Il-Hbieb Isejhu - Awwissu 2022

Page 1

AWWISSU 2022 numru 672

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

AWWISSUnumru2022672 kamp tal-priġunieri tal-gwerra ġenju ta’ moħħhom irnexxielhom jagħmlu radju żgħir. Kien mimli textix u tgerwil iżda minkejja dawn innuqqasijiet kienu kapaċi jirċievu l aħbarijiet li kien ixandar il BBC. Ma kinux jidħlu ċari u kienu jitilfu ħafna kliem iżda kienu jiddiċifraw l-aħbarijiet prinċipali. Allaħares inqabdu bih għax kienu jlaqqtu kastig kbir. U l aħbarijiet li bdew jirċievu kienu qed jimlewhom bil kuraġġ għax saru jafu li l armati tal alleati waslu fil qrib biex jeħilsuhom. U fl aħħar sebaħ il jum meta mir radju saru jafu li l Ġermanja kienet ċediet u li huma issa kienu ħielsa u setgħu jmorru lura lejn pajjiżhom, biex jgħannqu lill għeżież tagħhom. Iżda għal xi raġuni li huma ma setgħux jifhmu, is-suldati għassa tagħhom din l aħbar kienu għadhom ma rċivewhiex. Il grupp ta’ suldati Amerikani ħassew li aħjar ma jitkellmu xejn dwar din l-aħbar għax beżgħu li jkun hem rivoluzzjoni ta’ ferħ fost il-mijiet ta’ priġunieri u aktarx is-suldati Tedeski kienu jibdew jisparaw fuqhom biex isikktuhom. Għażlu għalhekk li jibqgħu siekta iżda f’qalbhom kienu ċerti li l-ħelsien tagħhom hu fil-qrib. Imminenti. Jista’ jseħħ minn siegħa għal oħra. Min rahom jitgħannqu u jifirħu ħasibhom li tilfu rashom. U l aħbar li kienu semgħu seħħet tabilħaqq. L għada filgħodu meta qamu bdew jisimgħu kant Amerikan ta’ rebħa u raw li l-bibien tal-kamp kienu miftuħa u ma kien hemm l-ebda suldat Tedesk biex jiqfilhom. Setgħu joħorġu jiffesteġġjaw mal armata rebbieħa. Eżatt kif jista’ jagħmel in-Nisrani. Anke jekk ta’ ma’ ġenbu jgħadduh biżżmien hu jaf li wara l kantuniera hemm l għelm tar rebħa. Forsi ma tiġrix illum jew għada iżda hemm tibqa’ tistennieh. Wara l kantuniera n Nisrani jaf ċert li ser jiltaqa’ mal Mulej li jħaddnu miegħu u jpoġġih f’eżistenza ġdida… ta’ ferħ bla tmiem. Din il-fidi timlieh b’ferħ qaddis minkejja li forsi ta’ madwaru jgħadduh b’miġnun. 1

Tirrakkonta Jeanne Conte magazine Liguorian… Tgħidilnaistorjatal knisja belt Norveġiża hemmHammerfest.beltmakienxħafnaKattoliċiNorwaynieslijappartjenu reliġjon tagħna huma minoranza żgħira ħafna. Iżda xorta kellhom knisja diċenti kappillan megħjun minn xi sorijiet kienu jilqgħu kuljum dawk kollha li jżuru lil Ġesù unika knisja Kattolika tal-belt. Kongregazzjoni żgħira iżda jinħabbu qishom familja. Jafu lil xulxin u dejjem lesti li jgħinu wieħed lill-ieħor. Sakemm ġiet ġurnata fil gwerra li għaddiet u suldati Ġermaniżi -popolazzjoni kollha ta’ Hammerfest biex jitilqu minn djarhom għax kellhom ordni jaħarqu l-belt2 IL ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2022

peress li kien hemm xnigħat li saretHammerfestbejtata’ spiji Ingliżi. U dak li heddew is suldati twettaq tabilħaqq. U Hammerfest saret duħħan. Ma kienx fadal binja waħda li ma ġarrbitx ħsarat estensivi. Il-knisja saret irmied. Wara l gwerra n-nies reġgħu bnew djarhom u bil għajnuna tal gvern il-belt reġgħet ħadet is-sura tagħha. Iżda post il-knisja baqa’ qisu qiegħ ta’ ħuġġieġa. Il kongregazzjoni żgħira ma kellhiex mezzi biex ittella’ knisja tawfosthomsuldatiSemgħuoħra.blistorjaĠermaniżiuħudliforsiin -nar lill-belt fuq ordni tas-superjuri tagħhom. Ħassew li kellhom jirrimedjaw għal Marruazzjonithom.luraf ’Hammerfest biex jibnulhom mill ġdid 3 il-maqdes tagħhom. Ma kinitx biċċa xogħol faċli iżda ġabu għajnuna mill Kattoliċi Ġermaniżi u fi ftit xhur telgħet fuq fejn kien hemm qiegħ ta’ ħuġġieġa knisja mdaqqsa fejn il setgħuKattoliċijerġgħujibdew jiltaqgħu. Anke l kurċifiss ta’ fuq l artal kien xogħol suldati Ġermaniż u t twieqi bi ħġieġ ikkulurit inħadem ukoll il Ġermanja. Riedu li jagħtu lura dak li huma kienu qerdu ftit snin qabel. Minn episodju ta’ ġlied u gwerra nħolqot esperjenza ta’ paċi. Ma tħossx int ukoll li aħna l-bnedmin kapaċi noħolqu atmosfera ta’ ferħ u ħbiberija jekk flok ponn magħqud biexniftħuhnieħdu b’idejn xulxin? IL ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2022

-

3.

żmienu4 . Intant,

DR

2. Pereżempju: the milk of

IL-ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2022

astronomija

the green

vanish into thin air; breaking the

GRECH

1. U

Assedju

4 William Shakespeare (15641616) huwa, bir raġun, ikkunsidrat bħala wieħed millaqwa drammaturgi u poeti tad dinja. Għandu mill inqas 37 dramm, 154 sunett, u numru ta’ poeżiji.1 F’dawn huwa esplora, b’użu stupend tal kliem u l lingwa, l-intriċċi tan-natura umana it traġedji u l kummiedji - kif ukoll leġġendi, miti u storja. Ħafna espressjonijiet li vvinta għadhom komuni sal lum2. Tant juri għerf, u tant ma nafux ħafna fuqu, li xi studjużi sa jsostnu li ma setax kitibhom kollha hu3 . Shakespeare huwa probabbli, wara l Bibbja, l iktar awtur ikkwotat. U kważi fuq kull suġġett, inkluż l astronomija. S’intendi l astronomija hija ta’ fost il kwotazzjonijiet fl li nsibu ’Shakespeare hemm: probabbli hemm xi xogħlijiet li ntilfu. human kindness; eyed monster; ice; wild goose chase, full circle, fost ħafna oħrajn. Fost il kittieba kontemporanji msemmija nsibu lil Christopher Marlowe u Francis Bacon. twieled 20 sena wara Nikola Koperniku, l-astronomu Pollakk li mill istudji li għamel, poġġa x xemx fin nofs, bil pjaneti jduru magħha, idea rivoluzzjonarja. Aċċidentalment Shakespeare u Galileo twieldu fl istess sena, 1564 (li tiġi sena qabel l l Kbir ta’ Malta mit Torok). CORONATO M.D. jiktbilna dwar:

to come

f

4. Shakespeare

DAQSXEJNASTRONOMIJAF’SHAKESPEARE

5 Il qamar “O, swear not by the moon, the fickle moon, the inconstant moon, that monthly changes in her circle orb; lest thy love prove likewise variable”. (Romeo and Juliet) Din hija fix-xena famuża talgallerija. “The moon is an arrant thief and her pale fire snatches from the sun.” (Timon of Athens.) Shakespeare jaf li l-qamar jixgħel bir refless tad dawl tax xemx. “For the fortune of us that are the moon ’s men doth ebb and flow like the sea, being governed as the sea is by the moon.” (Henry IV). L assoċjazzjoni bejn il livell tal baħar (fieragħ jew mimli), hija ferm iktar prominenti fl ibħra Brittaniċi milli fil-Mediterran. “It is the very error of the moon. She come more near to earth than she wont. And makes men mad.” (Othello). Huwa veru li l-orbita tal-qamar madwar id dinja mhix ċirku perfett u xi kultant ikun ftit eqreb jew ftit ibgħad mid-dinja, imma lassoċjazzjoni bejn il qamar u l ġenn, għalkemm kienet komuni, hija bla bażi. Il-kwiekeb “I am constant as the northern star, of whose true fixed and resting quality, there is no fellow in the firmament (Julius Caesar) qiegħdaIl kważi preċiż fuq il pol tan-Nord u allura l-kwiekeb jidhru jduru magħha matul il-lejl. Ġulju Ċesare ma tantx kellu opinjoni baxxa tiegħu nnifsu! F’sunett 116 Shakespeare jirreferi għall-Kewkba Polari u l-użu tagħha għan navigazzjoni: “O no,it is an ever fixed mark that looks on tempest and is never shaken; it is the star to every wondering barque, whose worth is unknown, although his height is taken.” Jaħseb li l kwiekeb huma nar, u li x-xemx iddur madwar id-dinja: “Doubt the stars are fire, doubt the sun doth move doubt the truth to be a liar but never doubt I love.” (Hamlet) (Dr Grech itemm dan l-artiklu filħarġa ta’ Settembru.)

6 Is-sbuħija tal-qari L-istoriċi jsostnu li Abdul Kassem Ismael, il kap tal Persja, tant kien dilettant tal-qari li kull meta kien imur minn post għal ieħor fl imperu enormi tiegħu kien irid li l-librerija tiegħu timxi warajh… mgħobbija fuq 400 ġemel. U l librara tiegħu kienu jkunu jafu eżatt fuq liema ġemel jridu jfittxu meta jitlobhom xi ktieb partikulari. Kurżità Fl 1752 is sudditi Ingliżi ħassewhom misruqa minn 11-il ġurnata għax wara t 2 ta’ Settembru l-ordni kienet tgħid li jridu jaqbżu 11-il jum u jiġi l-14 tal istess xahar. Dan għamluh biex jiġu konformi mal kalendarju Gregorjan. Astronomija ‘Rigel’ hu l-isem ta’ kewkba li qiegħda fil-kostellazzjoni Orion. Jikkalkulaw li qiegħda 900 light years bogħod minna. Id dawl nafu li jimxi 186,000 mil kull sekonda. Dan ifisser li d dawl li aħna qed naraw illum ħalla din ilkewkba 900 sena ilu. Issa aħna nafu li hemm kwiekeb li huma ferm iktar bogħod minn hekk. X’kobor u x’immensità! Kellu raġun il-President Abraham Lincoln meta qal: “Meta nħares lejn sema bnazzi nħossni qed nara wiċċ Alla l ħallieq! Nifhem kif bniedem iħares madwaru u ma jemminx f’Alla imma ma nifhimx kif jista’ wieħed iħares lejn is sema mimli kwiekeb u jasal li jgħid li m’hemmx Alla!”

7 ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2022 25 sena ilu Il prinċipessa Diana kienet maħbuba ħafna mill Ingliżi. Jixhed dan il-fatt li meta mietet kien hemm kalkolu ta’ 10,000 tunnellata ta’ fjuri quddiem 3 palazzi li fihom għexet xi darba l-prinċipessa: dak ta’ Buckingham, dak ta’ Kensington u dak ta’ San Ġakbu. Il kanzunetta li kantalha Elton John biegħet iktar minn 30 miljun kopja f’inqas minn 40 jum. Il-kanzunetta l oħra li laħqet din iċ ċifra, White Christmas, riedet fuq 50 sena. Passata professjonali Sir Christopher Wren, il-perit talkatidral ta’ San Pawl f’Londra, ġie mitlub jagħmel disinn għal sala f’Windsor. Meta lestieha l awtoritajiet tal-belt, li qajla kienu jifhmu fl arkitettura u fil kostruzzjoni, qalulu li d-disinn tassaqaf irid jinbidel għax jekk jibqa’ kif inhu jista’ jaqa’ fuq in nies. Riedu jsaħħu b’erba’ pilastri oħra. Wren kellu aptit jisplodi bil qilla iżda minflok għamel 4 pilastri oħra biex isaħħaħ is saqaf. Iżda dawn il-pilastru ma jmissux massaqaf. Ħalla bejniethom u s-saqaf spazju żgħir li minn isfel ma tintebaħx bih. Hekk rebaħ il kuntratt u waqqa’ għaċ-ċajt lil dawk kollha li opponew l ewwel disinn. Il pilastri għadhom sal-lum idaħħku turisti meta l-gwida jindikalhom il fatt li l pilastri qegħdin hemm għalxejn u għaliex dan il-bravu perit għamel li għamel.

8 IL-LAQGĦA TA’ LULJU Bħalma avżjna fil fuljett ta’ Lulju kellemna l-ħabib tagħna Daniel Meilak u rrakkontalna l istorja kurjuża tal-għoġol tad-deheb li kien intqal li nstab fl-inħawi tadDwejra fl 1729 minn Antonio Pace. Fl antik ma tantx kien hemm postijiet siguri fejn wieħed seta’ jżomm b’moħħ kwiet id deheb u kull ħaġa ta’ valur. Leħfef ħaġa kien li jintradmu f’xi mkien sigriet. Kien imut min ħbiehom u mbagħad Alla biss jaf meta jew jekk jinstabux. Fl 1698 kien instab teżor b’ħafna muniti tad-deheb fuq l-art fejn kien qed jinbena mill ġdid il katidral tal Imdina. 9000 skud tad deheb li qajmu kwistjoni kbira bejn ilKavallieri, l Isqof u l Inkwiżitur. Il Kavallieri kienu għamlu liġi li kull ħaġa ta’ valur li tinstab, kemm f’artijiet pubbliċi kif ukoll privati, hija tagħhom u mhux ta’ min isibha. Għalhekk meta fl1729 Antonio Pace qal li sab dan l-għoġol tad-deheb ta’ madwar 50 ċentimetru u kien fuq kolonna, ix xniegħa ġriet bħan-nar fuq ittiben. Antonio qal li dan l-għoġol għaddieh lil ċertu Giuseppe Cassar. Dan Giuseppe kien Għawdxi sinjur ħafna, membru tal Università u ħabib tal Gran Mastru Antonio Manoel de Vilhena. L-aħbar waslet f’widnejn il Gran Mastru de Vilhena u dan bagħat ordni lil Cassar biex jgħaddihulu. Cassar kompla jinnega u tressaq mill kanonku tal-Matriċi t’Għawdex Giovanni Pietro Apap quddiem l Inkwiżitur Serbelloni bl akkuża prinċipali ta’ negozjar max-xitan. Il-proċess dam bejn Lulju u Settembru 1729. Il-Gran Mastru de Vilhena ordna li Cassar jgħaddi taħt investigazzjoni u ordna t-tortura sakemm jiżvela fejn hu t-teżor. Pace ġie ttorturat

IL ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2022 permezz tal Corda (b’idejh marbutin wara u merfugħ minnhom) iżda ma żvela xejn. Cassar, għad li kien anzjan, ukoll ġie ttorturat bil-Corda u mbagħad bil cavalletto (jitpoġġa fuq apparat b’forma ta’ trijangolu b’piżijiet ma’ saqajh). Wara 13-il siegħa ta’ tortura ħaduh l isptar u amministrawlu l-vjatku. Miet ftit wara u kien stqarr li l-akkużi kienu kollha qlajja’ kontrih. Il Gran Mastru ordna li jikkonfiskawlu ġidu li jintradd biss lill eredi jekk jirritornaw l għoġob tad-deheb. Permezz ta’ ġid Cassar inbena l isptar ta’ San Ġwann u Sant’Antnin li dan il bini llum huwa l-Ministeru għal Għawdex. Xhud kien qal, wara l mewt ta’ Pace, li Pace stess kien ammetta miegħu li din l-istorja kollha kienet qlajja’. Hawn min sostna li l Gran Mastru de Vilhena ħa l-opportunità biex iġib il finanzi għal sptar ġdid. Oħrajn jgħidu li Pace vvinta din l-istorja biex jivvendika ruħu minn Cassar u ma jroddlux djun li kellu miegħu. Ta’ min jgħid li Pace kien issellef mingħand Cassar sabiex jixtri dar mingħand il kappillan tan-Nadur Dun Giovanni Andrea Falson (1670 1743). Nirringrazzjaw lil ħabibna Daniel Meilak tal-ġrajja interessanti li kellemna dwarha. L interess ta’ dawk preżenti huma prova ċara ta’ kemm intlaqgħet tajjeb. …GĦAL-LAQGĦA TA’ AWWISSU Awwissu għalina hu xahar għażiż għaliex fih infakkru lftuħ tal qasam tas subien f’raħalna. Din is sena qed niċċelebraw il-75 sena talpreżenza tas sezzjoni tas subien fin Nadur. U lilek, għażiż ħabib, nixtiquk ferm li narawk fostna f’dawn il jiem sbieħ. Il laqgħa ta’ Awwissu ser issir nhar is-Sibt 6 ta’ Awwissu fit8.00p.m. u ser ikellemna Anton Mercieca li għal 25 sena kien is superjur tal qasam tagħna. Ejjew intom u ħajru lil ħbiebkom jattendu wkoll. Tkun żgur laqgħa ta’ Warainteress.l -laqgħa ser nagħmlu xi logħob tal football. Min hu interessat ikellemna. Aktar ma nkunu aħjar. Wara assenza ta’ sentejn li fihom ma stajniex niltaqgħu minħabba l Covid 19 tkun ħaġa sabiħa li nerġgħu nagħmlu dan il logħob li jfakkarna meta konna tfal nilagħbu fil-ground tal-qasam. Kull wieħed minna żgur li għandu ħafna memorji x’jirrakkonta. Mela ħabib narawk nhar is-Sibt 6 ta’ Awwissu fit-8.00p.m. 9

10 IL ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2022 ilma b’żegħda ħlejjaq u ra Alla li kien Nagħmlu l bniedem fuq suritna u fuq xbihetna, U jaħkem fuq ħut il baħar, fuq tjur bhejjem…” Ġenesi 1: 20, 21, 26-28 Marion Stoddard kienet dik li istigat biex titnaddaf ix Massachusettes.xmara Tant kienet maħmuġa li hi magħquda sabiex tinxtorob u maħlula wisq sabiex tinħarat. Fuq is suċċess ta’ dan il ħsieb qalet: “Ma għandekx bżonn xi intelliġenza ta’ barra minn hawn; kulma għandek bżonn li tidentifika persuni li jistgħu jgħinuk jew għax iridu jew għax għandhom is saħħa inkella l mezzi jew il poter. U turihom li int determinata u onesta.” Stanley Jones ħareġ b’idea simili sabiex inaddaf ix Xmara Kankakee f’Illinois. Qal, “Uri lin-nies li xi ħadd jimpurtah,” u kompla,apatija kollha ddub!” Fuq skala ta’ wieħed (ftit) sa għaxra (ħafna) kemm jimpurtanti mill pjaneta li nsejħulha darna? qed nagħmel sabiex inħalliha aħjar milli sibtha? ħsieb qed nibdlu f’azzjoni? Ejja ma nagħmlux lil Sid il-ħolqien, sid ta’ Robertkerrejja.OrbenKelmet#

11 l ġrieden imma iktar għalina l taħdem b’idek miksura imma mhux b’qalb maqsuma. Qalb maqsuma tirrendik bla saħħa u bla interess. Għalhekk jiswa li la bi kliemna u lanqas b’għemilna ma noffendu qalb ħadd għax għalkemm ma nkunu ksirnielu lebda għadma nkunu farraknielu persuntu. Iljun xiħ ma jġorr miegħu la biża’ u lanqas rispett. Imma bniedem xiħ għad li żgur ma jbeżżax jista’ jibqa’ jġorr miegħu rispett kbir għax f’ħajtu jkun wettaq ħafna ġid ma’ dawk li l-ħajja tkun laqqgħetu magħhom. Dawk li f’żgħożithom kienu ta’ Il-Persja (Iran tal-lum) għandha kultura antika ħafna u tul issnin niesha ħolqu proverbji li fihom ħafna sens u utilità. Ta’ hawn taħt huma xi ftit minnhom bi żjieda ta’ riflessjoni qasira li iżbalji ta ħadddieħor jaqbel li titgħallem minnhom biex ma tirrepetihomx int stess. Għax kultant dak li tara żball f’ħaddieħor fik isir kważi virtù. Ħaddieħor tgħid li hu supperv imma int nervuż. Ħaddieħor kollu plawsa imma int taħdem bil galbu. Ħaddieħor xħiħ imma int għalkemm tibża’ għall-flus daqsu ssejjaħ lilek innifsek “bil għaqal.” Bil-kelma t-tajba u ftit żegħil tmexxi ljunfant b’ħajta. Aħna ngħidu li bil kelma t tajba toħroġ il-far (ġurdien kbir) mittoqba. Iktar tasal bi kliem ħelu

12 IL ĦBIEB ISEJĦU/Awwissu2022 reffieda għall oħrajn aktarx li jsibu bastun li jweżinhom fi snin l-anzjanità. Id li tagħti ħafna tirċievi ħafna wkoll. Aħna ngħidu l ġenerożità toħroġ mill-bieb u tidħol mit-tieqa. Meta staqsew lil Dale Carnegie għaliex minkejja li jagħti ħafna karità xorta għadu sinjur kbir weġibhom: “Jien ninpala ’l barra u l-Mulej jinpala ’l ġewwa u lfl ilma u dik li tirċievi naqqaxha fil-blat. Biex tkun ċert li ma tinsiex ilpjaċir li tirċievi anki jekk ħaddieħor qajla jiftakar fil pjaċiri li tkun għamiltlu int. Għax aħna għandna nuru gratitudni mhux għax ħaddieħor juri gratitudni imma għax hi parti mit tiswir tal karattru tagħna. lejl jostor is-sbuħija talkampanja u jikxef il-meravilja -univers. -ħajja kapaċi nsibu s-sabiħ anke jekk madwarna jidher biss dak li hu ikrah. Aktarx li dejjem hemm nitfa dawl f’tarf il mina. Iżda hawn min iħares ’l isfel u jara biss tajn u hawn min jippreferi jħares ’il fuq u jara lmeravilja tal-univers. (ikompli fil-ħarġa ta’ Settembru)

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Il-Hbieb Isejhu - Awwissu 2022 by Michael Debono - Issuu