

LULJU 2023 numru 683
Iben t'Alla sar Bniedem
Ħrafa Lhudija tirrakkonta l-ġrajja ta’ Danjel u
żewġ tallaba li sikwit kienu jgħaddu minn quddiem il-palazz tarre meta dan kien ikun iqassam xi ħbejża minn ħdejn il-bieb prinċipali talżewġ tallaba kien ikun pront jagħtihom ħobża kull wieħed.
Għal dan l-att ta’ karità, Danjel kien jgħid lis-sultan, “Imbierek is-sultan tagħna tal-qalb tajba li għandu.”
Ġakobb kien jgħidlu,“Imbierek il-Mulej li nissel f’qalb is-sultan tagħna tant imħabba u karità.”
Is-sultan, skont il-ħrafa, kien iktar jieħu gost bit-tislima ta’ Danjel għax dan kien ifaħħar lilu direttament waqt li Ġakobb kien iktar ifaħħar lil Alla.
U għalhekk darba ddeċieda li jippremja lil min kien tant ifaħħru direttament. Fil-ħbejża ta’ Danjel għamel xi muniti tad-deheb waqt li f’ta’ Ġakobb ma għamel xejn. Tah ħbejża bħas-soltu. Iżda waqt li kienu mexjin ma’ xulxin Danjel intebaħ li l-ħobża tiegħu kienet tiżen iktar mis-soltu. Ħaseb li kienet għadha nejja u għalhekk b’xi mod irnexxielu jaljena lil ħabibu u jibdillu l-ħobża.
Dan tal-aħħar tgħidx kemm feraħ meta sab il-muniti tad-deheb u għal ħafna ġimgħat ma deherx iktar jittallab. Issa Danjel kien waħdu. Is-sultan skanta b’dan u staqsa lil Danjel x’kien ġara mill-ħobża li kien tah. Kien hawn li Danjel intebaħ għaliex il-ħobża tiegħu kienet itqal. U stqarr kollox massultan.
Dan tal-aħħar fehem li fit-tislima ta’ Ġakobb kien hemm tifħir lill-Mulej kif kien xieraq. Għax mingħajr il-ġid li pprovdielu l-Mulej hu ma setax ikun ġeneruż. U l-Mulej ried juri lis-sultan li lilu kienet ferm iktar sabiħa ttalba ta’ Ġakobb minn dik ta’ Danjel u ppermetta li jiġri dak li ġara biex ilpremju jieħdu min tassew kien ħaqqu. Is-sultan fehem il-loġika tal-Mulej u aċċetta r-riżultat tagħha.
Il-proverbju Lhudi wara din il-ħrafa jgħid il-kliem li missirijietna kienu jħobbu jtennu: Il-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi.
Niftakar…
Konna qegħdin inħarsu ssummati
lejn l-istatwa tal-Pietà il-kapulavur ta’ Michelangelo li ħafna jqisuh fost l-isbaħ fid-dinja.
Dak iż-żmien kienu jippermettu lit-turisti joqorbu sew lejn l-istatwa għax din il-waqfa ġrat snin qabel raġel li kien għaddej minn żmien diffiċli tefa’ martell u sfigura wiċċha.
U kif kont qed nammira din is-sbuħija moħħi beda jaħseb dwar meta l-artist Fjorentin kien ħariġha għall-pubbliku.
Ftit kienu għadhom jafu bih
iżda l-mijiet li marru jarawha intebħu li din kienet opra tal-għaġeb u bdew jattribwuha lill-artisti oħra stabiliti.
Michelangelo ħass li għandu juri li din kienet opra tiegħu u fuq il-faxxa naqqax ismu biex hekk il-Pietà tibqa’ l-unika statwa b’kunjomu Buonaroti skolpit fuqha.
Iżda jum wieħed
meta l-artist
kien qiegħed qrib l-istatwa
sema’ wieħed minn dawk li kienu jarawha
jilmenta li għalih l-istatwa fiha żball fundamentali.
Michelangelo resaq qribu u staqsieh, “X’qed tara difettuż f’din l-istatwa?”
“Il-fatt li wiċċ il-Madonna hu ta’ xebba li bilkemm għalqet l-għoxrin sena. Żgur li meta l-Madonna
kellha lil Ġesù fi ħdanha kellha iktar minn ħamsin.”
Iva l-Madonna ma tixjieħx
jgħaddu s-snin…
għexieren, mijiet, eluf u tibqa’ żagħżugħa
ma ssir qatt bużnanna tagħna imma tibqa’ ommna tħobbna u lesta tħaddanna magħha bħala wliedha għeżież.
U issa kull meta ħarsti taqa’ fuq xi stampa
tal-Pietà ta’ Michelangelo nerġa’ ngħix din il-waqfa u f’qalbi ntennu l-kliem, ‘Marija kun dejjem ommi. Żommni dejjem taħt il-mant kenni tiegħek.’
Michelangelo pront wieġbu, “F’għajnejja l-Madonna ma tixjieħx.” 3
DR CORONATO GRECH M.D. ikompli l-artiklu ….wkoll l-iktar użata għall-uġigħ tal-muskoli u l-ġogi.
Xi riskji minn acupunture huma infezzjoni minn labar mhux sterilizzati sew, u ħsara fl-organi interni u anke emorraġija, jekk illabar jidħlu ħafna ’l ġew.
Sal-lum il-benefiċċji millacupunture huma minimi.
Rapporti tal-użu fiċ-Ċina bħala loppju f’operazzjonijiet serji interni, ma ġewx sostanzjati. U lideat warajha qatt ma ġew ippruvati xjentifikament.
Pereżempju ebda studju mikroskopiku tal-ġilda ma wera xi indikazzjoni li jeżistu meridjani. Intant, servizz ta’
Fil 1796, ċertu tabib Ġermaniż
Samuel Hahnemann waqt riċerka li kien qed jagħmel, ħa doża ta’ ċinkona, pjanta mill-Amerika ta’ Isfel li minnha kienu jagħmlu mediċina għal kontra l-malarja. Huwa ħass uġigħ ta’ ras, għatx u sħana, sintomi tipiċi tal-malarja. Dan ġiegħlu jaħseb li meta mediċina tfejjaq il-mard, dan tagħmlu għax tipproduċi ssintomi tal-mard f’xi ħadd b’saħħtu. Huwa sejjaħ dan ilprincipju simila similibus
curentur, dawk bħal xulxin ifejqu lil xulxin1. Illum nafu li ċ-ċinkona fiha il-kimika ‘kinina’ li toqtol ilmikrobu tal-malarja, mekkaniżu li ma għandu x’jaqsam xejn mal-
1. Madankollu hemm xi ftit verità f’dan. Ċertu mard, bħall-allerġiji, ġieli jiġi ttrattat billi l-ġisem jiġi espost b’dożi baxxi ħafna ta’ dik il-ħaġa li tagħmel lallerġija u ma jibqax sensittiv għaliha; , u l-vaċċini jaħdmu xi ħaġa simili għax bil-vaċċin il-pazjent jiġi espost għal mikrobi jew kimici f’dożi baxxi ħafna biex meta tiġi l-marda proprja (f’dożi kbar ta’ mikrobi), ikun rabba immunita tant li l -pazjent laqas biss jintebaħ li ġie infettat.
ukoll li ħareġ bih Hahnemann. Pereżempju l-pjanta belladonna hija velenuża u tikkaġuna fost loħrajn, uġigħ ta’ żaqq u qtugħ ta’ nifs. Allura hija tajba għal dawn is-sintomi, però f’dożi baxxi. U tassew baxxi. Biex jippreparaw mediċina minnha jħalltu taqtira ta’ estratt minnha ma’ 99 taqtira ilma u alkoħol, imbagħad taqtira minn din ma’ 99 taqtira oħra ta’ ilma u alkoħol u tibqa’ sejjer hekk sa anke tletin u erbgħin darba. Irriżultat huwa likwidu, prattikament ilma mingħajr probabbli lanqas molekola waħda ta’ belladonna. Ovvjament meta Hahnemann ħaseb f’dawn ma
2. Mill-Grieg għal ‘mard simili’.
kellux idea ta’ molekoli. U biex forsi jargumentaw li l-mediċina tal-omeopatija taħdem avolja hija biss ilma, dawk li llum jipprattikawha jinsistu li meta jsir it-taħlit, li jinkludi wkoll ħafna xengil, il-molekoli tal-ilma jduru sew ma’ dawk tal-mediċina eż. belladonna, tant li anke meta dawn ma jibqgħux hemm, ilmolekoli tal-ilma bħal jiftakru dawk mediċinali x’kienu. Ma hemm ebda xhieda xjentifika għal dan kollu3 .
Ħafna mill-mediċini talomeopatija ġejjin minn minerali, pjanti jew annimali. U peress li ħafna sintomi u mard, bħal uġigħ ta’ ras, artrite jew ażżma għandhom ħafna kawżi hemm għażla kbira ta’ mediċini omeopatiċi, madwar elfejn, b’ħafna esperti li lesti jgħinu flgħażla.
Milli jidher l-omeopatija tidher li hija popolari u anke Malta għandna minn jipprattikaha u jużaha. U dment li l-pazjent ma joqgħodx fuqha biss għal sintomi u mard serju ma tantx ikun mar lura ħlief li forsi ħallas flus għal naqra ilma.
(Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-ħarġa ta’ Awwissu)
3. Din hija l-iktar ħaġa importanti, xhieda xjentifika, mhux li ħaġa hija stramba, imma xhieda li jista’ jivverifikaha u jirrepetiha kulħadd. U iktar ma xi ħaġa hija straordinarja iktar teħtieġ xhieda straordinarja.
Risposta mhix mistennija
Meta Martina Navratilova – ittenista fenomenali Russa tas-snin 80 tas-seklu l-ieħor – tat tweġiba li ħasdet lil dawk li kienu qed jisimgħu l-intervista. Staqsietha lġurnalista:
“Meta tkun l-iktar ferħana… meta tkun qed tilgħab tajjeb jew meta tispiċċa rebbieħa?”
U wieġbet:
“Inkunu ħafna iktar ferħana meta jkolli ftit ħbieb u qed nieklu xi ħaġa tajba flimkien.”
Milli jidher it-tensjoni tal-logħba kienet qed tneħħilha l-gost kollu tal-logħba.
Qatt taqta’ qalbek
Burt Reynolds u Clint Eastwood illum huma ġganti fl-istorja taċċinema Amerikana. Tiskanta tkun taf li t-tnejn li huma ġew mwarrba mill-Universal Studios għax għal Reynolds qalu li ma kellu l-ebda
ħila fir-reċtar u għal Clint qalu li kien jitkellem kajman wisq. Iżżmien wera lill-esperti talUniversal Studios kemm kienu żbaljati.
Għalhekk jiswa li ma naqtgħux qalbna meta xi ħadd jipprova jkisser dak li l-Mulej jkun żera’ f’qalbna. Min tak il-ħolma jagħtik l-għajnuna biex twettaqha.
Attent eżatt x’intqal
Il-Ġeneral Montgomery kien jobgħod it-tipjip u f’daru qatt ħadd ma tħalla jpejjep. Lanqas Churchill innifsu.
Iżda darba wara li mar jiġbor Ġeneral Amerikan mill-ajruport, dan staqsa: “Jimporta għalik jekk inpejjep!” “Lanqas xejn. Pejjep kemm trid!”
Ix-xufier għal ftit ma daħalx ġolħajt għax żgur li qatt ma ftakar li xi ħadd tħalla jpejjep fil-karozza ta’ Montgomery. Iżda malajr sab l-ekwilibriju tas-soltu għax malli l-Amerikan ipprova jqabbad l-ewwel sigarett, Montgomery ħatfu, “Ħabib, pejjep kemm trid imma mhux fil-karozza tiegħi jew f’dari!”
kien għadu l kellu jmur għand mara li għalqet 92 sena biex jixtiqilha xewqat sbieħ proprju f’jum twelidha. Kienet ġurnata ta’ kesħa kbira u meta l-prinċep daħal f’darha, sab lix-xwejħa tistennieh u magħha kellha ħafna membri tal-familja. Iżda skanta meta ra li x-xiħa ma kellhiex ingwanti. Kien jaf li dan ma kienx għaliex ma kellhiex flus għax il-familja tax-xiħa kienet sinjura. U għalhekk il-prinċep staqsieha, “Illum ġurnata kiesħa ħafna. Għaliex ma lbistx par ingwanti?” U x-xiħa wieġbet, “Is-soltu nilbishom iżda mhix edukazzjoni li nieħu b’idejn ilPrinċep ta’ Wales bl-ingwanti!”
Għad li xiħa moħħha kien għadu jaħdem perfett… eżatt kif kienet trabbiet. B’rispett kbir lejn ilmonarkija. Illum iż-żminijiet tbiddlu.
Il-laqgħa ta’ Ġunju
Konna għadna nibdew ix-xahar li jintemm bil-festa tal-patruni tagħna San Pietru u San Pawl u għalhekk kien xieraq li l-laqgħa ssir dwar wieħed minn dawn ilprinċpijiet tal-Knisja. Daniel Meilak għamlilna lezzjoni interessanti ħafna dwar San Pietru u Ruma. Hemm tradizzjoni qawwija li tgħid li San Pietru għadda l-aħħar snin ta’ ħajtu Ruma minkejja li fil-Bibbja ma nsibu xejn miktub dwar dan… la fl-Atti tal-Appostli u lanqas flittri. X’aktarx kien ftit snin iżgħar minn Ġesù. Ingħata lmandat ta’ Papa lejn is-sena 27 w.K. u nsibuh fl-istejjer prinċipali talEvanġelju u l-Atti tal Appostli. Il-fatt li mar Ruma nibdew insibuh f’kitbiet tal-ewwel sekli. It-Tradizzjoni żżomm li għamel snin imexxi l-Knisja fil belt prinċipali ta Antjokja (jissemma fl-Epistola lill-
Galatin) u mbagħad għamel xi żmien Korintu qabel mar Ruma. Il-Liber Pontificalis (tad-disa’ seklu) jsemmi li Pietru dam iservi ta’ Isqof ta’ Antjokja għal seba’ snin. Meta Pawlu kiteb lillKorintin u semmielhom il-partiti, ta’ Pietru, Pawlu u Apollo juri li Pietru għamel xi żmien Korintu. Skont San Irinew ta’ Lyon (fissena 180) Linus kien magħżul bħala s-suċċessur ta’ Pietru bħala l-Isqof ta’ Ruma. Fil-kitbiet ta’ San Injazju ta’ Antjokja (ċ35 –ċ107 wK) insibu li Pietru u Pawlu kienu jwissu lill-Insara ta’ Ruma. San Irinew ikompli jgħid li San
Pietru u San Pawl waqqfu l-
Knisja f’Ruma. San Klement ta’
Lixandra (ċ150 – ċ215wK) jgħid
li San Pietru kien jipprietka
b’mod pubbliku f’Ruma. Kif
ukoll skont Oriġene (184 –253wK) u Ewsebju Pietru “wara
li waqqaf il-Knisja f’Antjokja mar
Ruma jxandar l-Evanġelju kif
ukoll mexxa l-Knisja f’Ruma sa meta miet.” Bħala referenza
għall-martirju tiegħu nsibu li
Kristu qallu li “meta tixjieħ, tmidd idek u ħaddieħor iħażżmek
u jmexxik fejn ma tridx.” (Ġw 21:
18) San Ġilormu (327-420) jgħid li fi żmien l-Imperatur Neruni
Pietru rċieva l-kuruna tal-martirju
billi ssammar ma’ salib b’rasu
lejn l-art u saqajh ’il fuq għax ma
ħassux denn li jmut bħallImgħallem.” Dan sar fil-festa
Dies Imperii tas-sena 64. Din kienet tkun il-festa fl-anniversarju
tal-Imperatur ta’ Ruma. Il-
Vatikan dejjem inżamm bħala lpost tad-difna tiegħu u dan kien
ikkonfermat mill-arkeologa
Margherita Carducci fuq liskeletru li nstab fl-1942. Lewwel bażilika li nbniet fuq ilpost kienet mill-Imperatur
Kostantinu fis-sena 333. Il-qabar ta’ San Pietru jiġi eżatt taħt l-artal tal-Bażilika preżenti.
Nirringrazzjaw lil Daniel Meilak tal-lezzjoni interessanti li għamlilna.
għal laqgħa ta Lulju
Għażiż ħabib permezz ta’ dan il-fuljett nixtiequ nistednuk għal-laqgħa li ser issir nhar is-Sibt 1 ta’ Lulju
2023 fit-8.00p.m. Bħalma tara mill-fuljett aħna nagħmlu minn kollox sabiex invarjaw it-temi u dawk li jagħmlu l-laqgħa minn xahar għall-ieħor. Żgur li kull min ġie għal xi laqgħa sema’ xi ħaġa ta’ ġid. Għalhekk nieħdu gost narawk tilqa’ listedina tagħna u tkun
magħna nhar is-Sibt. Ser jiġi jkellemna Mons Daniel
Xerri l-Arċipriet tal-
parroċċa tax-Xewkija.
Ħabib, ejja int u ħajjar lil
ħbiebek jiġu wkoll. Mela għal nhar is-Sibt 1 ta’ Lulju fit-8.00p.m.
Ara, jien nibgħatkom
bħal nagħaġ qalb l-ilpup… imma min iżomm sħiħ aħħar, dan jinħeles.” Mattew 10, 16,22
Munita antika Rumana
għandha xbieha ta’ għoġol iħares lejn artal u lejn moħriet.
Taħt ix-xbieha
hemm il-kliem: Lest għat-tnejn.’
għoġol Ruman ma kienx biss
annimal tax-xogħol imma wkoll
offerta tas-sagrifiċċju.
Ried ikun lest
għal ħajja qasira li tintemm b’qatla jew waħda twila ta’ xogħol iebes.
L-ewwel Insara Rumani kienu bħall-għoġol.
Kienu lest jew għal ħajja qasira li tintemm bil-martirju jew waħda iebsa jixhdu għal Kristu.
Ix-xorti tal-ewlenin Insara tista’ faċilment issir
tal-Insara tal-lum.
Kemm jien ippreparat għal dawn?
L-akbar diżastru li nistgħu nħabbtu wiċċna miegħu hu… li naħsbu li d-dinja hi darna.
Malcolm Muggeridge
F’din il-belt żgħira fit-tramuntana tan-Norveġja ilhom ma jidfnu fiċċimiterju tal-lokal għal iktar minn
70 sena. Id-drawwa hi li meta bniedem jimrad jittieħed lejn ilbliet ċentrali tal-pajjiż u l-pazjenti jmutu hemm. Milli jidher ftit imutu f’daqqa għax kieku ma ilhomx dawn is-snin kollha bla difna. Jew forsi biex jibqgħu blisem ta’ ‘belt mingħajr dfin’ jitrasferixxu lill-mejtin ftit wara mewthom. Tgħin f’dan ir-rigward il-kesħa tal-post għax tagħmilha faċli li l-ġisem mejjet jibqa’ ippreservat. Ir-residenti jridu jestendu dan ir-rekord ta’ sebgħin sena mingħajr dfin akkost ta’ kollox. U naħseb li d-deffien talpost ilu li tilef ħobżu għax liema pajjiż ser iħallas deffien dawn issnin kollha bla ma jkollu l-ebda xogħol marbut mal-mestier tiegħu?
Belt li tifxillek moħħok meta tkun taf li mdawra minn irħula u bliet
Żvizzeri iżda fil-fatt hi amministrata mill-Gvern Ġermaniż. Roqgħa art Ġermaniża mħawla f’art Żvizzera. L-
ekonomija tal-post hi f’idejn lIżvizzera iżda r-residenti jħallsu lbolla lill-Gvern Ġermaniż u minn
għandu wkoll jirċievu l-pensjoni u l-għajnuniet soċjali. Il-munita hi l-Frank Żvizzeru għalkemm il-
lokal hu meqjus parti mill-Unjoni
Ewropea għax il-belt hi
Ġermaniża u għalhekk suppost li jintuża l-ewro. In-nies ta’ dan illokal jistgħu faċilment jinqdew bil-frażi lokali: ‘Ħawwadni ħa
meta kienet teżisti d-drawwa li jibnu bliet eżatt bħal xi belt oħra fl-Ewropa. Waħda minn dawn il-bliet fiċ-Ċina hi proprju Louyang mfassla fuq il-belt Awstrijaka ta’ Hallstatt. Hi replika tagħha. Bit-toroq u lbinjiet eżatt bħal dawk Awstrijaċi. Saħansitra lknisja tal-post hi wkoll replikata. Jekk xi ħadd minn Hallstatt talAwstrija jinżerta f’Louyang taċ-Ċina żgur li jħoss rasu ddur bih għax kull fejn iħares jara ħafna Ċiniżi iżda d-djar u ttoroq huma kollha bħal ta’ beltu. Għal mument żgur li jaħseb li beltu nqalgħet mill-Awstrija u ġabuha ċ-Ċina jew inkella beltu imtliet biċ-Ċinizi u l-Awstrijaċi li soltu jara u jiltaqa’ magħhom sfumaw.
Triq f’Hallstatt taċ-Ċina