Ritratt tal-faċċata: IL-KAPPARA (Capparis orientalis) Pjanta indiġena u komuni ħafna fil-gżejjer Maltin, bil-weraq kemxejn ħoxnin tondi iżda kemxejn żengulin. Il-fjura bajda tagħha tiftaħ bejn April u Settembru. Fil-fatt hija pjanta li tiflaħ ħafna għas-sħana. L-istigma f’nofs il-fjura hija l-parti femminili, filwaqt li d-diversi ħjut vjola jkun fihom it-trab dakkari (pollen). Tikber ħafna fis-selvaġġ, issibha abbundanti mal-ħitan tas-sejjieħ u mal-irdumijiet u kultant anki tilmagħha mal-ħitan tas-swar. Il-frott tagħha, huwa żgħir daqs ta’ piżella. Dan jiġi mmellaħ fil-ħall qabel ikun jista’ jintuża għal mal-ikel.
Ritratt meħud fit-3 ta’ Ġunju 2020 f’Wied Binġemma, in-Nadur - Martin Attard
ħarġa numru519
Tfajjel kien qed jilgħab ma’ sħabu fit-triq qabel jaslu sal-grawnd. U b’xorti ħażina xxuttja l-ballun li ħabat ma’ ħġieġa ta’ tieqa u kissirha. Sidha dlonk ħareġ biex jara min kissirha u t-tfajjel ma ċaħadx li kien hu.
Ir-raġel malajr ħa d-dettalji tiegħu u qallu:
“Mur id-dar u ġib 20 ewro għax daqshekk irrid biex nagħmel oħra flokha.”
Mat-tifel bagħat ukoll ittra lil missieru jheddu bil-qorti jekk ma jħallasx. It-tfajjel mar id-dar u qal lil missieru bl-istorja. Dan mar jara l-ħġieġa u flok daħal u ħallas lir-raġel telaq lura lejn id-dar, libes ilbies ta’ ħaddiem u rritorna ħdejn il-post fejn ġara l-inċident. Ħabbat u xħin fetaħlu r-raġel qallu:
“Ħabib qed nara li għandek ħġieġa miksura. Tridni nirranġahielek. Jaqbillek tirranġaha malajr għax biha miksura malajr jistgħu jidħlu f’darek u għal ftit ewro ssib ruħek fil-frisk.”
Ir-raġel staqsa:
“U kemm trid biex tirranġaha?”
“Tini 20 ewro u nieħu ħsieb kollox jien. Inneħħilek il-frak li waqa’, inġiblek il-ħġieġa, nirranġalek l-istokk. Kollox jerġa’ bħalma kien qabel inkisret.”
“Ma tarax. Dak ix-xogħol hawn min jagħmlu b’5 ewro.”
Ir-raġel ħareġ il-kartiera, tah 5 ewro u mal-ħames ewro kien hemm ukoll
l-ittra li kien bagħat mat-tifel. U kellu joqgħod bihom għax kien hu stess li
ffissa l-ħlas tal-ħsara.
Ta’ dari kellhom proverbju li llum ma tantx għadu jingħad: Inqela
b’żejtu. Forsi llum ngħidu: Ħa manjata meta pprova jagħtiha lil ħaddieħor.
1
Nimxu Id F’Id
2023 GħandekMinuta?
Mejju
Wirt il-Fundatur
Dun Ġorġ ħallielna teżor . .
.f’kitbietu
X’jaf min ma ġarrabx?
Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.
X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja?
Tgħallimt li ma niġġudika lil ħadd.
Tgħallimt inkeċċi kull ħsieb li jinkwetani.
Tgħallimt nibża’ mir-rigali.
Tgħallimt li kelma ħelwa tberred
l-għadu u tkattar il-ħbieb.
Tgħallimt li d-deni ilqagħlu mill-ewwel.
Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem
Il-Majjistra Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri
tal-Għaqda tiegħu fl-1956 permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien
iħobb isejħilhom il‘four pages’. Din il-kitba ġiet stampata għall-pubbliku fl-2005.
2 Nimxu Id F’Id - Mejju 2023
Il-Mistoqsija Oħt il-Għerf
Veru li min ivvinta l-paper clip sar sinjurun?
Iva veru. Tant sempliċi imma kien biss fl-1892 li dan il-mezz
popolari biex iżżomm karta m’oħra twieled permezz ta’ ditta Ingliża.
Iżda l-Amerikani jsostnu li huma kienu diġà qed jużaw dan il-mezz
fl-1867. Madankollu
kienet id-ditta Ingliża li
bdiet tagħmel minnhom
bil-miljuni. Għall-bidu
kienu ta’ fildiferru
azzarjat imma llum ssib
ukoll tal-plastik.
U mhux biss min
ivvinta dan sar sinjur.
Sinjuri wkoll saru dawk
li għamlu l-ewwel labra
tas-sarwal, l-ewwel labra tal-inxir u l-ewwel stapler. Oġġetti sempliċi
jidhru, imma qabel saru ħadd ma ħasibhom.
Nimxu Id F’Id - Mejju 2023 3
Mill-pinna ta’ Dr Coronato Grech
(. . .ikompli mill-ħarġa tax-xahar t’April)
L-ewwel li tfaċċa ż-żero jidher li kien fl-Indja f’dokument mis-sena
876 W.K. imma l-idea probabbli kienet eqdem. Il-kelma żero mbagħad hija ta’ oriġini Għarbija.
Xi aspetti talaritmetika taż-żero huma daqsxejn strambi. Li żżid
żero jew tnaqqas żero ma’
numru, u n-numru jibqa’
l-istess, kollox sew. Imma
jekk tiddividi numru b’żero,
ir-riżultat huwa infinita! U
jekk timmultiplika numru
b’żero r-riżultat huwa żero!
Inkonfondibbli!
Intant, il-Matematika jingħad li hija r-reġina tax-xjenzi għax hija
l-bażi ta’ kollox. Veru. L-iktar fit-teknoloġija moderna b’tant kompjuters jagħmlu tant kalkulazzjonijiet (f’tikka ta’ sekonda) għal tant arjuplani, vapuri, trejns, vetturi spazjali u l-bqija. U fost dawn, n-numru żero huwa importanti daqs n-numri l-oħra!
Żero
4 Nimxu Id F’Id - Mejju 2023
Il-Lifgħa
Hemm ħafna speċi ta’ lifgħat jgħixu fl-art tal-Bibbja. Kollha velenużi u għalhekk in-nies kienu jibżgħu ħafna minnhom. Meta sħab Ġob gżawh li għamel xi dnub kbir biex ġie il-kastig fuqu qalu għalih: “Velenu tas-sriep hu reda’, u lsien il-lifgħa joqtlu” (Ġob 20, 16). Ġakobb jirreferi
għal Żebulun hekk: “Dan bħal serp fit-triq, bħal lifgħa fil-mogħdija, jigdem għarqub iż-żiemel, u r-rikkieb jinqaleb lura” (Ġen 49, 17). Isaija ħabbar għall-Filistja: “Minn għerq is-serp toħroġ lifgħa, u frottu jkun serpent tan-nar itir” (Is 14, 29); għall-Eġittu: “il-lifgħa u s-serp itir” (Is, 30, 6); u għall-ħażen nazzjonali: “Ifaqqsu bajd is-sriep, u jinsġu għanqbut il-brimb. Min jiekol mill-bajd tagħhom imut; u jekk tkisser waħda minnhom tfaqqas lifgħa” (Is 59, 5).
Anke jħabbar is-Saltna tal-Messija fejn: “t-tifel miftum idaħħal idu fil-bejta tal-lifgħa” (Is 11, 8).
Fil-Ġdid Testment insibu lil Ġesù jikkundanna lill-Kittieba u
l-Fariżej: “nisel il-lifgħat, kif se taħarbu mill-kundanna tal-infern?” (Mt 23, 33). Insibu wkoll lil San Ġwann il-Battista jikkundanna lis-Sadduċej u lFariżej: “Ja nisel il-lifgħat, min uriekom x’għandkom tagħmlu biex taħarbu l-korla li ġejja?” (Lq 3, 7). Fl-Atti tal-Appostli nsibu l-ġrajja sabiħa ta’ meta San Pawl spiċċa fuq gżiritna u: “Fiz-zkuk kien hemm lifgħa li, malli ħasset is-sħana, ħarġet u qabdet ma’ id Pawlu...” (Atti 28, 3). M’għandna xejn fatti li s-sriep kienu velenużi fi gżiritna imma l-fatt li missirijietna stennewh jintefaħ u jmut hi interpretata bħala li kienu velenużi u għalhekk hu miżmum minn ħafna li San Pawl neħħa l-velenu mis-sriep u l-lifgħat tagħna.
Nimxu Id F’Id - Mejju 2023
5
. . .jikteb Ritchie Grech
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.
Għas-sena skolastika 2015-16 l-għalliema ta’ diversi skejjel f’Inverness l-Iskozja bdew jaħsbu li qed jaraw kollox doppju għax fil-klassijiet tagħhom – mhux skola waħda imma fid-distrett kollu –kien hemm 72 par ta’ tewmin ħafna minnhom identiċi. Sbatax kienu fi skola waħda ta’ xi 300 student u studenta.
Ara xi problema għas-surmast meta xi għalliem jirrapporta xi student minnhomu dan bl-innoċenza kollha jwieġeb:
“Dak mhux jien. Naħseb li kien ħija t-tewmi!”
6 Nimxu Id F’Id - Mejju 2023
Derek Gamble tgħidx kemm stagħġeb u daħak bil-qalb meta waslitlu kartiera li hu kien tilef 30 sena qabel. Waslitlu eżatt kif kien tilifha bil-flus u l-karti kollha li kellu fiha u bir-ritratti wkoll.
L-istorja bdiet 30 sena qabel meta l-kartiera waqgħetlu meta kien fuq trejn u b’xi mod din daħlet taħt is-seat u baqgħet hemm moħbija 30 sena sakemm is-sidien tat-trejn iddeċidew li jibdlu l-uphoistery u sabuha hemm intatta.
Ma kienx faċli li jsibu lil sidha għax dan kien biddel l-indirizz imma llum permezz tal-facebook u mezzi oħra soċjali b’xi mod il-messaġġ jasal u Derek u l-kartiera tiegħu reġgħu ngħaqdu.
Flus fiha kellu inqas minn żewġ liri sterlini!
Nimxu Id F’Id - Mejju 2023 7
Joe Portelli
Il-Favur u l-Kontra Tal-Enerġija Nukleari
Fl-1986, power station nukleari f’Chernobyl fl-Unjoni Sovjetika
(illum fl-Ukraina) splodiet għax ir-reazzjoni nukleari (nuclear reaction) fiha ma ġietx ikkontrollata. Intefa’ fl-arja ħafna materjal radjuattiv u dan
jagħmel ħsara lill-ħlejjaq ħajjin.
Fl-2011, seħħ inċident
f’power station nukleari
f’Fukushima fil-Ġappun ikkawżat
minn terremot u tsunami.
Minħabba dawn l-inċidenti hemm
min hu kontra għal kollox
tal-enerġija nukleari. Żvantaġġ
ieħor tal-enerġija nukleari hu li
l-materjal li jibqa’ jkun għadu radjuattiv u jibqa’ radjuattiv għal ħafna snin.
Materjal radjuattiv (radioactive substance) b’mod spontanju joħroġ minnu
radjazzjoni tat-tip alfa jew beta u/jew gamma. Għalhekk hu ta’ tiksir ir-ras fejn taħżen dan il-materjal ’il bogħod mill-ħajja u minn fejn ma jiskappax u ma jixteridx.
Min-naħa l-oħra, il-bnedmin tad-dinja għandhom bżonn l-elettriku.
Il-power stations li jaħdmu bil-faħam jew bl-LNG irridu nieqfu nużawhom għax dawn qed iġibu bidla fil-klima. Għalhekk l-użu tal-enerġija nukleari hu rakkomandabbli basta nkunu żguri li nistgħu nevitaw inċidenti bħal ta’ Fukushima u Chernobyl.
8 Nimxu Id F’Id - Mejju 2023 . . .jikteb
Liema hi t-tajba: uġigħ jew uġiegħ?
It-tajba hija l-ewwel waħda, jiġifieri ‘uġigħ’ (mingħajr l-ie). Nomi verbali, jiġifieri nomi li jitnisslu minn verb, qatt ma jieħdu l-ie.
Ara l-eżempji li ġejjin: weġġa’ (verb) = uġigħ (nom verbali)
qala’ = qligħ
tefa’ = tfigħ
żera’ = żrigħ
Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd.
Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com
Nimxu Id F’Id - Mejju 2023 9
. . .niktbu bil-Malti tajjeb Ortografija Maltija
tal-Qasam Mid-Djarju
Ix-xahar t’April din is-sena daħħalna mill-ewwel ma’ żmien il-Ġimgħa Mqaddsa. Is-Sibt
1 t’April sar it-tberik u l-ftuħ
taċ-Ċena tas-Sinjur mill-
Arċipriet Mons Jimmy Xerri u wara saret il-laqgħa tal-
Ġuvintur tal-Ewwel Sibt.
Matul il-ġimgħa din il-Wirja
kienet miftuħa li fiha żaruha
fost oħrajn tfal tal-iskejjel, viżitaturi barranin u bosta
Maltin li kienu hawn għall-btajjel tal-Għid. Dan minbarra ’l bosta
Għawdxin u Nadurin li temmew il-viżti tagħhom permezz taż-żjara f’din l-
għorfa. Din is-sena sar ir-restawr fuq l-istatwa ta’ San Pietru mill-
istatwarju James Azzopardi.
Organizzajna wkoll il-Viżti
tas-Seba’ Knejjes għat-tfal,
adolexxenti, ġenituri u ħbieb
nhar il-Ġimgħa l-Kbira
filgħodu. Kienu bosta dawk
li aċċettaw din l-istedina li
fiha żorna dawn is-sepulkri u
quddiemhom tlabna talb tal-
Fundatur San Ġorġ Preca.
10
Nimxu Id F’Id - Mejju 2023
Il-Ġimgħa ta’ wara l-Għid
kellna wkoll il-Play “Ir-Rigal
tan-Nannu” li ttellgħet darbtejn
fis-Sala tal-Qasam tagħna.
Il-play kienet f’idejn ħabibna
Joseph Farrugia u fiha ħadu
sehem l-adolexxenti tal-Qasam
tagħna. Prosit lil dawk kollha li
taw il-kontribut tagħhom, mhux
biss atturi imma wkoll dawk
kollha li ħadmu wara l-kwinti.
Ħadna wkoll gost immens
li preżenti għall-ewwel
rappreżentazzjoni kellna fostna
lid-Delegat tas-Soċjetà, Joseph
Bonnici, filwaqt li għat-tieni
rappreżentazzjoni kellna wkoll
lis-Superjur Ġenerali Roberto Zammit.
Matul April kellna wkoll il-Quddiesa tax-xahar li saret b’suffraġju
ta’ ħu s-soċju Leli Attard, Fredu Attard, ħabib kbir tal-Qasam tagħna, li ma kien ifalli qatt il-laqgħa tal-Ewwel Sibt. Flimkien mat-tfal u l-adolexxenti tagħna attendew ukoll il-familjari ta’ Fredu. Qaddes għalina Mons Ġużepp Attard li jiġi wkoll ħu Fredu.
Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubienNadur u fuq issuu.com/NimxuIdf’Id
-
Id F’Id
Mejju 2023 11
Mark Nimxu
Fuljett maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur