Nimxu Id f'Id - Frar 2023

Page 1

Ritratt tal-faċċata: ZAKAK ABJAD (Motacilla Alba) - Bl-Ingliż White Wagtail.

Għasfur komuni ħafna fix-xitwa. Issibu kullimkien, kemm fil-beraħ tal-kampanja, kif ukoll fl-inħawi urbani. Ma tantx jiddejjaq min-nies. Ġieli narawh jippassiġġa f’toroq mhux traffikużi jew jinżel f’xi bitħa. Jiekol kulma jsib. Qabel jidlam jinġemgħu fi qtajja’ kbar u jfittxu siġar f’postijiet urbani. F’Malta ssibhom l-aktar fil-Pjazza tal-Assedju l-Belt Valletta u f’Għawdex fil-Pjazza tat-Tokk u fil-Pjazza t’Għajnsielem. Mhux ta’ min jipparkja l-karozza taħt dawn is-siġar, speċjalment matul il-lejl!!

Ritratt meħud fit-2 ta’ Jannar 2022 f’Wied Binġemma, in-Nadur - Martin Attard

Nimxu Id F’Id Frar 2023

ħarġa numru516

GħandekMinuta?

Ma nafx jekk qattx rajt xi statwa jew stampa ta’ San Pietru Martri ta’ Verona. Jekk rajt aktarx li laqtek il-fatt li s-sebgħa werrej tal-qaddis ikun dejjem imċappas bid-demm. Wara dan il-fatt hemm storja qawwija ħafna.

San Pietru ta’ Verona twieled fl-1206 u minn età żgħira ltaqa’ ma’ San Duminku, il-fundatur tal-patrijiet Dumnikani. Dan impressjona ruħu bit-tjubija talġuvnott Pietru u ħajru jidħol fil-kongregazzjoni tagħhom. Pietru laqa’ l-istedina. Studja u meta sar saċerdot iddedika ħajtu għall-predikazzjoni.

F’dak iż-żmien il-Knisja kienet qed tiġi ppersegwitata minn ereżija msejħa tal-Katar.

B’tagħlim sod bibliku u b’ħeġġa tal-għaġeb dan is-saċerdot beda jdur belt wara l-oħra fl-Italja biex iwaqqa’ u jxejjen it-tagħlim ħażin u żbaljat tal-Katari.

Dan naturalment xejn ma niżel tajjeb ma’ dawk li kienu jmexxu din l-ereżija. Bdew jaraw x’setgħu jagħmlu biex iwaqqfuh. Darba, meta kien sejjer lura l-kunvent ġie attakkat minn grupp ta’ nies li kienu jappartjenu lill-Katari u wieħed minnhom f’dagħdigħa ta’ qilla resaq fuqu u tah daqqa ta’ lexxuna fuq rasu. Pietru waqa’ mal-art u bid-demm inixxi mill-ferita kiteb tliet kelmiet fl-art: Credo in unum Deum . . . Nemmen f’Alla wieħed. Proprju għalhekk li fl-istampi u fliskulturi jġibuh b’sebgħu mċappas bid-demm. Biex ifakkru dan il-martirju.

Il-kuraġġ tal-qaddisin inissel fina qawwa qaddisa biex quddiem l-eżempji ħżiena ta’ dawk ta’ madwarna nibqgħu mexjin fi triq it-tajba. Anki jekk dan ifisser xi ftit mistħija jew tbatija.

1

Wirt il-Fundatur

X’jaf min ma ġarrabx?

Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.

X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja?

 Tgħallimt li nirrassenja ruħi f’kollox.

 Tgħallimt inħenn kif nista kulħadd.

 Tgħallimtnagħtililkullwie lihutiegħu.

 Tgħallimtnagħderlilkulħadd.

 Tgħallimtlimanagħmilxdaklimarridxlili.

 Tgħallimtngħakkesgħajnejja.

Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqda tiegħu fl-1956 permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien

iħobb isejħilhom il‘four pages’. Din il-kitba ġiet stampata għall-pubbliku fl-2005.

2

Nimxu Id F’Id - Frar 2023

Dun Ġorġ ħallielna teżor . . .f’kitbietu

Il-Mistoqsija Oħt il-Għerf

Meta hi l-iqsar ġurnata u meta l-itwal waħda?

Għalina li noqogħdu fiż-żona tal-Mediterran u għal dawk kollha li joqogħdu n-naħa ta’ fuq tat-tropikali, l-iqsar ġurnata hi l-21 ta’ Diċembru u l-itwal il-21 ta’ Ġunju. F’dan il-jum ta’ Ġunju jkollna ħafna sigħat ta’ dawl (mill-4 ta’ filgħodu sad-9.00 ta’ bil-lejl – 17-il siegħa ta’ dawl li jonqsu għal madwar 10 sigħat f’Diċembru). Iżda iktar ma nitilgħu ’l fuq iktar din id-differenza tidher. Hemm pajjiżi ħdejn l-artiku li jkollhom iktar minn għoxrin siegħa ta’ dawl imma mbagħad fix-xitwa jisbaħ fl-10.00am u jidlam fis-2.00pm.

Fil-21 ta’ Marzu u fil-21 ta’ Settembru nkunu f’nofs din il-bidla u fil-fatt dawn id-dati huma l-bidu tal-istaġuni. . . ix-xitwa, ir-rebbiegħa, is-sajf u l-ħarifa.

Nimxu Id F’Id -
2023 3
Frar

Mill-pinna ta’ Dr Coronato Grech

Xi kwotazzjonijiet inkoraġġanti

taqtir tad dmugħ tal lum huwa

QAWSALLA
IL-

Iċ-Ċerva

Iċ-ċerva hi mammiferu li kien jinstab

fil-wesgħat xagħrja tal-Palestina. Iċ-ċerva hi annimal li kien ammirat għall-ġmiel tiegħu, meqjus mal-annimali safja u għalhekk seta’

jittiekel (Dewt 14, 5). Fil-fatt kien platt komuni

fil-menù ta’ Salamun: “…barra miċ-ċriev u l-gazzelli uantilopi ubhejjem għariba” (1 Sl 5, 3). F’Salm 18, 34 l-awtur jikteb li Alla

“jagħmilli riġlejja bħal riġlejn iċ-ċriev.” Isaija

jxebbah ir-ritorn tal-poplu lura lejn artu mimli

ħeġġa: “imbagħad jaqbeż iz-zopp

bħaċ-ċerv...” (Is 35, 6) u Ħabaqquq jafda

fil-Mulej: “jagħmilli riġlejja bħal taċċriev” (Ħab 3, 19). L-għarusa fl-Għanja tal-Għanjiet ixxebbah il-maħbub tagħha: “donnuħaninigħażżielajewferħta’ ċerv” (Għan 2, 9. 17). L-awtur tal-Lamentazzjonijiet isemmi l-ħerba ta’ Ġerusalemm fejn: “il-kbarat tagħha saru bħaċ-ċriev” (Lam 1, 6). U lill-mara modesta l-Ktieb tal-Proverbji jgħid li hi: “bħalċervagħażiża” (Prov 5, 19). Imma liż-żienja: “iblah li hu, mar warajha. . . bħal ċerv marbut rabta sewwa” (Prov 7, 22).

Hemm diversi speċi ta’ ċriev u ma nafux eżatt għal liema speċi eżatta qed jirreferi l-awtur. Fil-fatt ġieli jsemmu ċ-ċerva u ġieli jsemmu l-għażżiela li huma differenti. Jissemma wkoll ir-roe deer li fil-Malti tniżżlet bħala ċerva, imma Mons Saydon uża l-kelma jaħmur, b’referenza għaċ-ċerva l-ħamra; l-ibex jew addax li fil-Malti ntuża l-kliem mogħża selvaġġa u

Saydon kiteb aqqo; u x-chamois li hi l-kamoxx (fil-fatt il-kamoxxa li nużaw kienet tiġi mill-ġilda tagħha) u Saydon uża l-kelma żemer (Dewt 14, 5).

Nimxu Id F’Id - Frar 2023

5
. . .jikteb Ritchie Grech

Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.

Meta Joan Wells, bużnanna minn Dornoch fl-Iskozja, għalqet

89 sena f’Lulju 2015, uliedha u wlied uliedha staqsewha x’tixtieq

bħala rigal ta’ għeluq sninha. U din pronta talbithom li tixtieq ferm li tagħmel skydive. . .

tintelaq minn ajruplan marbuta ma’ parachute.

Ma tantx qablu ma’ din ix-xewqa għax beżgħu li Joan ma tkunx tiflaħ għal din il-battikata

iżda ma ridux jiksrulha xewqet qalbha.

U xewqitha ntemmet

b’wiċċ il-ġid bi tbissima fuq fomm kulħadd.

6 Nimxu Id F’Id - Frar 2023

Fir-Rumanija ftit huma dawk in-nies li jagħtu d-demm. Jew jibżgħu, jew jgħidu li ma għandhomx ħin jew isostnu li dan jista’ jġib il-mard.

Insomma ħafna kawteli biex

din l-opra qaddisa ta’ karità ma tingħatax.

L-awtoritajiet fi sforz

biex iżidu lil persuni li

jkunu lesti li jagħtu d-demm

ħarġu b’idea oriġinali.

Jagħtu biljett għal xi serata

mużikali speċjali. Min

ħareġ bl-idea qed jgħid li

l-esperiment qed jiġbed

ħafna klijenti ġodda.

Forsi titħajjar int ukoll meta tikber tingħaqad ma’ bosta oħrajn u

tagħti sehmek f’din il-karità kbira lejn ħutna l-bnedmin. Ir-rigal tal-karità

tiegħek jagħtihulek il-Mulej li wiegħed ħlas anki għal min jagħti tazza ilma

aħseb u ara għal min joffri ftit demm.

Nimxu Id F’Id - Frar 2023 7

L-Iskala Deċibel

L-iskala deċibel (decibel scale) hi skala li tkejjel il-qawwa tal-ħoss. L-inqas ħoss li nisimgħu b’widejna huwa żero dB (deċibel) li hu intensità ta’ 1 pW/ m2.. 1 pW hu 1 picowatt= 1 x10-12 W li hu wieħed minn miljun ta’ miljun ta’ watt. Dan hu ammont żgħir ta’ enerġija kull sekonda li qed taqa’ fuq wiċċ li hu kbir metru kwadru. Dan il-fatt juri kemm widnejna huma sensittivi.

Din l-iskala hi logaritmika (logarithmic scale ). L-iskala Richter tat-terremoti u l-iskala pH tal-aċti u tal-alkali huma wkoll logaritmiċi. Fi skala logaritmika (log) meta titla’ b’numru, il-kwantità ssir għaxar darbiet iktar. Għax fil-logarithms, 10 jiġi 1 u 100 jiġi 2. Dan isir biex kwantitajiet li jitbiddlu minn ftit għal ħafna jpoġġuhom fiċ-ċokon. Fuq l-iskala deċibel, kull darba li titla’ b’10 deċibels (li hu 1 bel), l-intensità (l-enerġija kull sekonda kull metru kwadru) issir 10 darbiet iktar imma widnejna jħossu li l-ħoss jgħajjat id-doppju.

Kont taf li fil-widna tagħna hemm

l-iżgħar tliet għadmiet ġo ġisimna li jgħidulhom il-martell, l-inkwina u l-istaffa (hammer, anvil, stirrup)?

Dawn iġibu ruħhom ta’ lieva (lever) u hekk ikabbru l-vibrazzjonijiet

ġol-likwidu fil-parti ta’ ġewwa tal-widna biex jintbagħat messaġġ lill-moħħ.

-

8 imxu Id F’Id
Frar 2023 .
.jikteb
.
Joe Portelli

Ortografija Maltija

bil-Malti tajjeb

X’suppost tikteb: tbajja’ jew tbajja?

It-tajba hija tbajja’ għax niktbu tebgħa u għalhekk fil-forma

tal-plural nagħmlu appostrofu biex nirrappreżentaw l-għ.

Agħti ħarsa lejn xi eżempji ta’ aktar kelmiet simili hawn isfel:

telgħa = tlajja’

qatgħa = qtajja’

sengħa = snajja’

Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd.

Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com

Nimxu Id F’Id - Frar 2023 9
. . .niktbu

Mid-Djarju

tal-Qasam

Wara l-attivitajiet

sbieħ li ġab ix-xahar ta’

Diċembru, mal-bidu tax-

xahar ta’ Jannar bdejna

nżarmaw it-tiżjin kollu

marbut mal-Milied flimkien

mal-presepju artistiku li

kellna din is-sena.

Mill-ġimgħa ta’ wara mbagħad beda

x-xogħol fuq iċ-Ċena tas-Sinjur li din

is-sena tinfetaħ fit-2 t’April. Din is-sena

l-bini ta’ din il-wirja reġa’ lura fis-sala

t’isfel minn fejn kienet ittellgħet għallewwel darba lura fl-1989. Ma nfetħitx biss

fl-2020 minħabba li l-attivitajiet kollha

kellhom jitħassru kif ukoll fl-2021. Is-sena

l-oħra saret fil-kamra tal-ġenituri.

Nirringrazzjaw lil dawk l-old boys u

adolexxenti li qed jagħtu daqqa t’id.

10 Nimxu Id F’Id - Frar 2023

Wara l-Milied ir-

rutina tal-Qasam tagħna

reġa’ lura għan-normal.

Fit-tieni Ħamis tax-xahar

kellna l-quddiesa fil-

qasam. Qaddes għalina

Mons Ġużepp Attard li

beda jfisser il-liturġija

tal-Quddiesa, inizjattiva li ser ikompli jagħmel

fil-quddiesa tal-qasam

kull xahar.

Ma’ nofs Jannar il-gżejjer Maltin inħakmu minn maltemp xitwi li kien

għadu ma deherx fostna filġimgħat ta’ qabel. Minħabba dan kellhom jitħassru xi passiġġati imma irnexxielna norganizzaw mixja sa Wied il-Mielaħ f’nofs ix-xahar. Nistiednu lil aktar adolexxenti biex jingħaqdu magħna filġimgħat li ġejjin.

Mark

Nimxu Id F’Id - Frar 2023 11 forma diġitali. Żur il-Paġna http://www.facebook.com/MuseumSubienNadur u fuq issuu.com/NimxuIdf Id
Fuljett maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.