

SETTEMBRU2022 numru 673




Ħrafa umoristika Ingliża tirrakkonta li darba Mr Townhead, sinjurun, kellu għalqa kbira daqs Għawdex li ma kienx jaħdem anzi kien ħallieha mitluqa. Din ġagħlitu jieħu sħanijiet kbar meta kien jintebaħ li daħlulu fiha u kkampjaw. Għax, ngħiduha kif inhi, dawn tal-aħħar ma tantx kienu edukati billi warajhom kienu jħallu miżbla sħiħa. Ħmieġ u kultant ħruq ta’ siġar u ħaxix ħażin.

Mr Townhead għamel diversi tabelli li kienu jgħidu li min jinqabad jikkampja fil għalqa jiġi mħarrek iżda dawn it tabelli qajla kellhom effett. Fl aħħar is sid mar fejn ħabib tiegħu li kien magħruf għad-dehen ta’ moħħu u qallu bilproblema. Dan tah parir biex ineħħi dawk it tabelli u flokhom jagħmel tabelli oħra li jkunu jaqraw xi ħaġa hekk: ‘
Lil dawk li jikkampjaw hawn merħba.
Tinkwetawx jekk taraw xi żewġt iklieb doberman ġejjin lejkom. Dawn igergru u jinbħu iva iżda rari jigdmu lil xi ħadd.
Tinkwetawx jekk taraw xi baqar u barrin ġejjin jirgħu fil qrib. Dawn rari ħafna li jagħmlu għall bnedmin. Imma fil każ li tarawhom ġejjin b’ħeffa lejkom itilgħu xi ħajt u l-periklu jisfuma.
Tinkwetawx jekk matul il lejl tħossu xi gidma ta’ xi serp. Is sriep ta’ din l-għalqa mhumiex velenużi għajr għal razza waħda. Fil-każ talaħħar tkunu tafu għax madwar il-gidma jintefaħ u jiħmar. Qrib ta’ din l għalqa hawn sptar li żgur ikun ta’ għajnuna f’każ ta’ xi emerġenza. Issibuh fiċ ċentru tal belt li taraw viċin fuq l għolja biswit din l-għalqa.’ Il-ħrafa tgħid li Mr Townhead qatt iktar ma ħa sħanijiet fuq min jikkampja bla permess. Żgur li min ivvinta l ħrafa ma riedx ifaħħar il qerq u l gideb tat tieni tabella iżda ried juri li fid-dinja iktar tasal bil-kelma t-tajba milli bl-għajjat u t theddid.
awtoritajiet fi New York kellhom problema kbira għax ħadd ma ried isir Direttur tal-ħabs ta’ Sing Sing. Kulħadd donnu kien jibża’ jassumi r responsabbiltà. Biżżejjed ngħidu li fl-aħħar 10 snin kien hemm 10 diretturi. Uħud lanqas servew sena waqt li oħrajn għamlu biss ftit iktar.
aħħar ġie mistieden isir direttur Lewis Edward Lawes istedina iżda għamel kundizzjoni important: Ħalluni mmexxi kif għandi f’moħħi. Irrid nibdel il ħabs f’dar ta’ riabilitazzjoni.” awtoritajiet aċċettaw għax ma kellhomx triq oħra. Lewis daħal għal dan l-impenn qalb kbira Nisranija.





Iben Kattolika Irlandiża Lewis fehem li jekk irid jirbaħ lil dawn il priġunieri kellu bżonn jurihom li jħobbhom.
U hekk inbeda programm ta’ ħbiberija bejn direttur u ħabsin. Kien joħroġ gruppi żgħar jaraw xi musical imbagħad jieħu gruppi oħra sakemm kull min ried jara l-musical

kellu okkażjoni jarah. Kien jistieden artisti famużi bħal Charlie Chaplin u Spencer Tracy, Humphrey Bogart u oħrajn biex imorru u jagħtu wirjiet lill-ħabsin.
Lewis kien joħroġ jitkellem magħhom; jara x’jixtiequ u, dak li fil parametri kienet tippermetti l-liġi dwar il-ħabsin, kien jagħmlu.
Mart Lewis daħlet ukoll f’din il ħidma. Hi wkoll kienet tmur tkellem lill ħabsin u tgħinhom jirkupraw meta jimirdu tant li ħafna bdew isejħulha ‘mommy’.
Lewis kien isostni li hu qed jgħix il Vanġelu, ‘Kont il-ħabs u ġejtu żżuruni’, għax f’kull ħabsi kien jara lil Ġesù u kien ikompli jgħid, “Jekk tittratta priġunier qisu kelb selvaġġ hu jittrattak bl istess mod. Imma jekk turih li int ħabib hu jieħu gost isir ħabib tiegħek.” Il-ħabs Sing Sing beda jinbidel u l awtoritajiet raw x’ġid ġab il-mod ġdid li bih Lewis kien imexxi u ridu li jimplimentaw is sistema f’ħabsijiet oħra. Imbagħad ġrat xi ħaġa li ħadd qatt


ma stenna. Meta mietet mart Lewis inċident tat-traffiku -ħabsin xtaqu li jattendu għall funeral tagħha. Lewis assuma r responsabbiltà u ħareġ miegħu dawk kollha li xtaqu jkunu preżenti. awtoritajiet beżgħu li ħafna jaħarbu iżda Lewis qalilhom li r rispett li kien igawdi mill ħabsin jagħmlu ċert li ħadd ma jabbuża mis sitwazzjoni.
U kellu raġun għax il-ħabsin kollha rritornaw f’Sing Sing. Kienet dimostrazzjoni ta’ fiduċja fil-bniedem anke jekk dan jinzerta ħabsi.
Lewis dam direttur ta’ Sing Sing 21 sena sakemm kellu jitlaq mis-servizz għax kien għalaq iż-żmien u wasal għall pensjoni iżda ismu baqa’ marbut ma’ Sing Sing u mas sistema li introduċa li mbagħad ġiet ppruvata f’ħabsijiet oħra Amerikani u Ewropej. Ma tħossx int ukoll li aħna l bnedmin kapaċi noħolqu atmosfera ta’ ferħ u ħbiberija jekk flok ponn magħqud niftħuh biex nieħdu b’idejn xulxin?
DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu:
DAQSXEJNASTRONOMIJAF’SHAKESPEARE

Jew kwiekeb feġġejja. Dawn jidhru bħala faxx dija momentarju fis sema, qishom xi kewkba li waqgħet mis sema, għalkemm ma għandhom x’jaqsmu xejn malkwiekeb, għax huma biss frak interplanetarju li jidħol fid-dinja u jinħaraq fl-astmosfera. “
I see thy glory like a shooting star. Fall to the base earth from the firmament.” (Richard II ). Il glorja tad dinja hija temporanja!1 Kien maħsub li s-sema huwa perfett, u li fid-dinja li hawn iddifetti. Għalhekk kien maħsub li meteori huma fenomenu tal-arja u aktarx li jħabbru xorti ħażina u biża’2 :
“
The bay trees in our country are all twittered and meteros fright the fixed stars from heaven the
pale face moon looks bloody on earth and lean-looked prophets whisper fearful change.” (Richard II)
Il-Kometi
Jew kewkba bix xuxa. Dawn jitfaċċaw irregulari u ġieli jdumu jidhru għal ġimgħat sħaħ. “By being seldom seen, I could not stir but like a comet I was wondered at.” (Henry IV)
Kienu wkoll ikkunsidrati ġeneralment ta’ risq ħażin u jħabbru xi ħaġa kerha, speċjalment lil nies importanti: “When beggars die there are no comets seen. The heavens themselves blaze forth at the death of princes.” (Julius Caesar ) “Comets, importing change of times and states brandish your crystal stresses in the sky.” (Henry VI)
1. Frażi oħra Latina li mill ewwel tfakkarna f’dan hija “Sic transit gloria mundi” li kienet tintuża fl inkurunazzjoni tal papiet bejn l 1409 u l 1963!
2. Għalkemm ħafna meteori jinħarqu ’l fuq fl atmosfera, però jekk il frak huwa kbir biżżejjed, jista’ jasal sal-art meta jissejħu ‘meteoriti’. Kien biss fl-1803, fi Franza li xjentisti sabu provi ċari li jista’ jaqa’ ġebel mis sema!
Ix-xemx
Għalkemm forsi x-xemx mhix ikkunsidrata parti mill astronomija, però hemm fergħa sħiħa tal-astronomija fuq ixxemx. Wara kollox ix xemx hija l eqreb kewkba!
“Shine out fair sun, till I have bought a glass, that I may see my shadow as I pass.” (Richard III) Tlugħ ix xemx iwarrab malajr il-kwiekeb, inkluż dawk talkostellazzjonijet taż-żodijaku: “As when the golden sun salutes the morn and having gilt the oceons with his beams gallops the zodiac in his glistening coach.” (Titus Andrinicus)
U “That orbed continent, the fire that severs day from night.” (Twelfth Night)
L-Eklissi
F’eklissi tax xemx din titgħatta għal ftit minuti u jkun hemm dalma, xi ħaġa simbolikament kerha. Othello jesprimi diqa tremenda f’termini ta’ eklissi, għalkemm Shakespeare żbalja, għax eklissi tax xemx u l qamar ma jseħħux ma’ xulxin!
“Methinks it should be now a huge eclipse of sun and moon, and that the affrightened globe should at alteration.” (Othello)
U ta’ risq ħażin: “These late eclipses in the sun and moon portend no good to us.” (King Lear)
L-Astroloġija Fi żmien Shakespeare ma tantx kien hemm differenza bejn astronomija u astroloġija u Shakespeare stess jibdel astronomu ma’ astrologu3. Għandu ħafna referenzi astroloġiċi. “O learned indeed where that astronomer that knew the stars as I his characters he’d lay the future open.” (Cymbaline) Spiss Shakespeare juri xettiċiżmu san dwar l-influwenza tal-kwiekeb: “The fault, dear Brutus, is not in our stars but in ourselves we are the underlings.” (Julius Caesar)
“Not from the stars do I my judjement pluck and yet methinks I have astronomy but not tell of good or evil luck.” (Sonnet 14) Intant, dawn kienu xi kwotazzjonijiiet ta’ Shakepeare fuq l-astronomija. Hemm ħafna iktar imma għal-lum daqshekk.
3. Anke astronomu ċelebri bħall-Ġermaniż Johannes Kepler, li twieled 7 snin wara Shakespare, ġieli kien jagħmilha ta’ astrologu.

Risposta mhux mistennija
Xi ħadd darba staqsa lil Mahatma Gandhi: “Sur Gandhi, ejja ngħidu li xħin tkun għaddej fit-triq tara żewġ pakketti. Wieħed mimli flus u l ieħor mimli għerf. Ma tistax teħodhom it-tnejn iżda trid tagħżel biss wieħed minnhom. Int liema minnhom kont tagħżel?”






“Il-pakkett tal-flus!” wieġbu Gandhi.
Risposta legali
Avukat famuż irċieva nota midDipartiment tat Taxxi li kienet tgħid: ‘Ninsabu sorpriżi kif bniedem tat talenti tiegħek jista’ jkun li jaqla’ biss il figura li kkwotajt fil-formola tiegħek tattaxxa.’
“
Li kont minflokok kont nagħżel il-pakkett tal-għerf!”

“
Kulħadd jixxennaq għal dak li ma għandux,” irrispondieh Gandhi.
U l avukat wieġeb: ‘Anke jien sorpriż ukoll. Żgur li bniedem tat talenti tiegħi ħaqqni naqla’ iktar!’
Mhux faċli trekken avukat… anke jekk tkun uffiċjal tat taxxa!
Meta jkollok ħolma
John Roebling kellu ħolma li xi darba jibni pont li jgħaqqad Long Island ma’ New York. Kienu żminijiet oħra (1883) meta l ta’ kostruzzjoni kienu ferm limitati.


Meta qasam din l-idea ma daħku bih u sejħulu ħalliem. Iżda John u ibnu komplew joħolmu. Illum nafu li l ħolma seħħet tabilħaqq.
Meta l Mulej inebbet f’qalbek ħolma tħalli lil ħadd iwaqqfek f’mixjietek.
Bejn tajbin u ħżiena


Albert Einstein hu meqjus bħala likbar xjentist tas-seklu l-ieħor. Darba qal: “Id dinja hi post perikoluż mhux għax hawn min jagħmel il ħażin iżda għax it tajbin ma jagħmlu xejn biex ma jħallux il-ħażin jitwettaq.”
U Alexander Solzhenitsyn li qatta’ ħafna snin fil-ħabs fis-Siberja qal: “Biex il-ħżiena jwettqu lazzjonijiet kattivi tagħhom, xi darba jridu jkunu ħasbu li dawn huma azzjonijiet tajba.”
fl-okkażjoni tal-festi marbuta mal 75 sena mill ftuħ tal Qasam tal-Museum tan-Nadur. Kellna udjenza sabiħa li setgħet kienet ikbar imma wħud li s soltu jattendu kellhom impenji oħra. Seħibna Anton Mercieca kellimna dwar it-tagħlim… il-ħsieb ewlieni wara it twaqqif tal Museum minn San Ġorġ Preca. Qalilna li t tagħlim jibqa’ jgħodd għal kull età u għaliex f’kull età tista’ titgħallem. U kulħadd jista’ jgħallmek. Ħeġġiġna għalhekk biex inħobbu t tagħlim. Il Qasam tagħna jipprovdi 2 okkażjonijiet mensili b’dan il-għan. Il-laqgħa tal ewwel Sibt u l pubblikazzjoni tal fuljett Il Ħbieb Isejħu. It tagħlim hu żerriegħa li xi darba
li jmexxina u jservi ta parir biex meta nħossuna mrekkna niksbu tagħrif u dawl li jagħtina perspettivi pożittivi u jiftħilna orizzonti ġodda.
Anton qasam magħna wkoll xi ġrajjiet li seħħew tul dawn il 75 sena ta’ ħidma Museumina fir raħal tagħna. U ħeġġiġna biex meta nistgħu nilqgħu l istedina għal din il-laqgħa ta’ kull xahar li nebbet Dun Mikiel Attard 57 sena ilu u li napprezzaw u naqraw il fuljett Il-Ħbieb Isejħu li jasal fi djarna.





Wara l-laqgħa tellajna inkwatru bl immaġni ta’ San Ġorġ Preca li

mess bix-xorti lil Peter Camilleri. U dawk preżenti ġew imħajra jitilgħu jaraw il-wirja li kienet qed tittella’ f’din l okkażjoni tal 75 sena mill ftuħ tal Museum f’raħalna. Il wirja tirrakkonta, permezz tar ritratti, ġrajjiet il qasam tagħna minn meta nfetħet l-ewwel dar tad-Duttrina fi Sqaq il-Mitħna sal-preżent.
…

GĦAL-LAQGĦA TA’SETTEMBRU
Il-laqgħa ta’ Setembru ser issir nhar is Sibt 3 tax xahar fit 8.00p.m. peress li l-aħħar quddiesa fil parroċċa qed issir fis 7.00p.m.

Għandu jiġi jkellemna ħabibna Dun Manwel Cutajar millparroċċa ta’ San Lawrenz li qatta’ bosta snin jaħdem l Albanija. Żgur li għandu ħafna x’jirrakkonta fis-snin li qatta’ f’din il missjoni Ewropea.
Ħabib, minna jiddependi l-futur tal laqgħa. Ilha ssir aktar minn 57 sena u min jaf kemm mijiet ta’ ġuvintur u old boys attendew tul dan iż żmien. Kull wieħed minna hu responsabbli mittkomplija tagħha. Għalhekk qed nibagħtulkom din l istedina sabiex issibu ftit ħin u tattendu. Jibqgħalkom ħafna ħin sabiex toħorġu wara mal ħbieb tagħkom.
Mela ħabib narawk nhar is Sibt 3 ta’ Settembru fit-8.00p.m. Ejja int u ħajjar lil ħbiebek jattendu wkoll.
[Meta xi ħadd staqsa lil Ġesù liema hu l ikbar kmandament, wieġbu:] “Ħobb il Mulej, Alla tiegħek, B’qalbek kollha, b’ruħek kollha u b’moħħok kollu.” Mattew 22: 37

Fit-Tieni Gwerra Dinjija l psikoloġista Awstrijakk Viktor Frankl kien arrestat min-Nażisti. L ewwel ħaġa li ġagħluh jagħmel kien li jinża’ l-ħwejjeġ puliti li kellu u jilbes ħwejjeġ qodma ta’ priġunier mejjet. bwiet ta’ dawn iċ ċraret sab kopja ta’ Xema Iżrael, li Kristu rrefera għaliha f’din is-silta: “Isma’, ja Israel; il-Mulej, All tagħna, il-Mulej wieħed. Ħobb il Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha.” (Dew 6, 4-5) Il kopja mkagħbra tax Xema Iżrael kienet ta’ sostenn qawwi fil-jiem mudlama tal-priġunerija.

X’talba żżommni f’waqtiet diffiċli?
Talba sabiħa, għad li ngħiduha ta’ spiss, tibqa’ friska u sabiħa fl-għajnejn u widnejn is-sema.

Thomas Fuller

Bniedem rgħib hu dejjem fqir. Għax dejjem irid u qatt ma għandu biżżejjed. U allura hu fqir għax qalbu mhu kapaċi jimlieha qatt. Iktar ma jikseb iktar jixtieq li jkollu. Sinjur mhux min għandu Is suċċess rari jkun triq għan niżla.
Qattus migdum minn serp jibża’ minn ħabel. Il qawl tagħna jgħid li l kelb il mismut kull ilma jaħsbu misħun. Tfajjel li jmiss forn jaħraq ma jgħaddix minn ħdejh darb’oħra. Jalla l-esperjenza tal-ħajja tgħallem lilna wkoll għax kull
tippersisti fl iżball hi bluha li tagħha ħafna drabi jkollna nħallsu prezz qares.
ilma tfisser xmara. Problema taf tkisser bniedem waqt li għal ħaddieħor ma tfisser xejn. Għax iċ-ċirkustanzi jkunu differenti għad li l problema tidher l-istess. Ħadd ma jixtieq li problema tfarraklu ħajtu imma kultant mentalment bniedem vulnerabbli ma jkollux is-saħħa mentali li jikkontrollaha. Nies bħal dawn kura jridu u mhux kundanni.






Jekk tfittex ħabib perfett aktarx tibqa’ bla ħbieb. Għax ma hawn ħadd perfett. Lanqas dawk li jippretendu l-

perfetti. Kulħadd għandu nnuqqasijiet tiegħu. Trid taċċetta l limitazzjonijiet tal oħrajn bħalma tippretendi li ħaddieħor jittollera tiegħek. Inkella tispiċċa waħdek. U bla ħbieb il ħajja mhix faċli.
meta nagħmlu xi azzjoni tajba ma nħallux l-id ix-xellugija tkun taf x’qed tagħmel il leminija. Għalhekk jiswa li nagħmlu l ġid bla ma noqogħdu niffanfraw.


xejn mid-dawl tagħha. Għajnuna li tagħti lill-oħrajn mhux talli ma tnaqqaslek xejn imma żżidlek ħafna. Iżżidlek il ferħ u s sodisfazzjon li għamilt il ħajja ta’ ħaddieħor ftit aħjar. Għax l egoiżmu jagħlqek fik innifsek waqt li l-altruwiżmu jiftaħlek qalbek għall oħrajn. U dan il ftuħ tal qalb hu r riċetta tal-ferħ.




Ir-ragħad ma jkabbarx fjuri. Il ġid la jsir bil paroli u lanqas bl istorbju imma jitwettaq bissagrifiċċju. U iktar ma jsir fis skiet u fis satra iktar iħalli

parir minn min qatt ma ħareġ barra raħlu. Parir fittxu mingħand min kapaċi jgħinek għax ikun tgħallem jew għadda mill-istess esperjenza. IlMalti jgħid: Staqsi lill imġarrab għax dan ikun ġa għadda minn dak li ser tgħaddi minnu int. It triq ikun jafha sew u jkun jaf fejn hemm il-ħotob u l-ħofor.


