Il-Hbieb Isejhu - Marzu 2023

Page 1

Isej]u Il-}bieb

MARZU 2023

numru 679

NEWSPAPER POST

Iben t'Alla sar Bniedem

MARZU2023 numru 679

Riedu jagħmlu esperiment. Bdew isejħu gruppi ta’ 50 persuna, jagħtuhom bużżieqa, jitolbuhom jiktbu isimhom fuqha, imbagħad jitfgħu l-bużżieqa

Meta l-bżieżaq kollha jkunu stivati fuq xulxin, il-persuni setgħu jidħlu ġewwa biex isibu lbużżieqa tagħhom. Ilftehim kien li jirbaħ dak il-grupp ta’ 50 persuna li jispiċċaw fl-inqas ħin, bil-bużżieqa f’idejn ilpersuni rispettivi skont lisem li jkun inkiteb. Ħadd ma seta’ joħroġ miegħu iktar minn bużżieqa waħda.

Għal kull bużżieqa li tinfaqa’ minħabba r-rassa kienu jiżdiedu żewġ minuti.

Daħlu ħafna gruppi ta’ 50 persuna sabet u ħarġet bil-bużżieqa tagħha. U ntilfu wkoll ħafna minuti għax tgħidx kemm bżieżaq infaqgħu bir-rassa tan-nies ġo kamra żgħira.

Sakemm daħal grupp li kien jaf sew x’għandu jagħmel. Il-membri tiegħu, flok bdew ifittxu l-bużżieqa tagħhom ħarġu b’bużżieqa oħra. Meta kienu barra kull persuna waħda wara l-oħra, bdiet tgħajjat l-isem li kellha fuq ilbużżieqa li kienet iġġorr u hekk f’kemm ili ngħidlek il-bżieżaq kienu tqassmu lil sidhom.

Kos hux bi ftit koperazzjoni u sens komun kemm nistgħu ngħixu f’dinja isbaħ u aħjar.

1

Niftakar… kien qassis twajjeb minn Catania li laqagħna bil-qalb meta sar jaf li aħna grupp ta’ membri ta’ soċjetà reliġjuża.

U niftakru qiegħed fl-istazzjon tal-ferrovija jistenniena. Baqa’ hemm għad li t-trejn kien iddawwar bil-goff u dak iż-żmien ma kellniex mobiles biex nikkuntattjaw lil xulxin. U mexxiena lejn skola qadima li fiha konna ser norqdu fit-tlett ijiem li għamilna f’beltu.

Niftakru jrid bilfors jakkompanjana meta tħajjarna nitilgħu fuq l-Etna. Ġab il-vann tiegħu u ferħan qisu kien tiela’ l-muntanja l-ewwel darba.

Beda jispjegalna dwar il-vulkan li kważi dejjem idaħħan.

Tellagħna sa fuq nett.

IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu 2023
2

Imbagħad niżżilna

f’ħofra kbira msejħa crater

u talabna niġbru ġebla żgħira

u nagħlqu l-ponn fuqha

nagħfsuha kemm nifilħu.

U niftakar iż­żgħażagħ jgħajtu

li l-ġebla għadha taħraq.

Għax din ma kinitx ġebla komuni

imma biċċa lava

li minkejja x-xita

xorta baqgħet iżżomm

l-element li jsawwarha… in-nar.

U baqa’ magħna

n-nofs ta’ nhar kollu

jdawwarna l-imkien

u jagħtina ħjiel dwar x’jiġri

meta l-vulkan jiżbroffa.

Kienet esperjenza sabiħa

iżda għalija l-iktar ħaġa li laqtitni

kienet il-karità u l-qalb tajba

ta’ dan il-qassis

u għad li mgħobbi bl-età għażel li jingħaqad ma’ grupp ta’ żgħażagħ

li tant kienu ferħana jimxu fuq ġebel li ftit xhur qabel kien moħbi fil-muntanja li dejjem iddaħħan.

U meta ppruvajt inħallsu ma riedx ċenteżmu wieħed lanqas tal-petrol.

Qassis li fehem is-sentenza, ‘li tagħmel mal-oħrajn qed tagħmluh miegħi.’

Il-prietki tiegħu ma kinux paroli. Il-ħajja tiegħu ma kinitx pożi. Kien Nisrani ta’ veru.

Illum ma għadux magħna

iżda nemmen bi sħiħ

li l-Mulej ippremjah bil-kbir dan il-qassis ta’ qalb kbira.

li nesa l-itinerarju tiegħu 3

-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu2023
IL

DR CORONATO GRECH M.D. ikompli l-artiklu bl-isem:

Il-qamar huwa anomalija fisSistema Solari. Dan għaliex, meta mqabbel mad-dinja li jdur magħha, huwa kbir ħafna. Ilqmura, jew satelliti, ta’ pjaneti oħra kollha huma żgħar ħafna meta mqabbla mal-pjaneti li jduru magħhom2. Id-dinja u l-qamar

iktar qishom żewġ pjaneti.

Peress li huwa daqshekk kbir ilqamar jaffettwa id-dawrien taddinja. Bħal żugraga ddur

fuqha nnifisha, id-dinja tista’ tvarja id-direzzjoni tad-dawrien u dan jaffettwa l-istaġuni. Huwa lqamar li jżomm id-dinja milli ddur u tmil iżżejjed u allura tagħmel ħerba mill-istaġuni.

Mingħajr l-istabbiltà tal-qamar il-

ħajja ssibha diffiċli jew

impossibbli tkampa.3 Mars, mingħajr qamar kbir, iddur u tmil

ħafna, waqt li Venus, ukoll

mingħajr qamar jidher li nqalbet

ta’ taħt fuq. L-oriġini tal-qamar ilu ta’ problema għall-astronomi.

interstellari flimkien malkondensazzjoni tad-dinja u pjaneti oħra. Jew jista’ jkun li fforma xi mkien ieħor u iktar tard inqabad mill-gravità tad-dinja.

Teorija riċenti, li għaliha hemm xi ftit xhieda, hija li d-dinja meta ffurmat kienet ħafna iżgħar u li kellha pjaneta tewmija fl-istess orbita. Din il-pjaneta, li tawha lisem ta’ Thea, iktar tard ħabtet mad-dinja, bir-riżultat li ħafna mill-materjal baqa’ fid-dinja u lbqija ħareġ u fforma l-qamar. B’hekk id-dinja akkwistat iktar massa u allura issa setgħet iżżomm atmosfera u ilma, barra li akkwistat ċentru sħun ħafna li kompla l-attività ġeoloġika. U qamar kbir fil-qrib.

Dinja ġeoloġikament attiva

Din tfisser li d-dinja għandha intern sħun, għandha

ċirkulazzjoni interna, kontinenti jiċċaqilqu (plate tectonics), muntanji jiffurmaw u jittieklu, u

4

ibħra

jiffurmaw u jingħalqu.

Dan kollox

bil-mod ħafna, (il-movimenti talkontinenti huwa ta’ ftit millimetri jew l-iktar ċentimetri fis-sena, u fuq medda ta’ miljuni ta’ snin.

Aħna rari nafu b’dan kollu ħlief fil-fenomeni vjolenti ta’ terremoti, tsunami (terremoti taħt il-baħar), jew l-iżbruffar ta’ vulkani. Issa dan iċ-ċaqliq u lmovimenti kollha jidhru li huma importanti għall-ħajja.

Pereżempju hemm iċ-ċiklu talcarbon dioxide. Dan huwa gass li jżomm is-sħana fl-atmosfera, u importanti li jkun f’bilanċ tajjeb.

Meta dan joħrog mill-vulkani

għall-atmosfera, biċċa minnu

jinħall max-xita, u peress li huwa ftit aċiduż, iħoll xi ftit il-blat, li mbagħad imur max-xmajjar għall-baħar. Fil-baħar jiġi meħud mill-ħafna orġaniżmi mikroskopiċi (plankton) biex dawn jifformaw qoxra ġeblija.

Meta dawn, fil-miljuni tagħhom imutu, jinżlu f’qiegħ il-baħar u bil-mod jagħmlu saffi ta’ blat. Xi wħud mis-saffi jitilgħu bil-mod u jiffurmaw l-iglobiġerina (bħal blat tal-gżejjer Maltin), jew ġibs (bħas-sisien famużi ta’ Dover lIngliterra). Xi saffi minn dawn jinżlu maċ-ċirkulazzjoni interna tad-dinja għal taħt il-kontinenti, jinħallu u jitilgħu mal-iżbuffar

tal-vulkani. Hemmhekk, jerġa’ joħroġ l-carbon dioxide li miljuni ta’ snin qabel kien inħall maxxita. L-effett l-ieħor huwa iktar kurjuż. Dan għaliex il-ħajja donnha trid ċerti katastrofi u tibdil fl-ambjent, biex tevolvi u ma’ tibqax l-istess. Jekk lambjent qatt ma jinbidel, l-

evoluzzjoni tieqaf. Mill-fossili nafu li kien wara katastrofi li levoluzzjoni ħadet spinta u nfirxet f’linji differenti. Fl-istorja taddinja kien hawn ħafna estinzjonijiet, kbar u żgħar, fejn ħafna speċi nqerdu. Pereżempju waħda mill-iktar estinzjonijiet

famużi hija dik ta’ 65 miljun sena ilu li fiha nqerdu d-dinożawri u

ħafna speċi oħra. Xi mammiferi żgħar, li ħelsuha, sabu iktar lok għal tibdil, u ftit ftit, f’miljuni ta’ snin, inferxu f’ħafna speċi inkluża l-ispeċi umana tal-lum.

Madankollu din mhix l-istorja

kollha. Nafu mill-fossili li l-ħajja bdiet fid-dinja relattivament kmieni, madwar 3.7 biljun sena ilu, xi biljun sena biss, wara lformazzjoni tad-dinja. Però mbagħad damet f’forma mikroskopika madwar tliet biljun sena. U sadattant kien hemm plate tectonics. Hemm ħafna teoriji ta’ x’seta’ ġara, imma bħas-soltu, fejn hemm ħafna teoriji jfisser li ma nafux.

(Dr Grech itemm dan l-artiklu filħarġa ta’ April)

5 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu2023

Il-kumbinazzjonijiet tal-ħajja

Fr John Venus jirrakkonta li darba bi żball, fiċ-ċerimonja ta’ Ras ir-Randan, libes alba twila

żżejjed. U x-xitan ried, li minkejja li kien attent, rifisha u ċarrat xi biċċa minnha. Proprju

fil-jum meta fit-talb li kellu jgħid

kien hemm il-kliem bibliku:

‘Ċarrtu qlubkom mhux

ħwejjiġkom.’

Interpretazzjoni

Mara Ingliża li kienet għalqet issittin marret għall-viżta regolari għand it-tabiba tal-familja. Din wara li nvistatha qaltilha: “Qis li tieħu banju sħun kuljum, fittex postijiet ta’ arja pura u qis li tilbes sew biex ittemperatura ta’ ġismek tibqa’ dejjem għolja.”

Lura d-dar, ir-raġel staqsieha

x’qaltilha t-tabiba, martu qaltlu: “

Għandi bżonn vaganza

fil-Mediterran fejn il-baħar hu

sħun, xi jiem fuq il-muntanja

għall-arja pura u għandi bżonn nixtri kowt tal-fer biex inżomm

it-temperatura ta’ ġismi għolja!”

6

L-awtur Theo Aronson kien qed jiffirma ktieb li kien għadu kemm ippubblika. Għexieren ta’ nies kienu qed joqorbu lejh wara xulxin biex jiksbu l-firma tiegħu. Fost dawn kien hemm mara li kienet riesqa lejh iżda ma kellhiex ktieb f’idejha. Meta waslet staqsietu:

“Fejn nista’ nsib nassa talġrieden f’dan l-istore?”

L-awtur tbissem u qalilha li hu kittieb u ma għandux idea kif inhu mqassam il-ħanut.

U l-mara gergret:

“Iva int kittieb u lanqas taf fejn hemm in-nases tal-ġrieden!

Lanqas ħaqq li ili nofs siegħa wara l-kju!”

U l-awtur bi tbissima qalilha:

“Jiddispjaċini. Iżda fiddinja ħadd ma jaf kollox.”

Kultant ikollok tieħu ħafna paċenzja bid-dinja u bin-nies li fiha. Imma tbissima tibqa’ dejjem aħjar minn tbaqbiqa!

Arturo Toscanini kien wieħed mill-iktar surmastrijiet tal-mużika bravi fid-dinja. Iżda kien imsemmi għall-fatt li kien faċli għalih li jitlef kull sabar meta jisma’ lil xi ħadd mill-orkestra jieħu xi żball. Anke jekk ikunu fil-provi. Kien perfezzjonista u l-aħjar biss kien tajjeb għalih.

Darba, waqt prova, tant saħan li qabad l-arloġġ ta’ idejh u sabbtu mal-art. Kien arloġġ li kien jiswa eluf ta’ liri. Xi ħadd ġabru mill-art u l-ħbieb tiegħu rranġawhulu bi spiża sostanzjali. Mal-arloġġ li issa kienu sewwewlu, xtrawlu

arloġġ ieħor komuni bil-messaġġ:

‘Nissuġġerixxu li tilbes dan larloġġ waqt il-provi.’

U Toscanini obdiehom. Jekk dan l-arloġġ għaddiex mill-esperjenza ta’ sieħbu ma nafux!

7 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu2023
Mistoqsija mhix flokha F’saħna

IL-LAQGĦA TA’ FRAR

Kellna fostna lil Dun Raymond

Portelli, old boy tagħna u bħalma

tafu hu missjunarju fil-Perù. Issa

ilu 29 sena fil-missjoni ta’ Iquitos u stajna ninnotaw li l-entużjażmu tiegħu għadu qawwi bħalma kien fl-ewwel snin tas-saċerdozju tiegħu. Fissrilna kif iqatta’ lġurnata tipika tiegħu. Innofstanhar ta’ filgħodu jqattgħu fil-klinika tal-parroċċa peress li hu wkoll tabib u jara madwar 30 pazjent kuljum. Wara nofsinhar ikollu l-lectures l-università, fejn jgħallem l-etika lill-futuri tobba u

Filgħaxija mbagħad ikun kappillan fil-parroċċa. Wara ġurnata mimlija daqshekk stqarr li

qatt ma kellu problemi għallirqad! Matul dawn is-snin kollha rnexxielu jwaqqaf erbat idjar ta’ kura għall-parruċċani tiegħu…

waħda għal dawk morda blAIDS, oħra għad-drug addicts, għall-anzjani u night shelter. Fuq dan għandhom kċina li toffri ikla għal dawk fil-bżonn. Qalilna li ttalb huwa importanti ħafna imma sew li ma neqfux fit-talb iżda nagħmlu wkoll dak li nistgħu. Filfatt il-ħolma għal dar b’dawk morda bl-AIDS bdiet meta mar jassisti żagħżugħ li kien wasal fl-

8

aħħar permezz ta’ din il-marda, talab miegħu u telaq lejn id-dar.

Waħdu d-dar ħass x’jgħidlu li jista’ jagħmel xi ħaġa għal pazjenti bħal dak iż-żagħżugħ u mhux sempliċement talba fuqu u daqshekk. Talab il-permess talIsqof, kera dar, beda jsib ilpazjenti u bħalma jgħidu… the rest is history. Sabiex imexxi dawn id-djar tal-parroċċa għandu 30 ħaddiem full timer miegħu –minn tobba, għall-infermieri kif ukoll ħaddiema oħra. Ikollu bżonn madwar €10,000 fix-xahar f’pagi u spejjeż imma b’xi mod jew ieħor il-providenza ta’ Alla qatt ma ħallietu nieqes. Ilprovidenza ta’ Alla jista’ jħossha b’idejh permezz ta’ dan. Proġett li għandu għaddej bħalissa hu l-bini tad-dar tal-anzjani li meta titlesta ser tospita 40 anzjan għal ħdejn is-17 li jista’ jaċċetta bħalissa. Kienet ħolma li tawh l-għajnuna finanzjarja żewġ universitajiet –waħda Amerikana u oħra

Spanjola u l-mod ta’ kif ġie avviċinat minn dawn l-individwi seta’ jħoss li Alla jridhom dawk il-proġetti. Fi tmiem il-laqgħa wriena clip ta’ madwar għaxar minuti sabiex ikollna idea aħjar tal-ambjent li jaħdem fih.

Nirringrazzjaw lil Dun Raymond tal-laqgħa sabiħa li għamlilna u nwegħduh l-għajnuna u t-talb tagħna.

Għal-laqgħa ta’ Marzu

stedinna lil Ms Dorianne

Cassar li hija għalliema u lecturer gradwata

b’Liċenzjat fl-istudji

bibliċi. Barra fi skola

sekondarja u l-Università

tagħti wkoll korsijiet qosra

dwar aspetti differenti talBibbja. Peress li bdejna r-

Randan ser tfissrilna l-ikla

tal-Għid tal-Lhud, kif kienu

jippreparaw għaliha u

x’kienet tfisser għall-poplu

Lhudi.

Mela ħabib narawk nhar is-

Sibt 4 ta’ Marzu fis-

7.30p.m. Ejja int u ħajjar lil

ħbiebek jiġu wkoll.

2023
MARZU
…GĦAL LAQGĦA TA’
9

Irħejt dahri lil dawk

li kienu jsawtuni, u ħaddejja lil dawk

li kienu jnittfuli l-leħja; wiċċi ma ħbejtux

mit-tagħjir u l-bżiq.”

Isaija 50:6

Il-pittur Franċiż

Henri Matisse

miet fis-sena 1954

ta’ 86 sena.

Fl-aħħar snin ta’ ħajtu

kien ibati ħafna

bl-artrite f’subgħajh.

Kien ibati ħafna

biex jaqbad pinzell.

Madanakollu baqa’ jpitter, iżomm biċċa ċarruta bejn is-swaba’ sabiex il-pinzell ma jiżloqx.

Darba xi ħadd staqsieh

għalfejn kien qed jgħaddi minn tant tbatija. Matisse wieġbu, “L-uġigħ jgħaddi, is-sbuħija tibqa’.”

B’mod li jixxiebah it-tbatija li Kristu sofra fil-passjoni u t-tislib għaddiet, imma s-sbuħija ta’ dak li wettaq tibqa’ għal dejjem.

Niftakar f’xi waqt li ssaportejt it-tbatija għal xi ħaġa sabiħa?

“…t-tbatijiet taż-żmien ta’ issa mhuma xejn ħdejn il-glorja li għad tidher fina.”

Rumani 8:18

10 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu2023
Kelmet #

Meta fil-bidu tas-sena 1953 kienet

qed titħejja spedizzjoni li kellha

tipprova titla’ fuq il-quċċata tal-

muntanja Everest, kien hemm

patri Kattoliku żagħżugħ

bl-isem ta’ Fr Martin

Haigh li fettillu jibgħat

kurċifiss żgħir lill-kap

tal-ispedizzjoni ċertu

John Hunt, bix-xewqa li

jekk ikun jista’ u ċ-

ċirkustanzi

jippermettulu jħallih flogħla post safejn l-

ispedizzjoni jirnexxilha

tasal. Jalla dan ikun fuq nett tal-muntanja. Għan

diffiċli għax sa dakinhar

ħadd ma kien għadu ma wasal

uffiċjalmet sa fuq nett. Mal-

kurċifiss Fr Haigh għamel nota

qasira li fiha qal lil Hunt li dak il-

kurċifiss kien rigal li l-Papa Piju

XII kien ta lil missieru f’udjenza

partikulari. Qallu li tkun idea

sabiħa li l-kurċifiss isib ruħu flogħla post tad-dinja biex minn hemm ibierek ilpjaneta tagħna.

Hunt intlaqat minn dan il-ġest u wiegħed lil Fr Martin li ser iġorr ilkurċifiss miegħu u hekk għamel. Ħadu miegħu u meta lispedizzjoni kienet waslet f’għoli ta’ 25,000 pied, madwar 400 pied bogħod millquċċata, Hunt kellem

lil Edmund Hillary lejlet l-attentat tagħhom li jaslu sal-quċċata ta’ din il-muntanja li kienet iġġorr tant misteri. F’din id-diskursata

Hunt talab lil Hillary biex iġorr f’butu dan il-kurċifiss u li jħallih fl-ogħla post li jirnexxilu jitla’.

IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu2023 11

B’xewqa li dan ilpost ikun il-quċċata.

Hillary wiegħdu li ser iġorru miegħu u jpoġġih fejn xtaq

Hunt. L-għada (id-29 ta’ Mejju 1953)

Hillary u Sherpa

bdew l-attentat

tagħhom li jitilgħu sal-quċċata tal-

Everest. U wara

ħafna sfidi rnexxielhom jaslu sa fuq nett. Ferħana tgħannqu ma’

xulxin u dak il-ħin Sherpa

Tenzing ħaffer ħofra fis-silġ u fiha poġġa xi oġġetti li hu wkoll kien tella’ miegħu. U fl-istess

ħofra Hillary poġġa l-kurċifiss li kien tah Hunt. U meta niżlu

ferħanin bir-rebħa kbira li kienu

għamlu, Hillary qal lil Hunt li

xewqtu kienet twettqet. Ilkurċifiss tiegħu kien sab ruħu fl-

ogħla post tal-Everest.

Hunt dlonk informa lil Fr Martin

bl-istorja kollha. U Hillary

għamel referenza għaliha fl-

intervista li ta appena niżel millmuntanja. U baqa’ jiftakar f’dan il-mument sabiħ għax jerġa’

jirreferi għalih fil-ktieb li kiteb dwar il-ġrajja tal-Everest.

Anke l-Papa Piju XII sar jaf blistorja u bagħat 3 medaljuni

b’tifkira, wieħed għal

Hunt, il-kap talespedizzjoni, u t-tnejn l-

oħra għal Hillary u għal

Tenzing. It-tlieta jgħidu li ser jibqgħu jgħożżu din it-tifkira ħajjithom kollha

għax tfakkarhom f’dan il-mument sabiħ meta

huma rebħu l-isfida li

kienet toffri l-muntanja

Everest.

Għal Fr Martin din il-ġrajja baqgħet thennih għomru kollu. U

għalhekk qasamha mal-qarrejja

tal-magazine Reader’s Digest

f’Awwissu 2008 iktar minn 55 sena wara li kienet seħħet.

12 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu2023

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Il-Hbieb Isejhu - Marzu 2023 by Michael Debono - Issuu