

SETTEMBRU 2023 numru 685
Iben t'Alla sar Bniedem
numru 685
Bruno Ferrero, awtur Taljan, iħobb jirrakkonta ħafna ħrejjef u leġġendi. raġel sinjur li kellu żewġ ulied u ried li jħalli ġidu b tali mod li ma jkunx hemm tilwim u ġlied meta hu jitlaq biex ma jiġix lura.
Kellu dar sabiħa fil-kampanja mdawra b’ħafna għelieqi u somma sabiħa ta’ flus il-bank. Il-valur tad-dar kien joqrob ħafna jew forsi jegħleb bi ftit ilvalur tal-bilanċ li kellu l-bank. Iżda ma setax jasal għall-konklużjoni lil min ser iħalli l-flus u lil min ser jagħti d-dar. U lanqas ried jistaqsihom direttament għax beża’ li t-tnejn ikunu jridu l-istess ħaġa… it-tnejn ikunu jridu d-dar jew it-tnejn ikunu jippreferu l-flus.
U hekk wara mewtu kien iħalli lok għal ħafna tilwim. Għalhekk iddeċieda li jagħmel prova żgħira. Sejħilhom maġenbu u qalilhom, “Għada morru iġru fejn tridu biss sa filgħaxija tridu ġġibuli dak li hu l-iktar għażiż għalikom. Fuq dak li ġġibuli jien nagħmel it-testment tiegħi biex ġidi jinqasam bla inkwiet wara mewti.”
Il-kbir mar u filgħaxija resaq quddiem missieru u qallu, “Pa, ġibtlek biċċa deheb. Dan hu l-metall l-iktar qawwi fid-dinja għax bih tikseb kollox.”
Iż-żgħir resaq ukoll quddiem missieru u qallu, “Pa, ġibtlek ftit żerriegħa tal-qamħ. Nemmen li bil-flus kollha tad-dinja jekk ma jkunx hemm min jikkultiva l-art u jiżra’ żerriegħa fejjieda, il-bnedmin imutu bil-ġuħ.”
Il-missier aċċetta l-għażliet ta’ wliedu u ħassu ċert kif ser iqassam ġidu. U meta miet il-kbir tgħidx kemm feraħ bil-flus li ħallielu missieru u ż-żgħir kien fis-seba’ sema meta sar jaf li d-dar tal-kampanja bl-għelieqi li kien hemm magħha kienet tħalliet lilu.
U hekk l-istorja setgħet tispiċċa kif jispiċċaw l-istejjer leġġendarji u lħrejjef tat-tfal… ‘they lived happily ever after.’
L-għażliet li nagħmlu f’ħajjitna jitfgħu dawl fuq il-karattru tagħna.
Niftakar…
Qomna kmieni
biex inkunu minn tal-ewwel
għax konna nafu li jkun hemm eluf ta’ turisti
li bħalna kienu jixtiequ jitilgħu fuq dan it-torri aktarx wieħed mill-iktar famużi tad-dinja it-Torri Eiffel ta’ Pariġi.
Kienet esperjenza li nibqa’ niftakar. Tlajna l-ewwel biċċa bit-taraġ u hekk stajna naraw mill-qrib is-sengħa ta’ din il-binja illum għażiża ħafna għall-Pariġini.
Sabiħ bi nhar
forsi isbaħ bil-lejl b’dawk l-ilwien ta’ dwal joħolqu madwaru atmosfera ta’ seħer.
Meta għejejna telgħin qlibna għal fuq il-lift li wassalna sa fuq fejn stajna naraw taħtna il-belt ta’ Pariġi.
U waqaft ftit naħseb kemm kienu żminijiet diffiċli għal Eiffel u l-ħaddiema tiegħu meta kienu qed jibnuh.
Kemm kritika qalgħu, kemm għajruhom
li qed ikerrhu lil Pariġi.
U l-kritika
ma ġietx minn nies tat-triq imma mill-iktar imħuħ kemm letterarji kif ukoll politiċi.
U ma kien qatt jinbena kieku mhux għax saret wegħda solenni
li t-torri kien ser jibqa’ hemm għal ftit snin imbagħad jerġa’ jiżżarma.
U Eiffel u sħabu
qajla taw kas tal-kritika u wisq inqas tal-wegħda
li dan il-kapolavur kien ser jibqa’ wieqaf biss ftit snin.
Komplew għaddejjin
jibnu saff wara saff sular wara sular sakemm lestewh.
Il-wegħda ma twettqitx u allaħares inżammet għax Pariġi u d-dinja
kienu jitilfu s-sabiħ
ta’ dan il-kapulavur li llum meqjus bħala wieħed
mill-isbaħ landmarks ta’ Pariġi.
U issa, kull meta naraw xi kartolina tat-torri Eiffel ngħid f’qalbi, ‘Mur għamel kif jgħidulek in-nies!’
L-Ipnoterapija. Għalkemm hemm indikazzjoni li xi ħaġa bħall-ipnożi kienet tintuża anke fl-Eġittu tal-Antik, l-istorja moderna tibda fi Vjenna fis-seklu tmintax meta ċertu tabib Ġermaniż
Anton Mesmer (1734-1815) beda jgħid li jfejjaq permezz ta’ kalamiti li jgħaddihom minn fuq il-pazjenti. Huwa kien jaħseb li teżisti xi forma manjetika kożmika li żbilanċ fiha jaffettwa s-saħħa. Iktar tard ma baqax juża kalamiti imma biss movimenti tal-idejn biex, skont hu, tgħaddi forza mistika minnu għall-pazjent. Qajjem sensazzjoni u
tkeċċa minn Vjenna u mar Pariġi.
kumitat li kien jinkludi fost loħrajn, Benjamin Franklin1 , Antoine Lavoisier2 u Josef-Ignaz
Guillotin3 u li kkonkludew li
dawn ta’ Mesmer kienu biss teatrini anke meta kien jidher li hemm fejqan ġenwin. Strettament ta’ Mesmer ma kienx ipnożi. Kienu tobba oħra li nnotaw kemm ċerti pazjenti bħal jorqdu waqt dawn il-proċeduri. Iktar tard, madwar 1840, tabib
Skoċċiż li beda juża l-ipnożi u għamlu popolari, ħareġ b’dan lisem, mill-Grieg ‘ipnos’, irqad.
1. Amerikan li kien, fost l-oħrjan, pubblikatur, kittieb, inventur, politikant, diplomatiku, xjentist u riċerkatur, b’esperimenti famużi u perikolużi bil-beraq.
2. Li kien riċerkatur ewlieni u influwenti tal-Kimika imma li spiċċa taħt ilgiljottina fir-Rivoluzzjoni Franċiża.
3. Li ppropona metodu ta’ eżekuzzjoni, suppost bla tbatija, il-giljottina, xi ħaġa li ddispjaċieh minnha wara, barra li baqa’ imbarazzat meta ssemmiet għalih.
Sigmund Freud (1856-1939) kien għall-ewwel entużjast bl-ipnożi bħala għodda biex jesplora l-istat mentali, imma wara ftit abbandunaha u beda juża t-tip ta’ psikoanaliżi assoċjata miegħu.
Intant, x’inhu l-ipnożi? It-tweġiba qasira u korretta hija li ftit li xejn nafu. Jekk xejn dan juri kemm għadna lura sew milli nkunu nafu kif tassew jaħdem il-moħħ, l-istat mentali u l-konxju. Madankollu nistgħu ngħidu x jidhirx li huwa forma ta l-pazjent ikun qisu rieqed. Lanqas ma l pazjent jitlef il konxju għal kollox jew ma jiftakar xejn x’ġara. U lanqas bilfors jobdi kollox. Ljista ta’
anke abbuż, ġejja l iktar mill
Svengali, minn novella antisemita tas-sena 1894. Il-kelma Svengali daħlet ukoll fillingwa legali. Meta mbagħad lipnożi huwa użat waqt wirjiet u ‘divertiment’ aktarx li jkun hemm ftehim minn qabel bejn ilparteċipanti, għal impressjoni tajba u biex kollox imur sew.
fil-pazjent, taħt il-gwida talipnoterapista, jikkonċentra biss fuq xi ħaġa, pendlu jitbandal flimmaġni popolari, dawl eċċ; jew jimmaġina nieżel taraġ waħda waħda bil-mod, jew jgħid kliem bħal numri dejjem jiċkienu. Waqt l-istadju ta’ rilassament profond, l-ipnoterapista jagħmel
deskrizzjonijiet vividi u negattivi tal-kundizzjoni li trid titneħħa, pereżempju pulmun iswed f’min irid jaqta’ t tipjip. Biex joħrog il
Hemm diversi metodi kif isir ipnożi, imma bażikament jinvolvi
ipnoterapista juża qabel, ’
ħajja ta’ kuljum u jkollu aċċess għal dawk ilpartijiet ġeneralment mirduma (subkonxju) fejn, fost l-oħrajn, hemm il-perċezzjonijiet, lemozzjonijiet, il-memorji u ttwemmin. Seduta waħda tista’ tieħu sa sagħtejn, u ġieli jkun hemm bżonn ħafna minnhom.
(Dr Grech itemm dan l-artiklu filħarġa ta’ Ottubru.)
Il-monument għall-imħabba
Paroli żejda
William Golding ipparkja ħażin u mar l-warden u tah ticket. Mhux
biss imma qallu: “Ħabib int ma tafx taqra jaqaw?”
Li ma kienx jaf il-warden kien ilfatt li William Golding kien għadu kemm rebaħ il-Premju Nobel għal-Letteratura.
Ara kemm staħa meta wassal itticket fejn is-superjuri tiegħu u qalulu min kien Golding. Mhux għat-ticket iżda għall-fatt li qallu dak li qallu. Altru li kien jaf jaqra!
Jekk xi darba tinzerta xi
dokumentarju fuq il-binja
verament manjifika tat-Taj Mahal
Indja arah għax jurik il-kobor u sbuħija ta’ dan il-monument li ’omaġġ lejn Mumtaz
Mahal, il-mara tas-sultan li ried iħalli tifkira dejjiema ta’ martu li
għaliha kellu rispett u mħabba kbira. Għaddew kważi 400 sena u monument għadu jipprietka imħabba ta’ din il-koppja. Għax bħalma kiteb San Pawl: ‘Limħabba ma tmut qatt. L-imħabba tgħix għal dejjem.’
Qaltlu sew
Passiġġier fuq ajruplan tgħidx kemm-il darba għajjat lillairhostess. Issa għax irid ħaġa u issa għax jonqsu oħra. Forsi ma kinitx taqdih mill-ewwel. Għalhekk dan ipprotesta magħha u qalilha, “Int l-agħar
airhostess li ltqajt magħha kemm ilni nsiefer!”
U hi wieġbet, “U int l-aħjar passiġġier li qatt iltqajt miegħu kemm ilni nservi. Imma jista’ jkun li ħadna żball it-tnejn!”
Il-pittma fil-perfezzjoni?
Vladimir de Packmann kien pjanist ċelebri Russu. Jgħidu li kien iħobb igerger l-iktar dwar l-għoli talbanketta li kien joqgħod fuqha biex idoqq. Darba, quddiem sala mimlija nies, meta pprova l-banketta sab li kienet baxxa. Talab lil xi ħadd minn wara l-kwinti sabiex jeħodlu ktieb ħalli jkollu pożizzjoni iktar fil-għoli. Meta pprova l-ktieb xorta ma kienx kuntent. Fetaħ il-ktieb, qata’ paġna waħda minnu, imbagħad qagħad bilqiegħda u deher ferħan li fl-aħħar kien sab l għoli li xtaq hu.
Tgħidlix kif setgħet għamlet differenza paġna waħda ta’ ktieb. Jew forsi għamel hekk biex juri kemm kien esiġenti dwar l-għoli tal-banketta. Naf biss li l-episodju baqa’ jissemma fl-istorja ta’ dan il-perfezzjonist.
Kultant dawn l-anzjani għandhom ħabta kif jaqtgħuk minn saqajk bir-risposti li jagħtuk u li qajla tkun tistenna. Hekk ġralu ġurnalist li żmien ilu staqsa raġel anzjan sew x’inhu s-sigriet tal-età tiegħu. Wieġbu x-xwejjaħ, “Il-fatt li ma mortx matTitanic għax missieri kien marid u ħassarna l-vjaġġ. Kieku naħseb li spiċċajt f’qiegħ l-Atlantiku f’età żgħira!”
Kont taf li bl-Ingliż trid tasal san-numru elf biex issib l-ittra ‘a’. Fin-numri l-oħra kollha… miż-żero sad-999 ma tarax din littra. Tidher biss fil-one thousand!
IL-LAQGĦA TA’ AWWISSU
Il-laqgħa tal-ewwel
Sibt fetħet l-attivitajiet tal-Ġimgħa Mużewmina. Ħadna gost naraw xi uċuħ li ilna ftit ma narawhom għal dawn il-laqgħat mensili. Jalla mhux biss jibqgħu jiġu huma imma jħajru wkoll lil ħbiebhom biex jattendu wkoll.
Il-laqgha tmexxiet minn seħibna Anton Mercieca li tkellem dwar laltruwiżmu. Sostna li fiddinja jeżisti ħafna altruwiżmu. Semma laltruwiżmu talġenituri, tannurses, talmissjunarji, tassocial workers u ta’ ħafna oħrajn.
Il-maratoni ta’ ġbir tal-fondi li jsiru f’pajjiżna huma xhieda talaltruwiżmu tagħna l-Maltin u lGħawdxin li kapaċi nagħtu bla ma nafu lil min qed nagħtu u min jirċievi lanqas ikun jaf biddonazzjoni tagħna.
Iżda fid-dinja jeżisti wkoll legoiżmu. Dawn iż-żewġ sentimenti jinsabu fina. Jirbaħ dak is-sentiment li aħna nitimgħu. Jekk nitimgħu l-egoiżmu dan joħroġ rebbieħ imma jekk kapaċi nitimgħu l-altruwiżmu naslu li niftħu qalbna għall-oħrajn.
Anton semmielna episodji millVanġelu li juru kemm Ġesù kien altruwist. Jinteressah mill-folla bil-ġuħ, imiss lill-imġiddma qabel ifejjaqhom, jitkellem ma’ Fariżew bil-lejl għad li aktarx kien għajjien wara jum ta’ ġiri u ħidma. Aħna bħala Nsara rridu nkunu wkoll altruwisti.
Il-ħajja tgħallimna li fejn hemm laltuwiżmu hemm il-ferħ u jekk aħna rridu ngawdu sodisfazzjon qaddis jeħtieġ li nitħaddnu malaltruwiżmu u nagħmlu ħilitna kollha biex ngħixuh.
Nirringrazzjaw lil Anton tallezzjoni interessanti li għamlilna. Nieħdu gost li f’laqgħat oħra jkollna n-numru sabiħ li kellna għal din il-laqgħa.
-
Ser issir nhar is-Sibt 2 ta’ Settembru fit-8.00p.m.
Għandu jiġi jkellemna l-
ħabib tagħna Joe Portelli. Ser ikellemna dwar il-
Bibbja – il-kelma ta’ Alla –li tant hemm studji interessanti dwarha li tieħu gost tisma’ xi ħaġa ġdida.
Mela ħabib, ftakar nhar is-
Sibt 2 ta’ Settembru fit8.00p.m. Ejja int u ħajjar lil ħbiebek jiġu wkoll.
Jekk mela xi ħadd hu fi Kristu, hu ħliqa ġdida: -qadim mar, u ara issa hemm il-ġdid. U kollox ġej minn Alla, li ħabbibna miegħu bi Kristu u tana l-ħidma tat-taħbib.’
2 Korintin 5, 17-18
John Powell jirrakkonta fatt ta’ żagħżugħ li għal kważi 18-il sena seta’ jara sa ftit piedi biss.
Meta għamel nuċċali baqa’ mmeraviljat bis-sbuħija ta’ madwaru. Qal, “In-nuċċali kien it-tieni l-isbaħ esperjenza ta’ ħajti.”
“U x’kienet l-isbaħ waħda?”
“
Meta bdejt nemmen f’Ġesù u rajt lil Alla bħala missieri. Kien il-bidu ta’ ħajja ġdida!”
Qattx kelli esperjenza spiritwali li mmarkatni
mod li bqajt niftakar?
Meta u fejn seħħet?
Tibżax li ħajtek ser tintemm, iżda li qatt ma kellha bidu.
JOHN HENRY NEWMANtaqbida. Fuq naħa l-armata Lydo
Merian illum parti mit-Turkija u fuq l-oħra s-saltna ta’ Lydian, illum parti mill-Iran. Kienu ilhom snin imqabbdin ma’ xulxin, jiġġieldu dwar territorju li t-tnejn kienu jsostnu li hu tagħhom.
Iżda din tal-lum kellha tkun ilbattalja aħħarija li fiha xi waħda mill-armati kellha toħroġ rebbieħa. Il-ġlied kien qalil, ilmejtin kienu eluf u ż-żewġ ġenerali kienu qed jagħtu l-aħħar istruzzjonijiet biex jiksbu r-rebħa tant mixtieqa u mistennija.
ġellieda ma baqgħux jaraw lil xulxin.
Il-ġenerali ħasbu li dan kien sinjal mis-sema biex jieqfu mill-ġlied u jippruvaw isibu triq għall-paċi. Ilġlied waqaf u l-ġenerali ltaqgħu. U l-paċi kienet iffirmata.
Li ma kinux jafu l-ġenerali kien il-fatt li dik id-dalma kienet effett ta’ eklissi totali tax-xemx. Eklissi li ġab fi tmiemha gwerra imdemmija. Dan il-fatt isemmih l-istoriku Grieg Heroditus u din il-ġlieda għadha magħrufa bħala l-Battalja tal-Eklissi.
Il-leġġenda li saret storja
Għal ħafna ħafna snin – sekli sħaħ, il-ġrajja ta’ Trojja miktuba
mill-poeta Grieg Omeru kienet dejjem meqjusa bħala leġġenda. Storja li qatt ma seħħet tabilħaqq.
Sakemm ftit iktar minn 150 sena ilu - fis-sena 1871 - waqt li larkeoloġisti kienu qegħdin iħaffru f’lokalità li tagħmel parti mitTurkija bdew isibu ħjiel li forsi listorja kienet seħħet tassew.
L-arkeoloġisti baqgħu jħaffru u jiskopru sakemm illum ħafna jsostnu li hemm provi iktar minn biżżejjed biex jixhdu li l-istorja li kiteb Omeru ma kinitx waħda fittizja iżda ġrajja vera li għexuha n-nies ta’ qabel żmienu.
Jista’ jkun li l-poeta żied u naqqas biex isebbaħ l-istorja iżda l-qofol tal-ġrajja kien wieħed storiku u mhux leġġendarju kif ħafna kienu jaħsbu.
Kurżità
F’Tahiti hemm skola li aktarx imkien fid-dinja ma hemm isem bħal tagħha. Min ħalla l-flus biex tinbena ried li tissemma: ‘2+2=4’
Meta mistoqsi għaliex ried dan lisem wieġeb, “Biex jekk almenu ma jitgħallmu xejn l-istudenti li jattendu jiftakru din is-somma!”