Il-Hbieb Isejhu - Gunju 2024

Page 1


Il-}bieb

Iben t'Alla sar Bniedem

ĠUNJU2024 numru 694

Ħrafa Taljana tirrakkonta l-ġrajja tal-aħwa oħra aktarx kienu jiġġieldu ma’ xulxin meta kienu żgħar dawn qajla jekk qatt iġġieldu. Jiftiehmu dwar kollox. Dejjem ma istess gosti.

U baqgħu hekk anke meta kibru. Fetħu ħanut tal-merċa u kienu jaqilgħuha sewwa. In-nies kienu jfittxuhom għax ħanuthom kien dejjem nadif u lprezzijiet tagħhom kienu raġjonevoli ħafna. U t-tnejn kellhom tbissima li kienet tilqgħek. Kien ta’ pjaċir li tidħol f’ħanuthom għax kienu jafu jmorru tajjeb ħafna mal-klijenti.

Iżda x-xitan ma għandux ħalib u darba tlewmu fuq kwistjoni żgħira. Flok qatgħuha fil-qasir baqgħu jsostnu fehmithom it-tnejn jgħidu li għandhom raġun. Sakemm spiċċaw biex ma setgħux ikomplu jaħdmu flimkien. Ħabat tajjeb li ħanuthom kellu żewġ entraturi. Bnew ħajt. Giuseppe ħa ħanut u Giovanni ħa l-ieħor. Iżda n-nies bdiet dejjem tnaqqas mix-xiri tagħha f’dawn il-ħwienet. Għax donnu ħadd ma ried jidħol f’ħanut u ma jidħolx fl-ieħor. U biex ma jiksruha ma’ ħadd in-nies bdiet tmur tagħmel ix-xirjiet tagħha minn ħwienet oħra.

Qalb tajba marret kellmet lill-aħwa u ħadithom it-tnejn fejn ir-raġel talMulej li kien kapaċi jġib il-paċi fost il-miġġielda. Meta dan sema’ l-istorja qalilhom, “Qiskom żewġ sajjieda fuq dgħajsa waħda. Wieħed fuq in-naħa ta’ quddiem tad-dgħajsa u l-ieħor in-naħa ta’ wara. U wieħed minnkom qed itaqqab toqba fid-dgħajsa. Meta l-ieħor ipprotesta għal din it-toqba rċieva tweġiba xotta: ‘Din in-naħa tad-dgħajsa hi tiegħi. Għandi dritt nagħmel li rrid.’ U sadanittant id-dgħajsa kienet qed tegħreq biż-żewġ aħwa fiha.” L-aħwa ħarsu lejn xulxin. Fehmu l-istorja. Ħadu b’idejn xulxin. Imbagħad tgħannqu u nsew it-tilwim kollu. Bilġri neħħew il-ħajt li kienu tellgħu u ħanuthom reġa’ far bil-klijenti. Ħrafa iżda t-tagħlima hi attwali ħafna. Meta tinbet kwistjoni niżbaljaw intawluha. Għax meta titwal issir serp.

Bħala Nadurin

ma setax jonqos li nżuru

l-ħabs Mamertino.

Il-post fejn it-tradizzjoni tgħid

li nżammu San Pietru u San Pawl qabel il-martirju.

Ċella li twaħħxek

taħt l-art fejn ma tarax

id-dawl tax-xemx

umda u dejqa

post ta’ faħx u tbatija.

U tifhem kemm batew

l-appostli patruni ta’ raħalna

biex jibqgħu fidili

għall-messaġġ li talabhom iwasslu f’ismu l-Mulej.

It-tnejn kienu lesti jbatu

għal dak li ħabbew.

Pietru kien ilu snin li aċċetta li jkun ir-ragħaj tal-merħla.

U bħala ragħaj kien lest li jmut għaliha.

Pawlu kemm-il darba qal li għalih il-mewt hi qligħ.

U bħalma sofra xebgħat bil-vireg

bħalma qatta’ ġranet fuq ċattra

sakemm salvawh

kien lest li jħalli ħajtu

għan-Nazzarenu.

Dan kollu ġie f’moħħi

meta b’qima u rispett

konna mexjin fuq din l-art qaddisa

li xi darba passew fuqha

Pietru u Pawlu.

U anke jekk stess din

ma kinitx iċ-ċella tagħhom

żgur li l-post

fejn kienu jinżammu l-priġunieri

kien jixbah ħafna l-ħabs Mamertino.

Kienet esperjenza

li niftakar fiha kull sena

meta nkun ma’ ħafna oħrajn inċapċap

waqt ħruġ l-istatwa f’jum il-festa.

U nipprova nifhem li dan iċ-ċapċip

hu xhieda li aħna nemmnu

f’ħajja wara l-mewt

għax kieku

mal-mewt jispiċċa kollox

inkunu boloh niffesteġġjaw

id-dħul tal-patruni tagħna

fis-sema

meta hemm biss baħħ wara l-qabar.

Jalla nibqgħu nifirħu

fil-festa tal-patruni tagħna

u nibqgħu nemmnu

li għal dawk li jittamaw f’Ġesù il-ħajja ma tintemmx imma tinbidel.

Xi darba nitilqu minn id-dinja imma nemmnu li għad niltaqgħu

ma’ miljuni oħra

li ħabbew lil Ġesù

u llum qegħdin igawduh

fis-sema pajjiżna lkoll.

Iżolazzjoni u komunikazzjoni. Dari lirħula u l-abitanti tagħhom kienu ħafna iktar iżolati minn xulxin. Għax anke qadja sar-Rabat, u ta’ bilfors biex tħallas il-qbiela, kienet ħarġa mhux tas-soltu. Innies kienu kważi kollha dawk talpost, dawk li twieldu fir-raħal, rari jiġu joqogħdu xi barranin, għajr minħabba xi żwieġ. U anke ż-żwiġijiet kienu ġeneralment blgħarajjes minn tar-raħal stess, jekk ukoll mhux mill-istess triq, jew tant jiġu minn xulxin li kienu jridu jitolbu d-dispensa. Wara kollox kienu jgħidu, “Ħmar tajjeb pajjiżu jinbiegħ.” U allura kien hemm ħafna sens ta’ solidarjetà u patrijottiżmu, ħafna drabi b’piki kultant assurdi bħall-każ talBażilka (minuri) tan-Nadur.

komunikazzjoni. Ilkomunikazzjoni blittri kienet bil-mod ħafna; kienet trid iktar minn xahar biex tasal ittra (bil-baħar) millAwstralja. It-telefown, għajr forsi fl-għassa tal-pulizija, kien rari. Xi telegramma minn xi qraba msefrin aktarx kienet tfisser xi aħbar ħażina ħafna.

U bin-nuqqas ta’ komunikazzjoni u iżolazzjoni, ma tantx kienu jisimgħu aħbarijet u bilkemm kienu jkunu jafu x’qed jiġri fixxena lokali u inqas u inqas madwar id-dinja.

Raġuni oħra għall-iżolazzjoni kienet in-nuqqas ta’

Illum għandna komunikazzjoni istantanja bejnietna u madwar iddinja. Bi ftit tektik tal-mowbajl kapaċi titkellem u tara, lil min tixtieq, madwar id-dinja. Dan barra li aħbarijiet lokali u internazzjonali deħlin kontinwament, kważi waqt li qed

iseħħu. U tant informazzjoni oħra ta’ kull xorta dieħla l-ħin kollu. Illum, jekk xejn, hawn informazzjoni żejda, u bħal fil-każ talkotba, trid tuża passatur fin biex tagħżel l-aħjar. Fi kliem ieħor trid kontinwament tuża analiżi kritika u ħsieb kritiku għal dak kollu li tara u tisma’.

Konklużjoni. Allura liema huwa laħjar żmien, ta’ dari jew tal-lum? Diffiċli tgħid, hemm vantaġġi u żvantaġġi fuq kull naħa. Però għat-tfal probabbli dari kien l-aħjar: iktar beraħ u triqat fejn jilagħbu, logħob jivvintawh huma (anke b’biċċa karta malajr jagħmlu ajruplan, vapur jew faqqusa), inqas laħam u inqas ħelu (u inqas ħxuna), familji iktar stabbli (u probabbli iktar dixxiplina), u jafu min huma u fejn huma. U m’hemmx iddistrazzjonijiet kontinwi ta’ xi mowbajl.

U l-adulti? Probabbli l-ħajja tallum, b’tant opportunitajiet għalledukazzjoni, għajnuna teknika fix-xogħol, kura tajba għall-mard, u iktar ħin liberu, fost ħafna oħrajn, jagħmel illum aħjar millbieraħ.

Però wara kollox, jekk hux aħjar jew agħar, iktar jiddependi fuq lindividwu milli ċ-ċirkustanzi. Kif kiteb Charles Dickens (1812-70) fil-bidu tan-novella klassika A Tale of Two Cities: “It was the best of times and the worst of times ...it was the spring of hope, it was the winter of depair.” U dan għaż-żminijiet tant imqallba u mdemma tar-Rivoluzzjoni Franċiża u r-Renju tat-Terrur.

Jew Anne Frank (1929-45) li anke fl-orruri indeskrivibbli talkamp tal-konċentrament Nażista fejn mietet, baqgħet kuraġġjuża u ottimista sal-aħħar rigward lumanità.

Forsi l-aħjar kwotazzjoni hija dik ta’ John Milton (1608-74) fejn filpoeżija monumentali Paradise

Lost jikteb: ‘The mind is its own place and in itself can make a heaven of hell or a hell of heaven.”

Il-kittieba famuża Agatha

Christie, li ħolqot id-detective famuż Poirot u llum nbiegħu iktar minn 500 miljun kopja tal-kotba tagħha, tgħidx kemm batiet biex sabet dar tal-pubblikazzjoni li aċċettat l-ewwel ktieb tagħha. Kienu jgħidulha li d-detective stories mhumiex popolari speċjalment dawk miktuba minnisa. Iż-żmien uriehom kemm kienu żbaljati.

Għalhekk jiżbalja min iħalli lkritika tkisser il-ħolm ta’ ħajtu.

Destin

Sewwieq kien qed jistenna lil martu li marret tissettja xagħarha. Sab post għax-xemx, ipparkja lkarozza u għażel li jqatta’ l-ħin jongħos għax ħassu għajjien. Iżda d-destin ried li l-post inzerta fi triq li minnha kienu għaddejjin xi atleti li kienu qed jippreparaw għall-maratona ta’ Londra. U wħud minnhom kienu jieqfu, iħabbtu fuq il-ħġieġa u jistaqsuh x’ħin hu.

Iddejjaq u għalhekk għamel nota fuq karta u waħħalha mal-ħġieġa: ‘Ma nafx x’ħin hu!’

Iżda malli għalaq għajnejh xorta kien hemm atleta li ħabbatlu fuq il-ħġieġa u qallu, “Il-ħdax u 23 minuta!”

Milli jidher kien twieled taħt stilla ħażina!

Parir ta’ anzjan

Ġuvnott u raġel xiħ kienu qed jaqtgħu z-zkuk tas-siġar f’daqs ta’ pied kull wieħed. Kienu qed jaħdmu bogħod minn xulxin.

Iż-żagħżugħ intebaħ li x-xiħ kien spiss jieqaf waqt li hu ma waqaf qatt. Kien ċert li ser ikollu ħafna iktar bċejjeċ ta’ injam maqtugħ. Iżda żbalja bi kbir għax ix-xiħ qata’ ferm iktar minnu. Meta talbu jispjegalu, ix-xiħ wieġeb, “Jien kultant ħin kont nieqaf nistrieħ u nsinn is-serrieq!”

Ftit waqfien u riflessjoni jagħmlu ħafna ġid. U dan ma jgħoddx biss għal min ikun qed jaqta’ l-injam filforesta.

L-intervista

Grupp talteleviżjoni kienu qed jippreparaw biex jagħmlu

intervista lil Dag Hammarskjöld, is-Segretarju Ġenerali tal Magħquda. Sakemm jitfaċċa sSegretarju, l-intervistatur kien qed jitħarreġ u għalhekk staqsa lmistoqsija,

“Kif ħatruk Segretarju Ġenerali ta’ din l-istituzzjoni mondjali?”

U xi ħadd li kien fil-qrib, biex jiċċajta wieġeb,

“Kont għaddej minn triq, waqqafni xi ħadd u qalli, ‘Trid issir Segretarju Ġenerali tal-Ġnus

Magħquda?’”

Dak il-ħin tfaċċa Dag

Hammarskjöld u l-intervistatur irripeta l-istess mistoqsija. U stagħġeb tassew meta s-Segretarju Ġenerali wieġeb,

“Kont għaddej minn triq, waqqafni xi ħadd u qalli, ‘Trid issir Segretarju Ġenerali tal-Ġnus

Magħquda?’”

Bla ma kienu jafu, Dag kien qed jara u jisma’ kollox bla ntebħu u għaraf joħloq tbissima missitwazzjoni għax nies kbar ħafna drabi jkollhom ukoll ħafna sens umoristiku.

IL-LAQGĦA TA’ MEJJU

F’dan ix-xahar iddedikat lillMadonna kull sena nagħmlu laqgħa relatata ma’ din ommna tas-sema. Din is-sena, bħalma ktibna fil-fuljett ta’ Mejju, għamilha ħabibna Daniel Meilak dwar id-devozzjoni lejn ilMadonna fin-Nadur. Fl-istorja talparroċċa tagħna li taf il-bidu tagħha fl-1688 insibu li l-ewwel knisja fit-territorju Nadur – dik tal-Madonna tal-Kunċizzjoni –hija ddedikata lill-Madonna u għall-ewwel għaxar snin hekk kienet il-parroċċa tagħna. San Pietru u San Pawl bħala patruni ta’ raħalna bdew jissemmew fl1699. Dakinhar minn 7 parroċċi f’Għawdex insibu li 4 kienu ddedikati lill-Madonna. Waħda mill-eqdem knejjes f’pajjiżna, dik fuq Kemmuna, ukoll hija ddedika lill-Madonna bil-pittura titulari tagħha bis-Sagra Familja tirritorna mill-Eġittu (attribwita lil Francesco de Dominici) l-istess artist li pitter il-Madonna tarRużarju li għandna fil-knisja parrokkjali. Barra din, fil-knisja parrokkjali għandna pitturi oħra

bil-Madonna bħala s-suġġett prinċipali. Forsi l-aktar prestiġġjuża hija dik taħt linkwadru titulari mpittra minn Francesco Zahra. L-eqdem waħda – illum tinsab fil-mużew talparroċċa - kienet mogħtija millArċipriet tal-Matriċi fl-1689 lillparroċċa tagħna. Qabel ma tkabbret il-knisja parrokkjali l-

inkwadri ovali tal-misteri tarrużarju (li llum jinsabu fissagristija) kienu madwar linkwadru tal-Madonna flimkien ma’ San Duminku. Dan linkwatru kien tkabbar fis-seklu dsatax. Ta’ min isemmi wkoll ilfratellanzi tar-Rużarju u tadDuluri. Il-kappella tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù filparroċċa hija ddedikata lillMadonna tal-Karmnu. Matul issena jsiru l-purċissjonijiet blistatwi tal-Madonna tar-Rużarju u dik tad-Duluri. Huma diversi nniċeċ iddedikati lill-Madonna li nsibu madwar in-Nadur.

Nirringrazzjaw lil ħabibna Daniel Meilak tal-lezzjoni interessanti li għamlilna. Żgur li dawk li attendew saru jafu aħjar l-istorja tar-raħal tagħna.

għal-LAQGĦA TA’ ĠUNJU

Għandu jiġi jkellemna l-Arċipriet

Dun Jimmy Xerri f’dan ix-xahar li fih niċċelebraw il-festa tal-patruni tagħna San Pietru u San Pawl. Titlifx din l-okkażjoni u pprova ġib lil xi ħaddieħor miegħek. Mela ħabib nistennewk. Nhar is-Sibt 1 ta’ Ġunju fit-8.00p.m. Ejjew int u ħajjar lil sħabek jiġu wkoll.

Għażiż ħabib, nawguraw lilek u l-familja tiegħek il-festa ttajba.

Bħala preparazzjoni għallfesta tal-patruni tagħna ma hemm xejn isbaħ minn qrara utqarbina.

Il-Bord

[Ġesù widdeb lill-Fariżej u l-iskribi jgħidilhom:]

“…għax huma jgħidu u ma jagħmlux…

Kull ma jagħmlu, biex jarawhom in-nies.”

Mattew 23: 3,5

Maġġur fl-armata

kien fl-uffiċċju ġdid tiegħu meta rekluta deher fil-bieb. Biex jimpressjona,

l-maġġur qallu, “Idħol suldat!

Dalwaqt inkun miegħek kemm nirrispondi telefonata.”

Imbagħad fit-telefown qal, “Ġeneral, qed nieħu gost nisma’ leħnek.

Kif nista’ ngħinek?” Pawsa. Imbagħad il-maġġur qal, “Tajjeb, Ġeneral, sa siegħa oħra nkun ċempilt lill-President!” Imbagħad dar fuq ir-rekluta li kien b’għajnejh baxxi jħares lejn l-art.

“Għidli, suldat, naqdik?”

Bla ma għolla għajnejh, suldat qallu, “Proprjament surġent ordnali

sabiex niġi f’dan l-uffiċċju biex inqabbad it-telefown!”

Meta kienet l-aħħar darba li ppruvajt nimpressjona

Kemm hi komuni din f’ħajti? karattru aktar faċli żżommu milli tieħdu lura. Thomas Paine.

Jissejjaħ ħajt iżda fil-fatt hu sensiela ta’ fortifikazzjonijiet u torrijiet magħqudin ma’ xulxin b’għoli f’xi postijiet 5 metri u f’postijiet oħrajn 8 metri (madwar 3 sulari tal-bini tagħna) u wiesgħa bejn 4 u 5 metri t-tul kollu tiegħu. Ħafna jagħtu l-mertu ta’ din ilfortifikazzjoni ġganteska lillImperatur Qin Shi Huang li beda x-xogħol fuq dan il-proġett fissena 220 qabel Kristu. Iżda fil-fatt l-Imperatur Qin Shi bena ħitan u għaqqadhom ma’ oħrajn li kienu mibnija ħafna snin qabel. U xxogħol kompla għal ħafna sekli warajh tant li l-istoriċi jqisu li din il-binja ħadet iktar minn elfejn sena biex spiċċat kif nafuha llum. Uffiċjalment il-ħajt hu twil 21,196 kilometru (1,500 darba ttul ta’ Għawdex minn Ras il-Qala sal-Fanal tal-Ġordan).

L-iskop prinċipali kien dejjem li dawn il-fortifikazzjonijiet jservu ta’ difiża biex l-armati ta’ madwar iċ-Ċina ma jkunux jistgħu jidħlu faċilment fil-pajjiż biex jisirqu jew jikkapparraw dak li ma kienx tagħhom. Fil-fatt matul il-ħajt hemm torrijiet, 11

binjiet għas-suldati u fortifikazzjonijiet mgħammra blarmi lesti kemm għad-difiża kif ukoll għall-offensiva skont ilħtieġa.

F’partijiet tal-ħajt hemm ħafna ġebel b’iskrizzjonijiet fuqhom. Hemm ismijiet ta’ periti u simboli personali qishom tentattiv biex innies li kienu qed jibnu l-ħajt iħallu ħjiel tagħhom lil ta’ warajhom. Iżda hawn min iqis dawn is-simboli u ismijiet bħala metodu mill-awtoritajiet biex ikunu jafu min kien responsabbli għall-bini tal-ħajt f’dawk iż-żoni partikolari. Il-ħaddiema kienu suldati Ċiniżi, priġunieri talgwerra, ħabsin u anke bdiewa li kellhom għelieqi fil-madwar u li kienu mġiegħla jħallu kollox u jingħaqdu mal-bennejja. Xogħol sfurzat u kultant b’kundizzjonijiet ta’ jasar bis-swat b’kollox.

Il-ħajt mhux binja kontinwa. Hemm meddiet li ma fihomx ħajt jew għax il-muntanji kienu meqjusa bħala difiża naturali jew

minħabba xi diffikultajiet f’ambjenti partikulari u ma kienx umanament possibbli li jitkomplew il-fortifikazzjonijiet bil-mezzi li kellhom f’idejhom lawtoritajiet Ċiniżi ta’ dak iżżmien. Illum terz tal-ħajt ma għadux jeżisti. Twaqqa’ b’xi terremoti u l-ġebel tiegħu ttieħed biex iforni d-djar tal-madwar għax ma baqax ħjiel tagħhom. Mis-sena 1644 ’l hawn ftit sar xogħol fuq din il-binja maestuża għajr li saru diversi attentati biex jitwettqu xi restawrazzjonijiet meħtieġa għall-preservazzjoni ta’ dan il-mafkar bi storja tant twila.

Fil-preżent il-ħajt iservi ta’ attrazzjoni turistika kbira tant li iktar minn 63 miljun viżitatur iżur dan il-ħajt f’postijiet differenti tiegħu. Ħafna minn dawn huma Ċiniżi imma hemm numru sostanzjali ta’ turisti barranin li jmorru jogħxew fuq il-kobor ta’ din l-ikbar binja tad-dinja. Binja maestuża li turi d-determinazzjoni Ċiniża biex jiddefendu lil arthom.

F’xi postijiet tal-ħajt il-mixja hi diffiċli ħafna għax qisek qed tixxabbat ma’ muntanja. Hawn issib ħafna turisti żgħażagħ li għalihom mixja f’dan l-ambjent perikoluż hi parti mill-avventura.

Din il-binja maestuża ilha Unesco World Heritage Site mis-sena 1987.

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.