

Il-}bieb












Iben t'Alla sar Bniedem
San Ġwann, fir-rakkont dwar ilĠesù hemm dettall li aktarx qatt ma tajna kas importanti ħafna.
L-Evanġelista jgħidilna li meta
Marija ta’ Magdala marret tgħid lillappostli li l-qabar li fih tqiegħed Ġesù mejjet kien vojt, Pietru u Ġwanni telqu bil-ġirja biex jaraw x fsieqi mixħutin imma l


U dan id-dettall iwassal tradizzjoni Lhudija li kienet teżisti fid-djar tassinjuri. Skont din it-tradizzjoni, meta s-sinjur kien ikun qed jiekol kien ikollu fiq il-mejda maktur mitni pulit. Is-seftur kien joqgħod fil-bogħod jara li s-sinjur ma jkun jonqsu xejn. Meta jispiċċa mill-ikel is-sinjur kien jimsaħ xofftejh, id-daqna u jdejh u jħalli l-maktur imkebbeb. Dan kien sinjal li s-sinjur kien lest u s-seftur seta’ jnaddaf il-mejda.
Iżda jekk is-sinjur għal xi raġuni kien jitlaq minn ħdejn il-mejda u jħalli lmaktur mitni kif sabu, dan kien ifisser li għadu ma spiċċax. Kien ser jerġa’ jiġi.
L-Evanġelista ried jgħidilna li l-maktur kien mitni ifisser li Ġesù kellu jerġa’ jiġi. Ħidmietu fid-dinja kienet għadha ma spiċċatx. Bid-differenza li issa jeħtieġ lilek u lili biex inkompluha. Sakemm niltaqgħu miegħu fissema pajjiżna.




Niftakar…
kont ili nixtieq nieqaf
fuq il-qabar tiegħu
għax il-mużika tiegħu thennik u sserraħlek ħsibijietek
meta dawn forsi jinzertaw tqal jew ta’ diqa.
U xħin tara xbihetu
donnok tisma’ mill-ġdid din il-mużika
li saħħret id-dinja ta’ żmienu u kompliet issaħħarhom fis-snin ta’ wara mewtu.
Amadeo Mozart miet fqir. Tiskanta kif kellu jmut f’tant karestija
għax il-mużika tiegħu kienet apprezzata iżda ta’ madwaru
kienu ħallelin primi u ħafna mill-flus li kienu dovuti lilu kienu jispiċċaw fi bwiethom.
U Mozart li għall-mużika kien eċċezzjonali
għall-amministrazzjoni ta’ flusu kien fjask
u ħafna drabi waqt li min kien jorganizza

serati f ġieħu
kien jispiċċa sinjurun
Mozart kien jitħallas bil-laqx.
U forsi għalhekk meta miet
ftit kienu dawk li marru warajh
u peress li kien fqir
tawh funeral ta’ fqir
u ndifen f’qabar komuni.
U jgħidu
li kienu biss ftit nies
li mxew wara l-katavru tiegħu
sakemm wassluh iċ-ċimiterju.
Ġenju tal-għaġeb
li saħħar id-dinja
u lanqas nafu eżatt
jekk dak li hemm
fil-qabar tiegħu hux verament ġismu.
Kemm nafu nkunu ingrati
lejn benefatturi
li għanew id-dinja
bil-ġenju tagħhom.
U waħdi bdejt naħseb
kemm kapaċi nkunu ingrati
aħna wkoll
lejn il-Mulej li ħalaqna
jew l-għeżież tagħna
li ġabuna fid-dinja.
Ninsewhom wara li jkunu batew ħafna għalina.

L-Edukazzjoni. Dari, ilmaġġoranza tan-nies tar-raħal kienu illitterati, la jafu jaqraw u lanqas jiktbu. L-iskola għat-tfal ma kinetx obbligatorja bil-liġi qabel is-sena 1946, u l-ġenituri, u inqas u inqas it-tfal, ma tantx kellhom ħeġġa jew motiv għaliskola. Kien hemm xogħol biżżejjed mal-bhejjem u fir-raba’, barra l-gost tal-logħob fit-triqat, biex it-tfal iħabirku minn rajhom għall-iskola. Ir-riżultat kien li luniku sors ta’ tagħlim u informazzjoni kien il-pulptu, li allura kellu influwenza qawwija ħafna1. Il-gazzetti u l-kotba kienu jinqraw biss minn professjonisti u
għalliema. In-nies illitterati meta kienu jirċievu xi ittra, wara lqatgħa kbira li jieħdu, kienu jridu jmorru għand xi qassis biex jaqrahielhom. S’intenti ledukazzjoni sekondarja u iktar u iktar dik terzjarja, kienet biss għat-tfal tas-sinjuri li minn fosthom kienu jilħqu lprofessjonisti: tobba, avukati, nutara u periti. Illum l-Università ta’ Malta hija b’xejn (anzi blistipendju), u studenti bravi jistgħu jilħqu professjonisti minn kull strata tas-soċjetà2. Ċertament qatt ma kien hawn nies iggradwati daqs illum.
1. Xi xandir bir-radju, bl-Ingliż (minn Naval Wireless Station), kien beda fil1933. Sentejn wara, fil-1935, beda r-Rediffusion, għall-ewwel pjuttost primittiv, imma kompla jiżviluppa u sal-ħamsinijiet sar sors prinċipali ta’ programmi interessanti u ta’ tagħrif. It-televiżjoni beda fil-1962. Dawn is-servizzi wkoll kienu grazzi għall-preżenza tal-barranin, din id-darba tal-Ingliżi. Però, dari ilu sew, ħafna bdiewa u sajjieda ma kellhomx l-edukazzjoni jew il-mezzi finanzjarji għal dan kollu.
2. L-Università ta’ Malta hija antika sew, mis-sena 1769, u dan grazzi wkoll għall-preżenza tal-barranin, din id-darba l-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann.

Il-Kumdita’ fid-dar. Id-differenza fil-kumdità fid-dar bejn dari u llum hija enormi. Illum ilma kemm tiftaħ vit (u anke sħun jekk trid), kamra tal-banju b’doxxa/ banju, loki bi flaxxing li fi ftit sekondi jmexxi kollox, mirja, dwal, bidet, eċċ. Kċina bilcooker tal-gass jew tal-elettriku li tqabbdu malajr mingħajr ilħafna duħħan tal-kenur jew irriħa tal-pitrolju ta’ xi kuċiniera
Valor issaħħan bil-lajma, jew listorbju u t-taħbit ta’ xi kuċiniera tal-istim3. Ikel u xorb li jibqgħu friski għal ġranet twal fil-friġġ, jew xhur sħaħ filfriża. U mhux għal naqra ilma friska fis-sajf trid iddendel bomblu bl-ilma fl-ispiera! Anke għad-dwejjaq tal-ħasil tal-platti llum hemm id-dishwasher. U għall-ħasil tal-ħwejjeg ma hemmx dak it-taħbit kollu ta’ togħrik b’xi blokka sapun, dak l-għasir u dak l-infid kollu. Kollox għall-magna tal-ħasil. Illum nirrealizzaw dan il-lussu kollu kontinwu meta jaqta’ l-konsum tal-ilma jew talelettriku, imqar għal ftit sigħat. Il-kumdità mbagħad, ta’ meta qed tara t-televiżjoni, minn fuq issodda jew is-sufan, u trid taqleb minn stazzjon għal ieħor kemm
itteftef ftit b’subgħajk fuq rremote huwa lussu inkredibbli anke għal nies mhux ta’ dari ħafna. Madankollu hemm ħafna tajjeb xi tgħid dwar dawk l-iljieli sajfin, bil-familja fuq il-bejt jew setaħ, taħt sema kalm mimli kwiekeb u d-dawl tal-fanali taddulliegħ u bla distrazzjonijiet televiżivi.

U l-kotba! Dari, apparti minn xi dar ta’ qassis jew xi nutar, rari kont issib xi ktieb fid-dar, inqas u inqas librerija żgħira. Illum bi prezz ta’ ikla żgħira tista’ tixtri ktieb li kapaċi jiftaħ tieqa meraviljuża fuq ix-Xjenza, l-Astronomija, l-Istorja, ilLetteratura, ir-Reliġjonijiet, lArti, eċċ, eċċ. Librerija żgħira b’kotba magħżula tajjeb hija sors enormi ta’ gost, tagħrif, sodisfazzjon u riflessjoni. Dari, mgħobbijin kif kienu b’ħajja iebsa, faqar, u nuqqas ta’ skola, ma kellhomx il-vantaġġi tal-lum għad-dinja tal-kotba, dinja li tant ittejjeb il-kwalità tal-ħajja. Mingħajr il-kotba l-kwalità talħajja hija ħafna iktar fqira.
(Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-ħarġa ta’ Mejju)
Anke l-iskola medika hija bikrija, minn sentejn wara, fl-1771, u wkoll ta’ kwalità tajba ħafna għal żmienha.
3. Li kella t-toqba tal-ġewza b’tendenza qawwija li tinstadd u allura l-ispiritiera tintefa; u biex tiftaħha trid labbra rqiqa b’daqstant tendenza qawwija li titqaċċat ġo fiha.






Mhux bilfors…

Raġel ħawwel xitla li tixxabbat mal-ħajt tal-ġnien tiegħu iżda għalkemm din kibret rari nebtet ward. Xitel oħra bħalha kienu miżgħud fjuri. Ir-raġel kien igerger f’qalbu għal dan innuqqas ta’ kulur fix-xabbatriċi tiegħu. Sakemm darba l-ġar tiegħu, li qatt ma kien joħroġ minn daru għax kien anzjan u ma setax jimxi, ċempillu biex jirringrazzjah għall-fjuri sbieħ li kienu qed iwarrdu n-naħa tiegħu tal-ħajt.
Din hi l-istorja ta’ dawk kollha li jippruvaw jagħmlu l-ġid fil-ħajja. Mhux bilfors tara l-ġid li qed isir imma trid temmen li xi ħadd, x’imkien, xi darba ser igawdi mittajjeb li qed tipprova tagħmel int.
Skont biex…
Fil-Polonja ta’ ħafna snin ilu, xi demostranti kontra r-Reġim
Komunista kienu qed iwaddbu lġebel lejn il-pulizija tal-istat. Inzerta kien hemm turist
Amerikan li ried jagħtihom parir u għalhekk lil ta’ madwaru qalilhom:
“Aħna fl-Amerika ma nwaddbux ġebel imma meta nipprotestaw nitfgħulhom bajd u tadam!”
U ta’ madwaru weġbuh:
“Kieku għandna tadam u bajd x’narmu ma aħniex ser nipprotestaw!”
Xi ħadd darba qal li qabel tikkritika sewwa tkun għext imqar ġimgħa fiż-żarbun ta’ min qed tikkritika!

Kelma f’postha
Il-kantant operistiku Sir Geraint
Evans (Brittaniku) kien il-favorit
ta’ ħafna nisa dilettanti ta’ dan it-tip ta’ mużika. U bir-raġun għax kien
jaf imur magħhom kif juri dan lepisodju.
Xi nisa anzjani kienu qed jagħmlu
ikla f’ristorant. B’kumbinazzjoni kien hemm ukoll il-kantant
Geraint. Dan rahom, resaq lejhom u qalilhom:
“Tidhru tal-istess età!
Naħseb li qed tagħmlu xi parti flokkażoni ta’ għeluq l-40 sena.
Għiduli min minnkom għalaq sninu llum?”
Kemm ferħu l-mistiedna meta qalilhom li kellhom biss 40 sena!
Żgur li jekk xi darba jkunu fis-sala fejn kien ikanta dan l-artist kienu jinfexxu jċapċpu anke jekk forsi f’dik is-serata partikulari ma kienx ikun fl-aħjar tiegħu. Kien rebħilhom qalbhom b’kelma ta’ inkoraġġiment.
Xi darba, xi ħadd kien iħobb jgħid: ‘Kelma tajba bħal tofija, tgħodd għalik u tgħodd għalija.’

Meta John Colville assenjawh biex ikun segretarju ta’ Churchill, dan tal-aħħar staqsieh kemm għandu żmien.
“Sitta u għoxrin.”
U biex jiġbidlu ftit saqajh
Churchill qallu: “Ta’ sitta u għoxrin
Napuljun kien diġà ġeneral rebbieħ. U int għadek ser issir segretarju.”
Colville wieġbu: “U ta’ erbgħa u għoxrin
Pitt kien Prim Ministru!”
Churchill kien ferm ixjeħ u kien għadu ma ħax din il-kariga.
Għal darba Churchill ma kellux risposta iżda aċċetta lil Colville għax fehem li kien kapaċi jaħseb u jagħti risposti denji tax-xogħol li kienu afdawlu.


IL-LAQGĦA TA’ MARZU
Kienet l-unika laqgħa tar-Randan u Dun Michael Said għamlilna ħsieb sabiħ dwar dan iż-żmien ta’ grazzja speċjali. Beda l-lezzjoni bi kwotazzjoni ta’ Don Tonino Bello dwar ir-Randan: ‘Nibdew

dar fejn kienet hi. Talbet lil

li jfisser il-konverżjoni u nispiċċawh bil-ħasil tas-saqajn li jfisser servizz.’ Dun Michael rabat il-ħsieb tiegħu mal-ewwel parti ta’ din il-kwotazzjoni… ilkonverżjoni. Leġġenda ħelwa tgħidilna kif qattusa nnamrat ma’ ġuvni li kien joqgħod faċċata tad-
Venere – l-alla tal-imħabba –sabiex tibdilha fi tfajla sabiex tkun tista’ tibda relazzjoni mażżagħżugħ. U din l-alla qatgħetilha xewqitha. Saret tfajla ħelwa u fi ftit żmien bdiet tinnamra malġuvni. Ħarġu ma’ xulxin kemm-il darba u okkażjoni minnhom marru jieklu ġo ristorant. Venere riedet tgħaddiha minn prova jekk saritx tassew tfajla jew baqgħet qattusa f’qalbha. Xeħtet ġurdien fir-ristorant u filwaqt li kulħadd ħarab din ‘it-tfajla’ ġriet warajh biex taqbdu u tieklu. Kulħadd ħarab… anke l-ġuvni ‘tagħha’! Fl-apparenzi biss kienet tfajla, f’qalbha baqgħet qattusa. U aħna jista’ jiġrilna l-istess. Ir-Randan hu żmien ta’ maħfra. Kulħadd għandu lil min jaħfer u lil min jaħfirlu. Jekk insibuha diffiċli almenu ma npattux u nkunu qed inwaqqfu ċ-ċirku vizzjuż talħażen. Imma jbati tassew min jibqa’ jżomm f’qalbu għal dak li għamillu xi azzjoni. Jiġrilu bħal dak li sabiex ipattiha lill-għadu tiegħu beda jġorr ġebla miegħu sabiex meta tinbet l-okkażjoni jixħethielu. Idum ġimgħat iġorrha
miegħu sakemm fl-aħħar jiltaqa’ mal-għadu imma jarah bejn żewġ pulizija! Ikun bata bilġebla għalxejn. U hekk isir kull darba li nħallu ħsieb ta’ vendetta jiġri ġo fina. Inkunu għadna fi
żmien Mosè li kien għamlilhom limitu, ‘għajn għal għajn u sinna għal sinna’. Ma setgħux ipattu aktar! Imma Ġesù għallimna lmaħfra. U min jirnexxilu jaħfer ikun qed jistrieħ psikoloġikament. U ma ninsewx l-importanza talqrar. Sfortunatament bosta warrbuh. Imma meta nersqu f’riġlejn il-qassis inkunu bħal dak it-tifel li mar iqerr li ma obdiex lil

ommu u l-qassis qallu li Alla ħafirlu imma issa sew li jiskuża ruħu ma’ ommu. Hekk nagħmlu fil-qrar. Il-qassis, raġel midneb bħalna, ikun qed jerġa’ jagħmilna membri penitenti tal-knisja. Jalla dan ir-Randan nużawh bħala żmien ta’ konverżjoni u nagħmlu sehemna sabiex insiru persuni aħjar.
Nirringrazzjaw lil Dun Michael ta’ dawn il-ħsibijiet sbieħ li għamlilna u tana ħsibijiet ta’ kif nistgħu napprofittaw ruħna minn dan iż-żmien qaddis.



Għandu jiġi jkellemna Dr Mario Saliba M.D. dwar ‘In-Nadur u Għawdex fi żmien l-Arċipriet Dun Martin Camilleri’. Dr Saliba għamel ħafna riċerka fuq dan u ftit taż-żmien ilu ħareġ ktieb sabiħ fuq dan iż-żmien partikulari. Ser jaqsam magħna tagħrif li lilna jinteressana mill-qrib. Titlifx din l-okkażjoni u pprova ġib lil xi ħaddieħor miegħek.
Mela ħabib nistennewk. Nhar is-Sibt 6 ta’ April fit-8.00p.m. (peress li qlibna għall-ħin tasSajf). Ejja int u ħajjar lil sħabek jiġu wkoll.



Ma għandix
żmien insemmi
fuq Gidgħon, fuq Baraq, fuq Sansun, fuq Jefte, fuq David u fuq Samwel profeti, li, saħħa tal-fidi, ħakmu saltniet, għamlu għamil ta’ ġustizzja, qalgħu dak li kien imwiegħed….”
Lhud 11, 32-33
mużiċista Itzhak Perlman jgħid li ġrawlu żewġ affarijiet qabel għalaq erba’ snin li sawrulu l-futur.

Marad bil-polio u ra lil Jascha Heifetz idoqq. polio ħadlu riġlejh, imma l-mużika ta’ Heifetz -ġwienaħ.
Nislitlu ħolma li wasslitu għas-suċċess.
Perlman hu xbieha, forsi xi ftit dgħajfa, eroj bibliċi. eroj ukoll batew imma għax kellhom ħolma waslu għas-suċċess.
‘Jien inżomm li t-tbatijiet ta’ issa m’huma xejn ħdejn il-glorja li għad tidher fina.’ Rumani 8:18


(Kambodia)
L-esploratur Franċiż Henri Mouhot 1840 ħabbar lid-dinja li kien sab il-belt mitlufa ta’ Angkor Wat li bil-lingwa tagħna tfisser il-Belt tat-tempji jew il-Belt kapitali. Iżda Henri Mouhot ma kienx eżatt għax fil-fatt in-nies tal-post kienu jafu b’din il-belt u l-patri Portugiż Antonio di Madalena fis-sena 1586 żar dan l-imkien u kiteb dwaru fl-annali
tiegħu. Jagħti ħjiel dwar mijiet ta’ tempji b’dekorazzjonijiet stupendi li jżejnu din il-belt. Li Angkor
Wat kienet belt minsija u mitluqa għal riħha iva imma mhux mitlufa.
Però xorta l-esploratur Franċiż ħaqqu ħafna mertu għax biex sab il-belt ma kienx faċli peress li lġungla kienet għattietha u zkuk ta’ siġar kienu integraw mal-bini kollu. Dan kien jagħmilha diffiċli li tasal ħdejha għax is-siġar kienu jfixklu l-mixja u f’xi nħawi ried ikun il-kuraġġ u r-rieda qawwija ta’ Henri biex jibqa’ jippersisti sa ma wasal quddiem dan ilmonument dinji mitluf ġol-ġungla Kambodjana. Kien hu li reġa’ poġġa lil Angkor Wat fuq ilmappa tad-dinja.


ħafna tant li fl-aqwa ta’ żmienha, fl-aħħar nofs tat-12-il seklu madwar is-snin 1150-1200, kienet tilqa’ fiha popolazzjoni ta’ 900,000. Din kienet popolazzjoni kbira meta tqis li Ruma fl-aqwa tagħha kellha numru simili ta’ abitanti. Il-ħaddiema li ħadmu f’dan il-proġett maestuż kienu jlaħħqu iktar minn 300,000 u magħhom kellhom 6000 iljunfant jgħinuhom iġorru l-materjal għall-binja tagħha. Jikkalkulaw li damu jibnuha madwar tletin sena. Hija belt mimlija tempji (madwar elf) iddedikati lill-allat Ħinduwisti u Buddisti. Għax ilbelt tidher li għaddiet mill-qima tal-allat Ħindu għal dawk li kienu jiġu meqjuma mill-Buddisti.
Il-belt inbniet mir-ramel li ttieħet minn minjiera li kienet iktar minn 50 kilometru ’l bogħod iżda li nnies tal-belt irnexxielhom iġibu lejn belthom permezz tax-xmara
li kienet isserrep filqrib. Mhux biss bnew tempji kbar iżda żejnu l-faċċati tagħhom b’ħafna disinji li jixhdu ssengħa ta’ dawn innies Kambodjani.
Ħadd ma jaf eżatt għaliex nies din ilbelt telqu minnha u marru jgħixu bnadi oħra. Hawn min tibdil tal-klima u hawn min jaħseb li n-negozju talpajjiż kien tbiegħed minn din ilbelt u allura ż-żgħażagħ ħarġu minnha biex jaqilgħu ħobżhom band’oħra. Hekk il-popolazzjoni xjieħet u ħadd ma ħa postha meta din mietet.
Ħafna mill-oġġetti ta’ preġju fosthom anke deheb u ġojjelli nsterqu u spiċċaw fil-punent iżda wara ħafna qrati l-Kambodjani rnexxielhom jiksbu xi ftit lura biex jesibuhom fil-belt tagħhom li llum hi ċentru turistiku għax ilbelt tilqa’ fiha iktar minn żewġ miljuni u nofs viżitaturi kull sena. Bi dritt il-Kambodjani huma ferħanin ħafna b’din il-belt meraviljuża tant li jġibuha saħansitra fil-bandiera ta’ pajjiżhom u żoni minnha jidhru f’immaġni fuq il-flus tal-pajjiż. Issa ilha mis-sena 1992 meqjusa bħala Unesco World Heritage site.

