

NOVEMBRU 2023 numru 687
Iben t'Alla sar Bniedem
NOVEMBRU 2023
numru 687
Dun Ġiljan Cassar hu qassis Malti fi New York. Għal ħafna snin kellu rubrika
Sewwa u fost ħafna anedotti personali li jirrakkonta Settembru 2001 meta saru l-attakki fuq it-Twin Towers.
Jirrakkonta Dun Ġiljan li waqt li kien qed iqaddes sema’ l-mobile jdoqq iżda ma setax jirrispondi peress li kien waqt il-quddiesa. Ħaseb li kien xi parruċċan li kellu bżonn xi ħaġa. Kompla l-quddiesa bħas-soltu. L-udjenza ma tantx kienet numeruża u akarx ta’ età avvanzata.
Malli spiċċa l-quddiesa ħares lejn il-mobile u ħa qata’. Meta ra n-numru talmissed call kien ta’ ommu li kienet tgħix Malta. Beża’ li seta’ ġralha xi ħaġa u immedjatament ċemplilha biex jara x’inqala’. “Xi ġralek, ma? X’inqala’?”
“X’inqala’ lilek! Mela ma tafx dwar l-attakk li qed isir fuq it-twin towers!”
U dak il-ħin daħlu xi parruċċani jgħidu bl-attakki u dlonk ħarab biex jara x’qed jiġri billi fetaħ it-televiżjoni. Issa seta’ jara dak li l-għażiża ommu kienet qed tipprova tgħidlu. Anzjuża dwar binha li kien fi New York riedet tkun ċerta li hu ma kienx ma’ dawk il-mijiet maqbuda f’dawn it-torrijiet tal-mewt.
Kos hux fejn qabel aħbar biex tasal minn kontinent għall-ieħor kienet tieħu ħafna ħin, illum id-dinja saret qisha raħal globali. Saret qisha raħal żgħir. Mara anzjana f’Malta tkun taf x’qed jiġri fi New York qabel l-istess binha li kien jgħix f’din ilbelt.
U issa li għaddew ħafna snin, il-mezzi ta’ komunikazzjoni saru ferm iktar veloċi u dak li kien raħal illum sar pjazza. Kollox qed jiġri quddiemna għax llum inġorru d-dinja fil-but peress li l-mobile phone għandu miegħu l-internet.
Iżda għall-Mulej f’dan ma hemm xejn ġdid. Sa mill-ħolqien tal-bniedem seta’ kien hemm djalogu kontinwu bejn il-Ħallieq u l-bniedem. Djalogu li jsir b’ħeffa ta’ leħħa ta’ berqa. Inkellmuh fil-fond ta’ qalbna u Hu jismagħna dak il-ħin stess. Għax għalih id-dinja ilha ħafna villaġġ globali. Anzi ħafna iżgħar għax aħna ngħixu FiH bħal ħuta fl-ilma safi.
Niftakar… Oberammergau. Konna ilna nisimgħu dwar din il-belt. U issa li inzertajna qrib tagħha peress li qattajna xi jiem fi Munich iddeċidejna li nżuruha.
Hi belt bi storja speċjali.
U għalhekk il-ġrajja għandha mijiet ta’ snin.
In-nies ta’ Oberammergau rnexxielhom iħalluha ħajja tant li belthom hi xhieda ta’ din il-ġrajja.
Niftakarni ndur ma’ sħabi din il-belt ċkejkna u fuq il-ħitan tad-djar hemm xeni dwar din l-istorja
li għaddiet minnhom belthom mijiet ta’ snin ilu.
Kienet is-sena 1634 meta fil-Bavarja nibtet il-marda qerrieda tal-pesta.
Għexieren bdew imutu kuljum u fl-aħħar il-marda daħlet ukoll f’Oberammergau.
In-nies beżgħu li l-popolazzjoni kollha ser tinqered. Il-kapijiet tal-belt iltaqgħu u flimkien għamlu wegħda solenni, “Jekk beltna tiġi meħlusa minn din il-marda qerrieda
aħna nintrabtu u magħna norbtu
wkoll lil ta’ warajna
biex kull għaxar snin nagħmlu play tal-passjoni biex in-nies ta’ Oberammergau u dawk li jitħajru jiġu jarawha jifhmu kemm ħabbna u bata għalina l-Mulej.”
L-imwiet tal-pesta waqfu.
U nies il-belt żammew kelmthom.
U kull għaxar snin
bdew itellgħu din il-play dwar l-aħħar ġranet ta’ Ġesù fostna.
U maż-żmien saret popolari ħafna tant li llum fis-sena li jmissha ssir ikun hemm iktar minn 90 rappreżentazzjoni.
F’sena waħda għaliha jmorru eluf mid-dinja kollha.
Aħna ma konniex hemm fis-sena tal-play.
Iżda xorta dħalna fit-teatru fejn issir.
Teatru speċjali
għax waqt li l-udjenza
għandha saqaf fuq rasha
il-palk hu wieħed għall-beraħ u allura mhux darba u tnejn
l-atturi jispiċċaw jirreċtaw il-parti tagħhom fix-xita.
Għan-nies tal-belt hu unur kbir li tintgħażel biex tieħu sehem. Fil-play ma hemmx daqniet foloz u parrokki
iżda kollox naturali.
Is-salib li jġorr min jaħdem il-parti ta’ Ġesù hu tqil injam ta’ veru.
U waħdi meta l-gwida kien qed idawwarna stajt nifhem aħjar kemm hu importanti fil-ħajja inkunu nies ta’ kelma.
Bħan-nies ta’ Oberammergau li żammew il-wegħda li kienu għamlu missirjiethom mijiet ta’ snin ilu.
Hija ħaġa ċerta li ġurnata minnhom għad trid tmut. X’jiġri dakinhar?
Bi ftit eċċezzjonijiet żgħar, u forsi b’daqsxejn sorpriża għalik, kollox jibqa’ għaddej l-istess!
L-arloġġ tat taraġ jibqa jdoqq il-ħin; l għasafar fil ġnien ikomplu jgħannu; u ż-żibel ikompli jinġabar u jitlaq.
It-traffiku fit-triq jibqa’ għaddej listess. In-nies jibgħu għaddejjin fuq xogħolhom, okkupati kif inhuma bil-problemi kbar u żgħar tagħhom. U jekk jisimgħu min miet, xi wħud jippruvaw jagħmlu sforz ħa jaraw jiftakrukx!
Il-mijiet ta’ appuntamenti li saru
traffikar marittimu fil-fliegu u ttitjiriet fl-ajru jibqgħu għaddejjin xorta waħda.
Fost ħafna u ħafna affarijiet oħra, il-festi, lisparar u lbriju; il-ġiti, ilparties u lavvenimenti sportivi, kollha jibqgħu għaddejjin listess.
U s’intendi fis-sema, ix-xemx, ilqamar, il-pjaneti, il-kwiekeb u lgalassiji jibgħu għaddejjin florbiti u movimenti grandjużi tagħhom, qisu assolutament ma ġara xejn. Jisbaħ xorta waħda!
L-istampa hija differenti ħafna għal dawk familjari, qraba, u
ħbieb ta’ ġewwa. Ir-realizzazzjoni ta’ dan il-pass irriversibbli ta’ xi ħadd dejjem magħhom u parti mid-dinja tagħhom taħsadhom sew (l-iktar jekk kienet xi mewt mhux mistennija) u barra diqa kbira, iġġegħilhom inevitabbilment jaħsbu fuq il-mortalità tagħhom stess. Is-sens ta’ telfa u dieqa jieħu żmien twil biex jittaffa xi ftit.
fis-siegħa, jew mewt kull kważi żewġ sekondi.
Insomma, dan fuq fuq huwa x’jiġri dakinhar li tmut. Għalik ikun avveniment importanti u enigmatiku daqs it-twelid u l-bidu tal-eżistenza personali tiegħek. X’jiġri wara l-mewt, tal-inqas xjentifikament, ma nafux, minkejja li ħafna reliġjonijiet għandhom l-ideat differenti tagħhom.
Però ta’ min jittama li almenu tħalli din id-dinja mqar daqsxejn aħjar milli sibtha.
U dakinhar li tmut lanqas tkun ħallejt din id-dinja inti biss. Huwa kkalkulat1 li dakinhar li tmut, globalment, jħallu d-dinja miegħek madwar 160,000 persuna oħra; jew madwar 7,000
1. Skont il-worldpopulationreview.com
Bħas-soltu Shakespeare għandu liktar kwotazzjoni memorabbli: Tomorrow, and tomorrow, and tomorrow,
Creeps in this petty pace from day to day
To the last syllable of recorded time,
And all our yesterdays have lighted fools
The way to dusty death. Out, out, brief candle!
Life’s but a walking shadow, a poor player
That struts and frets his hour apon the stage
And then is heard no more; it is a tale
Told by an idiot, full of sound and fury, signifying nothing. (Hamlet. Act 5 scene 5).
Dak raġunar!
Iltaqgħu jitkellmu u wieħed staqsa lil sieħbu, “Int sejjer għall-funeral ta’ ħabibna John?” “Le ta. Kieku baqa’ ħaj ma kienx jiġi għal tiegħi. Mela jien ma mmurx għal tiegħu!”
Xi ħadd darba qal, “Min irid jista’ u min ma jridx isib elf skuża.
Ħsieb fl-estrem
Albert Camus hu magħruf bħala awtur ateista. Ma jemmen b’xejn. Iżda xi ġranet qabel miet lil ta’ madwaru, li bħalu kienu inkreduli, qalilhom, “Ser ikolli nistqarr li lħajja hi bla sens jekk m’hemmx xi ħaġa ’l hemm minnha.”
Rimarka bħal din, minn bniedem bħal dan, fiha ħafna piż għal min irid jifhimha!
Mużiċista li kien idoqq il ħalla fit-testment li dan listrument irid jindifen miegħu. Xewqa li niesu żammew u għalhekk il-flawt indifen miegħu.
Xi ħadd lemaħ lil mart il-mejjet tħares lejn is-sema u titlob. Staqsewha, “X’qed titlob sabiħ?” “Qed inrodd ħajr lillMulej li żewġi ma kienx pjanista għax kieku ara xi problema kien ikollna!”
Li tħares b’mod pożittiv lejn xi problema partikulari ġa għandek nofs is-soluzzjoni. Kultant ferm iżjed min-nofs.
Parir tajjeb
Nehru, iz-ziju ta’ Indira Gandhi li wara laħqet Prim Ministru tal taha dan il-parir: “Fid-dinja hawn dawk li jaħdmu u dawk li jieħdu t Stinka biex tkun fl għax issib ferm inqas kompetizzjoni peress li l maġġoranza jistinkaw biex ikunu fit-tieni!”
Perspettiva fuq il-mewt
Xi ħadd staqsa lil patri xiħ kif iħares lejn il-mewt u wieġeb hekk: “Qisni qiegħed fuq ix-xtajta nħares lejn vapur. Narah jitbiegħed sakemm ma jibqax jidher. Ma jibqax jidher għalija għax il-vapur għadu l-istess! U waqt li jien qed ngħid ‘m’għadux jidher’ xi ħaddieħor qed jgħid, ‘ara ġej’.”
Kien żagħżugħ l-isptar, jistenna li jagħmlulu operazzjoni talappendiċite. Biex jiġbed daqsxejn attenzjoni tan-nurse qalilha, “Toħroġ miegħi wara loperazzjoni u mmorru nieħdu drink flimkien għax veru niffansjak!”
“Bil-qalb kollha, basta tieħu permess mingħand l-għarus tiegħi!”
“U fejn ser niltaqa’ miegħu biex nitolbu dan il-pjaċir?”
“Hu l-professur li dalwaqt jagħmillek l-operazzjoni!”
Ma naħsibx li talab il-pjaċir li xtaq.
Kellemna Dun Manwel Cutajar u semma diversi punti li huma ta’ interess ħafna għalina. Beda llezzjoni b’referenza għal intervista li ra mad-direttur talOrkestra Andrè Rieu li x-xahar li għadda għamel żewġ kunċerti f’pajjiżna. Staqsewh għaliex lest li jgħaddi minn daqshekk taħbit sabiex itella’ l-kunċerti popolari tiegħu. It-tweġiba tiegħu kienet li għax jieħu gost jagħmilhom. Alla tagħna hu Missier li jħobb. Missier perfett għax ma għandux id-difetti li għandna aħna lbnedmin. Reliġjonijiet oħra jpittru lil Alla bħala xi ħadd li għandu xi black book (bħalma kienu jgħidulna meta konna l-iskola u nagħmlu xi ħaġa ħażina) li jikteb in-nuqqasijiet tal-bnedmin u jerfagħhomlna għall-jum ilġudizzju tagħna. Alla tagħna mhux hekk. Alla tagħna jrid li lbnedmin kollha jmorru jgawduh il-ġenna. U għandna l-ħajja sabiex nagħmlu l-ġid. Fid-dramm
‘Macbeth’ ta’ William Shakespeare nsibu l-kliem ta’ Lady Macbeth – karattru diffiċli li lesta sabiex toqtol basta tasal għal
dak li għandha f’moħħha - li tirreferi għall-ħajja bħala ‘a tale told by an idiot’. Il-fatt li l-Iben ta’ Alla miet għalina b’mewt laktar krudila jurina l-importanza tal-ħajja. Poeta Musulman Albaniż għandu versi li fihom jistaqsi lil Kristu Kurċifiss min hu. Ġesù ssallab għal kulħadd. Għalhekk importanti li dak li nagħmlu nagħmluh b’imħabba għaliex nemmnu fih, għaliex naraw il-bżonn tiegħu.
Semmielna storja ta’ A J Cronin li
tassistih waħda nurse tal-affari tagħha. Darba qalilha li hi taħdem ħafna aktar minn nurses oħra u għalhekk għandha tingħata paga akbar li tirrifletti x-xogħol tagħha.
Iżda hi kienet taħdem minn qalbha u ma wriet l-ebda interess f’paga akbar. Fl-aħħar it-tabib qalilha li anke Alla jaf li tixirqilha paga aħjar. Weġbitu li għaliha daqshekk huwa biżżejjed… Alla jaf x’inhi tagħmel. Storja interessanti oħra kienet dwar Philip Melanchthon li kellu sehem
importanti fix-xiżma Protestanta. Ix-xwejħa ommu, li ovvjament kienet Kattolika, ħassitha titħawwad bit-taqlib li rat madwarha u staqsiet lil binha x’ser tagħmel. Jingħad li qalilha, ‘Ma tantx tista’ tagħmel differenza kif tgħix imma l-aħjar reliġjon sabiex tmut fiha hija dik Kattolika’.
Nirringrazzjaw lil Dun Manwel tal-ħsibijiet sbieħ li għamlilna. Nixtiequ ferm li aktar żgħażagħ u old boys jilqgħu l-istedina tagħna ta’ kull xahar. Nibdew ix-xahar fuq nota tajba.
Bħalma għamilna fl-aħħar snin din is-sena wkoll il-laqgħa ta’ Novembru ser tkun tikkonsisti f’Quddiesa. Huwa xieraq li niftakru f’dawk il-ħbieb li kienu fostna iżda llum m’għadhomx magħna... niftakru f’dawk iż-
żgħażagħ li mietu ħesrem flaħjar ta’ ħajjithom; niftakru fl-old boys li xi darba jew oħra ġew għal din illaqgħa u llum qegħdin fi ħdan ilMulej; niftakru f’dawk ilġenituri kollha tal-ġuvintur tallum u tal-old boys li għad li ħallewna għadhom f’qalbna.
Il-Quddiesa tkun tissodisfa wkoll il-preċett ta’ smigħ talQuddies tal-Ħadd.
Mela għal nhar is-Sibt 4 ta’ Novembru fis-7.30p.m. fis-sala talMUSEUM (subien).
għama ta’ Tobit intemmet meta ibnu mexa ma’ dak li qallu Arkanġlu San Rafel. Tobit irringrazzja lil Alla jgħid,]
Ikun imbierek Alla, u jkun imbierek isem kbir tiegħu…” Tobija 11:14
Byron Dell trabba razzett fin-Nebraska. Meta kellu tmien snin kellu żiemel jismu Frisky, li bosta drabi kien ikun denju ta’ ismu. Għodwa minnhom
Byron kien ħdejn il-baqar meta Frisky, imbeżża’ ħarab jiġri b’saħħtu kollha.
Byron żammlu kemm seta’ u rnexxielu jwaqqfu.
Dak il-lejl, qabel raqad, missieru niżel għarkupptejh miegħu ħdejn soddtu u rringrazzjaw lil Alla li ma ġralu xejn.
Minn fuq dan l-inċident għaddew 55 sena iżda Byron ma nsiehx. Minn dakinhar ’il quddiem it-talb sar parti mir-rutina tal-jum.
Kemm jien komdu ninżel għarkupptejja u nitlob?
Missieri ma għallimnix kif għandi ngħix, għex ħajtu, u ħallieni nosservah. Clarence Budington Kelland.
Aħna nassumu li l-fuljett
tagħna u tagħkom iż-
żgħażagħ jinqara anke mill-
ġenituri u min-nanniet.
Għalhekk ħassejna li f’din il-ħarġa nsemmu ftit
x’kapaċi jagħmlu nies
anzjani l-ewwel nett biex nagħmlu kuraġġ lix-xjuħ
tagħna u t-tieni biex aħna
ż-żgħażagħ nitgħallmu minnhom u nibqgħu
nistinkaw anke meta filbidu forsi ma nirnexxux.
John Glenn – fl-1962 kien lewwel Amerikan li tela’ flispazju. Dakinhar kellu 42 sena. Fl-1996, issa fl-età ta’ 76 sena kien l-ixjeħ bniedem li tar flispazju meta kien parti mill-grupp ta’ astronawti fuq il-vettura spazjali Discovery. Ħafna stagħġbu li dan il-bniedem, imdaħħal fiż-żmien, ġie magħżul biex ikun konsulent u speċjalista spazjali. Qal lill-ġurnalista, “Għadni bl-istess entużjażmu li kelli meta dort mad-dinja flispazju 34 sena ilu.”
Georgina Harwood – kienet tħobb tagħmel id-dare devil
jumps minn fuq l-ajruplani. Iżda żgur li ftit issoponew li għallbirthday tagħha ta’ 100 sena fl2015 titlob lil qrabatha biex iħalluha taqbeż minn fuq ajruplan u tigglajdja ħelu ħelu lejn l-art. Ma ridux jiksrulha qalbha u tgħidx kemm kienet ferħana meta niżlet ħdejn għexieren ta’ qraba u ħbieb li kienu hemm lesti biex jagħtuha ċapċipa kbira u tgħanniqa ikbar.
Tao Porchon-Lynch – Kienet bdiet tgħallem il-Yoga fl-1967. Baqgħet f’dan il-mestier sakemm kellha 96 sena u hekk saret l-ixjeħ għalliema tal-Yoga skont ilGuinness Book of Records. Min jipprattika l-yoga jaf kemm trid tintlewa u titgħawweġ fiżikament biex twettaq ċerti eżerċizzi. Tao riedet tirrepeti dawn l-eżerċizzi bosta drabi kuljum biex tgħallem lil dawk (ħafna minnhom ghadhom żgħażagħ) x’tistenna minnhom din is-sengħa sportiva. U ta’ dik l-età kienet kapaċi twettaq dawn l-eżerċizzji kollha ripetutament u kuljum.
Yinchiro Miura - Dan ir-raġel Ġappuniż irnexxielu jixxabbat mal-muntanja Everest 3 darbiet. Għamilha fl-2003, fl-2008 u fl2013 meta kellu 80 sena. Ħafna ta’ tmenin lanqas joħolmu li jitilgħu l-għolja tan-Nuffara, aħseb u ara l-iktar muntanja għolja fid-dinja.
Peter Webber ta’ 92 sena kien għadu jsuq ajruplan żgħir privat. Miegħu kien ikollu dejjem copilot għax l-awtoritajiet kienu
jibżgħu li f’dik l-età, faċli li jitlef il-kontroll tal-ajruplan b’konsegwenzi serji għalih u għal ħafna nies. Iżda meta rtira ta’ 92 sena seta’ jiftaħar li qatt ma kellu bżonn l-għajnuna tal-co-pilot.
Nola Ochs ta’ 95 sena fl-2007 iggradwat minn Fort Hays State University fl-Istati Uniti u hekk saret l-ixjeħ gradwata ta’ dik listituzzjoni. L-istudenti sħabha, kollha teenagers, għall-bidu kienu jitbissmu jarawha dieħla għallectures izda meta bdew jaqraw kitbietha u jisimgħuha tikellem tgħidx kemm urew rispett lejha.
Nola għallmitna li qatt ma hu tard
li titgħallem.
Minoro Saito, raġel Ġappuniż xtaq idur mad-dinja fuq iddgħajsa tiegħu. Kien joħlom li jitlaq mill-Ġappun, iżur diversi ibħra u oċeani sakemm jerġa’ lura lejn pajjiżu wara li jkun żar għexieren ta’ pajjiżi oħra. Kienet ħolma li kien ilu joħlomha sa minn żgħożitu iżda qatt ma sab ħin jagħmilha. Iżda meta qorob is-77 sena ħass li kien wasal iżżmien li jwettaq din il-ħolma qabel imut. Sħabu ppruvaw iwaqqfuh imma Minoro kien deċiż u waħdu beda l-vjaġġ li kellu jagħmlu famuż mad-dinja. Irnexxielu jwettaq il-ħolma tiegħu fi vjaġġ li ħadlu 1080 ġurnata. Telaq mill-Ġappun ta’ 77 sena ma jafu ħadd u rritorna trijunfanti ta’ 80 sena bir-ritratt tiegħu fuq ilfaċċata ta’ bosta ġurnali kollha jifirħu miegħu għal din lavventura.
L-eżempju ta’ dawn l-anzjani hu injezzjoni ta’ kuraġġ għal min bħalhom kiber sew fl-età u hu wkoll imbuttatura lilna żżgħażagħ biex nibqgħu noħolmu ħajjitna kollha.