Gwida għall-konsumatur kif iressaq ilment

Page 1


GWIDA GĦALL-KONSUMATUR KIF IRESSAQ ILMENT

GWIDA

GĦALL-KONSUMATUR

KIF IRESSAQ ILMENT

Il-konsumaturi spiss jiltaqgħu ma’ problemi relatati ma’ prodotti jew servizzi li jixtru. L-aħjar mod biex jiġu solvuti dawn il-problemi huwa li l-konsumaturi jkunu jafu d-drittijiet legali tagħhom u l-mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli.

Qabel ma jilmentaw mal-bejjiegħ, il-konsumaturi għandhom l-ewwel jiġbru informazzjoni dwar id-drittijiet legali tagħhom biex jiżguraw li l-ilment tagħhom u r-rimedju mitlub huma ġustifikati. Jekk ma jkunux ċerti dwar id-drittijiet tagħhom, jistgħu jikkuntattjaw l-U ċċju għall-A arijiet tal-Konsumatur għall-assistenza.

Dan l-U ċċju jista’ jiġi kkuntattjat:

Bit-telefown: 23952000

Online: Permezz tal-formola Contact Us fuq: mccaa.org.mt

KOMUNIKAZZJONI MAL-BEJJIEGĦ

Il-pass li jmiss hu li l-konsumatur jikkuntattja lill-bejjiegħ minn fejn inxtara l-prodott jew is-servizz. Dan jista’ jsir b’mod informali, bħal telefonata jew messaġġ.

Huwa importanti li l-konsumaturi jispjegaw b’mod ċar il-problema u x’tip ta’ soluzzjoni qed jistennew. Barra minn hekk, għandhom jibqgħu kalmi u jevitaw imġiba aggressiva, peress li dan jista’ jwassal biex it-tilwima tieħu aktar żmien biex tissolva.

Il-konsumaturi għandhom ikunu ppreparati meta jikkomunikaw mal-bejjiegħ billi jippreżentaw id-dokumenti relatati max-xiri, inkluż il-prova tax-xiri u, jekk applikabbli, kopja tal-garanzija kummerċjali u l-kuntratt tal-bejgħ.

Il-bejjiegħa għandhom jingħataw żmien raġonevoli sabiex jivverifikaw l-ilment u jipprovdu soluzzjoni. Madankollu, jekk il-kwistjoni tibqa’ ma tissolviex, il-konsumaturi għandhom jissottomettu ilment bil-miktub.

Fir-rigward ta’ prodotti difettużi li għadhom koperti bil-garanzija legali ta’ sentejn, l-ilment bil-miktub għandu jintbagħat lill-bejjiegħ fi żmien xahrejn minn meta l-konsumatur jinduna bil-problema.

Dettalji tal-prodott.

L-ilment għandu jinkludi: Deskrizzjoni qasira tal-problema.

It-tip ta’ rimedju mixtieq.

Barra minn hekk, kopji ta’ rċevuti, kuntratti tax-xiri, u garanziji għandhom jiġu mehmuża mal-korrespondenza. Il-bejjiegħa għandhom jingħataw mill-inqas ġimgħa ċans biex jivverifikaw l-ilment u jo ru rimedju.

Importanti: Qabel ma jissottomettu lment, il-konsumaturi għandhom jiżguraw li d-dettalji ta’ kuntatt tal-bejjiegħ huma korretti.

Online:

Billi jimlew il-formola fuq il-websajt tal-MCCAA: mccaa.org.mt/home/ complaint.

Fiżikament: Bil-miktub:

Iżuru l-u ċċju tal-MCCAA f’Mizzi House, Triq Nazzjonali, il-Blata l-Bajda.

Il-konsumaturi Għawdxin jistgħu jżuru l-u ċċju tal-MCCAA fix-Xewkija, Triq Santa Eliżabetta.

Jiktbu ittra lid-Direttur, Direttorat tal-Ilmenti u l-Konċiljazzjoni, MCCAA, Mizzi House, Triq Nazzjonali, il-Blata l-Bajda, HMR 9010.

L-ilmenti reġistrati jiġu evalwati u assenjati lill-u ċjali tal-ilmenti sabiex issir il-konċiljazzjoni. L-irwol ta’ dawn l-u ċjali huwa li ji aċilitaw il-komunikazzjoni bejn il-konsumatur u l-bejjiegħ, bil-għan li tintlaħaq soluzzjoni amikevoli.

Jekk il-konċiljazzjoni ma tirnexxix u ma jintlaħaq l-ebda ftehim, il-konsumatur jingħata l-għażla li jew jirtira l-ilment jew jeskala l-każ quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur.

SOLUZZJONI ALTERNATTIVA TAT-TILWIM

(ADR)

L-ADR huwa mekkaniżmu barra mill-qorti fejn parti terza newtrali tassisti lill-konsumaturi u lill-bejjiegħa jsolvu t-tilwim. Dan huwa proċess irħis, e ċjenti, u jinkoraġġixxi djalogu li jippermetti lill-partijiet jaslu għal ftehim bejniethom. L-ADR huwa speċjalment utli meta jkun hemm tilwim kumpless.

Dan il-mekkaniżmu huwa disponibbli għall-konsumaturi madwar l-Unjoni Ewropea, inkluża Malta, b’entitajiet tal-ADR reġistrati li jgħinu biex jissolvew tilwim f’setturi di erenti. F’Malta, id-Direttorat tal-Ilmenti u l-Konċiljazzjoni fi ħdan l-U ċċju għall-A arijiet tal-Konsumatur, jaġixxi bħala l-entità residwa tal-ADR. Għalhekk, jipprovdi lill-konsumaturi aċċess għal riżoluzzjoni ta’ tilwim barra mill-qorti, irrispettivament mit-tip ta’ xiri jew l-oriġini tiegħu.

Biex jinbeda l-proċess tal-ADR, kemm il-konsumaturi kif ukoll il-bejjiegħa jridu jaqblu li jużawh. Madankollu, iż-żewġ partijiet għandhom dejjem l-għażla li jirtiraw mill-ADR fi kwalunkwe punt tal-proċess u għal kwalunkwe raġuni. Jekk it-tilwima tibqa’ ma tissolviex, il-partijiet jistgħu xorta jipproċedu biex ifittxu rimedju legali quddiem il-qorti jew tribunal kompetenti, inkluż it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur. IL-PROĊESS

Tilwima miftuħa online - adr.mccaa.org.mt jew fl-U ċċji tal-MCCAA.

Bejjiegħ mistieden jaċċetta sabiex jipparteċipa fil-proċess tal-ADR.

Jiġi assenjat u ċjal tal-ADR.

Jiġu pprovduti d-dettalji tal-laqgħa tal-ADR.

Sottomissjoni ta’ dokumentazzjoni u evidenza mill-partijiet involuti.

Soluzzjoni proposta mill-u ċjal tal-ADR.

Aċċettazzjoni tas-soluzzjoni.

Il-proċess tal-ADR normalment jieħu 90 jum, sakemm ma jintlaħaqx ftehim għall-estensjoni bejn il-partijiet involuti.

Aktar informazzjoni dwar il-mekkaniżmu tal-ADR tinstab fuq il-websajt tal-ADR: adr.mccaa.org.mt jew billi tintbagħat email fuq: adr@mccaa.org.mt.

Il-proċess tal-ADR huwa mingħajr ħlas.

L-informazzjoni ppubblikata f’dan il-fuljett hija maħsuba għall-iskop ta’ informazzjoni biss. Kwalunkwe talba legali għandha tkun ibbażata fuq it-testi legali kkonċernati. Għal aktar informazzjoni jekk jgħoġbok ċempel l-U ċċju għall-A arijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-MCCAA fuq 23952000 jew żur is-sit elettroniku: www.mccaa.org.mt.

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.