Il-Hbieb Isejhu - April 2023

Page 1

Isej]u
NEWSPAPER POST APRIL 2023 numru 680
Il-}bieb

APRIL2023 numru 680

kampanja. U lix-xerrej qallu: Jien bniedem onest ħafna. Ser ngħidlek mhux biss il-vantaġġi ta’ iżvantaġġi. Ser nibda b’dawn tal-aħħar. Ftit ’il bogħod minn din id-dar fuq in-naħa tal-Lvant hemm razzett tal-qżieqeż, fuq in-naħa tal-Punent hemm ċentru fejn jibbottiljaw iż-żebgħa, fuq innaħa tat-Tramuntana hemm fabbrika tat-tajers u fuq in-naħa ta’ Nofsinhar hemm impjant fejn jinġabar l-iskart.”

Ix-xerrej deher jinħasad b’dan it-tagħrif u ma tantx wera entużjażmu biex jixtri din il-proprjetà, imdawra kif kienet minn tant irwejjaħ li qajla kienu jiftħulek aptit u lanqas iħeġġuk tiftaħ it-twieqi tagħha għal ftit arja pura talkampanja. U li tgħix f’dar fil-kampanja bit-twieqi magħluqin mhix ħajja mixtieqa. Għalhekk b’nofs qalb staqsa lill-bejjiegħ:

“U x’inhuma l-vantaġġi?”

“Malli tqum filgħodu tkun taf minn fejn qed jonfoħ ir-riħ anke jekk ma jkollokx pinnur fuq il-bejt jew dan jinzerta mwaħħal. Jew forsi tkun bħali ma tifhimx fl-irjieħ. Ir-riħa li tasal turik id-direzzjoni minn fejn dan qed jonfoħ. U hekk tkun tista’ tippjana l-ġurnata aħjar.”

Bejjiegħ tajjeb dejjem kapaċi jsiblek vantaġġi biex tixtri. Għalhekk jiżbalja min joqgħod iżżejjed fuq dak li jgħidu r-reklami għax dawn huma l-iprem bejjiegħa… u żgur li mhumiex magħrufa għas-sinċerità tagħhom. U lanqas ikunu tant anzjużi li jelenkaw id-difetti li l-oġġett li qed jirreklamaw jista’ jkollu.

Quddiem ir-reklami tgħaġġilx biex tixtri. Ftit għaqal jiswa immens u jiffrankalek ħafna spejjeż u inkwiet.

Iben t'Alla sar Bniedem
1

Niftakar…

għan-nies ta’ Barċellona il-katidral tagħhom hu perla ta’ ġmiel

anke għal dawk li qajla jemmnu u forsi llum lanqas għadhom jidħlu fi knisja. Il-katidral imsejjaħ Sagrada Familia fih xi ħaġa speċjali opra ta’ moħħ fenomenali ta’ bniedem li ħolom li jagħmel monument li mkien ma ssib bħalu jew jixbhu.

Min ħolqu kien jismu

Antonio Gaudi u meta ngħata l-inkarigu li jkompli jibni dan il-katidral kien diġà kiseb isem ta’ arkitett oriġinali li ma kien jikkopja lil ħadd.

Ried joħloq il-ġdid u f’Barċellona

kien hemm diġà xhieda tal-ġenju tiegħu.

U qatta’ l-aħħar 40 sena ta’ ħajtu jippjana, jibni u jispjega l-ħolma tiegħu.

Seta’ għex ta’ sinjur għax kien hemm għexieren

li riedu jaħtruh il-perit tagħhom fi proġetti li kienu jirrendu

IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2023
2

ħafna iżjed

mill-katidral Sagrada Familia

iżda Gaudi ma riedx.

Ma kellu l-ebda xenqa għall-flus

iżda biss li joħloq imkien

li meta tidħol fih

tħoss il-preżenza tal-infinit.

Niftakarni dieħel

ma’ grupp ta’ membri sħabi u żgħażagħ

inħarsu u ma nifhmux

iżda mbagħad

niftħu l-ktejjeb li kellna

u naraw kif wara kull struttura

hemm ħsieb reliġjuż.

Gaudi ħalla warajh ġojjell artistiku

imma għalija

waqt li xi ħadd

kien qed jagħmel prietka sabiħa

dwar kobor il-Mulej

fil-ħolqien tiegħu.

Hu post li jħajrek titlob

qisek miexi f’kampanja

kollha fjuri

jew f’bosk mimli siġar tal-frott.

Esperjenza

li ma tistax tfissirha.

Trid tgħixha.

U tgħixha aħjar jekk taf iżjed

dwar dan Gaudi

li llum hemm ħafna li jixtiequ

jarawh iddikjarat qaddis.

Qaddis modern…

bħalma moderni kienu

ħsibijietu u binjietu.

kont qisni miexi 3

IL
ISEJĦU/April2023
-ĦBIEB

DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu bl-isem:

ġganteski tal gass u madwar 130 satellita. Ma nafux jekk dan larranġament hux tipiku f’sistema solari. Probabbli li mhux. Limportanza għall-ħajja fid-dinja hija li Jupiter hija pjaneta enormi, darbtjen ikbar mill-pjaneti l-oħra kollha f’daqqa.1 Issa, għalkemm is-Sistema Solari hija vojta ħafna, bil-pjaneti bogħod ħafna minn xulxin, però hemm ħafna frak mill-materjal oriġinali li jinsab flspazju interplanetari u anke iktar ’il barra. Meta kultant xi waħda mill-frak (bażikament muntanja blat, jew ukoll b’silġ u gassijiet oħra magħquda) tinqabad millġibda tax-xemx, din tibda dieħla

lejn ix-xemx, u meta l-gassijiet

jevaporaw aħna narawha bħala

kometa bix-xuxa. Jekk tkun blat

biss tkun meteorita, li jekk taqa’

fid-dinja tagħmel ħerba sħiħa.

Però Jupiter bil-massa kbira

tagħha tiġbed lejha ħafna minn dawn l-oġġetti perikolużi u allura ma jaslux ħdejn l-orbita tad-dinja.

Fil-1994 rajna l-kometa

Shoemaker-Levy taħbat ma’

Jupiter f’sensiela ta’ splużjonijiet enormi. Li kieku waslu sad-dinja

kienu jagħmlu ħerba sħiħa. Kieku

Jupiter kienet iżgħar jew iktar

bogħod ma kienx ikun hemm din il-protezzjoni. U b’katastrofi kbar

ħafna u frekwenti ħafna l-ħajja ssibha impossibbli tiżviluppa.

Konklużjoni

B’dawn il-fatturi favorevoli

kollha – xemx stabbli, daqs taddinja tajjeb, qamar kbir, żona

1 L-iżgħar kwiekeb ftit huma ikbar minn Jupiter.

4

tajba, attività ġeoloġika medja, u għassa minn Jupiter – id-dinja

saret oasi ta’ ħajja kif nafuha.

Neħħi fattur wieħed biss minn dawn, u l-affarijiet ikunu għal kollox differenti. Issa avolja

hemm biljuni ta’ pjaneti, meta tikkonsidra dan kollu l-

probabbiltà tal-ħajja tonqos ħafna. Forsi għalhekk ma sibna lil ħadd. U ħadd ma sabna. Forsi aħna lewwel. Xi ħadd irid ikun.

L-ewwel darba li rajna d-dinja

bħala pjaneta kien f’ritratt ikoniku

ta’ Apollo 8 fil-1968: globu

kbir abjad blù tiela’ fuq ix-xefaq

griż tal-qamar fl-isfond iswed talispazju. Ma jidhrux burduri

ta’ pajjiżi u ebda attività umana.

Ritratt ieħor, forsi iktar impressjonanti u memorabbli,

huwa dak li ħadet il-vettura spazjali Voyager 1, fil-1990, meta kienet ħdejn Neptune ħierġa ’l barra mis-Sistema Solari. Fuq suġġeriment ta’ Carl Sagan, ilkontrollaturi mid-dinja dawru lkameras biex jieħdu l-aħħar ritratt lid-dinja. Hemm tidher id-dinja

tagħna, tikka bajda qisha fraka ta’ għabra fid-dawl tax-xemx, fraka li jekk tneħħiha mir-ritratt kollox jibqa’ l-istess. Imma fuq din ittikka għabra żvolġiet il-panorama tal-istorja umana bit-trijonfi u lmiżerji kollha.

Intant, forsi d-dinja hija tassew rari, forsi anke unika. Li jfisser li iktar u iktar għandna għax nibżgħu għaliha, jew iktar preċiż għalina nfusna2 .

2 Anke jekk fil-bluha tagħna neqirdu l-ambjent kollu, naħlu r-riżorsi kollha, jew ninqerdu f’olokawst nukleari, id-dinja, wara ftit miljuni ta’ snin terġa’ tirkupra. Għamlitha kemm-il darba. Forsi wkoll tkun opportunità għal xi speċi oħra li tkunu aħjar minna!

5 2023

Idea tajba

Il-Koreani għandhom mezz effikaċi kif ikeċċu l-ħsibijiet li jkunu jkidduhom. Jiktbuhom fuq biċċiet ta’ karti żgħar, jorbtuhom ma’ tajra u jtellgħuha f’jum ta’ riħ. Imbagħad jaqtgħu l-ispaga u

jħallu l-karti bi ħsibijiethom

jittajru fil-beraħ tas-sema u jtiru ’l bogħod minnhom biex qatt iktar ma jaħsbu fihom.

Aħna l-Insara għandna mezz iktar effikaċi għax tahulna Ġesù stess:

“Ejjew għandi intom imtaqqlin u mgħobbijin u jien inserraħkom.”

taħdita lil xi studenti. F minnhom student qam u qal:

“Dan tiegħek hu diskors vojt għax ma jwassal imkien. Iddinja ma timxix bid-diskorsi iżda bl-azzjoni.”

L-għaref deher li ħa għalih u beda jgħajjar lill-istudent li hu pastaż, injorant u kliem iebes ieħor. Tant ħassu offiż l-istudent li tela’ biex jiġġieled mal-għaref. Dan beda jitbissem u qallu:

“Qed tara kif il-kliem ukoll għandu ħafna saħħa. Irreazzjoni tiegħek hija xhieda biżżejjed.

6

Mhux hekk!!

Francis Rentoul, pilota, jirrakkonta li

darba kien

hemm delay f’titjira li fuqha kien hemm raġel agħma bil

Meta kienu qed jistennew fl ajruport biex jagħtuhom il li jkomplu l-vjaġġ tagħhom, Francis mar fejn irqallu jekk jixtieqx li jħallih imexxi l-kelb biex dan jagħmel passejn miegħu. Ir-raġel agħma aċċetta bil qalb u Francis telaq bil

matul ir-runway iżomm il ċinga tiegħu. Peress li kienet ġurnata ta’ xemx tisreġ Francis kellu f’għajnejh nuċċali bi ħġieġ skur biex iħarsu mill-qilla tagħha.

Meta wasal lura diġà kienet ingħatat l-aħbar li t-titjira kienet ser tkompli. Il-passiġġiera kienu telqu lejn fejn il-bieb indikat biex ikunu minn tal-ewwel li jitilgħu. Francis ta l-kelb lill-agħma li kellu trattament differenti millpassiġġiera l-oħra.

Meta l-passiġġiera raw li Francis ser ikun il-pilota tagħhom iġġennu. Ma ridux ikomplu t-titjira. Għax ħafna kienu rawh miexi bil-kelb u ħasbuh agħma. U ħadd minnhom ma ried itir f’ajruplan misjuq minn agħma.

Kemm hu faċli hux li naslu għallkonklużjoni meta ma nkunux nafu l-fatti!

Albert Einstein hu meqjus fost likbar, jekk mhux l-ikbar xjentist tas-seklu l-ieħor. Iżda barra xXjenza, Albert kien iħobb ħafna lvjolin u sikwit kien imur jitħarreġ fl-Università ta’ Princeton fl-Istati Uniti. Min kien iħarrġu aktarx li ma kienx jaf x’moħħ fenomenali għandu l-istudent ta’ quddiemu u darba, wara li Albert irrepeta xi żbalji, l-għalliem qallu:

“Albert, il-problema

tiegħek qiegħda fil-fatt li naħseb li għadek ma tafx tgħodd għax kull darba qed tfellaq battuta!”

Naħseb li ħmar xi ftit meta xi ħadd qallu min kien l-istudent Albert Einstein!

7

IL-LAQGĦA TA’ MARZU

Kellna lezzjoni interessanti ħafna u addattata ħafna għaż-żmien partikolari tar-Randan. Ms

Dorianne Cassar kellmitna dwar

L-Ikla tal-Għid’ tal-Lhud u kif

kienu jippreparawha għaliha u jagħmluha. Bdiet minn żmien ilLhud fl-Eġittu u kif issawret din

l-ikla. Taf il-bidu tagħha flgħaxar għeġubijiet li seħħew fl-

Eġittu u kif dan għenu sabiex il-

Fargħun jitlaqhom minn pajjiżu. Sejħtilhom għeġubijiet u mhux

kastigi kif bosta drabi nirreferu

għalihom. U jagħmel sens

ngħidulhom għeġubijiet għaliex

kastigi ma jiftehmux meta nafu li

Alla hu mħabba. Dawn l-għaxar għeġubijiet… in-Nil isir demm, iż-żrinġijiet jimlew id-djar

Eġizzjani, nemus u dubbien, mard

fuq il-bhejjem u fuq in-nies, maltempata tas-silġ, invażjoni ta’ ġradijiet, tlett ijiem ta’ dlam u lmewt tat-tifel il-kbir. Ms Dorianne semmitilna studju li sar fuq splużjoni qrib il-gżira Griega ta’ Santorini madwar is-sena 1500qK li xi xjenzjati jorbtuha ma’ dawn l-għeġubijiet. Fil-fatt lewwel sitta jistgħu jintrabtu flimkien, waħda li wasslet għalloħra. It-tlieta ta’ wara huma fenomeni li jseħħu minn żmien għal ieħor u l-aħħar waħda, jingħad, li seta’ kien gass mortali li ntreħa mit-terremot u peress li hu tqil baqa’ mal-art. It-tifel ilkbir tal-Eġizzjani kienu jorqod fuq sodod baxxi u għalhekk spiċċaw vittma ta’ dan. Il-fatt jibqa’ li dawn il-fenomeni seħħew meta l-aktar il-Lhud kellhom bżonnhom u kienu huma li ġagħlu lill-Fargħun jeħlishom mill-jasar. L-ikla kellha tkun xi ħaġa formali imma ta’ malajr. Għalhekk ilħobż kien ażżmu sabiex ma jitilfux ħin mal-ħmira sabiex tieħu l-kors tagħha. L-istess il-ħaruf, jew inkella gidi, ried ikun bla

8

tebgħa u jittiekel mill-familja estiża. Ma ridux jiksrulu għadam

kif ukoll jiġi skarnat. Kristu, ilħaruf tal-Għid, ukoll la nkisrulu

għadam kif ukoll demmu kollu

ħariġlu… id-daqqa tal-lanza turi li ma kienx fadallu demm. Hu eżempju ċarissimu ta’ kif profezija ssib il-qofol tagħha.

Nirringrazzjaw lil Ms Dorianne

Cassar tal-lezzjoni interessanti ħafna li għamlitilna. Żgur li dawk li attendew sabu l-informazzjoni interessanti ħafna u fehmu aktar minn fejn oriġinat il-Quddiesa.

Nawguraw

l-Għid it-tajjeb

lill-qarrejja kollha

ta’Il-Ħbieb Isejħu.

IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2023
9
Il-laqgħa ta’ April ser issir lejlet Ħadd il Palm u għalhekk fil
_________________
Il-Bord Editorjali

Jekk tneħħi l-moħqrija minn nofsok, jekk tqassam ħobżok

lil min hu bil-ġuħ u ħalq il-miġwieħ ixxebba’, imbagħad

jiddi fid-dlam dawlek, dlam tiegħek isir bħal nofsinhar.”

Isaija 58: 9-10

Linda kienet pazjenta fi sptar mentali.

La kellha fidi f’Alla u lanqas fil-futur.

Jum minnhom

wieġbet għal sejħa: Bżonn ta’ voluntiera sabiex

Ma nafx għalfejn weġibt.” anzjani -fidi f’Alla

Kull jum li għaddejt mal-anzjani

ħajja

li kont ħsibt li ntemmet.”

Għalfejn

meta nipprova ngħin lill-oħrajn nispiċċa aktar ngħin lili nnifsi?

Meta nħaffer sabiex naqla’ lill-ħaddieħor mill-inkwiet inkun qed nagħmel toqba

sabiex nidfen l-inkwiet tiegħi.

Awtur mhux magħruf

10 IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2023
Kelmet #

L-uniformi tal-Gwardji Żvizzeri li narawhom fil-Vatikan aktarx li tolqot l-għajn. Għax il-kuluri isfar, blu u aħmar jaqblu flimkien u jħallu impressjoni. Disinjati fuq still ta’ żmien ir-Rinaxximent kien hemm min xandarhom bħala xogħol ta’ Michaelangelo. Iżda llum nafu li għalkemm l-istil hu ta’ żmien dan l-artist, Michaelangelo ma kellu x’jaqsam xejn ma’ dan id-disinn. Fil-fatt iddisinn tal-uniformi tbiddel kemm-il darba matul is-snin. Dan li naraw illum hu xogħol talkurunell Żvizzeru Jules Respond li ppreżentah lill-Papa fl-1914. Ġie aċċettat u baqa’ d-disinn uffiċjali ta’ dawn il-gwardji.

Il-Gwardji Żvizzeri għandhom

storja twila marbuta mal-Vatikan. Uffiċjalment bdew fi żmien il-

Papa Ġulju II fis-sena 1506 iżda anke żmien qabel, rekluti Żvizzeri kienu jagħtu servizz fil-Belt

Eterna. Meta jidħlu f’dan il-korp, iż-żgħażagħ iridu jieħdu ħalfa ta’

alleanza li fiha jwiegħdu li lesti

jħallu ħajjithom biex jiddefendu

lill-Papa. Xi ħaġa li madwar 147

suldat Żvizzeru għamlu tabilħaq

fl-1527 meta biex jippermettu lill-

Papa jaħrab, ħallew ħajjithom jiddefenduh.

ĦBIEB ISEJĦU/April2023 11

Kien hemm żmien meta l-Gwardji

Żvizzeri ħallew il-Vatikan imma Papiet oħra reġgħu ħaduhom lura għax fehmu kemm kien jiswa sservizz tagħhom. Biex ikunu jistgħu japplikaw għal dan isservizz, ir-rekluti jridu jkunu ċittadini Żvizzeri, għamlu żmien fl-armata Żvizzera, ikunu Kattoliċi, ma jkunux miżżewġa u jwiegħdu li jibqgħu f’dan isservizz almenu għal 26 xahar.

L-uniformi tal-lum hi magħmula minn 154 biċċa drapp li l-ħajjata jridu jħitu ma’ xulxin b’sengħa kbira. Kull rekluta jingħata 3 uniformijiet... waħda tas-sajf, oħra tax-xitwa u oħra biex tintlibes bil-lejl. Ħajjat ta’ sengħa jikkalkula li jrid iżjed minn 40 siegħa xogħol biex jgħaqqad ma’ xulxin il-biċċiet ikkuluriti u kull

ħajjat irid ukoll ħafna ħin biex ifassal dawn il-biċċiet ta’ drapp li jkunu ser isawru l-uniformi.

Kull rekluta jaf li biex jilbes l-

uniformi jrid bejn kwarta u għoxrin minuta ħalli meta jidher fil-pubbliku jkollu bixra impekkabbli.

L-uniformi ma ssirx proprjetà tar-rekluta. Dan irid jirritornaha meta jispiċċa mis-servizz ta’ 26 xahar. Iżda jekk jagħżel li jibqa’ fis-servizz għal 5 snin ikollu dritt jieħu l-uniformi miegħu. Iżda xorta ma ssirx tiegħu. Ma’ mewtu l-eredi jridu jirritornawha jew lex-Gwardja Żvizzera jrid iħalli fit-testment li l-uniformi għandha tindifen miegħu b’tifkira tasservizz li jkun ta lill-Papa.

Il-paga ta’ dawn ir-rekluti mhix xi waħda għolja ħafna. Anzi hi inqas minn kemm kien jaqla’ kieku rrekluta baqa’ fl-armata Żvizzera. Iżda jitqies unur li hu kien għal xi żmien jiddefendi lill-persuna talPapa. Unur li jġorr miegħu ħajtu kollha u l-familja tiegħu tibqa’ tiftakar u tiftaħar li xi darba dan il-membru kien Gwardja Żvizzera.

12 IL-ĦBIEB ISEJĦU/April2023

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Il-Hbieb Isejhu - April 2023 by Michael Debono - Issuu