

Il-}bieb












Iben t'Alla sar Bniedem
JANNAR2024
numru 689
Alec Guinness kien attur famuż u għalhekk gvern Ingliż talbu biex jidħol filGran Brittanja u lgvern Messikan intebaħ li l-Gran Brittanja kienet biegħet xi armi lil Kuba. Għall-Messikani dan kien tradiment għax kull min kien jipprovdi armi lil Kuba kien qed ipoġġi lill-Messiku filperiklu peress li ż-żewġ pajjiżi huma qrib ħafna ta’ xulxin. Iktar u iktar meta bejn il-Messiku u l-Gran Brittanja kien hemm stat ta’ ħbiberija. U tant ħaduha bi kbira li ħafna Messikani assedjaw l-ambaxxata tal-Gran Brittanja u kieku mhux għax kien hemm kontinġent qawwi ta’ suldati żgur li d-diplomatiċi Ingliżi kienu jispiċċaw vittma ta’ din il-qilla.


Alec Guinness kellu jmur il-Messiku għax f’dan il-pajjiż kienet qed issir
laqgħa importanti għall-iktar artisti famużi. Iżda ma setax jifhem hu x’seta’ jagħmel biex jirranġa s-sitwazzjoni bejn gvern u ieħor. Żgur li dan ma kienx parti minn xogħlu.
Kien mistenni li meta Alec jidher fuq il-palk biex jagħti d-diskors tiegħu kien ser ikun hemm għajjat u bbujar mill-udjenza Messikana. Ried ifassal pjan bil-għaqal. Talab lil xi ħadd jaqliblu d-diskors fil-lingwa Spanjola, illingwa tal-Messiku. U meta l-Messikani semgħu dan l-artist famuż jitkellem bil-lingwa tagħhom infexxew iċapċpu u addio ġlied u tilwim. Kien rebħilhom qalbhom għax kellimhom bil-lingwa ta’ pajjiżhom. Uriehom kemm kien jistmahom. U meta l-gazzetti Messikani rrakkontaw dan il-fatt tgħidx kemm faħħruh. U la tħabbu miegħu riedu jitħabbu wkoll ma’ pajjiżu.
Kien sar ambaxxatur tal-paċi għax ta importanza lill-lingwa tal-pajjiż. Jalla aħna wkoll ikollna mħabba lejn l-ilsien ta’ pajjiżna li jagħmilna verament Maltin. Forsi iktar mill-Ispanjol tal-Messikani għax tagħhom lingwa missellfa. Tagħna hi tagħna biss.




Niftakar…
Sabiħa l-knisja ta’ San Mattia
mkenna wara s-swar imlaqqma ‘Tas-Sajjieda’ fuq ir-riħ tax-xmara li taqsam il-Belt ta’ Budapest.
Verament ġojjell gotiku li bih l-Ungeriżi huma kburin.
Imma jien l-iktar li dħalt ma kienx biex ingawdi t-teżori artistiċi tiegħu.
Ridt inpassi fejn passa l-Kardinal Mindzenty li l-Komunisti għaddewh minn martirju ta’ bosta snin.
Il-Kardinal Mindszenty kien ragħaj spiritwali maħbub mill-poplu Ungeriż.
Fih kienu jaraw eżempju ta’ kuraġġ u tama. Kellhom fiduċja sħiħa fih u forsi għalhekk il-Komunisti riedu jwarrbuh u jeqirduh għax għalihom kien problema. U sakemm kien mas-saqajn ma setgħux jikkontrollaw lill-Ungeriżi.
U l-awtoritajiet arrestaw lil dan il-Kardinal u għaddewh minn martirju modern.
Fiċ-ċella imma ma jħalluhx jorqod għal jum wara jum u meta jkun għajjien mejjet bla saħħa f’ġismu u mkisser f’moħħu
kienu jġagħluh jiffirma karti li bihom jinkrimina lilu nnifsu u għalhekk isir ħati ta’ tradiment.
Imbagħad tellgħuh il-Qorti u wrew dawn id-dokumenti ffirmati…

xhieda awtentika
iżda n-nies kienet taf li dawn kienu biss teatrini.
Quddiemhom fil-Qorti deher bniedem imkisser mentalment
bil-bżieq ħiereġ minn ħalqu bla ma jipprova jimsħu.
Kienu farrkruh mhux fiżikament iżda mentalment.
Ma kienx il-bniedem li jafu huma.
U għadda snin il-ħabs sakemm l-Ungeriżi ppruvaw jieħdu f’idejhom it-tmexxija tal-pajjiż fl-1956. U l-ewwel ħaġa li għamlu l-kapijiet il-ġodda kien li jeħilsu lill-eroj tagħhom.
Għad li deher għajjien u marradi xorta mexxiehom b’ħila u b’kuraġġ.
Iżda kienet vittorja ta’ ftit jiem.
Ir-Russi reġgħu daħlu b’forza ikbar
fl-Ungerija u l-Kardinal Mindszenty
kellu jitlob kenn
fl-ambaxxata Amerikana
fejn qatta’ bosta snin.
Hemm ma setgħux jidħlu għalih.
Iżda hu kien qisu priġunier
la jista’ joħroġ u
lanqas jikkomunika mal-merħla.
U baqa’ hemm bosta snin
sakemm ir-Russi
laqgħu t-talba tal-Papa u ħallewh joħroġ mill-ambaxxata bil-patt li jibqa’ sejjer Ruma u qatt iktar ma jirritorna.
Għalhekk ridt inpassi fil-katidral biex nipprova nħoss il-preżenza
ta’ dan il-martri modern li bil-verità kien lest iħalli ħajtu għall-merħla tiegħu.
Ħadd minna mhu ser jgħaddi minn martirju bħal dan imma xorta rridu ħafna kuraġġ
biex ngħixu ta’ Nsara
f’dinja li tipprova tirredikola dak kollu li hu
qaddis u spiritwali.


“Laqqatt virus!” Sikwit tismagħha meta jimrad xi ħadd. Imma x’inhu dan il-virus? U wieħed tkun laqqat?
Li l-mard jista’ jiġi minn xi affarijiet inviżibbli madwarna hija idea qadima. Pereżempju kien maħsub li l-marda tal-malarja ġejja minn arja ħażina u ilma qiegħed, u fil-fatt hemm assoċazzjoni. Meta l-Olandiż
Anton Leeuenhoek (1632-1723) sab, bil-mikroskopji li għamel, li jeżistu kreaturi inviżibbli għalina, fetaħ tieqa fuq id-dinja ta’ madwarna mimlija kreaturi mikroskopiċi. L-assoċazzjoni bejn mikrobi u mard (kemm ta’ pjanti u kif ukoll ta’ annimali) għamilha l-Franċiż Louis Pasteur (1822-75). U fuq xogħlu bnew ħafna tobba u riċerkaturi oħra, bħall-Ġermaniż Robert Koch (1843-1910) li sabu li ħafna mard komuni ġej minn mikrobi inviżibbli. Imma għal waħda millmardiet famużi li studja Pasteur, ma nstab ebda mikrobu minkejja
ħafna riċerka, ħafna esperimenti u mikroskopji dejjem aħjar. U għal xi żmien kien kontroversjali x’qed jikkaġunaha għax ma nstabux mikrobi f’pazjenti
infettati. Fost dawk li ħasbu li lmikrobi ma nstabux għax kienu żgħar wisq biex jidhru bilmikroskopji ta’ dak iż-żmien kien hemm l-Olandiż Martinus
Beijernicnk (1851-1931) li introduċa l-isem ‘virus’ għal dawn il-mikrobi żgħar ħafna. Kien fl-1931 bl-invenzjoni talelectron microscope li l-ewwel viruses dehru bħala partiċelli żgħar.
U veru żgħar, inimmaġinabbli
żgħar. Huma l-iżgħar millmikrobi kollha. Għax anke fost ilmikrobi hemm varjazjonijiet fiddaqs. L-ikbar huma dawk li jikkonsistu f’ċelloli bħal dawk li jikkawżaw il-malarja, b’daqs ta’ madwar 10 microns, 5 microns huwa d-daqs ukoll tal-biċċa lkbira taċ-ċelloli umani. Imbagħad hemm il-bakterja, iżgħar, madwar 2 sa 20 microns. Però mbagħad il-
viruses tant huma iżgħar li għalihom hemm kejl ieħor, innanometer. Nanometer huwa wieħed minn miljun ta’ millimetru. Il-viruses ivarjaw fiddaqs minn 2 sa madwar 300 nanometer. Jiġifieri l-viruses huma madwar elf darba iżgħar mill-bakterja.
Tant huma żgħar li lanqas biss huma ċelloli, imma jikkonsistu biss fi ftit materjal ġenetiku miksi
jisplodu u fi ftit sigħat ikun hemm biljuni. B’xorti tajba dan ma jseħħx għax il-materjal ġenetiku u d-daqs taċ-ċellola infettata huma limitati. Però xorta meta din
ċellola infettata tmut u tinqasam eluf kbar ta’ viruses joħorgu biex jinfettaw ċelloli oħra.

qishom kristalli bla ħajja u kapaċi jdumu hemm għal żmien indefinit sakemm isibu ċirkustanzi tajba u jinfettaw ċelloli ġodda.
Però mbagħad x’fatta jieħdu lħajja! Dan għaliex il-partiċelli talviruses jiżdiedu espotenzjonalment, jiġifieri jirduppjaw ma’ kull fażi tarriproduzzjoni u allura n-numru tagħhom jikber fenomenalment. Jekk virus jirdoppja kull għoxrin minuta f’għaxar ġenerazzjonijiet, tliet sigħat, ikun hemm iktar minn elf, imma mbagħad in-numri
U l-ġisem uman, minkejja li huwa tant u tant ikbar mill-viruses u għandu wkoll sistemi ta’ difiża jibda juri s-sintomi ta’ infezzjoni jekk per eżempju l-infezzjoni hija mill-virus tal-influwenza jkun hemm deni, għejja, uġigħ ta’ ras, flissjoni, u għatis. Però jekk il-ġisem huwa b’saħħtu, għandu immunità tajba (jew minn infezzjoni mirbuħa tal-passat jew minn vaccini), ġeneralment linfezzjoni jirbaħha. Jekk le, ilġisem kollu kapaci jmut u jispiċċa.
Din hija l-kundizzjoni umana. Biex tilqa’ għall-mard, inklużi tal-viruses, trid dieta tajba, iġjene tajba, immunità tajba, eżerċizzju tajjeb, serħan tajjeb, u fuq kollox xorti tajba.
U ftakar li meta tgħid li laqqat virus tkun mort żmerċ numerikament b’differenza ta’ biljuni!





L-umiltà

kienet għal din l-udjenza speċjali.
U qalilhom:
“Naf li wħud minnkom m’intomx Kattoliċi iżda ma naħsibx li l-barka tiegħi ser tagħmlilkom ħsara anke jekk ma temmnux fil-Papat!”
Meta l-interpretu fissrilhom kliem il-Papa tgħidx kemm daħku bilqalb. Mhux ta’ b’xejn li dan ilPapa baqa’ magħruf bħala ‘l-Papa twajjeb’.
Ellen Terry kienet artista fama u
ħafna kienu jqisuha l-aħjar aħjar fejn tidħol iddrama ta’ Shakespeare. żmien ma jaħfirha lil ħadd u darba, meta kellha fuq 70 sena u kienet qed tagħmel il-parti tagħha play The Merchant of Venice waqfet f’nofs il-palk. Dehret donnha mħawda. Iżda malajr marret ħdejn it-taraġ, niżlet ħdejn udjenza u qaltilhom: “Fakkruni daqsxejn x’irrid ngħid għax moħħi donnu waqaf jaħdem!”

U d-dilettanti ta’ quddiem, li kienu jafu l-vrus bl-amment, malajr fakkruhomlha. Ellen telgħet mill-ġdid fuq il-palk u kompliet fejn kienet ħalliet, blapplaws tal-udjenza jkun ikbar mis-soltu.
Ftit umiltà tħabbibna mal-oħrajn ferm iktar minn ħafna pożi u suppervja.

Valuri

Onestà
Waqt li kienu jiskavaw il-belt ta’ Pompej li sfat mirduma b’20 pied lava meta żbroffa l-vulkan Vessuvju, intebħu li kien hemm ħafna ċittadini ta’ Pompej li setgħu ħarbu iżda nqabdu bil-lava.
Wieħed jidher għadu jfittex għal xi muniti tad-deheb.
Familja tidher tgħabbi karettun b’għamara u oġġetti oħra biex jeħduhom magħhom qabel jaħarbu.
Uħud għażlu li jibqgħu ġewwa bit-tama li kollox jgħaddi b’wiċċ il-ġid.
Dawn huma ftit mill-figuri umani li baqgħu jittratenu għax beżgħu li jitilfu dak li kienu faddlu. U spiċċaw biex tilfu kollox.
Għamlu għażla ħażina għax ħajjithom kienet iktar importanti minn ġidhom. Qalbu l-valuri. U listorja għadha tirrepeti ruħha anke jekk ma jkunx hemm vulkani li jiżbruffaw.
Omm waqfet fejn bejjiegħ talarloġġi tal-idejn għax riedet tixtri tnejn għal uliedha. Arloġġi ta’ ftit valur għax uliedha riduhom għallħajja ta’ kuljum. Imorru l-iskola bihom, jilagħbu bihom, jiġru bihom. Il-bejjiegħ offrielha arloġġi li ma tantx kienu jiswew flus. Bi ftit liri kienet ser tagħmel festa. Iżda xorta riedet tkun taf dwar ilgaranzija.
“Kemm għandhom garanzija dawn l-arloġġi?”
“Sinjura, jekk irrid inqarraq bik ngħidlek li għandhom garanzija ta’ għaxar snin għax jien illum hawn u għada aktarx li nkun f’belt oħra fejn int ma tkunx tista’ ssibni. Ngħidlek biss li għall-flus li ħallast għandek arloġġi li għandhom iservuhom ftit snin mhux ħażin jekk ma jkissruhomx.”
U l-omm xtrathom għax għad li ma kellhomx garanzija rat filbejjiegħ ħafna onestà. U xi ħadd darba qal li din hi l-aħjar triq.



IL-LAQGĦA TA’ DIĊEMBRU
Kellna fostna lil Miriam Portelli u għamlitilna laqgħa interessanti
ħafna dwar ‘Il-Milied filMissjoni’. Sawret il-laqgħa madwar esperjenza missjunarja fil-Perù li kellha fl-1994 flimkien
mal-Grupp missjunarju Għawdxi mmexxi minn Dun Mikiel Attard flimkien ma’ ħutha Dun Karm u
Dun Raymond u xi persuni oħra.
Dun Raymond li kien filbidu tal-ħajja missjunarja
tiegħu f’dan il-pajjiż ħadhom Chuquibamba
fejn damu ġimgħa sabiex jiklamatizzaw ruħhom
mal-arja tal-muntanja u baqgħu telgħin sa Salamanca… dan hu raħal
żgħir u maqtugħ filmuntanji. Nies foqra imma qalbhom miftuħa għal min imur ħdejhom. Qaddsu quddiesa fil-knisja kbira ta’ żmien l-Ispanjoli u ftit ftit bdiet timtela’. Peress li huma nies foqra li jgħixu flimkien mal-bhejjem tagħhom ir-riħa talannimali kienet tinxtamm sew. Waħda mill-grupp qalet li qed
tistħajjilha l-quddiesa tal-ewwel Milied… għax fl-għar ta’ Betlem żgur li kienet tiddomina r-riħa talannimali. U għad li kienu f’Awwissu, Miriam baqgħet tassoċja l-Milied ma’ din lesperjenza. Kompliet il-laqgħa interessanti madwar tliet punti meħuda minn din il-ġrajja. IlMilied għandu jkun festa ta’ akkoljenza… in-nies tal-post minkejja li ma jafuhomx

laqgħuhom u tawhom mill-ftit li kellhom…frott, ġobon eċċ. Il-fqir lest li jaqsam ma’ ħaddieħor il-ftit li għandu. U nhar l-ewwel Milied

Ġesù kien imdawwar u milqugħ
mill-foqra... ir-ragħajja, limwarrba mis-soċjetà ta’ żmienhom. Nagħmlu sew li din ilfesta nżommuha sempliċi. Il-ħajja tal-lum ikkumplikata u dawn ilkumplikazzjonijiet daħħalniehom f’kollox. Irridu nżejnu, nixtru rrigali, nilbsu sabiħ, niltaqgħu malħbieb, ikliet ikbar u aħjar missoltu… Ġesù wriena li fissempliċità ta’ qalbna hemm ilveru sens ta’ paċi. U sabiex ilMilied ikun tassew sħiħ hemm bżonn il-qsim tal-ħobż… naqsmu flimkien dak li għandna, il-foqra ta’ Salamanca ħadulhom mill-ftit li kellhom, ir-ragħajja ta’ Betlem taw lil Ġesù mill-faqar tagħhom u anke aħna għandna nagħtu li nistgħu. Il-karità qatt ma faqqret lil ħadd. Fuq kollox hemm il-qsim tal-ħobż Ewkaristiku. Fit-tqarbin inkunu qed nirċievu lill-istess Ġesù li twieled f’Betlem.
Nirringrazzjaw lil Miriam tallaqgħa sabiħa li għamlitilna u lesperjenza li qasmet magħna. Żgur li serviet ta’ preparazzjoni sabiħa għal dawk kollha preżenti lejlet l-ewwel Ħadd tal-Avvent.

...GĦAL-LAQGĦA TA’ JANNAR
Għall-ewwel laqgħa ta’ matul is-sena ser ikellemna l-psikologu Dr Michael Galea PhD. Ser issir nhar isSibt 6 ta’ Jannar u tibda fis7.30p.m. Żgur li Dr Galea ser jagħtina tips professjonali ta’ kif nistgħu nibdew aħjar din is-sena l-ġdida.
Mela ħabib nistennewk. Nhar is-Sibt 6 ta’ Jannar fis-7.30p.m. Ejja int u ħajjar lil sħabek jiġu wkoll.





[Waslu Ġerusalemm xi
maġi mil-Lvant:]
rajna l-kewkba tiegħu Lvant u ġejna nqimuh.” Mattew 2: 2
Henry Van Dyke kiteb storja
fuq ir-raba’ maġu, Artaban.
Kellu jmur mat-tlieta l-oħra sabiex ifittex re li twieled.
Artaban kellu borża
ħaġar prezzjuż sabiex jagħtihom lir-re. Fi triqtu sabiex jingħaqad -tlieta l-oħra waqaf jgħin
lil xi ħadd fil-bżonn.
Din il-waqfa tellfitu
milli jingħaqad mal-oħrajn.
Ma rnexxilux
jiltaqa’ magħhom.
Baqa’ jgħin lil kull min jiltaqa’ miegħu u jqassam il-ħaġar prezzjuż tiegħu.
Artaban spiċċa tallab fil-belt imbiegħda ta’ Ġerusalemm. Jum minnhom iltaqa’ ma’ raġel li kienu sejrin joqtluh.

Ħass għalih għaliex ma setax jgħinu. Meta dan ir-raġel qorob lejn Artaban qallu, “Tħossokx imdejjaq, ilek tgħinni ħajtek kollha!”
Kif naħseb li Artaban ħassu għal dan il-kliem ta’ Ġesù?
“…kull ma għamiltu mal-iżgħar fost ħuti, għamiltuh miegħi.” Mattew 25: 40


(tfisser ġebla jew blata)
Belt oħra għal ħafna snin miksija b’tifrik u terrapien. Kienu jafu wkoll bl-eżistenza tagħha iżda tterromot tar-4 seklu wara Kristu kważi ksieha għal kollox u ħadd donnu ma kellu aptit jitlef żmien
iħaffer biex jikxef il-passat tagħha.
Sakemm inqala’ l-arkeologu
Johannes Burcharat li fl-1812
beda l-iskavi biex ikun jaf iżjed dwar din il-belt minsija u mitlufa.
U li sab għaġġeb id-dinja għax
illum Petra hi meqjusa waħda mill-meravilji mundjali li ħadet lisem ġdid ta’ Rose City, għax ilbinjiet tagħha jieħdu kulur roża kemm fi tlugħ kif ukoll f’inżul ixxemx. Dan il-fenomenu jiġri minħabba l-kulur ħamrani talġebla li forniet il-materja prima għal din il-belt.
Għal ħafna snin (mitt sena qabel
Kristu sar-raba seklu wara Kristu)
Petra kienet belt traffikuża ħafna peress li kienet ċentru fejn lgħażel Ċiniż, l-inċens Għarbi u l-
ħwawar Indjani kienu jiġu esebiti

biex xerrejja, l-iktar Ewropej, imorru u jagħżlu minnhom. Il-belt kellha lok kbir ta’ qima u amfiteatru li kien jesa madwar 4000 ruħ. Fiha sa issa sabu iktar minn 1000 qabar kollha mħaffra fil-ġebel għoli li bih hi mdawra l-belt.
L-arkeoloġisti jgħidu li din il-belt inbniet matul medda twila ta’ żmien u kienet l-iktar il-ħolma
tas-sultan Aretas mis-saltna msejħa Nebatajana. Jgħidu li qabru wkoll qiegħed f’din il-belt ta’ ħolmietu għad li mhumiex ċerti mill-post eżatt fejn ġie midfun.
L-istoriċi jmorru ferm lura fiżżmien u jorbtu din il-belt li qabel kienet biss qisha raħal ċkejken ma’ Mosè u Arun, l-aħwa biblici li kienu l-mexxejja tal-Lhud meta dawn mill-Eġittu telqu lejn l-Art Imwiegħda. Tant li jgħidu li qabar
Arun qiegħed proprju f’din il-belt. Iżda dwar dan hemm ħafna mistoqsijiet bla tweġiba. Ħafna millbinjiet l-iktar imsemmija huma mħaffra fil-blat
b’disinji stupendi li jsebbħu lfaċċati tagħhom. L-iktar binja fotografata f’Petra hi dik imsejħa It-Teżor b’faċċata li tgħaxxqek għax mimlija lavur li juri sengħa kbira. Sejħulha Teżor għax innies kienu jaħsbu li l-abitanti talbelt kienu jaħbu t-teżori tagħhom f’din il-binja. Jekk kien hemm xi teżor fiha ilu li nsteraq.
Illum iktar minn miljun turist iżuru din il-belt imġarrfa. Għal ħafna snin riedu jagħmlu hekk bil-mixi biex mill-bliet talĠordan jaslu ħdejha imma fl2021 l-awtoritajiet taw permess għal numru żgħir ta’ karozzi. Kull waħda trid biljett apposta biex tintuża ħalli l-ħsara ambjentali, ħtija tad-duħħan, tkun limitata u hekk in-nies ta’ warajna jkomplu jitpaxxew b’din il-belt meraviljuża li iktar minn tliet kwarti minnha għadha mhix mikxufa.

