Il-Hbieb Isejhu - Jannar 2023

Page 1

Isej]u Il-}bieb NEWSPAPER POST JANNAR 2023 numru 677

JANNAR2023 numru 677

Vjetnam mietu mijiet ta’ eluf bejn suldati Amerikani, suldati Vjetnamiżi u pajjiż. Suldati Amerikani mietu 58,000. Meta ġew biex suldati xi ħadd ħaseb li jagħmel wieħed sempliċi ħafna iżda fih ried li jinkitbu l ismijiet ta’ dawn l-eluf ta’ qalbiena li ħallew ħajjithom f’dan il-konflitt. U l-abbozz ġie aċċettat. Dan il-monument illum jinsab f’Washington b’ismijiet mhux qegħdin b’mod alfabetiku imma skont id-data li fiha mietu. Ma hemmx distinzjoni dwar x’kienu fl-armata… suldati sempliċi, lugotenenti, kaptana… kollha ħallata ballata. Ilkoll ħallew ħajjithom għall-għan li l-mexxejja tal-pajjiż kienu jsejħulu ‘nobbli’. Jum wieħed raġel imdaħħal fiż-żmien waqaf quddiem il-monument u beda jibki u jgħajjat: “Mhux hemm irridek iżda maġenbi. Mhux hemm fuq lirħama kiesħa iżda b’uliedek madwarek, ilkoll kemm intom ħdejja.” Jgħajjat u jirrepeti l-istess sentenza. Malajr ġabruh għax ħasbuh miġnun iżda kieku fehmu x’kienet qed tħoss qalb ta’ missier li jara isem ibnu imħażżeż fuq l-irħama flok miexi maġenbu forsi kienu jirreaġixxu mod ieħor.

U ma’ dawk l-eluf ta’ ismijiet jistgħu jiżdiedu mijiet ta’ eluf oħrajn li għad li marru lura ħajjin iżda kellhom iqattgħu l-bqija ta’ ħajjithom fuq siġġu tar-roti jew f’qiegħ ta’ sodda għax ma setgħux jgħixu ħajja normali iżjed. U dan fin-naħa Amerikana biss. Hemm in-naħa l-oħra Vjetnamiża. Anke dawn bnedmin li mietu ħesrem jew spiċċaw dipendenti fuq ħaddieħor għomorhom kollu.

Kemm kienet għajta sinċiera dik tal-Papa Pawlu VI fis-sala prinċipali tanNazzjonijiet Uniti jgħajjat minn qiegħ qalbu: “Gwerra qatt iżjed. Gwerra qatt iżjed!” Iżda l-għajta baqgħet waħda fix-xagħri. Minn dakinhar bdew u ntemmu għexieren ta’ gwerer u l-vittmi tagħhom jgħoddu mhux l-eluf, lanqas il-mijiet ta’ eluf iżda l-miljuni. U l-istorja tibqa’ tirrepeti ruħha. Min jaf kemm minnhom kienu mħuħ ġenji li setgħu taw kontribut tremend lid-dinja tagħna.

+L-Iben t'Alla sar Bniedem
1

Niftakar kont qiegħed ma’ grupp ta’ żgħażagħ f’Budapest ftit snin wara li kienet spiċċat il-ħakma Komunista f’dan il-pajjiż. Qomt kmieni u waqt li l-oħrajn kienu għadhom fl-isbaħ raqda jien kont qed interraq madwar il-kwartier li kien imbiegħed miċ-ċentru tal-belt. Indur u nagħqad biex forsi nsib xi knisja fejn stajna nisimgħu quddiesa. Iżda knejjes ma kinux jidhru. Rajt nies għaddejjin mgħaġġlin imexxu l-klieb tagħhom. Xtaqt nitlobhom informazzjoni imma kont ċert li qajla setgħu jgħinuni la darba jien ma kontx naf il-lingwa tagħhom u huma ma kinux jafu tiegħi. Komplejt miexi sakemm rajt kanċell miftuħ u warajh ritratt tal-Papa Ġwanni Pawlu t-tieni. Żgur li dan kien imkien reliġjuż u Kattoliku.

IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar 2023
2

Dħalt u sibt kappella żgħira. Kien hemm quddiesa fit-8.30a.m.

U morna flimkien nisimgħuha. U waħdi waqaft naħseb fuq dan is-saċerdot imdaħħal fiż-żmien li skanta meta rana quddiemu. Ma stenniex udjenza numeruża. Aktarx li qabel kien ikollu ħafna inqas. Ma kellimtux. U dak li ħsibt fuqu hu biss immaġinarju imma naħseb li dan qatta’ ħajtu jaqdi lill-Mulej u lil ħutu f’atmosfera iebsa fi żmien il-Komuniżmu. Nimmaġina li bata bosta iżda baqa’ fidil għas-sejħa. Baqa’ jitħabat u jistinka

biex isem Ġesù jkun magħruf anke f’din il-belt iddominata minn reġim Komunista.

Isem dan il-qassis mhux ser ikun magħruf mid-dinja. Mhux ser jissemma fil-kotba tal-Istorja imma nemmen bi sħiħ li meta jidher quddiem il-Mulej - jekk mhux diġà dehersema’ s-sentenza sabiħa, “Bravu serv tajjeb u fidil wettaqt dmirek minkejja kollox.”

U waħdi tlabt bil-qalb biex l-eżempju tiegħu jkaxkar miegħu lili l-ewwel u lil dawk li f’dik il-għodwa nzertaw jisimgħu l-quddiesa f’din il-kappella mitlufa fi kwartier ta’ Budapest.

3
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2023

DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna artiklu dwar:

worst nightmare simultaneously. Bill Bryson ‘A Short History of Nearly Everything’.

Għal ħafna żmien l-oriġini talħajja, anzi ta’ kollox, kien meħud mir-rakkonti Bibbliċi li kienu meħuda bħala litteralment veri. Tant kien hekk li, pereżempju fl1650, l-isqof Irlandiż James Ussher, ikkonkluda minn studji Bibbliċi, li d-dinja ġiet maħluqa fis-sena 4004 QK fit-23 ta’ Ottubru. Illum, apparti minn fundamentalisti Bibbliċi, irrakkonti tal-Ġenesi huma kkunsidrati bħala metaforiċi, poetiċi u leġġendarji. Ħafna popli minn madwar id-dinja, għandhom ukoll ħafna leġġendi u l-miti dwar il-ħolqien.

Illum nafu minn studji xjentifiċi speċjalment tal-blat (ġeoloġija) u l-ħajja antika (palentoloġija) li ddinja hija ferm u ferm eqdem, madwar 4,500 miljun sena, waqt li l-ewwel traċċi ta’ ħajja

dawk ir reazzjonijiet kemikali tant ikkumplikati u preċiżi huwa wieħed mill-misteri kbar u mhux solvuti tax-Xjenza.

Forsi għal xi wħud, f’dan il-punt, li tirrikorri għall-oriġini divina tal-ħajja, huwa pass ovvju, eħfef, u inqas ta’ taħbil il-moħħ. Però xXjenza tipprova tagħti spjegazzjonijiet naturali lid-dinja ta’ madwarna, anke fejn hemm ħafna kumplikazzjoniiet. Issuċċess tal-metodu xjentifku jidher mill-ammont enormi li sirna nafu, inkluż ħafna affarijiet li qabel kienu misterjużi. U jekk l-oriġini tal-ħajja jibqa’ misterjuż, m’hemmx x’tagħmel… dik hija lkundizzjoni umana.

Intant, wieħed mill-iktar esperimenti famużi u interessanti fuq l-oriġini tal-ħajja kien sar fil1952 mill-Amerikan Stanley Miller. F’apparat tal-ħġieġ li għamel, huwa saħħan il-kimiċi methane, ammonia, hydrogen u

4

ilma. Jaħsbu li dawn il-gassijiet kienu komuni fid-dinja ġdida u sterili ta’ madwar 4 elef miljun sena ilu. Huwa għadda wkoll sparks tal-elettriku fit-taħlita għax probabbli kien hemm ħafna beraq dak iż-żmien. Wara xi ġimgħa ttaħlita skurat u meta analizzaha sab, b’għaġeb, li kien hemm kimiċi kkumplikati, bħal amino acids li huma l-bażi ta’ proteini. Però wara dan il-bidu drammatiku u promettenti, minn ħafna esperimenti oħra li ġew wara, ftit li xejn iffurmaw molekoli ikkumplikati u għadna ferm ’il bogħod minn spjegazzjoni xjentifika għall-oriġini ta’ dik ilmolekola tant ikkumplikata u ċentrali għal ħajja –deoxyribonucleic acid – DNA.

b’kumbinazzjoni fid-dinja u bħal speċi kkontaminawha. Teoriji oħra ta’ xi astrobijoloġisti huma li xi molekoli organiċi setgħu waslu fid-dinja ma’ meteoriti jew kometi. Però meta tqis id-distanzi enormi ta’ bejn il-kwiekeb u rradjazzjonijiet spiss fatali għallħajja li hemm fl-spazju, dawn lideat huma improbabbli ħafna.

Intant, spekulazzjonijiet immaġinattivi dwar l-origini talħajja ma naqsux. Waħda minnhom hija l-ipoteżi ta’ Panspermia (1903), assoċjata liktar mal-Iżvediż Svante Arrhenius. Din tgħid li l-ħajja fid-dinja bdiet minn spori minn xi ħajja fuq pjaneti oħra li waslu

Però jistax ikun li fid-dinja ġdida ta’ madwar 4 biljun sena ilu, b’kumbinazzjoni waslu xi aljeni, minn jaf minn fejn? Id-dinja dakinhar kellha atmosfera tossika, vulkani enormi u attivi, terremoti, beraq, eċċ. Ma setgħux damu ħafna. Imma jistax ikun li dawn laljeni strambi ħallew warajhom xi fdalijiet organiċi, inkluż żibel jew anke ppurgar tagħhom li ikkontamina d-dinja, sa dakinhar sterili? U jistax li dan kien il-bażi għall-bidu u l-evoluzzjoni talħajja fid-dinja!!!

Hija idea fantastika, improbabbli u fuq kollox umoristika... imma meta tara l-aġir ta’ ċerti nies donnu jtik daqsxejn x’taħseb!!!

5 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2023

Sinjali smewwija

Dorothy Day kienet taħdem favur il-batut u l-fqir fl-Amerika. Darba l-Qorti waħħlitha multa ta’ 250 dollaru Amerikan għax id-dar fejn kienet tilqa’ lil dawn in-nies ma kinitx attrezzata biżżejjed għal dan l-iskop. Sema’ bl-istorja lpoeta W H Auden u dlonk telaq u taha ċekk ta’ 250 dollaru filwaqt lil qalilha: “Għandek biex tħallas ilmulta. Ridt ngħinek biex tibqa’ tgħin lil dawn il-foqra.” Kultant il-Mulej jibgħat anġlu modern meta tħossok trid taqta’ qalbek.

president Amerikani maħbuba minn nies ta’ pajjiżu, kien jieħu gost jirrispondi b’mod personali ftit mill-ħafna ittri li kien jirċievi. Ma kienx jittajpjahom iżda jiktibhom biex iktar juri l-interess personali fil-problema ta’ min kitiblu.

Meta xi ħadd kiteb ittra lil Reagan u għamillu xi mistoqsijiet dwar ommu, il-president kellu dan xi jgħid: ‘L-ikbar rigal li tatni ommi kien fil-fidi f’Alla. Nisslet din ilfidi f’qalbi. Teżor li ngħożż sallum u jalla nkompli ngħożżu jiemi kollha.’

6

Għalliem tajjeb

Fl-iskola fejn kien jgħallem, kulħadd kien jiskanta bil-punti li kien jagħtih l-inspector. Dan tal-aħħar kien jgħid li qatt ma kien jara tant attenzjoni mit-tfal u kull meta jsaqsihom jweġbuh tajjeb. U meta nbidlu l inspectors baqgħu jagħtuh punti għoljin. Kollha l-istess kelma… “Għalliem stupend, jaf jgħallem ħafna, it-tfal jifhmuh” eċċ. Meta ġie biex joħroġ bil-pensjoni xi ħadd staqsieh is-sigriet ta’ dan issuċċess u qalilhom:

“Jien niftiehem mat-tfal li meta jkun l-inspector jerfgħu subgħajhom kollha għall-mistoqsijiet li nagħmel. Jekk ikunu jafu r-risposta jerfgħu idhom il-leminija u jekk ma jkunux jafuha jerfgħu x-xellugija. Hekk jien inkun nista’ nistaqsi lil dawk li jafuha u naturalment linspector jibqa’ impressjonat birrispons tat-tfal. Ma naħsibx li kien jibqa’ impressjonat kieku kellu jkun jaf li ta’ idhom ix-xellugija fl-ajru kienu jkunu qed jgħidu li ma jafux ir-risposta.”

Daż-żmien l-inspectors fil-klassi spiċċaw għax kieku forsi jkun hawn xi għalliem li jipprova dan il-metodu.

Kos hux, ftit sens komun kapaċi jagħmel il-ħajja ferm eħfef!

Talb

Il-passiġġieri li kienu neżlin Heathrow ħadu qatgħa meta lpilota qalilhom li kien hemm ħafna ċpar u kien hemm ilpossibilità li jinżlu Manchester flok Londra. Koppja Londiniża inzertat fejn passiġġier li deher jinġabar f’mument ta’ talb.

Ftit minuti wara l-pilota ħabbar li fil-fatt l-ajru kien iċċara ftit u lajruplan kien nieżel Londra kif skedat. Il-koppja daret lejn ilpassiġġier u l-mara qaltlu:

“Talbek instema’ ħabib. Neżlin Londra!”

“Ma nstemax. Jien minn Manchester!” Kultant f’talbna nafu nkunu egoisti. Talb bħal dan allaħares jinstema’!

7 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2023

IL-LAQGĦA TA’ DIĊEMBRU

Bħalma ktibna fil-ħarġa ta’ Diċembru kellna mistieden lil Dun Joe Cardona sabiex jagħmlilna din l-aħħar laqgħa tassena. Bdielna billi semmielna ġrajja ta’ katidral fil-Ġermanja fejn kellhom orgni ta’ klassi u kulma kien idoqqu kien organista wieħed u ħadd iktar bi struzzjonijiet ċari lis-sagristan li ma jagħti ċ-ċavetta lil ħadd aktar. Iżda darba mar xi ħadd li talab bil-ħniena lis-sagristan sabiex iħallih idoqqu. Dam itella’ u jniżżel sakemm fl-aħħar aċċetta. Għalaq il-knisja u għal ftit minuti ħallieh idoqq. Kien jidher bniedem tal-mestier. Qabel telaq talbu ismu. Kien Felix Mandelssohn. Meta nduna li kien kompożitur Ġermaniż imsemmi għalxejn fettxu għaliex ma sabux. U aħna wkoll jista’ jiġrilna listess. Ikun qed joqrob il-Milied (u dan jgħodd għal okkażjonijiet oħra) u nieħdu ħsieb id-detalji kollha tal-festa mundana imma mhux ta’ dik spiritwali. Nafu u qed nippreparaw x’ser nieklu, lil min ser nistiednu eċċ iżda forsi

ma aħniex nagħtu kas l-aspett spiritwali. Xieraq li nagħmlu dak li kien jgħidilhom lis-seminaristi Dun Mikiel Attard sabiex jistinkaw li dan il-Milied ikun aħjar minn dak ta’ sena qabel. Dan jista’ jsir b’diversi modi. Żmien l-Avvent ukoll huwa żmien ta’ sagrifiċċju bħala preparazzjoni għall-festa tattwelid ta’ Ġesù. Dan nistgħu nagħmluh permezz ta’ lsienna… noqogħdu attenti x’ser ngħidu u kif ser nitkellmu fuq il-proxxmu. Bosta drabi jiġri li kelma mingħand persuna għal oħra tinbidel b’konsegwenzi li jistgħu jkunu serji. Żgur li jkollna okkażjonijiet fejn nistgħu ngħakksu għajnejna. Iżda b’mod speċjali l-aħjar preparazzjoni hi bi qrara u tqarbina. Dun Joe rrakkontalna ġrajja li għadda minna bħala kappillan l-isptar. Ċemplitlu persuna u stednitu sabiex imur jara lil pazjent partikolari li kien fl-aħħar ta’ ħajtu. Iżda wissietu li dan ir-raġel ma tantx kellu stampa sabiħa tassaċerdot. Għad li kien fadallu biss ftit minuti għax-xift tiegħu, għadda sal-kappella tal-isptar u

8

baqa’ sejjer fejn il-pazjent. Ħaġa tal-iskantament id-diskursata kienet kordjali ħafna u ftiehmu ħin sabiex ikunu jistgħu jitkellmu aħjar. Qerr u qallu sabiex jiċċelebralu l-funeral tiegħu. Dun Joe stedinna sabiex ma neħdux for granted il-ħin li fadlilna. Qed nippreparaw għall-miġja ta’ Ġesù iżda għal xi ħadd minna din tista’ tkun miġja personali. Mhux b’sens ta’ biża’ iżda ta’ realtà. Jalla nkunu ppreparati. Nirringrazzjaw lil Dun Joe tattips sbieħ li tana ta’ kif għandna nippreparaw spiritwalment għallMilied. Ħadna gost bin-numru sabiħ li laqgħu l-istedina tagħna. Konna ilna ma nkunu daqshekk. Ħabib, jekk ilek ma tiġi għal xi laqgħa pprova ejja. Il-laqgħa ma teħux aktar minn nofs siegħa imma tista’ tkun stedina għalik li tiswielek ta’ ġid. Hemm sena tajba u sena aħjar. Meta nkunu qrib ta’ Alla żgur li nħossuna aħjar. Kuxjenza kwieta hija l-aħjar imħadda. Qrara taf iġġibilna serħan qaddis. Agħmel din bħala r-riżoluzzjoni tas-sena lġdida. U tara kif ikollok sena aħjar!

GĦAL-LAQGĦATA’ JANNAR

Għall-ewwel laqgħa ta’ matul is-sena ser ikellemna lpsikologu Dr Michael Galea PhD. Ser issir nhar is-Sibt 7 ta’ Jannar u tibda fis7.30p.m. Żgur li Dr Galea ser jagħtina tips professjonali ta’ kif nistgħu nibdew aħjar din is-sena l-ġdida. Mela ħabib nistennewk. Nhar is-Sibt 7 ta’ Jannar fis7.30p.m. Ejjew int u ħajjar lil sħabek jiġu wkoll.

IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2023
9

Jekk xi ħadd jgħid li jħobb ’l Alla u jobgħod ’il ħuh hu giddieb. Għax jekk wieħed ma jħobbx ’il ħuh li jarah, ma jistax iħobb ’l Alla li ma jarahx. 1 Ġw 4:2

Reġina Vittorja

kellha dar tas-Sajf Balmoral, l-Ingilterra. Jum minnhom, waqt mixja weħidha qabditha ħalba xita. Ġriet lejn dwejra u meta fetħu talbithom umbrella u wegħdithom li l-għada teħodha lura. Is-sidt, li kellha żewġ umbrelel, tatha dik li kienet kważi spiċċuta. L-għada meta s-serv tar-reġina ħadha lura, il-mara tgħidx kemm qalet, “Kieku kont naf li kienet ir-reġina!” “Kieku kont naf li kienet ir-reġina!”

Kemm nemmen kliem Kristu meta qal, “… kulma għamiltu mal-iżgħar fost ħuti, għamiltuh miegħi! ”? (Mt 25: 40)

Meta noħrog biex infittxek, Mulej insib li int qed tfittex lili. Yehuda Halevi

Kelmet

10 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2023
#

Gvernatur ta’ gżira diżabitata

John White, emigrant Ingliż li kien issetilja fl-Amerika xtara gżira bl-isem ta’ Roanoke ħdejn North Carolina fl-Istati Uniti. U skont id-drawwiet ta’ dak iżżmien (1587) sar gvernatur tagħha. Miegħu fuq il-gżira ħa lil martu, bintu, żewġha u binthom. Fuq il-gżira kien hemm biss madwar mitt persuna li ħadu gost li issa kellhom gvernatur li seta’ jipprovdilhom b’dak li kien meħtieġ biex jgħixu ħajja diċenti. John White kellu l-ħsieb li jagħmel ħafna propoganda u hekk il-gżira timtela bin-nies u jibdew snin ta’ prosperità għal din ilgżira li kienet kważi diżabitata qabel xtraha.

Fehem li kellu bżonn ħafna affarijiet li ma setax jiksibhom

minn fuq il-gżira. Għalhekk iddeċieda li jmur lura l-Ingilterra u jġib miegħu dawk l-oġġetti utli li setgħu jgħinuh iwettaq ħolmietu. Ried jikseb ħafna kwalitajiet ta’ żrieragħ biex ikun jista’ jkabbar il-prodotti meħtiega għall-ħajja ta’ kuljum.

Iżda lil familtu ħallieha warajh. Il-gżira żgur kienet tipprovdi biżżejjed frott u ikel ieħor biex familtu u n-nies li kienu jgħixu fuq il-gżira setgħu jgħixu bla ma jmutu bil-guħ.

John White dam fl-Ingilterra iktar milli ħaseb biex kiseb li xtaq u salpa lura lejn Roanoke xi tliet snin wara li kien ħallieha. Iżda meta wasal ma sab lil ħadd jistennieh. Familtu kienet għosfrot u għosfru wkoll in-nies kollha li kien hemm fuq il-gżira. U ħadd iktar ma sema’ b’aħbarhom. Ħadd iktar ma ltaqa’ magħhom. Sparixxew qishom qatt ma kienu. Kulma sab John White fuq il-gżira kienet kelma miktuba f’post prominenti li kienet taqra: CROATOAN.

Ħadd qatt ma kellu l-ħila jiddeċifra xi tfisser din il-kelma. U hekk il-misteru la ġie solvut tul il-ħajja ta’ John White u lanqas

IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2023 11

fis-snin ta’ wara. Uħud qalu li labitanti nqatlu minn xi tribù Amerikana jew mill-Ispanjoli. Oħrajn qalu li n-nies mietu bilġuħ għax l-istagun tal-frott kien kajman. Xi abitanti fi gżejjer oħra waħħlu f’ maltempata qawwija li ġabet magħha mewġ kbir u għoli li kines dak kollu li kien hemm fuq il-gżira. Imma dawn jibqgħu biss teoriji u għalhekk l-ġrajja għadha sal-lum imkebba f’misteru.

qalet li ma setgħetx tieqaf tiżfen. U dlonk nies oħra bdew jagħmlu l-istess. Joħorġu minn darhom u jibdew jiżfnu. U komplew jiżfnu għal bosta sigħat tant li ħafna waqgħu mal-art bla saħħa u bla nifs u wħud minnhom mietu . Loħrajn spiċċaw l-isptar taħt osservanza medika biex forsi jinkiseb xi tagħrif li seta’ jwaqqaf din l-epidemija.

Iż-żifna tal-mewt Jafu x-xahar li fih ġrat u jafu ukoll isem il-persuna tal-ġrajja li baqgħet tissemma bħala ż-żifna tal-mewt.

Bdiet f’Lulju tas-sena 1518 fi Strasburgu. Ċerta Frau Troffee ħarġet minn darha u bdiet tiżfen. Għall-bidu ħasbuha li tilfet moħħha u ppruvaw iwaqqfuha. Imma kollu ta’ xejn. Il-mara bdiet tkellimhom b’ħafna sens imma

U n-numru baqa’ kuljum jiżdied. Dejjem bl-istess storja. Ħadd ma seta’ jwaqqafhom miżżifna tal-mewt. Ġew fil-belt l-aqwa mħuħ ta’ dak iżżmien biex jaraw x’hemm wara din iż-żifna misterjuża iżda ħadd donnu ma seta’ jsib tarf tagħha. U ma’ kull jum li jgħaddi iktar bdew jiddakkru minn il-pesta ta’ żifna. Mijiet ġew infettati u għexieren spiċċaw l-isptar. Kienet epidemija li qatt ma kienu semgħu jew raw bħalha. B’xorti tajba ma twalitx għax fil-bidu ta’ Settembru 1518 għosfrot f’daqqa bħalma kienet tfaċċat.

Anke din il-ġrajja għadha mkebba f’misteru. Illum jgħidu li seta’ kien hemm xi furnar li kellu dqiq kontaminat. Imma din tibqa’ biss teorija. X’ġara eżatt donnu ħadd ma jaf. Velu misterjuż jidher li għadu jgħattiha.

12 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2023

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.