Il-Hbieb Isejhu - Lulju 2024

Page 1


Il-}bieb

Iben t'Alla sar Bniedem

LULJU2024 numru 695

William Taft ma hux wieħed mill-Presidenti aktar maħbuba. Ħafna jqisuh li kien fjask. Hu stess kien jgħid Whitehouse kien għalih qisu żmien il-ħabs. Kien drawwiet li għalih ma kienu jfissru xejn. Irid iqum xħin jgħidulu, imur fejn jgħidulu u jagħmel li jgħidulu. Qatt ma ppretenda li ħajja ta’ President hi daqstant manipulata u kultant monotona.

Iżda ftit kienu l-Presidenti Amerikani li laħqu lil Taft fil-persuna tiegħu. Kien jiżen fuq 350 libra (160 kilo). B’żaqq imdendla quddiem ma kienx jidher li tant joqgħod lura fl-ikel u ma tantx kien minn ta’ quddiem fl-eżerċizzju. Is senatur ta’ New York Chauncey Depew kien iħobb jiġbidlu saqajh quddiem l-oħrajn dwar persuntu. Darba quddiem ġemgħa mdaqqsa messlu żaqqu u staqsieh:

“Sur President, x’ser issemmi meta jitwieled jew titwieled?”

Taft ħares lejh bl-ikrah u qallu:

“Jekk ikolli tifel insemmih William, jekk tifla nsemmiha Theodora u jekk ta’ żaqqi hu biss gass u riħ insemmih Chauncey, għalik!”

U minn dakinhar Chauncey ma azzarda qatt iktar jiċċajta dwar żaqq ilPresident.

Sentenza li kien iħobb itenni kienet:

“Aħjar ikla ta’ fqir imma ħieles mill-ikla presidenzjali u mjassar.”

Għax kos fil-ħajja l-fqir jixxennaq li jkun President u l-presidenti jixtiequ li jkunu ħielsa bħall-fqar. Donnu ħadd ma hu kuntent b’xortih. Ejjew naħdmu biex insiru aħjar imma nistinkaw ukoll biex naċċettaw xortina għax kull tip ta’ ħajja fiha t-tlajja’ tagħha.

Niftakar…

Ma nafx għaliex

imma Assisi tibqa’ belt

li għalija għandha post speċjali.

Forsi għax żortha iktar minn darba

forsi għax qrajt fuqha

u fuq il-qaddis patrun tagħha

jew forsi

għax għandha seħer misterjuż

fuq dawk kollha li jaħslu jpassu

t-toroq tagħha.

Jekk tieqaf taħseb

tistħajjel lil Franġisk ta’ Assisi qed ikanta

l-għanjiet tiegħu favur il-ħolqien

u favur kull ħliqa

li sawwar il-Mulej

fl-omnipotenza tiegħu.

Għax trid u ma tridx

meta tkun qed tpassihom

tiftakar li f’dan l-imkien

għex Franġisku

iben sinjurun

iżda li għażel li jgħix ta’ fqir u ġidu qassmu lil dawk li ma kellhomx għaxja ta’ lejla.

Pietru Bernardone kellu

ħanut kbir tal-ħwejjeġ f’Assisi u kien imqabbad sew.

Kien sinjur u negozjant ta’ ħila li xtaq li ibnu Franġisku jidħol fil-mestier tiegħu.

U għalhekk ħadha bi kbira meta dan għażel triq oħra.

Għażel li jqassam ġidu lill-imġewħa u hu jitħaddan mal-virtù tal-faqar.

Ħasbu qed jiġġennen. Irrappurtah lill-Isqof u ddikjara pubblikament li ma jqisux bħala ibnu li ma kienx ser jagħmel tajjeb għad-dejn tiegħu.

għax kien waqqgħu għaċ-ċajt

ma’ sħabu n-negozjanti

u man-nies kollha ta’ Assisi.

Ħafna ħasbu li Franġisk tilef xortih iżda min jaqra ħajtu jifhem li fil-fatt kien sabha u ġibed għal warajh, għexieren, mijiet, eluf ta’ żgħażagħ.

U tul is-snin nibtu qlub oħra li għadhom sal-lum ifasslu ħajjithom fuq l-għażla li għamel il-fqajjar ta’ Assisi mijiet ta’ snin ilu.

U kif konna mexjin bil-lajma fit-toroq ta’ din il-belt sabiħa waqaft u fhimt

x’jista’ jagħmel bniedem wieħed li jkun lest jisma’ u jagħmel dak li Alla jkun irid minnu.

Ma riedx jisma’ bih iżjed 3

Iktar minn intelliġenza artifiċjali jidher li hemm bżonn imqar ftit iktar intelliġenza naturali.

Dan l-aħħar qed tissemma sew lintelliġenza artifiċjali. Xi jkun dan il-fenomenu? Ma jidhirx li huwa suġġett ħafif. Ibda biex lanqas għandna definizzjoni preċiża ta’ intelliġenza naturali, jew kif inkejluha sew.

Skont definizzjoni minnhom, intelliġenza naturali umana hija lkapaċità mentali li, fost l-oħrajn, tinvolvi l-abbiltà li tirraġuna, tippjana, issolvi problemi, taħseb fl-astratt, tifhem ideat ikkumplikati, tifhem sitwazzjoni malajr, u titgħallem millesperjenza. Ovvjament dawn huma kollha ta’ vantaġġ bijoloġiku u evoluzzjonarju, tant li l-iskantament huwa li lbnedmin biss żviluppaw

daqshekk intelliġenza.1

U kif jidher din l-intelliġenza mhix ħaġa ħafifa tistudjaha jew tkejjilha. Forsi l-iktar test magħruf huwa dak imsejjaħ intelligent quotient jew IQ. Dan suppost ikejjel kif xi ħadd juża informazzjoni, loġika u memorja biex isolvi lista ta’ problemi. Intużat fit-tfal, impjiegi, u militar fost l-oħrajn. Però dan it-test jiffoka biss fuq sett ta’ abiltajiet u mhux kapaċitajiet oħra daqstant kreattivi u importanti. Pereżempju aboriġini li aktarx ma jgħaddux minn test IQ konvenzjonali, kapaċi jgħixu ħajjithom kollha flambjent niexef u deżolat Awstraljan fejn xi ħadd b’IQ għoli ħafna jmut fi ftit ġranet.

1. L-awtur Isaac Asimov fil-ktieb The Dangers of Intelligence jargumenta li lintelliġenza hija fil-fatt perikoluża għax tagħmilna differenti mill-annimali l-oħra kollha u bit-tekonoloġiji nistgħu ngħixu iktar, nitkattru iktar, nużaw l-ambjent, naħlu r-riżorsi u finalment ninqerdu. Annimali bħall-ġrieden u insetti, għalkemm bi ftit jew xejn intelliġenza huma fil-fatt iktar ta’ suċċess. Hekk tal-inqas jaħsibha Asimov.

L-intelliġenza artifiċjali, skont definizzjoni minnhom, hija lkapaċità ta’ kompjuters li jimitaw xi wħud minn dawk il-fakultajiet meqjusa intelliġenti fost ilbnedmin, bħal rikonoxximent ta’ vuċi, kalkulazzjonijiet, traduzzjonijiet ta’ lingwi, soluzzjonijiet ta’ problemi, analiżi ta’ ħafna data, u teħid ta’ deċiżjonijiet. Ovvjament iddettalji tekniċi ta’ dawn ilfakultajiet huma ferm u ferm ikkumplikati minn din iddaqsxejn ta’ deskrizzjoni.2

mhix daqshekk riċenti. Anke fid dinja antika kien hemm statwi jew statwetti li kienu jiċċaqilqu qishom waħedhom. Wieħed mill-

ewwel eżempji, minn madwar issena 400 QK, kien ħamiemu jiċċaqlaq li vvintah ħabib talfilosofu Platun. Jew ċertu Hero ta’ Lixandra (l-ewwel seklu WK) li kien matematiku u inventur u għalliem fil-librerija famuża ta’ Lixandra, u li fost l-oħrajn, ivvinta apparat jaħdem bl-istim li bih il-bibien tat-tempju kienu jidhru li qishom qed jinfetħu waħedhom, għall-istagħġib kbir tad-devoti. Fost in-noti estensivi ta’ Leonardo da Vinci nsibu dettalji ta’ mudelli mekkaniċi jiċċaqalqu ta’ kavallier u ljun, u anke karru jimxi waħdu. U fil1601, l-ewwel missjunarji Ġiżwiti fiċ-Ċina ħallew impressjoni kbira mal-imperatur meta ppreżentawlu arloġġ kbir mekkaniku jaħdem u jdoqq. Meta mbagħad waslet irRivoluzzjoni Industrijali, li bdiet fl-Ingilterra madwar nofs is-seklu tmintax, il-magni saru qishom mostri dominanti. Ħafna ħaddiema mill-kampanja li marru fl-ibliet ifittxu xogħol sabu ruħhom imwaħħlin u mmexxija minn magni impersonali biex jagħmlu xogħol ripetittiv, monotonu u anke ġieli perikoluż. Ma kinitx ħajja sabiħa.

(Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-ħarġa ta’ Awwissu.)

2. Għal deskrizzjoni li aktarx tħallik bla nifs ara: Wikipedia - Artifical Intelligence. U din miktuba għall-qarrejja ġenerali!

Parir ġenwin

George Burns kien meqjus espert biex iwieġeb mistoqsijiet talqarrejja. Darba predikatur staqsieh:

“X’nista’ nagħmel biex in-nies ma jorqdux fil-prietki tiegħi?”

U Burns wieġbu:

“Ibda bi storja li tolqtok, spiċċa b’sentenza qawwija u bejn il-bidu u t-tmiem qis li jkun hemm ħin mill-inqas!”

Sultan Franċiż Karlu V kien -għana u biex jurihom kemm kien jistmahom kien jibnilhom gaġeġ tad-deheb. Iżda meta hu, jew ta’ madwaru, kienu xi darba jinsew il-bieba miftuħa, l-għasafar kienu jtiru ’l barra ferħana li kisbu l-libertà. Iddeheb li kien jgħassarhom ma kienx jinteressahom.

Kultant il-bniedem hu inqas intelliġenti mill-għasfur għax jagħżel li jgħix f’gaġġa tad-deheb u jinsa li jista’ jkun ferm iktar kuntent kieku ma jħallix ix-xenqa għall-flus iddallamlu ħsibijietu u tjassru għal ħajtu.

Inkunu għażilna li ngħixu f’gaġġa tad-deheb flok ħielsa fis-seħer talkampanja.

Ħbiberija

Joseph Haydn, il-kompożitur famuż kien

ħabib kbir ta’ ċertu Howell, li kien bejjiegħ tal-

kompożizzjonijiet mużikali. U jgħidu li l-ħbiberija ta’ bejniethom bdiet hekk.

Haydn daħal ġol-ħanut ta’ Howell u talbu jara xi biċċiet mużikali. Howell urieh xi mużika ta’ Haydn li hu qatt ma kien ra u għalhekk ma setax jagħrfu.

Ix-xerrej qallu, “Ma tant jogħġobni Haydn! Għandek mużika ta’ xi ħaddieħor?”

Howell imtela qilla. “Aħjar minn Haydn ma hawn ħadd u emminni ma nixtieqx inkompli naqdi lil min kapaċi jiddisprezza kompożitur ta’ tant ħila.”

Ix-xerrej għannaq lil Howell u urieh li fil-fatt hu kien Haydn u minn dakinhar nibtet bejniethom ħbiberija ġenwina tant li Howell kien ikollu dejjem l-ewwel kopji ta’ kull kompożizzjoni li Haydn kien joffri għall-bejgħ.

Kumpliment jogħġob lil kulħadd.

Mark Twain, l-awtur famuż Amerikan kien jgħid, ‘Kapaċi ngħix xahrejn fuq kumpliment ġenwin.’

Sinjali

Tliet żgħażagħ ċiklisti qabdu triq li minn raħal ċkejken kellha twassalhom sal-belt kapitali talEġittu, il-Kajr. Iżda qamet maltempata tar-ramel u dawn malajr tilfu t-triq. Ħadu r-ruħ meta raw raġel ġej b’karozza li dlonk waqqfuh u talbuh jgħidilhom iddirezzjoni lejn il-Kajr. Iżda ma setgħux jiftiehmu għax hu ma kienx jaf il-lingwa tagħhom u lanqas huma ma kienu jafu tiegħu. Imma s-sewwieq ħareġ millkarozza u wriehom bżaru aħdar. Kellu minnhom kaxxa sħiħa.

U telaq. Huma ma setgħux jifhmu x’ried jgħidilhom iżda malajr fehmu għax kull tant mijiet ta’ metri bdew jaraw bżaru aħdar mal-art. Kulma kellhom jagħmlu kien li jsegwu t-triq li kien qed jieħu r-raġel u din urihielhom permezz tal-bżar.

Min irid jagħmel karità jagħmilha anke b’kaxxa bżar aħdar.

IL-LAQGĦA TA’ ĠUNJU

Kellemna l-Arċipriet Mons Jimmy Xerri dwar il-qagħda preżenti tal-Knisja fi żmien il-Papat ta’ Franġisku. Ħa spunti wkoll mill-ktieb ‘The Afternoon of Christianity’ ta’ Thomas Halik. Halik ħa lidea ta’ ‘afternoon’ millpsikoloġija ta’ Jung fejn iqassam il-ħajja tal-bniedem filgħodu fejn

familja u jkun attiv ħafna. F’nofsinhar iħabbat wiċċu malproblemi tal-ħajja u waranofsinhar jew jintelaq inkella jimmatura u joħroġ l-aħjar tiegħu. U din tal-aħħar jara Halik. U lPapa Franġisku huwa persuna li rridu nifhmuh meta nitilqu millgħeruq tiegħu… fil-faqar talArġentina, man-nies komuni li jinsabu fil-periferija. U dak li qed jagħmel. Irid il-Knisja bħala sptar ta’ kamp tal-gwerra fejn idewwi kull tip ta’ tifrik tal-ħajja. Irid Knisja missjunarja li twassal ilmessaġġ tagħha lill-bnedmin kollha u kulħadd għandu x’joffri. Knisja sinodali li fiha hemm post għal kulħadd. Knisja li tħarrek lilma u qatt ma toqgħod fuq ‘għax dejjem hekk għamilna’. U filpapat tiegħu qed naraw ħafna

affarijiet li ma kinux isiru qabel… mar f’xi 11-il pajjiż Musulman; jagħti intervisti u

meta taqbiżlu xi kelma żejda jew li darrset lil xi ħadd, jitlob skuża. Jgħid li ma tistax issaltan il-paċi jekk l-opposti u dawk li minn dejjem kienu għedewwa ma jiltaqgħux flimkien… l-Insara mal-Musulmani.. kemm bħala sens ta’ fraternità kif ukoll għaliex għalih l-Ekumeniżmu mhux biss l-għaqda bejn il-knejjes Insara imma fratellanza bejn innies ta’ reliġjonijiet differenti. Ma rridux naqgħu fl-iżball li lil Ġesù nagħlquh fil-knejjes u ma nħalluhx joħroġ. Għall-Papa Franġisku ma hemmx abjad u iswed. Ħafna kwistjonijiet ma hemmx soluzzjoni ċara għalihom. Jammetti li ma hu xejn speċjali minn bnedmin oħra… ‘Min jien jien biex niġġudika?’ Huwa Papa kuraġġjuż li ma jibżax jibdel dak li ilu jsir… fl-Italja biddel ħafna djoċesijiet li dejjem kellhom

għal-LAQGĦA

TA’ LULJU

Kardinal. Għamel Kardinal lil Giorgio Marengo li jservi filMongolia fejn hemm biss 1400 Kattoliku. Temm il-lezzjoni interessanti tiegħu billi qal li lPapa preżenti hu l-Papa tasSamaritan it-tajjeb… li għalih kulħadd proxxmu, kollha għandna bżonn l-għajnuna ta’ xulxin.

Nirringrazzjaw lil Mons Jimmy Xerri tal-laqgħa sabiħa li għamlilna u nwegħduh it-talb tagħna fit-toroq li l-Mulej jurih.

Għal-laqgħa ta’ Lulju stedinna lil Ms Dorianne Cassar li hija għalliema u lecturer gradwata b’Liċenzjat fl-istudji bibliċi. Barra fi skola sekondarja u lUniversità tagħti wkoll korsijiet qosra dwar aspetti differenti tal-Bibbja. Fl-aħħar snin għamlitilna lezzjonijiet interessanti ħafna marbuta mal-Bibbja. Matul din illaqgħa ser tkellemna fuq ilġrajja sabiħa tal-laqgħa taddixxipli ta’ Emmaws malMulej irxuxtat. Bħalma għamlet fil-lezzjonijiet ta’ qabel żgur li ser tagħtina perspettiva differenti minn kif is-soltu mdorrija nisimgħu.

Għażiż ħabib immarka din iddata u ttawlilna. Żgur li toħroġ b’togħma tajba.

Mela ħabib nistennewk. Nhar is-Sibt 6 ta’ Lulju fit-8.00p.m.

Ejja int u ħajjar lil ħbiebek jiġu wkoll.

Ġesù… qabad tifel, qiegħdu ħdejh u qalilhom:

“Min jilqa’ ’l dat-tifel

f’ismi, jilqa’ lili; u min jilqa’ lili

jilqa’ ’l min bagħatni…” Luqa 9: 48

Tfal tal-iskola

bdew jgħaddu minn ġo ġnien ta’ koppja anzjana.

Għall-ewwel

l-anzjani ddejqu; is-sitwazzjoni rrabjathom.

Kienu jafu

li xi ħaġa trid issir

għaliex il-mixi tat-tfal kien qed ikissrilhom

il-paċi ta’ qalbhom.

Ħasbuha sew.

Il-passaġġ għamluh

biċ-ċagħaq ikkulurit, bil-ward mal-ġnub u poġġew bank

f’nofs il-ġnien.

F’temp sabiħ kienu

jistennewhom fuq il-bank u jitħaddtu magħhom.

It-tfal tgħidx kemm

ħadu gost.

Irringrazzjawhom u komplew magħhom.

X’hemm li qed itellifni lpaċi ta’ qalbi? nsib mod sabiħ kif inġib ruħi?

Mulej, għinna nġibu ruħna b’mod sabiħ ma’ sitwazzjonijiet diffiċli.

Imperreċ fuq muntanja għolja dan il-palazz maestuż, bi tlettax-il sular, kien iservi ta’ binja residenzjali tad-Dalai Lama… ilkap reliġjuż li kien imexxi l-pajjiż tat-Tibet. Għal ħafna snin kien liktar bini għoli fid-dinja jekk twarrab il-piramidi. Minn fuq ilbjut tiegħu tidher xena ta’ li tgħaxxqek għax tħossok qed ittir fuq il-wied ta’ taħtek mimli ilmijiet iserrpu, għelieqi kollhom

ħdura u tapiti ta’ ward ikkulurit li jagħtu dehra ta’ seħer lill-madwar kollu. Iżda l-għażla ta’ din il-binja maestuża mhix limitata biss għaddehra tagħha minn barra imma wkoll għad-dekorazzjonijiet stupendi li hemm fiha. Kmamar, niċeċ u statwi kollha indurati biddeheb. Teżori imprezzabbli. Dan kollu jagħmel lil Potala Palace binja oħra meqjusa ġojjel dinji.

Ħadd ma seta’ jibni bini għoli ħdejn il-palazz biex dan jibqa’ jiġbed l-attenzjoni kollha. Fih hemm iktar minn 1000 kamra u fihom il-viżitatur jara 10,000

niċċa u 200,000 statwa ta’ qisien differenti. Uħud ferm ikbar minn bniedem normali u oħrajn

ċkejknin li tpoġġihom fil-pala ta’ idejk. Il-palazz ħa ħamsin

sena biex tlesta minn kollox.

Il-palazz li jidher illum inbena fuq palazz ieħor ferm iktar antik.

Dan kien inqered maż-żmien iżda fil-palazz il-ġdid inżammu diversi ġebel mill-ewwel palazz biex ittifkira tal-antik ma tintesiex. Ilpalazz il-ġdid inbena mid-Dalai Lama fl-aħħar snin tas-seklu 17 u d-Dalai Lama beda joqgħod fih fis-sena 1694 għad li ma kienx lest minn kollox. Id-Dalai Lamas ta’ warajh għexu fl-istess palazz li kien iservi ta’ post amministrattiv kif ukoll lok ta’ qima għallBuddisti.

Hu maqsum f’żewġ binjiet imlaqqma l-Palazz l-abjad u lPalazz l-aħmar. Tal-ewwel użat bħala uffiċini u tal-aħħar bħala tempju buddista. Iżda meta ċĊina daħlet fit-Tibet u ħadet lamministrazzjoni tal-pajjiż f’idejha, il-Potala Palace tilef limportanza amministattiva tiegħu u anke ċ-ċentru reliġjuż li tant

kienu jiftaħru bih it-Tibetjani u sar qisu mużew. Iżuruh eluf ta’ viżitaturi, (limitati għal 2300 kuljum) li jidħlu fl-imkien iktar kurżità milli b’qima u rispett istorja u l-kultura tat-

Ċiniżi riedu jeqirdu awtonomija tatTibet. Riedu juruhom li issa huma jiddependu għal kollox mill-gvern Ċiniż u allura lamministazzjoni trid tgħaddi f’idejn iċ-Ċinizi bit-Tibetjani jkollhom joqogħdu għaddeċiżjoni ta’ Beijing. Anke dDalai Lama kellu jitlaq mill-pajjiż għax issa ma kienx hemm bżonnu. Fil-fatt l-aħħar Dalai Lama ġie eżiljat fl-Indja u għalkemm sar famuż mad-dinja xorta qatt ma tħalla jidħol lura f’pajjiżu. Iżda t-Tibetjani xorta għandhom qima kbira lejn idDalai Lama tagħhom.

Il-possibbiltà li xi darba d-Dalai Lama jmur joqgħod fil-palazz tiegħu llum hi biss ħolma. IdDalai Lama preżenti lanqas jitħalla jidħol fil-pajjiż u jekk jintgħażel Dalai Lama ġdid xorta jibqa’ mhux milqugħ għax iċĊiniżi jqisu l-preżenza tiegħu theddida għalihom u imbuttura biex it-Tibetjani jiġġieldu biex jiksbu l-indipendenza tagħhom.

Il-Palazz hu Unesco World Heritage Site u ilu jgawdi dan lunur mis-sena 1994.

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.