Ritratt tal-faċċata: BERWIEQ - Asphodelus Ramosus (Branched Asphodel). Komuni ħafna madwar il-pajjiżi Mediterranji. Twarrad bejn Frar u Mejju. Għandha reżistenza tajba għas-sħana u għan-nixfa peress li kapaċi żżomm ħażna ta' ilma flgħeruq. Tossika għall-bhejjem meta tkun friska iżda meta tinxef tkun tista' tittiekel.
Ritratt meħud fi Ġnien Kenuna fis-17 ta’ Jannar 2024 - Martin Attard
Triq it-Tiġrija Nadur Tel: 21552161 & FURNITURE
Nimxu Id F’Id - April 2024
ħarġa - numru 530
GħandekMinuta?
Fil-fuljett tal-Ġiżwiti Lil Ħbiebna ta’ Jannar-Marzu 2016, hemm ġrajja li bilkemm titwemmen. Kienet lejla kiesħa tat-12 ta’ Diċembru 1939. Fil-belt ta’ Katmandu, fin-Nepal, ħdejn skola tal-Ġiżwiti nstema’ xi krib. Il-patrijiet ħarġu malajr u raw mara kokka fl-art, tokrob bl-uġigħ għax kienet waslet biex twelled lit-tarbija tagħha. Malajr marru għal xi sorijiet li kellhom kunvent fil-qrib li daħħluha ġewwa u hemmil-mara welldet lil binha.
Il-mara għexet fil-kunvent tas-sorijiet għal xi żmien u mbagħad wara li rċeviet ħafna għajnuna marret lura lejn darha. Iżda dejjem kienet tgħid lit-tifel li kienu l-patrijiet Ġiżwiti li salvaw lilu u lilha fil-lejl ta’ twelidu. U t sikwit iżur lil dawn il-Ġiżwiti u jitkellem magħhom. Jurihom kemm għadu japprezza dak li għamlu għalih.
Iż-żmien baqa’ għaddej u meta t-tifel għalaq it-12-il sena xtaq li jibda jattendi l-iskola ta’ dawn il-Ġiżwiti għad li familtu kienet Hindu. Il-Ġiżwiti li kienu drawh aċċettawh bil-ferħa anke jekk ommu ma kellhiex biex tħallas il-miżata. U tant ra mħabba u rispett mill-patrijiet li l-ġuvnott wera x-xewqa li jitgħammed. Ommu ma ħassritlux. Fil-fatt attendiet għall-magħmudija ta’ binha li issa ħa l-isem ta’ Anthony Francis Sharma.
Meta kiber ftit ieħor wera x-xewqa li jistudja għall-Ġiżwita u snin wara ġie ordnat sacerdot. U beda jgħallem fil-kulleġġ ta’ St Joseph f’Darjeeling fl-Indja. Imbaghad kompla f’ħafna ħidmiet pastorali li wassluh biex jintgħażel bħala Isqof. Illum Bishop Anthony Francis Sharma hu magħruf għal ħafna skejjel li rnexxielu jiftaħ fin-Nepal li għallmu eluf ta’ tfal Nepaliżi. U dan kollu kien jintilef kieku l-Ġiżwiti li semgħu l-krib baqgħu ġewwa bl-iskuża li din mhix biċċa tagħhom.
Jalla aħna wkoll nitgħallmu nagħtu kull għajnuna fejn naraw il-ħtieġa. Anke jekk lil min ngħinu ma jsirx isqof xorta ta’ għemilna nirċievu ħlas xieraq mingħand Dak li għallimna li dak li nagħmlu mal-oħrajn hu jqisu magħmul lilu stess.
1
DrCoronatoGrech Mill-pinnata’
Sema blu
L-atmosfera ta’ madwar id
b’vantaġġ kbir għalina, twaqqaf ħafna
mir-radjazzjonijiet li fil-fatt huma
perikolużi għal ħajja, u tħalli jgħaddu biss
dawk tad-dawl viżibbli għal għajnejna u
xi radiowaves. U għalhekk aħna nistghu
nibnu radiotelescopes u ‘naraw’ lbid‘dawl’ tar-radiowaves.
Issa d-dawl viżibbli tax-xemx li
jidħol fl-atmosfera meta jiltaqa’ mal
molekoli komuni, li huma dawk
tan-nitrogen u oxygen, jiġi mferrex
minnhom, u l-iktar milquta huma dawk
vjola u blu. (Dan il-fenomenu jissejja
Ingliż John Rayleigh li skoprieh, minn esperimenti li għamel fil-1871.)
Ir-raġuni hija li dawn huma molekoli żgħar u l-iktar dawl imferrex
minnhom huwa dak tal-inqas wavelengths, jiġifieri dawk vjola u blu. U dawk huma l-kuluri li suppost naraw. Però ċ-ċelloli ta’ għajnejna jidher li huma sensittivi iktar għall-blu milli għall-vjola u għalhekk naraw is-sema blu.
(. . .ikompli fil-ħarġa ta’ Mejju)
4 Nimxu Id F’Id - April 2024
Il-Ħawwiefa
Il-ħawwiefa, common house martin, hija għasfur li jixbah ħafna lill-ħuttaf. Fil-fatt fil-Bibbja ġieli ntużat il-kelma ħuttafa jew ħawwiefa għall-istess għasfur. Hu għasfur irqiq u ħafif għax jgħaddi ħafna minn ħajtu jtir u jaqbad l-ikel tiegħu li jikkonsisti f’insetti żgħar. Hu għasfur tal-passa komuni li jiġi anke f’pajjiżna kemm fil-ħarifa kif ukoll fir-rebbiegħa.
F’pajjiżna beda jbejjet fl-1981 fil-Mosta, bejta li hu jagħmel mit-tajn, qisha kikkra, imwaħħla ma’ xi blata jew xi
dar. Skont l-ornitologu Natalino
Fenech probabbli li f’Għawdex kienu
jbejtu qabel ukoll għax għandna qawl
li jgħid li l-ħawwiefa tbejjet f’April u f’Mejju u meta jtajru l-frieħ f’Awwissu, jitilqu minn pajjiżna. Interessanti li f’ċerti rħula tagħna lill-ħawwiefa kienu jsejħulha ‘soru’
jew ‘kalzettiera’ minħabba r-rix li
għandha ma’ saqajha. L-irġiel u n-nisa għandhom l-istess kuluri.
Fil-ktieb tas-Salmi nsibu: “Sal-għasfur isib fejn jgħammar, u l-ħuttafa ssib il-bejta ħdejn l-artali tiegħek; hemm hi tqiegħed iż-żgħar tagħha, Mulej tal-eżerċti, Sultan u Alla tiegħi!” (S 84, 3). Interessanti li Prof Saydon juża l-kelma ħawwiefa flok ħuttafa fit-traduzzjoni tiegħu tal-Bibbja mill-oriġinal għall-Malti.
Nimxu Id F’Id - April 2024
5
. . .jikteb Ritchie Grech
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.
L-awtoritajiet tal-Università ta’ Aberdeen ferħu meta s-sinjurun Alex Henderson, Skoċċiż dilettant tal-arti, ħallielhom pittura sabiħa li kienu jgħidu li hi l-prodott ta’ studenti li kienu jitgħallmu għand l-artist famuż Canaletto. Il-pittura kienet turi binja antika Rumana.
Iżda fil-bidu tas-sena 2018, espert tal-arti waqaf issummat quddiem il-pittura u talabhom iħalluh jifliha sew. U wara ħafna studju u riċerki ddikjara li l-pittura fil-fatt hi ta’ Canaletto nnifsu u mhux tal-istudenti tiegħu. U hekk f’ħakka t’għajn, pittura li kienet tiswa ftit eluf saret tiswa fuq 2 miljun lira sterlina.
Ħabat tajjeb li l-Università għożżiet l-għotja tal-benefattur tagħhom għax kieku kien jibqa’ jiddispjaċihom. Kultant anke aħna ma napprezzawx biżżejjed is-sabiħ ta’ Tqarbina u nitilfuha billi nibdulha ma’ xi ħaġa li ħdejha ma tkun tiswa xejn.
6 Nimxu Id F’Id - April 2024
Shannon Rose Forester ħadet sorpriża sabiħa f’Awwissu 2017 meta xi ħadd wasslilha ċurkett li hi kienet tilfet meta kienet l-iskola, kważi 38 sena qabel. Iċ-ċurkett ma kellux valur ta’ flus imma valur sentimentali għax kien ifakkar lil Shannon fi tfulitha. Min tahulha sabu fid-dar ta’ missierha meta dan miet u kienu qed inaddfu kull rokna qabel ibigħu d-dar. U f’kexxun minnhom raw dan iċ-ċurkett bl-isem ta’
Shannon u b’dak tal-iskola li kienet tattendi 1979. Imbagħad permezz tal-facebook sidt li issa kienet qed toqrob lejn sittin sena.
Qalet meta ppreżentawhulha: “Kull meta nħares lejh nerġa’ niftakar fi tfuliti.”
Għax it-tfulija żmien sabiħ. Jalla ma naħluhx fix-xejn imma nużawh biex ninbnew b’karattru sod għall-futur. It-tagħlim Nisrani li nirċievu fil-klassijiet tagħna jgħinna f’din il-binja. Nimxu
Id F’Id - April 2024 7
Il-Gravità
Jgħidu li Isaac Newton ispira ruħu dwar il-gravità meta ra tuffieħa taqa’ minn siġra. Din il-ġibda teżisti bejn kwalunkwe żewġ oġġetti. Imma hi ġibda dgħajfa jekk l-oġġetti jkollhom piż żgħir. Biex tinħass, tal-inqas wieħed mill-oġġetti jrid ikollu piż kbir ħafna: bħal pereżempju nħossu l-ġibda tad-dinja fuqna għax din għandha piż kbir.
Il-ħelwa hi li jekk oġġett ta’ 50 kilo
jinġibed bil-gravità tad-dinja b’500
newton, l-oġġett min-naħa tiegħu jiġbed lid-dinja bl-istess ammont. Għax il-forzi
jiġu dejjem bħala pari. Jekk A jiġbed lil
B, B jiġbed lil A bl-istess ammont u f’direzzjoni opposta u b’ġibda tal-istess
natura. Dan il-prinċipju jissejjaħ it-Tielet
Liġi ta’ Newton dwar iċ-ċaqliq. Newton wasal għall-konklużjoni li l-ġibda tal-gravità ssir kwart jekk id-distanza bejn l-oġġetti tirdoppja. Liġijiet bħal dawn jissejħu inverse square laws. Einstein ħareġ b’idea oħra dwar il-gravità. Din it-teorija hi iktar eżatta minn ta’ Newton u tgħid li l-piż ta’ oġġett ibiddel il-qafas tal-ispazju u tal-ħin. Issa ukoll (!), qed jgħidu li teżisti graviton, oġġett żgħir ħafna li jittrażmetti l-ġibda tal-gravità bejn żewġ oġġetti u dan kollu fit-teorija ta’ quantum gravity.
Hekk timxi x-xjenza: kull teorija tipprova tispjega l-affarijiet li
naraw madwarna u nistgħu nqisu kull teorija qisha approssimazzjoni u teorija tersaq lejn il-fatti iktar minn oħra.
8 Nimxu Id F’Id - April 2024 . . .jikteb
Portelli
Joe
tal-Qasam Mid-Djarju
L-aħħar parti tax-xahar ta’ Marzu kienet iddedikata għall-Ġimgħa
Mqaddsa. Ftaħna ċ-Ċena tas-Sinjur fil-preżenza tal-Arċipriet Mons
Jimmy Xerri u s-Sindku
Edward Said. Din il-wirja
baqgħet miftuħa matul
il-ġimgħa kollha anke
filgħodu. Żaruha tfal taliskola, turisti, Maltin u Għawdxin. Kien hemm
min żarha għall-ewwel
darba imma kien hemm
bosta oħrajn li żaruha
kemm-il darba u kellhom
kliem ta’ tifħir għall-aspett artistiku ta
10 Nimxu Id F’Id - April 2024
’ din il-Mejda tal-Appostli.
Nhar il-Ġimgħa lKbira filgħodu żammejna
t-tradizzjoni tal-Viżti tas-
Seba’ Knejjes fin-Nadur.
Kienu bosta dawk it-tfal, adolexxenti, ġenituri u ħbieb li ngħaqdu magħna
f’dan il-ħin ta’ adorazzjoni lil Ġesù fl-Ewkaristija.
Dawn il-viżti kienu
akkompanjati bit-talb talFundatur.
Fil-ġimgħa ta’ wara ftaħna l-Museum bħas-soltu. Tajna
figolla lit-tfal u lilladolexxenti kollha li
jattendu. Kienu wkoll jiem
ta’ mistrieħ għalina
l-membri kif ukoll lit-tfal.
Matul din il-ġimgħa lqajna
wkoll bosta gruppi
mill-Oqsma Maltin li
żaruna u għaddew xi ftit
ħin tal-mistrieħ fil-grawnd.
Mark
Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna
tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur
u fuq issuu.com/Nimxu Id f’Id
Nimxu Id F’Id - April 2024 11
maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur
Fuljett