9 minute read

Isej]u Il-}bieb

MARZU 2023 numru 679

Advertisement

Iben t'Alla sar Bniedem

MARZU2023 numru 679

Riedu jagħmlu esperiment. Bdew isejħu gruppi ta’ 50 persuna, jagħtuhom bużżieqa, jitolbuhom jiktbu isimhom fuqha, imbagħad jitfgħu l-bużżieqa

Meta l-bżieżaq kollha jkunu stivati fuq xulxin, il-persuni setgħu jidħlu ġewwa biex isibu lbużżieqa tagħhom. Ilftehim kien li jirbaħ dak il-grupp ta’ 50 persuna li jispiċċaw fl-inqas ħin, bil-bużżieqa f’idejn ilpersuni rispettivi skont lisem li jkun inkiteb. Ħadd ma seta’ joħroġ miegħu iktar minn bużżieqa waħda.

Għal kull bużżieqa li tinfaqa’ minħabba r-rassa kienu jiżdiedu żewġ minuti.

Daħlu ħafna gruppi ta’ 50 persuna sabet u ħarġet bil-bużżieqa tagħha. U ntilfu wkoll ħafna minuti għax tgħidx kemm bżieżaq infaqgħu bir-rassa tan-nies ġo kamra żgħira.

Sakemm daħal grupp li kien jaf sew x’għandu jagħmel. Il-membri tiegħu, flok bdew ifittxu l-bużżieqa tagħhom ħarġu b’bużżieqa oħra. Meta kienu barra kull persuna waħda wara l-oħra, bdiet tgħajjat l-isem li kellha fuq ilbużżieqa li kienet iġġorr u hekk f’kemm ili ngħidlek il-bżieżaq kienu tqassmu lil sidhom.

Kos hux bi ftit koperazzjoni u sens komun kemm nistgħu ngħixu f’dinja isbaħ u aħjar.

Niftakar… kien qassis twajjeb minn Catania li laqagħna bil-qalb meta sar jaf li aħna grupp ta’ membri ta’ soċjetà reliġjuża.

U niftakru qiegħed fl-istazzjon tal-ferrovija jistenniena. Baqa’ hemm għad li t-trejn kien iddawwar bil-goff u dak iż-żmien ma kellniex mobiles biex nikkuntattjaw lil xulxin. U mexxiena lejn skola qadima li fiha konna ser norqdu fit-tlett ijiem li għamilna f’beltu.

Niftakru jrid bilfors jakkompanjana meta tħajjarna nitilgħu fuq l-Etna. Ġab il-vann tiegħu u ferħan qisu kien tiela’ l-muntanja l-ewwel darba.

Beda jispjegalna dwar il-vulkan li kważi dejjem idaħħan.

Tellagħna sa fuq nett.

Imbagħad niżżilna f’ħofra kbira msejħa crater u talabna niġbru ġebla żgħira u nagħlqu l-ponn fuqha nagħfsuha kemm nifilħu.

U niftakar iż­żgħażagħ jgħajtu li l-ġebla għadha taħraq.

Għax din ma kinitx ġebla komuni imma biċċa lava li minkejja x-xita xorta baqgħet iżżomm l-element li jsawwarha… in-nar.

U baqa’ magħna n-nofs ta’ nhar kollu jdawwarna l-imkien u jagħtina ħjiel dwar x’jiġri meta l-vulkan jiżbroffa.

Kienet esperjenza sabiħa iżda għalija l-iktar ħaġa li laqtitni kienet il-karità u l-qalb tajba ta’ dan il-qassis u għad li mgħobbi bl-età għażel li jingħaqad ma’ grupp ta’ żgħażagħ li tant kienu ferħana jimxu fuq ġebel li ftit xhur qabel kien moħbi fil-muntanja li dejjem iddaħħan.

U meta ppruvajt inħallsu ma riedx ċenteżmu wieħed lanqas tal-petrol.

Qassis li fehem is-sentenza, ‘li tagħmel mal-oħrajn qed tagħmluh miegħi.’

Il-prietki tiegħu ma kinux paroli. Il-ħajja tiegħu ma kinitx pożi. Kien Nisrani ta’ veru.

Illum ma għadux magħna iżda nemmen bi sħiħ li l-Mulej ippremjah bil-kbir dan il-qassis ta’ qalb kbira. li nesa l-itinerarju tiegħu 3

DR CORONATO GRECH M.D. ikompli l-artiklu bl-isem:

Il-qamar huwa anomalija fisSistema Solari. Dan għaliex, meta mqabbel mad-dinja li jdur magħha, huwa kbir ħafna. Ilqmura, jew satelliti, ta’ pjaneti oħra kollha huma żgħar ħafna meta mqabbla mal-pjaneti li jduru magħhom2. Id-dinja u l-qamar iktar qishom żewġ pjaneti.

Peress li huwa daqshekk kbir ilqamar jaffettwa id-dawrien taddinja. Bħal żugraga ddur fuqha nnifisha, id-dinja tista’ tvarja id-direzzjoni tad-dawrien u dan jaffettwa l-istaġuni. Huwa lqamar li jżomm id-dinja milli ddur u tmil iżżejjed u allura tagħmel ħerba mill-istaġuni.

Mingħajr l-istabbiltà tal-qamar il- ħajja ssibha diffiċli jew impossibbli tkampa.3 Mars, mingħajr qamar kbir, iddur u tmil ħafna, waqt li Venus, ukoll mingħajr qamar jidher li nqalbet ta’ taħt fuq. L-oriġini tal-qamar ilu ta’ problema għall-astronomi. interstellari flimkien malkondensazzjoni tad-dinja u pjaneti oħra. Jew jista’ jkun li fforma xi mkien ieħor u iktar tard inqabad mill-gravità tad-dinja.

Teorija riċenti, li għaliha hemm xi ftit xhieda, hija li d-dinja meta ffurmat kienet ħafna iżgħar u li kellha pjaneta tewmija fl-istess orbita. Din il-pjaneta, li tawha lisem ta’ Thea, iktar tard ħabtet mad-dinja, bir-riżultat li ħafna mill-materjal baqa’ fid-dinja u lbqija ħareġ u fforma l-qamar. B’hekk id-dinja akkwistat iktar massa u allura issa setgħet iżżomm atmosfera u ilma, barra li akkwistat ċentru sħun ħafna li kompla l-attività ġeoloġika. U qamar kbir fil-qrib.

Dinja ġeoloġikament attiva

Din tfisser li d-dinja għandha intern sħun, għandha ċirkulazzjoni interna, kontinenti jiċċaqilqu (plate tectonics), muntanji jiffurmaw u jittieklu, u ibħra jiffurmaw u jingħalqu.

Dan kollox bil-mod ħafna, (il-movimenti talkontinenti huwa ta’ ftit millimetri jew l-iktar ċentimetri fis-sena, u fuq medda ta’ miljuni ta’ snin.

Aħna rari nafu b’dan kollu ħlief fil-fenomeni vjolenti ta’ terremoti, tsunami (terremoti taħt il-baħar), jew l-iżbruffar ta’ vulkani. Issa dan iċ-ċaqliq u lmovimenti kollha jidhru li huma importanti għall-ħajja.

Pereżempju hemm iċ-ċiklu talcarbon dioxide. Dan huwa gass li jżomm is-sħana fl-atmosfera, u importanti li jkun f’bilanċ tajjeb.

Meta dan joħrog mill-vulkani għall-atmosfera, biċċa minnu jinħall max-xita, u peress li huwa ftit aċiduż, iħoll xi ftit il-blat, li mbagħad imur max-xmajjar għall-baħar. Fil-baħar jiġi meħud mill-ħafna orġaniżmi mikroskopiċi (plankton) biex dawn jifformaw qoxra ġeblija.

Meta dawn, fil-miljuni tagħhom imutu, jinżlu f’qiegħ il-baħar u bil-mod jagħmlu saffi ta’ blat. Xi wħud mis-saffi jitilgħu bil-mod u jiffurmaw l-iglobiġerina (bħal blat tal-gżejjer Maltin), jew ġibs (bħas-sisien famużi ta’ Dover lIngliterra). Xi saffi minn dawn jinżlu maċ-ċirkulazzjoni interna tad-dinja għal taħt il-kontinenti, jinħallu u jitilgħu mal-iżbuffar tal-vulkani. Hemmhekk, jerġa’ joħroġ l-carbon dioxide li miljuni ta’ snin qabel kien inħall maxxita. L-effett l-ieħor huwa iktar kurjuż. Dan għaliex il-ħajja donnha trid ċerti katastrofi u tibdil fl-ambjent, biex tevolvi u ma’ tibqax l-istess. Jekk lambjent qatt ma jinbidel, l- evoluzzjoni tieqaf. Mill-fossili nafu li kien wara katastrofi li levoluzzjoni ħadet spinta u nfirxet f’linji differenti. Fl-istorja taddinja kien hawn ħafna estinzjonijiet, kbar u żgħar, fejn ħafna speċi nqerdu. Pereżempju waħda mill-iktar estinzjonijiet famużi hija dik ta’ 65 miljun sena ilu li fiha nqerdu d-dinożawri u ħafna speċi oħra. Xi mammiferi żgħar, li ħelsuha, sabu iktar lok għal tibdil, u ftit ftit, f’miljuni ta’ snin, inferxu f’ħafna speċi inkluża l-ispeċi umana tal-lum.

Madankollu din mhix l-istorja kollha. Nafu mill-fossili li l-ħajja bdiet fid-dinja relattivament kmieni, madwar 3.7 biljun sena ilu, xi biljun sena biss, wara lformazzjoni tad-dinja. Però mbagħad damet f’forma mikroskopika madwar tliet biljun sena. U sadattant kien hemm plate tectonics. Hemm ħafna teoriji ta’ x’seta’ ġara, imma bħas-soltu, fejn hemm ħafna teoriji jfisser li ma nafux.

(Dr Grech itemm dan l-artiklu filħarġa ta’ April)

Il-kumbinazzjonijiet tal-ħajja

Fr John Venus jirrakkonta li darba bi żball, fiċ-ċerimonja ta’ Ras ir-Randan, libes alba twila żżejjed. U x-xitan ried, li minkejja li kien attent, rifisha u ċarrat xi biċċa minnha. Proprju fil-jum meta fit-talb li kellu jgħid kien hemm il-kliem bibliku:

‘Ċarrtu qlubkom mhux ħwejjiġkom.’

Interpretazzjoni

Mara Ingliża li kienet għalqet issittin marret għall-viżta regolari għand it-tabiba tal-familja. Din wara li nvistatha qaltilha: “Qis li tieħu banju sħun kuljum, fittex postijiet ta’ arja pura u qis li tilbes sew biex ittemperatura ta’ ġismek tibqa’ dejjem għolja.”

Lura d-dar, ir-raġel staqsieha x’qaltilha t-tabiba, martu qaltlu: “

Għandi bżonn vaganza fil-Mediterran fejn il-baħar hu sħun, xi jiem fuq il-muntanja għall-arja pura u għandi bżonn nixtri kowt tal-fer biex inżomm it-temperatura ta’ ġismi għolja!”

L-awtur Theo Aronson kien qed jiffirma ktieb li kien għadu kemm ippubblika. Għexieren ta’ nies kienu qed joqorbu lejh wara xulxin biex jiksbu l-firma tiegħu. Fost dawn kien hemm mara li kienet riesqa lejh iżda ma kellhiex ktieb f’idejha. Meta waslet staqsietu:

“Fejn nista’ nsib nassa talġrieden f’dan l-istore?”

L-awtur tbissem u qalilha li hu kittieb u ma għandux idea kif inhu mqassam il-ħanut.

U l-mara gergret:

“Iva int kittieb u lanqas taf fejn hemm in-nases tal-ġrieden!

Lanqas ħaqq li ili nofs siegħa wara l-kju!”

U l-awtur bi tbissima qalilha:

“Jiddispjaċini. Iżda fiddinja ħadd ma jaf kollox.”

Kultant ikollok tieħu ħafna paċenzja bid-dinja u bin-nies li fiha. Imma tbissima tibqa’ dejjem aħjar minn tbaqbiqa!

Arturo Toscanini kien wieħed mill-iktar surmastrijiet tal-mużika bravi fid-dinja. Iżda kien imsemmi għall-fatt li kien faċli għalih li jitlef kull sabar meta jisma’ lil xi ħadd mill-orkestra jieħu xi żball. Anke jekk ikunu fil-provi. Kien perfezzjonista u l-aħjar biss kien tajjeb għalih.

Darba, waqt prova, tant saħan li qabad l-arloġġ ta’ idejh u sabbtu mal-art. Kien arloġġ li kien jiswa eluf ta’ liri. Xi ħadd ġabru mill-art u l-ħbieb tiegħu rranġawhulu bi spiża sostanzjali. Mal-arloġġ li issa kienu sewwewlu, xtrawlu arloġġ ieħor komuni bil-messaġġ:

‘Nissuġġerixxu li tilbes dan larloġġ waqt il-provi.’

U Toscanini obdiehom. Jekk dan l-arloġġ għaddiex mill-esperjenza ta’ sieħbu ma nafux!

IL-LAQGĦA TA’ FRAR

Kellna fostna lil Dun Raymond

Portelli, old boy tagħna u bħalma tafu hu missjunarju fil-Perù. Issa ilu 29 sena fil-missjoni ta’ Iquitos u stajna ninnotaw li l-entużjażmu tiegħu għadu qawwi bħalma kien fl-ewwel snin tas-saċerdozju tiegħu. Fissrilna kif iqatta’ lġurnata tipika tiegħu. Innofstanhar ta’ filgħodu jqattgħu fil-klinika tal-parroċċa peress li hu wkoll tabib u jara madwar 30 pazjent kuljum. Wara nofsinhar ikollu l-lectures l-università, fejn jgħallem l-etika lill-futuri tobba u

Filgħaxija mbagħad ikun kappillan fil-parroċċa. Wara ġurnata mimlija daqshekk stqarr li qatt ma kellu problemi għallirqad! Matul dawn is-snin kollha rnexxielu jwaqqaf erbat idjar ta’ kura għall-parruċċani tiegħu… waħda għal dawk morda blAIDS, oħra għad-drug addicts, għall-anzjani u night shelter. Fuq dan għandhom kċina li toffri ikla għal dawk fil-bżonn. Qalilna li ttalb huwa importanti ħafna imma sew li ma neqfux fit-talb iżda nagħmlu wkoll dak li nistgħu. Filfatt il-ħolma għal dar b’dawk morda bl-AIDS bdiet meta mar jassisti żagħżugħ li kien wasal fl- aħħar permezz ta’ din il-marda, talab miegħu u telaq lejn id-dar.

Waħdu d-dar ħass x’jgħidlu li jista’ jagħmel xi ħaġa għal pazjenti bħal dak iż-żagħżugħ u mhux sempliċement talba fuqu u daqshekk. Talab il-permess talIsqof, kera dar, beda jsib ilpazjenti u bħalma jgħidu… the rest is history. Sabiex imexxi dawn id-djar tal-parroċċa għandu 30 ħaddiem full timer miegħu –minn tobba, għall-infermieri kif ukoll ħaddiema oħra. Ikollu bżonn madwar €10,000 fix-xahar f’pagi u spejjeż imma b’xi mod jew ieħor il-providenza ta’ Alla qatt ma ħallietu nieqes. Ilprovidenza ta’ Alla jista’ jħossha b’idejh permezz ta’ dan. Proġett li għandu għaddej bħalissa hu l-bini tad-dar tal-anzjani li meta titlesta ser tospita 40 anzjan għal ħdejn is-17 li jista’ jaċċetta bħalissa. Kienet ħolma li tawh l-għajnuna finanzjarja żewġ universitajiet –waħda Amerikana u oħra

Spanjola u l-mod ta’ kif ġie avviċinat minn dawn l-individwi seta’ jħoss li Alla jridhom dawk il-proġetti. Fi tmiem il-laqgħa wriena clip ta’ madwar għaxar minuti sabiex ikollna idea aħjar tal-ambjent li jaħdem fih.

Nirringrazzjaw lil Dun Raymond tal-laqgħa sabiħa li għamlilna u nwegħduh l-għajnuna u t-talb tagħna.

Għal-laqgħa ta’ Marzu stedinna lil Ms Dorianne

Cassar li hija għalliema u lecturer gradwata b’Liċenzjat fl-istudji bibliċi. Barra fi skola sekondarja u l-Università tagħti wkoll korsijiet qosra dwar aspetti differenti talBibbja. Peress li bdejna r-

Randan ser tfissrilna l-ikla tal-Għid tal-Lhud, kif kienu jippreparaw għaliha u x’kienet tfisser għall-poplu

Lhudi.

Mela ħabib narawk nhar is-

Sibt 4 ta’ Marzu fis-

7.30p.m. Ejja int u ħajjar lil ħbiebek jiġu wkoll.

Irħejt dahri lil dawk li kienu jsawtuni, u ħaddejja lil dawk li kienu jnittfuli l-leħja; wiċċi ma ħbejtux mit-tagħjir u l-bżiq.”

Isaija 50:6

Il-pittur Franċiż

Henri Matisse miet fis-sena 1954 ta’ 86 sena.

Fl-aħħar snin ta’ ħajtu kien ibati ħafna bl-artrite f’subgħajh.

Kien ibati ħafna biex jaqbad pinzell.

Madanakollu baqa’ jpitter, iżomm biċċa ċarruta bejn is-swaba’ sabiex il-pinzell ma jiżloqx.

Darba xi ħadd staqsieh għalfejn kien qed jgħaddi minn tant tbatija. Matisse wieġbu, “L-uġigħ jgħaddi, is-sbuħija tibqa’.”

B’mod li jixxiebah it-tbatija li Kristu sofra fil-passjoni u t-tislib għaddiet, imma s-sbuħija ta’ dak li wettaq tibqa’ għal dejjem.

Niftakar f’xi waqt li ssaportejt it-tbatija għal xi ħaġa sabiħa?

“…t-tbatijiet taż-żmien ta’ issa mhuma xejn ħdejn il-glorja li għad tidher fina.”

Rumani 8:18

Meta fil-bidu tas-sena 1953 kienet qed titħejja spedizzjoni li kellha tipprova titla’ fuq il-quċċata tal- muntanja Everest, kien hemm patri Kattoliku żagħżugħ bl-isem ta’ Fr Martin

Haigh li fettillu jibgħat kurċifiss żgħir lill-kap tal-ispedizzjoni ċertu

John Hunt, bix-xewqa li jekk ikun jista’ u ċ- ċirkustanzi jippermettulu jħallih flogħla post safejn l- ispedizzjoni jirnexxilha tasal. Jalla dan ikun fuq nett tal-muntanja. Għan diffiċli għax sa dakinhar ħadd ma kien għadu ma wasal uffiċjalmet sa fuq nett. Mal- kurċifiss Fr Haigh għamel nota qasira li fiha qal lil Hunt li dak il- kurċifiss kien rigal li l-Papa Piju

XII kien ta lil missieru f’udjenza partikulari. Qallu li tkun idea sabiħa li l-kurċifiss isib ruħu flogħla post tad-dinja biex minn hemm ibierek ilpjaneta tagħna.

Hunt intlaqat minn dan il-ġest u wiegħed lil Fr Martin li ser iġorr ilkurċifiss miegħu u hekk għamel. Ħadu miegħu u meta lispedizzjoni kienet waslet f’għoli ta’ 25,000 pied, madwar 400 pied bogħod millquċċata, Hunt kellem lil Edmund Hillary lejlet l-attentat tagħhom li jaslu sal-quċċata ta’ din il-muntanja li kienet iġġorr tant misteri. F’din id-diskursata

Hunt talab lil Hillary biex iġorr f’butu dan il-kurċifiss u li jħallih fl-ogħla post li jirnexxilu jitla’.

B’xewqa li dan ilpost ikun il-quċċata.

Hillary wiegħdu li ser iġorru miegħu u jpoġġih fejn xtaq

Hunt. L-għada (id-29 ta’ Mejju 1953)

Hillary u Sherpa bdew l-attentat tagħhom li jitilgħu sal-quċċata tal-

Everest. U wara ħafna sfidi rnexxielhom jaslu sa fuq nett. Ferħana tgħannqu ma’ xulxin u dak il-ħin Sherpa

Tenzing ħaffer ħofra fis-silġ u fiha poġġa xi oġġetti li hu wkoll kien tella’ miegħu. U fl-istess ħofra Hillary poġġa l-kurċifiss li kien tah Hunt. U meta niżlu ferħanin bir-rebħa kbira li kienu għamlu, Hillary qal lil Hunt li xewqtu kienet twettqet. Ilkurċifiss tiegħu kien sab ruħu fl- ogħla post tal-Everest.

Hunt dlonk informa lil Fr Martin bl-istorja kollha. U Hillary għamel referenza għaliha fl- intervista li ta appena niżel millmuntanja. U baqa’ jiftakar f’dan il-mument sabiħ għax jerġa’ jirreferi għalih fil-ktieb li kiteb dwar il-ġrajja tal-Everest.

Anke l-Papa Piju XII sar jaf blistorja u bagħat 3 medaljuni b’tifkira, wieħed għal

Hunt, il-kap talespedizzjoni, u t-tnejn l- oħra għal Hillary u għal

Tenzing. It-tlieta jgħidu li ser jibqgħu jgħożżu din it-tifkira ħajjithom kollha għax tfakkarhom f’dan il-mument sabiħ meta huma rebħu l-isfida li kienet toffri l-muntanja

Everest.

Għal Fr Martin din il-ġrajja baqgħet thennih għomru kollu. U għalhekk qasamha mal-qarrejja tal-magazine Reader’s Digest f’Awwissu 2008 iktar minn 55 sena wara li kienet seħħet.

This article is from: