

Il-}bieb












Iben t'Alla sar Bniedem
FRAR
Rembrandt hu meqjus wieħed mill-iktar artisti artisti Olandiżi li għex fi żmien pajjiż. Ħallielna warajh bosta pitturi tiegħu nnifsu (self portraits) u ħafna iktar ta’ xeni bibliċi. Tant kien jidħol fid-dettall f’dawn ix-xeni li kien kapaċi
jwassal messaġġi li għal bosta jibqgħu oskuri. Mhux ta’ b’xejn li x jsejħulu ‘Il-profeta’.
U fost dawn il-pitturi bibliċi famużi hemm waħda tal-kruċifissjoni ta
Iġibilna xena tal-Kalvarju fil kienu qed jarbulaw lil Ġesù. U hawn jidher b’mod prominenti l-artist innifsu jgħin biex is-salib jitpoġġa f
Bosta ma fehmux il-preżenza tiegħu f’din is-sitwazzjoni iżda Rembrandt ried juri li hu wkoll ħati, daqs bnedmin oħra li għexu qablu u warajh għall mewt tal-Mulej. Iżda ma kinitx preżenza ta’ qtigħ il-qalb iżda ta’ tama.

Għax Rembrandt sema’ lill-imsallab jgħid, “Aħfrilhom għax ma jafux x’inhuma jagħmlu!” u sema’ wkoll is-sentenza sabiħa, “Illum stess tkun il-ġenna miegħi.”
Anke aħna, għad li ma aħniex fil-pittura bħal Rembrandt nistgħu wkoll nisimgħu dawn is-sentenzi u nifirħu għax il-maħfra tal-Mulej hi għalina lkoll. Għamilna x’għamilna!
Jalla aħna wkoll fiż-żmien sabiħ tar-randan insibu ftit ħin biex nersqu lejn is-sagrament tal-maħfra li Ġesù ħallielna għax ħabbna b’imħabba tal-ġenn!




Niftakar…
Kont qrajt fuqu.
Kulħadd jgħid kemm hu sabiħ.
Iżda nistqarr li xorta ħassejtni
mmeraviljat
meta waqaft quddiemu.
Binja maestuża
ġojjell artistiku minn barra
seħer u ġmiel minn ġewwa.
Magħruf mad-dinja bħala
Notre-Dame
iddedikat lis-sinjura tagħna Marija
Omm Ġesù.
U waħdi bdejt inġib quddiem għajnejja
il-ġranet koroh
tar-rivoluzzjoni Franċiża
meta l-poplu
instigat minn nies bla fidi
daħal fil-maqdes
u ried li jeqirdu.
Tkissru rjus ta’ statwi
inħarqu teżori reliġjużi
żżarmaw artali
u fuqhom flok immaġni reliġjużi
tpoġġiet tfajla f’isem il-Libertà.
Kien hemm min ried jaħraq il-maqdes biex ma jibqa’ ebda ħjiel tiegħu.
Kien hemm min ried iwaqqgħu
u bil-ġebel tiegħu jinbnew djar u vilel.
Kien hemm min ried
jibdel il-post f’teatru.
U dawn tal-aħħar rebħu

u dak li kien katidral
sar post iddedikat lir-raġuni
għax issa ma kienx baqa’ lok
għall-fidi
iżda biss għal-loġika
u l-filosofija illuminista.
Għaddew ftit snin
u dawk li xandru
libertà, fraternità u ugwaljanza waslu għal bosta aċċessi
u l-poplu warrabhom
bħalma kien warrab
l-aristokratiċi ta’ qabilhom
għax intebaħ
li għalih l-affarijiet ma tantx tbiddlu anzi aktarx marru għall-agħar.
U bil-mod il-mod il-katidral
reġa’ beda jieħu s-sura tiegħu.
Ħidma li ħadet bosta snin
għax biex tkisser ma ddumx imma biex tibni tieħu s-snin u ċerti teżori ntilfu għal dejjem.
Dan kollu ġie f moħħi
meta b’qima bdejt dieħel f’dan il-katidral u fhimt forsi iktar minn qatt qabel li mhux faċli teqred dak li hu reliġjuż minn qalb il-bniedem.
Jiġu żminijiet koroh fuq dak li hu spiritwali. Bosta forsi jwarrbu u jiżżufjettaw b’min jemmen iżda fil-qiegħ ta’ qalbu l-bniedem jibqa’ jixxennaq għall-infinit.
U dan insibuh biss fil-fidi fil-Mulej.
Żmien ilu qaddis li għadda minn ħafna esperjenzi kellu jistqarr, “Mulej Int ħlaqtna għalik u qalbna ma tistrieħx ħlief fik.”
DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna:

Illum, fuq il-Facebook issib min
itella’ stampi u xeni tal-ħajja rurali tal-imgħoddi tal-Gżejjer
Maltin. Dawn jidhru trankwilli, kwieti u idilliċi: kampanja b’siġar, għelieqi u ħitan tassejjieħ, xi bidwi jagħżaq jew jaħrat bil-bhima, xi merħla mogħoż, u kappella fil-qrib; jew it-triq tar-raħal, bit-tfal jilagħbu fiha, nisa jitħaddtu fuq il-bankina, xi bidwi għaddej bil-ħmar u karettun, qassis bis-suttana miexi għall-knisja li tidher fil-qrib, eċċ, eċċ. Ftit bini, ftit nies, ħafna wisa’ u ħafna beraħ. Tidher ħajja ideali.
U b’kuntrast għal-lum, ma tantx jidher li kien hemm storbju ta’ ħsejjes, konġestjoni tat-traffiku, (inkluż b’vetturi kbar: trakkijiet tal-ġebel jew buses enormi tatturisti), kjuwijiet kull fejn tmur, tniġġis fl-arja, u tant nies ta’

rurali antiki bħala dawk ta’ żmien meta l-ħajja kienet iktar kalma u kwieta, b’inqas stress u kważi ideali. U sa ċertu punt hekk kienet. Imma mhux kollox kien daqshekk sabiħ. Ikkunsidra ftit dawn li ġejjin:
Il-faqar. Dari l-faqar kien komuni, anzi t-tallaba kienu komuni. Fir-ritratti antiki rurali nnies, inkluż it-tfal, huma fil-biċċa l-kbira ħafjin u bi ħwejjeġ qodma u mqattgħin1. Rari tidher ħafna ħxuna żejda2. U n-nisa mingħajr ebda rtokk. U wċuħ aktarx maħruqa bix-xemx u mkemmxin b’ħafna xogħol fil-beraħ. M’hemmx nuċċalijiet tax-xemx.
1. U aktarx suwed. Dan għaliex fil-luttu ta’ wara l-mewt l-iswed kien strettament użat; u għal żmien twil, tliet snin għal xi ħadd fil-qrib!
2. Il-fatt li kellhom xogħol manwali iebes, jimxu kull fejn imorru u bil-laħam u ħelu lussu ta’ darba kultant, għenhom biex fil-fatt ikunu f’kundizzjoni tajba ta’ saħħa. (Ċertament ma joħolmux b’xi skejjel tal-ġinnastika!).


Madankollu għall-festa tar-raħal jew għal xi tieġ kienu jilbsu ħafna isbaħ, almenu bl-aħjar li kien ikollhom.
L-iġjene. L-iġjene u l-attenzjoni għall-apparenza ma jidhirx li kienu ta’ xi prijorità kbira. Dari, ilu sew, l-ilma tal-ispiera jew dak tal-bir, kien iservi għax-xorb, tisjir, ħasil u għall-bhejjem. Illussu tal-ilma tal-vit, ta’ loki u kamra tal-banju huma pjuttost riċenti3. Illum bil-kumdità tal-vit, doxxa u giżer, diffiċli timmaġina d-diffikultajiet anke ta’ ħasla ħafifa. Mhux għaġeb li forsi kienu inqas nodfa. U fis-sajf lanqas deodoranti.
L-iġjene fis-snien lanqas kienet mill-aħjar. Li tispiċċa l-ikla b’tuffieħa jew tlaħliħa b’naqra nbid kien jgħin, kif ukoll il-fatt li kienu jieklu inqas ħelu. Imma ħafna kienu jitilfu snienhom

kmieni, ħaġa li tant ixxejjaħ l apparenza.
Aċċidentalment il-loki, jew innuqqas tiegħu ma tantx kien ta’ problema. L-imqajel tal-bhejjem, li kienu mad-dar kif tidħol qabel titla’ t-taraġ għall-għorof, jew limnadar mdawrin bil-ħarrub u bajtar, kienu iktar minn biżżejjed.
Forsi b’riżultat ta’ inqas ħasil, inqas tibdil ta’ ħwejjeġ, b’imtieraħ tat-tiben, u b’tant
annimali qrib, in-nemus, dubbien, briegħed u qamel ma kinux rari.
(Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-ħarġa ta’ Marzu)

3. Pereżempju fin-Nadur il-ġibjun ta’ Triq Xandriku nbena fil-1904-6; u mbagħad l-ilma tal-vit fid-djar beda jitfaċċa bil-mod triq triq tal-madwar. Iddrenaġġ ġie wara. Sal-bidu tas-sittinijiet kienu għadhom qed jgħaddu d-drenaġġ saħansitra f’toroq prinċipali bħalma hija Triq San Ġwann.







Ġentlom
Fl-istorja tat-tennis l-isem
Yannick Noah aktarx li ma kienx jidħol li kieku mhux għal episodju li ġara f’kompetizzjoni f’Monte Carlo fl-1984.
Dakinhar dan il-plejer kien qed jilgħab ma’ Diego Perez millUrugwaj u f’ħin minnhom ħass li d-deċiżjoni tal-imħallef tal-logħba kienet żbaljata għad li din kienet favur tiegħu. Mar u talbu biex ibiddel id-deċiżjoni favur il-plejer Urugwajan għax il-marka talballun kienet turi li dan mess malart ’il ġewwa mil-linja u mhux ’il barra.
Baqa’ jissemma għax kien ġentlom. Tagħlima għalina lkoll li fil-ħajja iktar importanti l-onestà milli s-suċċess.
Avviż ekoloġiku
Ma’ siġra fi Spanja kien hemm tabella li kienet tgħid: ‘Jien insaħħanlek id-dar għax nipprovdilek il-ħatab.
Jien noħloqlok roqgħa art li tkun tista’ tidħol fiha u tiskenn mir-raġġi tax-xemx.
Jien nagħtik frott bnin li jaqtagħlek l-għatx u jagħtik issaħħa.
Jien naħsiblek għall-injam biex bih tagħmel bibien, twieqi u għamara.
Jekk tixtieq li ssalpa fuq il-baħar ngħinek biex tagħmel dgħajsa wkoll.
U biex inkun miegħek dejjem, nipprovdi wkoll il-materjal għal tebutek biex niesek ikunu jistgħu jagħtuk difna xierqa.’
Ejjew napprezzaw in-natura ta’ madwarna għax fiha hemm benefiċċji li kultant lanqas biss jiġu f’moħħna. Niftakru li lambjent mhux tagħna. Hu misluf lilna għal uliedna biex meta jikbru huma jisbuh ftit aħjar milli hu llum.

Ħasibha
Bidwi Ingliż kien jieħu ħafna sħanijiet għax sikwit kien isib passi fuq ir-raba’ maħdum. Għamel diversi tabelli li kienu jheddu li jittieħdu passi kontra min jidħol filproprjetà bla permess iżda kollox kien għalxejn. Il-passi xorta baqgħu jidhru għax milli jidher uħud kienu sabu li min jgħaddi minn hemm kien ifaddal biċċa triq mhux ħażin.

Parir lil studenti li ….
Fl-aħħar il-bidwi neħħa t-tabelli kollha u flokhom għamel waħda biss bil-kliem: ‘F’din l-għalqa hawn ħafna Taraxacum. Min hu avżat ma jistax jitlob kumpens!’
Il-passi spiċċaw kważi għal kollox għax kulħadd beża’ mill-effett ta’ Taraxacum. Ħlief forsi dawk il-ftit li kienu jafu li din il-kelma bilLatin tfisser ċikwejra (xitla selvaġġa) li żgur ma kinitx ser tagħmel ħsara lil min jgħaddi minn fuqha jew minn ħdejha.
Kulħadd jibża’ għal saħħtu… anke dawk li forsi qajla jibżgħu millksur tal-liġi.
Fi żmienu Louis Armstrong kien fost l-aħjar mużiċisti tad-dinja. Darba kien għaddej minn triq u sema’ żewġ mużiċisti jdoqqu lkanzunetta tiegħu ‘Sruttin with some barbecue’. Intebaħ li qed idoqquha bil-mod wisq.
“Ħbieb qed iddoqquha bilmod. Qed teqirdulha sbuħitha!”
“U bħalek fejn taf kif suppost tindaqq?”
“Għax jien inzertajt Louis Armstrong, il-kompożitur talkanzunetta.”
Dawn waqfu jdoqqu dik ilkanzunetta u bdew oħra. Iżda meta Louis Armstrong reġa’ ltaqa’ ma’ dawn il-mużiċisti xi xahar wara lemaħ tabella mdaqqsa tiddikjara solennament: ‘Studenti ta’ Louis Armstrong.’



IL-LAQGĦA TA’ JANNAR
Kellemna Dr Michael Galea PhD, clinical psychologist, f’din lewwel laqgħa ta’ matul is-sena. Sejjisha fuq tliet punti li sew nidraw nipprattikawhom f’ħajjitna.

Bħalma l-gvernijiet, l-entitajiet u saħansitra l-individwi jagħmlu lbudget ta’ dak li jkunu ser iwettqu anke aħna naraw safejn kapaċi
nwettqu u nipprovaw nippjanaw sew dak li ser nippruvaw nagħmlu. Il-bniedem, min-natura tiegħu dejjem jagħmel l-istess affarijiet. L-espressjoni hi: we are creatures of habit. Imma meta nippruvaw nagħmlu xi ħaġa ġdida tiswielna ħafna. Ma nibqgħux ngħaqqdu fiċ-ċirku li nkunu fih. Il-ħajja hija mimlija deċiżjonijiet.
Jiddependi minna liema nieħdu. Sempliċement mobile jċempel għandna l-għażla nweġbuhx jew le. Meta nkunu kapaċi ngħidu ‘le’ lil ħaddieħor inkunu qed ngħidu ‘iva’ lilna nfusna. U nagħmlu sew li nagħrfu nagħmlu d-differenza.
L-awto-umoriżmu: Kemm drabi nieħu ħajjitna b’serjetà żejda. Hemm espressjoni bl-Ingliż li tgħid, ‘Don’t take life too seriously, it is not permanent.’ Lunika ċertezza li għandna f’ħajjitna hija li ser immutu. U li noqogħdu l-ħin kollu naħsbu li m’aħniex għal hawn la jagħmel ġid lil ta’ madwarna u lanqas lilna nfusna. Għalhekk kultant għandna nagħmlu pass lura u niflu sew lilna nfusna… u iva, meta nistgħu nidħku b’dak li nkunu għamilna. Kemm hi ħaġa sabiħa meta nkunu
kapaċi ma neħdux lilna nfusna b’serjetà żejda. Mhux li nwaqqgħu lilna nfusna għaċ-ċajt jew numiljaw irwieħna imma li nidħku b’dak li jiġrilna mingħajr ma noħolqu straġi mill-waqtiet ta’ kuljum. U jekk niflu sew hemm ħafna waqtiet li nistgħu nsarrfuhom fi tbissima dwar ħajjitna.


L-awto-kritika: Kritika f’sens tajjeb. Kritika kostruttiva. Inkunu kapaċi nikkritikaw dak li nagħmlu sabiex nirranġaw dak li hu ħażin u ntejbu dak li hu ġa tajjeb. Ma nkunux individwi li ma jogħġobna xejn minn dak li nagħmlu imma li nagħrfu nitgħallmu mill-iżbalji li fl-aħħar mill-aħħar kulħadd iwettaq. Żball jibqa’ żball meta ma nitgħallmu xejn minnu imma meta nieħdu dik it-tagħlima nkunu kbirna u f’sitwazzjoni simili ma nerġgħux inwettquh. Min jaqa’ u jerġa’ jqum qisu ma waqax. L-attitudni li nrawmu fina tagħmel iddifferenza kollha.
Nirringrazzjaw lil Dr Galea talpunti sbieħ li tana li żgur huma ta’ bidu tajjeb għal din is-sena ġdida.

GĦAL-LAQGĦA TA’ FRAR
Fi Frar ser ikollna fostna mill-
Perù lil ħabib kbir tagħna Dun
Raymond Portelli. Il-laqgħa ta’ Frar ser issir nhar is-Sibt 3 ta’ Frar u tibda fis-7.30p.m. Dun
Raymond dejjem iżejjen illezzjoni tiegħu bi ġrajjiet li jkun għadda minnhom tul din is-sena li għaddiet kif ukoll jagħtina sinteżi ta’ dak li jkun qed iwettaq fil-parroċċa tropikali tiegħu.
Mela ħabib nistennewk. Nhar isSibt 3 ta’ Frar fis-7.30p.m.
Ejjew int u ħajjar lil sħabek jiġu wkoll.



‘[Ġesù] jista’ jsalva għal kollox ’il awk li bih jersqu lejn Alla, għax hu dejjem haj biex jidħol għalihom.’ (Lhud 7:25)
Fi żmien partikolari
tat-Tieni Gwerra Dinjija l-ajruplani Ġermaniżi kien jibbumbardjaw lil Londra lejl wara lejl.
Waqgħu djar, negozji ma’ kull bomba li nxteħtet.
Imwiet u midruba kullimkien. It-tobba ma setgħux ilaħħqu mal-feruti kollha.
Mrs Berwick, mara xwejħa xtrat faxex u mediċina u ma’ bieb darha waħħlet l-avviż, ‘Fil-bżonn, ħabbat.’

William Barclay, teologu, juża din il-ġrajja sabiex jurina li Ġesù wkoll jgħinna b’dan il-mod.
Kulma għandna nagħmlu hu li nħabbtu l-bieb.
Kif nista’ nkabbar il-fidi tiegħi meta naf li Ġesù qed jistennieni?
Ħabbtu u jiftħulkom.” Mattew 7:7



juri lid-dinja s-sengħa u lmeravilja ta’ din il-binja.
L-arkeogisti għadhom ma sabux ir-raġuni wara din il-binja. Ħafna jsostnu li kienet binja fejn il-kap tal-Incas kien imur jistrieħ għal xi jiem biex jaqta’ mir-rutina tassoltu. Imma din hi biss teorija u ma hemmx xhieda awtentika li ssaħħaħha. L-isem Machu Picchu jfisser ‘il-muntanja l-qadima’ jew ‘il-muntanja l-antika’.
L-Incas ħallew il-belt ta’ Machu Picchu aktarx għax beżgħu li jintebħu biha l-Ispanjoli li kienu ġew f’pajjiżhom u ħadu s-setgħa tal-pajjiż f’idejhom. U biex żgur l-Ispanjoli ma jsibuhiex ħarqu lmogħdijiet kollha li kienu jwasslu għal din il-belt meraviljuża li
titfa’ ħafna dawl fuq d-dehen talIncas u t-tradizzjonijiet, drawwiet u kulturi tagħhom.
Kien hemm ħafna tilwim bejn ilGvern Peruvjan u l-Università ta’
Dale fl-Amerika li xtrat mingħand Bingham ħafna oġġetti li nstabu
f’din il-belt. Dan it-tilwim dam sejjer iktar minn 100 sena sakemm fis-sena 2012 lawtoritajiet ta’ Dale University iddeċidew li jirritornaw l-oġġetti kollha mixtrija għax Bingham ma kellu l-ebda dritt ibigħ jew jirregala oġġetti li ma kinux tiegħu.
Illum Machu Picchu jżuruha madwar miljun u nofs turist fissena. Dawn ifissru dħul finanzjarju qawwi lill-industrija turistika Peruvjana. Hemm servizz regolari ta’ trejn li jwasslek sa fuq il-post. Fis-snin li għaddew kienu jżuruha ferm iktar imma l-Gvern Peruvjan iddeċieda li jillimita n-numru għax beża’ li numri kbir ta’ turisti seta’ jagħmel ħsara irreparabbli lil din il-binja meraviljuża li ma tagħmilx għajb lill-binjiet oħra li nsibu fl-Ewropa u fl-Asja. Xhieda li qabel rifsu l-Ispanjoli, ilPeruvjani kienu diġà mħarrġa sew fis-sengħa tal-bini.

