
Għandek tikteb dejjem ‘fuq nett’.
Żomm f’moħħok li frażijiet li t-tieni element lessikali tagħhom ikun ‘nett’ għandhom jinkitbu dejjem mifrudin.
Eżempji oħra jinkludu:
l-isbaħ nett, wara nett, taħt nett, l-ewwel nett, l-aħħar nett, mill-bidu nett, quddiem nett. . . u l-bqija.
tal-Qasam Mid-Djarju
Ix-xahar ta’ Ġunju għalina huwa x-xahar tal-festa. Huwa wkoll ix-xahar li fih l-istudenti tagħna jispiċċaw is-sena skolastika permezz tależamijiet annwali. Nawguraw suċċess lilkom kollha.
Il-Ħadd 2 ta’ Ġunju t-tfal tal-Preċett ħadu sehem fil-
Purċissjoni tal-Corpus. Din il-purċissjoni ddur mat-toroq prinċipali tanNadur fejn tingħata wkoll il-Barka Sagramentali kemm fi Triq San Ġwann kif ukoll fi tmiem il-Purċissjoni fil-Bażilika.
It-Tnejn 10 ta’ Ġunju beda Lobissajf għat-tfal tal-Primarja. Dan beda permezz ta’ tournament tal-football li baqa’ sejjer sat-Tnejn 24 ta’ Ġunju. Lobissajf ikompli wara l-festa permezz ta’ logħob divertenti li jibqa’ sejjer sal-Erbgħa 7 ta’ Awwissu.
Lobissajf tal-Kbar se jibda nhar l-1 ta’ Lulju u jiġi fi tmiemu wkoll l-Erbgħa 7 ta’ Awwissu.
Nimxu Id F’Id - Lulju 2024
Il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju grupp sabiħ ta’ adolexxenti rċevew is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof minn idejn Mons Isqof Anton Teuma. Nifirħu magħhom f’din l-okkażjoni tassew speċjali.
Bi tħejjija għall-Ġimgħa Museumina, beda x-xogħol fuq il-Play ta’ din is-sena li ġġib l-isem ta’ Dijademi bla Gdiedem. Għandna numru sabiħ ta’ atturi, kemm żgħar kif ukoll kbar, li qegħdin jiltaqgħu ta’ spiss għall-provi. Aktar dettalji fil-ħarġa li jmiss.
Mark
’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur u fuq issuu.com/Nimxu Id f’Id